IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.10.2020
COM(2020) 652 final
2020/0300(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030
Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 52020PC0652
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on a General Union Environment Action Programme to 2030
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030
COM/2020/652 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.10.2020
COM(2020) 652 final
2020/0300(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
Fl-4 ta’ Diċembru 2019, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) ippubblikat ir-rapport tagħha bit-titolu “The European Environment – state and outlook 2020” (SOER) 1 , u r-riżultati tiegħu huma inkwetanti. L-isfidi ambjentali, klimatiċi u ta’ sostenibbiltà attwali huma ta’ skala u urġenza bla preċedent, u jeħtieġu azzjoni immedjata u konġunta u soluzzjonijiet sistemiċi. Il-politiki ambjentali tal-Unjoni wasslu benefiċċji sostanzjali matul l-aħħar għexieren ta’ snin mingħajr ma affettwaw il-kompetittività fit-tul tal-UE, u f’dawn l-aħħar snin l-acquis ġie msawwar dejjem aktar minn viżjoni ambizzjuża fit-tul, miri u politiki ta’ qafas strateġiku, li effettivament inaqqsu l-pressjonijiet ambjentali. Madankollu, it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema, it-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu, u l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi, it-tniġġis u r-riskji assoċjati għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem, in-natura, l-ekosistemi u l-ekonomija, kollha jeħtieġu azzjoni ulterjuri deċiżiva fl-UE u globalment.
Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni Ewropea wieġbet għal dawn l-isfidi bl-adozzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 2 – aġenda ambizzjuża għall-UE biex issir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050 u biex tipproteġi, tippreserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-UE, u tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti ambjentali. Ibbażat fuq mudell ta’ tkabbir riġenerattiv li jagħti lura lill-pjaneta aktar milli jieħu, dan jiddeskrivi l-prijoritajiet ambjentali għas-snin li ġejjin u l-ambizzjoni tal-Unjoni li tittrasforma l-ekonomija tagħha għal futur sostenibbli filwaqt li ma tħalli lil ħadd lura, sabiex dawn l-objettivi jsiru realtà, ifassal sett ta’ politiki trasformattivi fil-fond u ħeġġeġ lill-Unjoni biex ittejjeb it-tmexxija tagħha fuq l-istadju globali dwar kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali.
Wara d-dibattitu wiesa’ dwar il-Komunikazzjoni “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd” 3 , f’Marzu 2020 l-UE ppreżentat l-istrateġija tagħha fit-tul taħt il-Ftehim ta’ Pariġi għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima 4 , fejn impenjat ruħha li ssir ekonomija newtrali għall-klima sal-2050. Il-Kummissjoni pproponiet li tinkludi dan l-objettiv fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima. 5 Il-Kummissjoni Ewropea adottat ukoll għadd ta’ inizjattivi strateġiċi ġodda, b’mod partikolari Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa nadifa u kompetittiva 6 , Strateġija dwar il-Bijodiversità għall-2030 7 u Strateġija mill-Għalqa sal-Platt 8 .
L-UE adottat ukoll rispons komprensiv għall-kriżi tal-coronavirus, li qiegħda tikkawża impatt qawwi fuq il-ħajja u l-għajxien, u li wasslet għal sfidi mingħajr preċedent fit-tfassil tal-politika, aggravata minn tnaqqis qawwi fir-ritmu ekonomiku. Il-Pjan ta’ Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss propost mill-Kummissjoni Ewropea fis-27 ta’ Mejju 2020 u approvat mill-Kunsill Ewropew Straordinarju ta’ Lulju 2020 jenfasizza l-istatus tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija l-ġdida ta’ tkabbir tal-Ewropa u r-rwol tagħha fil-kisba ta’ rkupru sostenibbli u rapidu filwaqt li tiżgura wkoll prevedibbiltà fit-tul fit-triq lejn in-newtralità klimatika, u fl-aħħar mill-aħħar tranżizzjoni ġusta, li ma tħalli lil ħadd lura. It-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, bil-viżjoni fit-tul tiegħu u l-objettivi ta’ prijorità ambjentali li huwa jaqsam mal-Patt Ekoloġiku, se jappoġġa l-impenn komuni tal-UE għal irkupru ekoloġiku.
Programmi ta’ azzjoni ambjentali ilhom jiggwidaw l-iżvilupp tal-politika ambjentali tal-UE sa mill-bidu tas-snin 70. Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (is-seba’ EAP) se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020 u l-Artikolu 4(3) tiegħu jirrikjedi li l-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta għat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (it-tmien EAP) fil-ħin bil-ħsieb li jiġi evitat distakk bejn is-seba’ u t-tmien EAP. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbar l-adozzjoni ta’ programm ġdid ta’ azzjoni ambjentali.
Il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni talbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2020 proposta għat-tmien EAP.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm ta’ Azzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Ambjent ġdid sal-2030 hija bbażata fuq l-Artikolu 192(3) tat-TFUE. Sabiex tiġi żgurata s-sjieda ta’ dan il-Programm u t-twettiq tal-objettivi prijoritarji tiegħu mill-UE u l-Istati Membri tiegħu, din il-proposta għal Deċiżjoni tistabbilixxi qafas abilitanti li jappoġġa l-kisbiet tal-objettivi ta’ prijorità u tiżgura li l-progress lejn l-objettivi jitkejjel fuq bażi regolari.
L-objettivi ta’ din il-proposta għal Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom. Billi l-politika ambjentali u klimatika hija qasam ta’ kompetenza kondiviża fl-UE u politika deċentralizzata, wieħed mill-iskopijiet ta’ dan il-Programm huwa li joħloq sjieda komuni bejn it-tliet istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri tal-objettivi tiegħu, li jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika u lil partijiet ikkonċernati oħrajn – inklużi r-reġjuni u l-bliet, in-negozji, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini individwali – b’qafas prevedibbli u direzzjoni għall-azzjoni.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET U L-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI
Fil-15 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar l-evalwazzjoni tas-seba’ EAP 9 . Ir-rapport kien ippreċedut minn proċess estensiv ta’ konsultazzjoni li sar matul l-2018 u kien jikkonsisti f’konsultazzjoni pubblika miftuħa, konsultazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri, konsultazzjoni mmirata bejn il-partijiet ikkonċernati kif ukoll żewġ workshops pubbliċi.
L-evalwazzjoni żvelat li s-seba’ EAP huwa ġeneralment meqjus bħala għodda strateġika effettiva u ta’ livell għoli li tiggwida l-politika ambjentali. Għal ħafna, l-EAP jaħdem ukoll bħala għodda għall-ippjanar, billi jipprovdi l-kontinwità tal-politika ambjentali – inkluż bil-viżjoni fit-tul tiegħu, ir-responsabbiltà u l-prevedibbiltà għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, minbarra li jkollu influwenza pożittiva fuq l-integrazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-politika ambjentali. L-objettivi prijoritarji tas-seba’ EAP kienu ġeneralment ikkunsidrati li għadhom validi, b’mod partikolari l-viżjoni tiegħu sal-2050.
Fit-22 ta’ Novembru 2017, il-Parlament Ewropew ippubblika valutazzjoni tal-implimentazzjoni tas-seba’ EAP 10 , segwita minn rapport dwar l-implimentazzjoni tiegħu fis-6 ta’ Marzu 2018 u riżoluzzjoni 11 fis-17 ta’ April 2018.
Fil-31 ta’ Lulju 2018, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ppubblika studju dwar id-dimensjoni lokali u reġjonali tat-tmien EAP 12 , segwit minn Opinjoni 13 , adottata fis-7 ta’ Frar 2019.
Fil-11 u t-12 ta’ Ġunju 2019, b’segwitu għad-diskussjonijiet fil-Kunsill Informali dwar l-Ambjent fid-29 u t-30 ta’ Ottubru 2018 fi Graz (l-Awstrija), sar Workshop dwar il-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Futur f’Hainburg (l-Awstrija). Fl-4 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet dwar it-“Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali - Nibdlu x-Xejriet Flimkien” 14 taħt il-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Din il-proposta għal Deċiżjoni ġiet żviluppata f’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE 2021-2027. Il-proposta tinkludi skeda finanzjarja li tintroduċi l-ħtieġa għal riżorsi addizzjonali fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u fl-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fl-appoġġ għall-qafas il-ġdid ta’ monitoraġġ, kejl u rapportar ta’ dan il-Programm.
L-involviment tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) huwa ta’ importanza kbira għal din il-ħidma u biex jintlaħqu l-objettivi tat-tmien EAP. Il-qafas il-ġdid ta’ monitoraġġ u rapportar propost għat-tmien EAP se jinkludi, kemm jista’ jkun, għodod u indikaturi eżistenti ta’ monitoraġġ ibbażati l-aktar fuq statistika u data Ewropej mill-EEA u l-ECHA, biex b’hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-Istati Membri. Dan ifisser li kompiti addizzjonali huma fdati lil dawn l-aġenziji sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-kisba tal-prijoritajiet u joħolqu l-kundizzjonijiet abilitanti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan il-Programm.
5.ELEMENTI OĦRA
Spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta:
L-għan ġenerali tat-tmien EAP huwa li jaċċellera t-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn ekonomija nadifa u ċirkolari newtrali għall-klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi b’mod ġust u inklużiv u li jikseb l-objettivi ambjentali tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha, filwaqt li japprova bis-sħiħ l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Artikolu 1
Il-proposta attwali sservi biex iżżid il-koerenza u s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet fil-livelli kollha ta’ governanza billi tkejjel il-progress lejn l-objettivi ambjentali u klimatiċi b’mod integrat. F’konformità mal-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-proposta tappoġġa t-tnaqqis tal-pressjonijiet fuq l-ambjent u l-klima u ssaħħaħ l-approċċ integrat għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, b’mod partikolari billi s-sostenibbiltà tiġi integrata fl-inizjattivi u l-proġetti rilevanti kollha fil-livell nazzjonali u tal-UE.
Artikolu 2
Ir-responsabbiltà biex jinkisbu l-għanijiet u l-objettivi relatati mal-ambjent u l-klima hija kondiviża mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u tirrikjedi azzjoni mill-atturi kollha, il-gvernijiet fil-livell tal-UE, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili, iċ-ċittadini u n-negozji.
L-Artikolu 2 jistabbilixxi l-objettivi tematiċi prijoritarji fil-kuntest ta’ objettiv fit-tul sal-2050 ta’ “Ngħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji”, diġà stabbilit fis-seba’ EAP.
Artikolu 3
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politiki u l-leġiżlazzjoni jiġu infurzati u jitwasslu b’mod effettiv.
L-Artikolu 3 jipprovdi l-bażi għal fehim u impenn konġunt dwar il-kundizzjonijiet abilitanti meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-objettivi tematiċi ta’ prijorità, u b’hekk tiġi żgurata l-koerenza fl-implimentazzjoni fil-livell xieraq. Il-Kummissjoni ħabbret li se ttejjeb il-mod kif il-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar u l-għodod ta’ appoġġ jindirizzaw kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà u innovazzjoni, bl-objettiv li l-inizjattivi kollha tal-UE jissodisfaw il-prinċipju ekoloġiku ta’ “la tagħmilx ħsara”.
Artikolu 4
Filwaqt li l-istrumenti leġiżlattivi ambjentali individwali jeħtieġu rapportar regolari mill-Istati Membri dwar politiki ambjentali speċifiċi, ma hemm l-ebda qafas komprensiv previst fid-dritt tal-UE biex jiġi żgurat approċċ ikkoordinat għall-kisba ġenerali tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbar li l-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali l-ġdid se jinkludi mekkaniżmu ġdid ta’ monitoraġġ sabiex jiżgura li l-Unjoni tibqa’ fit-triq it-tajba biex tilħaq l-objettivi ambjentali tagħha.
Dan il-qafas ta’ monitoraġġ tat-tmien EAP għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-għodod eżistenti ta’ rappurtar u governanza ambjentali u klimatiċi, inklużi dawk tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika.
–Il-kejl tal-progress lejn l-objettivi ambjentali u klimatiċi fil-kuntest usa’ tas-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza
Il-kejl tal-progress tal-UE u tal-Istati Membri tagħha lejn il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU għall-2030 jeħtieġ qafas integrat għall-objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Il-Kunsill 15 u l-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew 16 talbu biex jitkejlu l-prestazzjoni ekonomika u l-progress tas-soċjetà “lil hinn mill-PDG” u biex isir ċaqliq lejn l-użu tal-“benesseri” bħala kumpass għall-politika, li huwa pass appoġġat ukoll mill-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi 17 . Il-Membri tal-Parlament Ewropew organizzaw il-Konferenza ta’ Wara t-Tkabbir tal-2018 18 flimkien mal-partijiet ikkonċernati.
F’dan il-kuntest, it-tmien qafas ta’ monitoraġġ tal-EAP se jipprovdi l-kontribut ambjentali u klimatiku għall-isforzi ġenerali tal-UE biex jitkejjel il-progress lejn is-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza, inkluża r-reżiljenza għad-diżastri; għandu jinforma lil dawk li jfasslu l-politika u lill-partijiet ikkonċernati dwar jekk l-Unjoni u l-Istati Membri jkunux jinsabu fit-triq it-tajba biex jiksbu trasformazzjoni sistemika.
L-istabbiliment tat-tmien qafas ta’ monitoraġġ tal-EAP għandu jitqies ukoll fil-kuntest ta’ eżerċizzji oħra ta’ governanza u monitoraġġ, b’mod partikolari s-Semestru Ewropew, ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-SDGs tal-Eurostat u r-Rapport Annwali ta' Prospettiva Strateġika, li jibnu wkoll fuq id-data disponibbli u jużaw indikaturi li huma l-aktar rilevanti għall-objettivi politiċi rispettivi. Filwaqt li dawn l-għodod ta’ governanza u monitoraġġ iservu skopijiet differenti, għandhom ikunu dejjem aktar interkonnessi bil-ħsieb li jkomplu jtejbu l-koerenza tagħhom.
–Lejn sett ta’ indikaturi ewlenin tat-tmien EAP
Il-monitoraġġ tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali sar mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li ppubblikat rapporti annwali dwar l-indikaturi ambjentali 19 . Ġiet żviluppata tabella ta’ valutazzjoni ta’ kważi 30 indikatur biex timmonitorja l-objettivi prijoritarji tas-seba’ EAP.
Il-qafas ta’ monitoraġġ tat-tmien EAP għandu jirrifletti l-objettivi prijoritarji ġodda tiegħu. Għandu jinkludi għadd limitat ta’ indikaturi ewlenin għal komunikazzjoni ta’ livell għoli, li jagħtu storja koerenti dwar l-istat tal-ambjent, il-pressjonijiet ewlenin u l-effettività tar-rispons tagħna. Dawk l-indikaturi għandhom ikunu rilevanti wkoll għall-għanijiet ġenerali taż-żieda fil-benesseri u r-reżiljenza tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna.
L-għażla ta’ indikaturi ewlenin tat-tmien EAP se tqis kif xieraq il-flussi ta’ ħidma li jinsabu għaddejjin biex jitjieb il-monitoraġġ tal-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari u t-tniġġis żero, li kollha għandhom jiġu ffinalizzati sal-2021/22, kif ukoll għodod oħra ta’ monitoraġġ li jkopru l-politika ambjentali u klimatika, inkluża l-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika. Għandha tibni fuq id-data disponibbli fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE, b’mod partikolari dik imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent kif ukoll mis-Sistema Statistika Ewropea.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-titjib tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data. Dan jinkludi l-għeluq tad-diskrepanzi fl-indikaturi, b’mod partikolari l-monitoraġġ tal-politika relatata mal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero u r-rabtiet bejn il-politiki ambjentali, soċjali u tas-saħħa.
L-istabbiliment tat-tmien qafas ta’ monitoraġġ tal-EAP se jkun appoġġat minn bażi ta’ data ġdida ta’ indikaturi ambjentali — librerija online u aċċessibbli faċilment ta’ indikaturi li toħloq ħarsa ġenerali kompluta u strutturata lejn il-mijiet ta’ indikaturi ambjentali eżistenti.
–Il-Limiti Planetarji
Il-proċess għall-iżvilupp tat-tmien qafas ta’ monitoraġġ tal-EAP se jipprovdi opportunità biex jiġi esplorat il-potenzjal tal-fluss tax-xogħol li għaddej fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u oħrajn dwar il-limiti planetarji (eż. l-użu tal-ilma ħelu, it-tibdil fl-użu tal-art, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani) u dwar l-impronta tal-konsum tal-Unjoni, inkluża d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti f’pajjiżi terzi.
Filwaqt li x-xjenza dwar il-klima u b’mod partikolari l-ħidma tal-Bord Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima jipprovdu data u informazzjoni affidabbli dwar il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra kompatibbli mal-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2°C u jkomplu bl-isforzi biex dan jiġi limitat sa 1.5°C meta mqabbel mal-livelli preindustrijalizzati, il-ħidma għal limiti planetarji oħra għadha għaddejja. Il-progress fuq dan ix-xogħol huwa importanti biex dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet ikkonċernati jkunu infurmati dwar jekk il-politiki ambjentali humiex ambizzjużi biżżejjed biex l-Ewropa tibqa’ fl-ispazju operattiv sikur tal-pjaneta 20 .
–Proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tat-tmien EAP
Il-Kummissjoni se tniedi proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati biex tfassal qafas komprensiv ta’ monitoraġġ tat-tmien EAP, ibbażat fuq dokument konsultattiv li jiddeskrivi l-metodoloġija proposta u l-passi li għandhom jittieħdu.
Abbażi ta’ dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni beħsiebha tippreżenta indikatur ewlieni tat-tmien EAP stabbilit sa tmiem l-2021.
Il-proċedura se tkun ikkoordinata mill-qrib mal-flussi ta’ ħidma li għaddejjin imħabbra mill-Patt Ekoloġiku Ewropew biex ifassal jew jirrieżamina l-oqfsa ta’ monitoraġġ għall-ekonomija ċirkolari, il-bijodiversità u tniġġis żero biex tiġi żgurata koerenza ġenerali u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.
Artikolu 5 – Evalwazzjoni
L-Artikolu 5 jipprevedi evalwazzjoni tat-tmien EAP fl-2029, qabel ma jiskadi sa tmiem l-2030.
2020/0300 (COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 21 ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 22 ,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,
Billi:
(1)F’konformità mal-Artikolu 192(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-programmi ġenerali ta’ azzjoni ambjentali pprovdew il-qafas għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima mill-1973.
(2)Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 stabbiliet is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (is-Seba’ EAP), li jistabbilixxi l-aġenda ambjentali tal-Unjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020 kif ukoll viżjoni fit-tul għall-2050.
(3)L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tas-seba’ EAP 24 ikkonkludiet li l-viżjoni tiegħu sal-2050 u l-objettivi prijoritarji għadhom validi; li għen biex jipprovdi azzjoni aktar prevedibbli, rapida u kkoordinata fil-politika ambjentali; u li l-istruttura u l-qafas ta’ abilitazzjoni tiegħu għenu biex jinħolqu sinerġiji, u b’hekk il-politika ambjentali saret aktar effettiva u effiċjenti. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni kkonkludiet li s-seba’ EAP antiċipa l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti billi insista li t-tkabbir ekonomiku u l-benesseri soċjali jiddependu fuq bażi ta’ riżorsi naturali b’saħħitha, u ffaċilita t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Dan ippermetta wkoll li l-Unjoni titkellem b’vuċi waħda fix-xena globali dwar kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali. Fl-evalwazzjoni tagħha tas-seba’ EAP, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-progress relatat mal-ħarsien tan-natura, is-saħħa u l-integrazzjoni tal-politika ma kienx biżżejjed.
(4)Skont ir-rapport tal-EEA “The European environment – state and outlook 2020, Knowledge for transition to a sustainable Europe” (“SOER 2020”), l-2020 tirrappreżenta tieqa unika ta’ opportunità għall-Unjoni biex turi tmexxija fuq is-sostenibbiltà u biex tiffaċċja l-isfidi urġenti ta’ sostenibbiltà li jeħtieġu soluzzjonijiet sistemiċi. Kif intqal fis-SOER 2020, il-bidliet fil-klima u l-ekosistemi globali osservati mis-snin 50 ’l hawn huma bla preċedent għal għexieren ta’ snin sa millenja. Il-popolazzjoni globali ttriplat mill-1950, filwaqt li l-popolazzjoni li tgħix fil-bliet żdiedet b’erba’ darbiet. Bil-mudell ta’ tkabbir attwali, il-pressjonijiet ambjentali huma mistennija li jkomplu jiżdiedu, u dan jikkawża effetti diretti u indiretti ta’ ħsara fuq is-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Dan jgħodd b’mod speċjali għas-setturi bl-ogħla impatt ambjentali – l-ikel, il-mobbiltà, l-enerġija kif ukoll l-infrastruttura u l-bini.
(5)Il-Kummissjoni Ewropea wieġbet għall-isfidi identifikati fl-SOER 2020 billi adottat il-Patt Ekoloġiku Ewropew 25 : strateġija ġdida għat-tkabbir għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija kompetittiva, newtrali għall-klima u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 inaqqax fil-liġi l-mira tal-Unjoni li sal-2050 tintlaħaq in-newtralità klimatika.
(6)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jirfed il-Pjan ta’ Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss li jippromwovi l-investimenti f’setturi ekoloġiċi ewlenin meħtieġa biex tinbena r-reżiljenza, u joħloq it-tkabbir u l-impjiegi f’soċjetà ġusta u inklużiva. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li se tagħti setgħa lill-irkupru ekonomiku tal-Unjoni mill-kriżi tal-coronavirus flimkien mal-baġit tal-Unjoni għall-2021-2027, hija bbażata wkoll fuq l-objettivi prijoritarji stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Barra minn hekk, l-inizjattivi kollha taħt il-Pjan ta’ Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tal-Patt Ekoloġiku Ewropew ta’ “la tagħmilx ħsara”.
(7)Programmi ta’ azzjoni ambjentali ilhom jiggwidaw l-iżvilupp tal-politika ambjentali tal-UE sa mill-bidu tas-snin 70. Is-seba’ EAP se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020 u l-Artikolu 4(3) tiegħu jirrikjedi li l-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta għat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (it-tmien EAP) fil-ħin bil-ħsieb li jiġi evitat distakk bejn is-seba’ u t-tmien EAP. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ħabbar l-adozzjoni ta’ programm ġdid ta’ azzjoni ambjentali.
(8)It-tmien EAP jenħtieġ li jappoġġa l-objettivi tal-ambjent u tal-azzjoni klimatika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f’konformità mal-objettiv fit-tul li “ngħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji” sal-2050, li diġà huwa stabbilit fis-seba’ EAP. Jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha.
(9)It-tmien EAP jenħtieġ li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija riġenerattiva li tagħti lura lill-pjaneta aktar milli tieħu. Mudell ta’ tkabbir riġenerattiv jirrikonoxxi li l-benesseri u l-prosperità tas-soċjetajiet tagħna jiddependu fuq klima stabbli, ambjent b’saħħtu u ekosistemi b’saħħithom, li jipprovdu spazju operattiv sikur għall-ekonomiji tagħna. Filwaqt li l-popolazzjoni globali u d-domanda għar-riżorsi naturali qed ikomplu jikbru, l-attività ekonomika għandha tiżviluppa b’mod li ma jagħmilx ħsara iżda, għall-kuntrarju, treġġa’ lura t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali, timminimizza t-tniġġis u tirriżulta fiż-żamma u t-tisħiħ tal-kapital naturali, biex b’hekk tiġi żgurata l-abbundanza ta’ riżorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli. Permezz tal-innovazzjoni kontinwa, l-adattament għal sfidi ġodda u l-ħolqien konġunt, l-ekonomija riġenerattiva ssaħħaħ ir-reżiljenza u tipproteġi l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
(10)It-tmien EAP għandu jistabbilixxi objettivi tematiċi prijoritarji fl-oqsma tan-newtralità klimatika, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero u t-tnaqqis tal-pressjonijiet ambjentali mill-produzzjoni u l-konsum. Barra minn hekk, għandha tidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti biex jinkisbu l-objettivi fit-tul u l-prijoritajiet tematiċi għall-atturi kollha involuti.
(11)Billi l-politika ambjentali hija deċentralizzata ħafna, għandha tittieħed azzjoni biex jinkisbu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP f’livelli differenti ta’ governanza, jiġifieri fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, b’approċċ kollaborattiv għall-governanza f’diversi livelli. L-approċċ integrat għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika għandu jissaħħaħ bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-kompromessi potenzjali u lill-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli. Barra minn hekk, l-involviment trasparenti ta’ atturi mhux governattivi huwa importanti biex jiżgura s-suċċess tat-tmien EAP u l-ksib tal-objettivi prijoritarji tiegħu.
(12)Il-kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi sħab, il-governanza ambjentali globali tajba kif ukoll is-sinerġiji bejn il-politiki interni u esterni tal-Unjoni huma kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni.
(13)Il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta l-progress fil-kisba tal-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP mill-Unjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza akbar. Dan huwa konformi mat-talbiet tal-Kunsill 27 u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 28 għall-kejl tal-prestazzjoni ekonomika u l-progress tas-soċjetà “lil hinn mill-PDG”, u l-mixja lejn l-użu tal-benesseri bħala kumpass għall-politika, li hija appoġġata wkoll mill-OECD 29 .
(14)Il-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi. Jenħtieġ li tkun koerenti mal-għodod ta’ monitoraġġ jew governanza u mingħajr preġudizzju għalihom, li jkopru aspetti aktar speċifiċi tal-politika ambjentali u klimatika, bħal b’mod partikolari r-Regolament 1999/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 , ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali jew għodod ta’ monitoraġġ relatati mal-ekonomija ċirkolari, mat-tniġġis żero, mal-bijodiversità, mal-arja, mal-ilma, mal-ħamrija, mal-iskart, jew ma’ kwalunkwe politika ambjentali oħra. Flimkien ma’ għodod oħra użati fis-Semestru Ewropew, il-Monitoraġġ tal-SDGs tal-Eurostat u fir-Rapport ta' Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni 31 , dan ikun parti minn sett koerenti interkonness ta’ għodod ta’ monitoraġġ u governanza.
(15)Il-Kummissjoni u l-EEA u aġenziji rilevanti oħra jenħtieġ li jaċċessaw u jużaw mill-ġdid id-data u l-indikaturi pprovduti mill-Istati Membri skont l-atti legali applikabbli tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ lijintużaw sorsi oħra ta’ data, bħal data satellitari u informazzjoni pproċessata mill-Programm Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Dinja (Copernicus), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti u s-Sistema Ewropea ta’ Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar, jew pjattaformi ta’ data bħan-Network Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima jew il-Pjattaforma ta’ Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi. L-applikazzjoni ta’ għodod diġitali moderni u intelliġenza artifiċjali tippermetti l-ġestjoni u l-analiżi tad-data b’mod effettiv u b’hekk tnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li żżid il-puntwalità u l-kwalità.
(16)Barra minn hekk, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi 2003/4/KE, 2007/2/KE u 2019/1024/UE mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-data, l-informazzjoni u l-indikaturi rilevanti għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tat-tmien EAP ikunu disponibbli liberament, mhux diskriminatorji, b’aċċess miftuħ, adegwat, ta’ kwalità għolja, komparabbli, aġġornati, faċli għall-utent u aċċessibbli faċilment online.
(17)Sabiex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP, l-EEA u l-ECHA jenħtieġ li jkunu mgħammra b’kapaċità adegwata u riżorsi suffiċjenti biex jiżguraw bażi ta’ għarfien u evidenza soda, aċċessibbli u trasparenti biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-valutazzjoni tal-progress taħt il-programm.
(18)Sabiex jitqiesu l-objettivi politiċi li qed jevolvu u l-progress li sar, it-tmien EAP jenħtieġ li jiġi evalwat mill-Kummissjoni fl-2029.
(19)Peress li l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni ma jistgħux jintlaħqu għalkollox mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-programm ta’ azzjoni propost, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 — Suġġett
1.Din id-deċiżjoni tistabbilixxi programm ta’ azzjoni ġenerali fil-qasam tal-ambjent għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2030 (“it-tmien EAP”). Dan jistabbilixxi l-objettivi prijoritarji tiegħu, jidentifika l-kundizzjonijiet abilitanti għall-kisba tagħhom u jistabbilixxi qafas biex jitkejjel jekk l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jinsabux fit-triq it-tajba biex jilħqu dawk l-objettivi prijoritarji.
2.It-tmien EAP għandu l-għan li jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali mil-lat ta’ klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, nadifa u ċirkolari b’mod ġust u inklużiv, u japprova l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-inizjattivi tiegħu.
3.It-tmien EAP huwa l-bażi għall-kisba tal-objettivi ambjentali u klimatiċi ddefiniti skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha u l-qafas ta’ monitoraġġ tagħha jikkostitwixxi l-parti ambjentali u klimatika tal-isforzi tal-UE biex tkejjel il-progress lejn sostenibbiltà akbar, inklużi n-newtralità klimatika u l-effiċjenza tar-riżorsi, il-benesseri u r-reżiljenza.
Artikolu 2 – Objettivi prijoritarji
1.It-tmien EAP għandu l-objettiv prijoritarju fit-tul għall-2050 li ċ-ċittadini jgħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji f’ekonomija riġenerattiva fejn ma jinħela xejn, li ma jiġu prodotti l-ebda emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra u li t-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi u mid-degradazzjoni ambjentali. Ambjent b’saħħtu jirfed il-benesseri taċ-ċittadini, isaħħaħ il-bijodiversità u jipproteġi, jirrestawra u jagħti valur lill-kapital naturali b’modi li jtejbu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u riskji ambjentali oħra. L-Unjoni tistabbilixxi l-pass biex tiżgura l-prosperità tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri globalment.
2.It-tmien EAP għandu s-sitt objettivi tematiċi prijoritarji li ġejjin:
(a)it-tnaqqis irriversibbli u gradwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u t-titjib tal-assorbimenti minn bjar naturali u oħrajn fl-Unjoni biex tinkiseb il-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) …/ 32 ;
(b)progress kontinwu fit-titjib tal-kapaċità ta’ adattament, it-tisħiħ tar-reżiljenza u t-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima;
(c)il-progress lejn mudell ta’ tkabbir riġenerattiv li jagħti lura lill-pjaneta aktar milli jieħu, id-diżakkoppjar tat-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi u d-degradazzjoni ambjentali, u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;
(d)li tiġi segwita ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent mhux tossiku, inkluż għall-arja, l-ilma u l-ħamrija, u li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent;
(e)il-protezzjoni, il-preżervazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u t-titjib tal-kapital naturali, b’mod partikolari l-arja, l-ilma, il-ħamrija, u l-foresti, l-ilma ħelu, l-art mistagħdra u l-ekosistemi marittimi;
(f)il-promozzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tnaqqis tal-pressjonijiet ambjentali u klimatiċi ewlenin relatati mal-produzzjoni u l-konsum, b’mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija, l-iżvilupp industrijali, il-bini u l-infrastruttura, il-mobbiltà u s-sistema tal-ikel.
Artikolu 3 – Kundizzjonijiet li jippermettu li jintlaħqu l-objettivi prijoritarji ta’ dan il-programm
1.Biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP se jkun meħtieġ:
(a)l-iżgurar ta’ implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u li jkun hemm sforz għall-eċċellenza fil-prestazzjoni ambjentali fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali inkluż permezz tal-provvista ta’ kapaċità xierqa ta’ assigurazzjoni amministrattiva u ta’ konformità, kif stipulat fir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali, kif ukoll it-tisħiħ tal-azzjoni kontra r-reati ambjentali,
(b)it-tisħiħ tal-approċċ integrat għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, b’mod partikolari billi:
–jiġu integrati l-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fl-istrateġiji, l-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, il-programmi, l-investimenti u l-proġetti kollha rilevanti fil-livelli tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex dawn u l-implimentazzjoni tagħhom ma jagħmlu l-ebda ħsara lil xi wieħed mill-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2;
–il-massimizzazzjoni tal-benefiċċji mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 2014/52/UE 33 u 2001/42/KE 34 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
–tingħata attenzjoni partikolari lis-sinerġiji u l-kompromessi potenzjali bejn l-objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għan-nutrizzjoni, l-akkomodazzjoni u l-mobbiltà jintlaħqu b’mod sostenibbli li ma jħalli lil ħadd lura;
–l-evalwazzjoni regolari tal-politiki eżistenti u t-tħejjija tal-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi ġodda, li huma bbażati fuq konsultazzjonijiet wiesgħa li jsegwu proċeduri li huma responsabbli, inklużivi, infurmati u sempliċi biex jiġu implimentati, u li jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-impatti mbassra fuq l-ambjent u l-klima;
(c)l-integrazzjoni effettiva tas-sostenibbiltà ambjentali u klimatika fis-Semestru Ewropew tal-governanza ekonomika, inkluż fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u l-Pjanijiet Nazzjonali ta’ Rkupru u Reżiljenza;
(d)il-mobilizzazzjoni ta’ investimenti sostenibbli minn sorsi pubbliċi u privati, inklużi fondi u strumenti disponibbli taħt il-baġit tal-Unjoni, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment u fil-livell nazzjonali;
(e)it-tneħħija gradwali ta’ sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, l-aħjar użu ta’ strumenti bbażati fuq is-suq u għodod ta’ bbaġitjar ekoloġiku, inklużi dawk meħtieġa biex tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta, u l-appoġġ lin-negozji u lil partijiet ikkonċernati oħrajn fl-iżvilupp ta’ prattiki standardizzati ta’ kontabbiltà tal-kapital naturali;
(f)l-iżgurar li l-politiki u l-azzjoni ambjentali jkunu bbażati fuq l-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli u t-tisħiħ tal-bażi tal-għarfien ambjentali u l-adozzjoni tagħha, inkluż permezz tar-riċerka, l-innovazzjoni, it-trawwim ta’ ħiliet ekoloġiċi, u l-bini ulterjuri tal-kontabbiltà ambjentali u tal-ekosistemi;
(g)l-użu tal-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali u tad-data biex jappoġġaw il-politika ambjentali filwaqt li jimminimizzaw l-impronta ambjentali tagħhom;
(h)l-użu sħiħ tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-innovazzjoni soċjali;
(i)l-applikazzjoni effettiva ta’ standards għoljin għat-trasparenza, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja skont il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus) 35 ;
(j)tagħmel id-data u l-evidenza marbuta mal-implimentazzjoni tat-tmien EAP disponibbli pubblikament u aċċessibbli faċilment, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità fil-leġiżlazzjoni speċifika għall-qasam;
(k)l-appoġġ għall-adozzjoni globali tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2, filwaqt li tiġi żgurata l-koerenza bejn l-approċċi interni u esterni u l-azzjoni koordinata, b’mod partikolari fir-rigward:
–tal-involviment ma’ pajjiżi sħab dwar azzjoni klimatika u ambjentali, l-inkoraġġiment u l-appoġġ tagħhom biex jadottaw u jimplimentaw regoli f’dawn l-oqsma li huma ambizzjużi daqs dawk tal-Unjoni, u l-iżgurar li l-prodotti kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni;
–tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-gvernijiet, in-negozji u s-soċjetà ċivili f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiffurmaw sħubiji u alleanzi għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni ambjentali fil-G7 u l-G20;
–tat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u ftehimiet ambjentali multilaterali oħrajn mill-Unjoni u s-sħab tagħha, inkluż billi jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-progress dwar l-impenji li saru skont dawk il-ftehimiet;
–tat-tisħiħ tal-governanza ambjentali internazzjonali billi jitneħħew il-lakuni li fadal u jissaħħaħ ir-rispett għal u l-applikazzjoni ta’ prinċipji ambjentali internazzjonali rikonoxxuti;
–tal-iżgurar li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u tal-Istati Membri lil pajjiżi terzi tippromwovi l-Aġenda 2030 tan-NU.
2.Biex jintlaħqu l-objettivi prijoritarji tat-tmien EAP se jkun hemm bżonn li jiġi mobilizzat appoġġ wiesa’ billi jiġu involuti ċ-ċittadini, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra, u titħeġġeġ il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji, politiki jew leġiżlazzjoni relatati mat-tmien EAP fost l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, f’żoni urbani u rurali.
Artikolu 4 - Qafas ta’ monitoraġġ
1.Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, għandha tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-kisba tal-objettivi prijoritarji stabbiliti fl-Artikolu 2 fuq bażi regolari, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3.
2.Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirrifletti l-aħħar żviluppi fir-rigward tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-indikaturi, abbażi tad-data disponibbli fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u s-Sistema Statistika Ewropea. Din il-valutazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-oqfsa u l-eżerċizzji eżistenti ta’ monitoraġġ, rapportar u governanza li jkopru l-politika ambjentali u klimatika.
3.L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-titjib tad-disponibbiltà u r-rilevanza tad-data u l-għarfien, b’mod partikolari billi jwettqu dan li ġej:
(a)il-ġbir, l-ipproċessar u r-rapportar ta’ evidenza u data b’għodod diġitali moderni;
(b)il-ħidma lejn l-għeluq tal-lakuni rilevanti fid-data tal-monitoraġġ;
(c)it-twassil ta’ analiżi rilevanti għall-politika u sistemika, u l-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali;
(d)l-integrazzjoni tad-data dwar l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi, u l-isfruttar sħiħ ta’ data disponibbli oħra, bħal dik mogħtija minn Copernicus;
(e)it-titjib ulterjuri tal-aċċess għad-data permezz tal-programmi tal-Unjoni;
(f)l-iżgurar tat-trasparenza u tar-responsabbiltà;
(g)l-għajnuna lis-soċjetà ċivili, lill-awtoritajiet pubbliċi, liċ-ċittadini, lis-sħab soċjali u lis-settur privat biex jidentifikaw ir-riskji klimatiċi u ambjentali u jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, jimmitigaw u jadattaw ruħhom għalihom, u jrawmu l-involviment tagħhom biex jagħlqu d-diskrepanzi fl-għarfien.
4.Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-ħtiġijiet tad-data u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluża l-kapaċità tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3.
Artikolu 5 – Evalwazzjoni
Sal-31 ta’ Marzu 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tat-tmien EAP. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih is-sejbiet ewlenin ta’ dik l-evalwazzjoni, akkumpanjat, jekk il-Kummissjoni tqis xieraq, minn proposta leġiżlattiva għall-programm ta’ azzjoni ambjentali li jmiss.
Artikolu 6 – Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA – “AĠENZIJI”
Werrej
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET U L-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
5.ELEMENTI OĦRA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i
1.3.Il-proposta hija marbuta ma’
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultati u impatt mistenni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li għandhom jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew komplementarjetajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li nkella kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.
1.5.3.Lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet tal-EEA u l-ECHA
3.2.3.Stima tal-impatt fuq ir-riżorsi umani tal-EEA u l-ECHA
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA SUPPLIMENTARI - “AĠENZIJI”
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm ta’ Azzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Ambjent sal-2030 biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali mil-lat tal-klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u riġenerattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i
Oqsma ta’ politika: 09 Ambjent u Azzjoni dwar il-Klima
Attivitajiet:
09 02 - Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
09 10 - L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
1.3.Il-proposta hija marbuta ma’
☑ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 36
☑ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar f’azzjoni oħra/f’azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Taċċellera t-tranżizzjoni tal-Unjoni għal ekonomija newtrali mil-lat tal-klima, nadifa, effiċjenti fir-riżorsi u restorattiva b’mod ġust u inklużiv u li tikseb l-objettivi ambjentali tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha, filwaqt li tapprova bis-sħiħ l-objettivi ambjentali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Tikkontribwixxi għal qafas ta’ monitoraġġ u rapportar li jkun integrat, koerenti u multidixxiplinarju b’mod aħjar għall-politiki ambjentali u klimatiċi, b’rispons sħiħ għall-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-SDGs, u l-Patt Ekoloġiku Ewropew (EGD).
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Fl-2015, ġew stabbiliti ftehimiet internazzjonali bl-adozzjoni tal- Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) tan-Nazzjonijiet Uniti u l- Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima (COP21) . Dawn l-impenji u l-għarfien dejjem jikber tal-urġenza biex jiġu indirizzati t-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u r-riskji għas-sostenibbiltà jeħtieġu t-tmien EAP effettiv tal-UE.
L-Istat u l-prospetti tal-Ambjent Ewropew 2020 (SOER 2020), ippreżentati mill-EEA fl-4 ta’ Diċembru 2019 irrapportaw dwar l-isfidi attwali tal-Ewropa fil-qasam tal-ambjent, il-klima u s-sostenibbiltà ta’ skala u urġenza mingħajr preċedent; dawn l-isfidi jeħtieġu azzjoni immedjata u konġunta u soluzzjonijiet sistemiċi urġenti. Filwaqt li l-isforzi ta’ politika riċenti tal-UE ġabu benefiċċji sinifikanti, għad hemm problemi fir-rigward tat-telf tal-bijodiversità, l-użu tar-riżorsi, il-ħtieġa li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u l-impatti u r-riskji tiegħu għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Sabiex jitnaqqsu d-differenzi bejn l-istat tal-ambjent u l-miri ambjentali sal-2030, tibqa’ rilevanti enfasi fuq l-implimentazzjoni, li teħtieġ finanzjament, involviment tal-partijiet ikkonċernati, approċċ kollaborattiv għal governanza f’diversi livelli u bażi ta’ għarfien b’saħħitha. Hemm bżonn ta’ żvilupp ta’ oqfsa ta’ politika aktar sistemiċi fit-tul, innovazzjoni għall-bidla fis-soċjetà, ir-riorjentazzjoni tal-investiment u l-finanzjament u l-ġestjoni ta’ tranżizzjoni soċjalment ġusta.
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2019, ħabbar it-tmien EAP b’funzjoni kumplimentari, li se jgħin biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni, l-infurzar u t-twettiq effettiv tal-politiki u l-leġiżlazzjoni ambjentali u klimatiċi u jinkludi qafas ta’ monitoraġġ ġdid. Din il-proposta tippreżenta Deċiżjoni għat-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali sal-2030 biex titħaffef it-tranżizzjoni għal ekonomija newtrali mil-lat ta’ klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u riġenerattiva, li timmira lejn l-appoġġ tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Waħda mill-azzjonijiet ewlenin inklużi fit-tmien EAP, imħabbra mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, hija qafas ġdid ta’ monitoraġġ biex jitkejjel il-progress tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fl-implimentazzjoni tal-objettivi prijoritarji tal-programm u l-viżjoni tiegħu sal-2050 biex “ngħixu tajjeb, fi ħdan il-limiti planetarji”. Tabilħaqq, filwaqt li l-UE stabbiliet diversi oqfsa ta’ monitoraġġ li jkejlu l-progress lejn objettivi ambjentali speċifiċi miftiehma, s’issa ma hemm l-ebda qafas komprensiv stabbilit fil-liġi tal-UE biex jiżgura approċċ koordinat għall-kisba ġenerali tal-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u għall-kontribut tagħhom lejn is-sostenibbiltà, il-benesseri u r-reżiljenza. Din hija wkoll opportunità biex il-monitoraġġ tal-politiki ambjentali jkun marbut mal-flussi ta’ ħidma li għaddejjin fil-JRC, fl-EEA u f’oħrajn dwar il-limiti planetarji (pereżempju l-użu tal-ilma ħelu, it-tibdil fl-użu tal-art, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani) u dwar l-impronta tal-konsum tal-Unjoni.
Il-qafas il-ġdid ta’ monitoraġġ se jkun qed jibni fuq l-oqfsa eżistenti ta’ monitoraġġ jew governanza ambjentali u klimatiċi, ikun mingħajr preġudizzju għalihom u saħansitra jikkumplimentahom; dawn jinkludu dawk tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika kif ukoll ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali. Din se tkun koerenti bis-sħiħ mal-flussi ta’ ħidma li għaddejjin wara r-riżultati tanġibbli tal-EGD, bħall-monitoraġġ il-ġdid tal-Bijodiversità u t-Tniġġis Żero, kif ukoll il-monitoraġġ aġġornat tal-Ekonomija Ċirkolari. Għalhekk il-monitoraġġ tat-tmien EAP se jkun ibbażat l-aktar fuq data eżistenti, għodod ta’ monitoraġġ u rapportar, li jevitaw id-duplikazzjoni u jillimitaw il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, filwaqt li jużaw din l-opportunità biex inaqqsu d-differenzi fl-indikaturi (tniġġis żero u r-rabta bejn l-ambjent u l-politika soċjali). B’mod aktar speċifiku, din tibni fuq il-kisbiet taħt l-azzjonijiet biex tissimplifika r-rapportar ambjentali li ilu għaddej mill-2017 37 , u b’hekk tgħin biex jiġu żviluppati messaġġi koerenti f’eżerċizzji ta’ monitoraġġ differenti.
Il-qafas ta’ monitoraġġ għandu jiżgura s-sjieda u t-twettiq ta’ impenji u indikaturi ċari u bbażati fuq ir-riżultati biex jitkejjel il-progress u jibni fuqu, filwaqt li jkun konsistenti ma’ oqfsa ta’ monitoraġġ eżistenti u għodod ta’ rapportar imħaddma b’mod partikolari, iżda mhux esklużivament, mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-network Eionet tagħha, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż amministrattiv addizzjonali għall-Istati Membri u għal korpi ta’ rapportar oħrajn. L-ECHA hija mitluba wkoll tikkontribwixxi għal dan l-eżerċizzju u tipprovdi informazzjoni dwar l-użu sostenibbli tas-sustanzi kimiċi.
Sabiex jiġi mmexxi u appoġġat il-qafas ta’ monitoraġġ tat-tmien EAP, jeħtieġ li jingħataw riżorsi addizzjonali lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA). Dawn ir-riżorsi mhumiex riżorsi ġodda, iżda se jiġu pprovduti lill-Aġenziji mill-programm LIFE (li jappoġġa wkoll l-attivitajiet ewlenin tagħhom), sabiex tiġi rrispettata l-proposta tal-QFP, li bħalissa qed tiġi nnegozjata mal-awtorità baġitarja. Ir-riżorsi se jintużaw kemm biex jissaħħaħ il-persunal fl-Aġenziji li se jkunu qed iwettqu ħidma fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew u b’mod partikolari biex jappoġġaw u jagħtu kontribut fil-ħidma ta’ monitoraġġ u rapportar tat-tmien EAP. B’mod iktar speċifiku:
• L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA): Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-ħidma tal-EEA dwar diversi politiki ambjentali u klimatiċi, u dwar ir-rapport tal-“Istat tal-Ambjent” (SOER) se jkunu l-bażi tal-qafas ta’ monitoraġġ. L-istrateġija l-ġdida tal-EEA u l-programm ta’ ħidma pluriennali u r-riżorsi tagħha tal-EEA jeħtieġ li jiġu adattati u msaħħa biex jipprovdu monitoraġġ dinamiku, koerenti, b’diversi livelli u trasversali, ibbażat fuq l-integrazzjoni ta’ diversi sorsi ta’ informazzjoni u li jippermettu rapportar f’diversi livelli (nazzjonali, reġjonali, internazzjonali). Il-qafas ta’ monitoraġġ għandu jitfassal skont ir-rekwiżiti u l-ħtiġijiet ta’ rapportar identifikati tat-tmien EAP, li jippermetti l-komunikazzjoni effettiva tal-isfidi u r-reazzjonijiet għaċ-ċittadini u għall-faċilitazzjoni ta’ diskussjoni politika ta’ Livell Għoli fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.
Filwaqt li l-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-“Istat tal-Ambjent” jaqgħu taħt il-mandat attwali tar-Regolament li jwaqqaf l-EEA, il-kompiti ta’ monitoraġġ u rapportar imsemmija hawn fuq se jinkludu kompiti addizzjonali għall-EEA u għalhekk jirrikjedu aktar riżorsi. Wara analiżi bir-reqqa li saret flimkien mal-EEA biex jiġu analizzati sinerġiji possibbli, iżda wkoll biex tiġi ppjanata b’mod strateġiku l-ħidma futura b’reazzjoni għall-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-EEA se tkun teħtieġ il-postijiet ġodda addizzjonali li ġejjin mill-2021 li jkopru l-perjodu l-ġdid tal-QFP (2021-2027):
6 postijiet TA u 9 postijiet CA għall-ħidmiet u attivitajiet ġodda li ġejjin:
Aġġornament tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-Ekonomija Ċirkolari (Appoġġ għat-tabella ta’ valutazzjoni CE) u appoġġ għal inizjattivi settorjali CE (1 TA)
Rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet CE, l-investimenti sostenibbli u l-monitoraġġ tal-impatt tal-investimenti CE tal-finanzi tal-UE (1 CA)
Appoġġ għall-iżvilupp tal-istrateġija tal-UE dwar il-bijodiversità u l-iżvilupp ta’ qafas ta’ monitoraġġ tal-Bijodiversità u tal-Ekosistemi, b’enfasi fuq oqsma li għandhom jiġu koperti minn inizjattivi ġodda (ħamrija, art u foresti) (1 TA, 2 CA)
Il-monitoraġġ tas-saħħa tal-Bijodiversità u tal-Ekosistemi (b’enfasi fuq l-ambjenti tal-ilma ħelu u dawk marittimi) bħala kontribut għal Tniġġis Żero (tnaqqis tal-iskart fil-baħar) u l-bini ta’ ambjent mhux tossiku (1 TA)
Analiżi integrata ta’ impatti tat-tniġġis fuq l-ambjent u s-saħħa u rapportar dwar (eż. ilma tax-xorb, l-użu mill-ġdid tal-ilma, SEVESO, il-merkurju) oqsma ġodda u trasversali tal-ambizzjoni ta’ Tniġġis Żero tal-Patt Ekoloġiku, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ECHA u mal-EFSA (1 TA)
Kapaċità msaħħa għall-analiżi u l-valutazzjonijiet integrati tad-diversi oqsma ta’ politika tal-Patt Ekoloġiku (pereżempju, ir-rabta tal-bijodiversità mal-inizjattivi ta’ tniġġis żero u Farm2Fork). Dan jikkonċerna wkoll valutazzjonijiet integrati dwar id-Direttiva dwar l-Għargħar, l-Ilma Urban Mormi iżda anke d-Direttiva dwar in-Nitrati u l-integrazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi tal-ilma ħelu u dawk marittimi fit-tranżizzjoni ekonomika (l-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli) u l-klima (1 CA)
It-titjib tal-monitoraġġ tat-tmien EAP u l-politiki dwar il-klima fl-era diġitali – bl-użu sħiħ tad-data ta’ COPERNICUS, l-integrazzjoni tax-xjenza taċ-ċittadini u informazzjoni minn sorsi oħra għal monitoraġġ u implimentazzjoni ambjentali dinamiċi – it-titjib fil-puntwalità tat-twassil, il-viżwalizzazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni (2 CAs)
It-tisħiħ tad-dimensjoni internazzjonali tal-monitoraġġ ambjentali u klimatiku, l-appoġġ għad-diplomazija u n-negozjati dwar l-ambjent u l-klima (1 TA)
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-miżuri nazzjonali ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u r-rabtiet tiegħu ma’ objettivi ambjentali oħra (1 TA)
Appoġġ lill-Istati Membri fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u r-rabtiet tagħhom mal-kwalità tal-arja u l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero (1 TA)
Il-monitoraġġ tas-saħħa tal-bniedem u l-impatti u l-adattament għat-tibdil fil-klima permezz ta’ osservatorju virtwali tal-klima u s-saħħa fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku u l-ambizzjoni tagħha ta’ tniġġis żero għal ambjent mhux tossiku (1 TA)
Appoġġ għal metodi ġodda ta’ monitoraġġ għall-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali u emissjonijiet ta’ vetturi ħfief u ta’ vetturi tqal (mill-2022) (1 TA)
Bażi tar-riżorsi umani fl-EEA għall-proposta tat-tmien EAP
Sabiex jiġu ssodisfati l-kontribuzzjonijiet tal-EEA għall-monitoraġġ u r-rapportar skont it-tmien EAP, huwa kruċjali wkoll li mill-2021 u matul il-perjodu tal-QFP li jmiss (2021-2027) tinżamm l-allokazzjoni ta’ riżorsi li ġew allokati addizzjonalment għal dan l-iskop bejn l-2018 u l-2020. Il-linja bażi għall-kalkolu tar-riżorsi addizzjonali meħtieġa tal-EEA għalhekk għandha tkun ir-riżorsi kif adottati fil-baġit finali tal-UE għall-2020 (jiġifieri 130 post tal-pjan ta’ stabbiliment, 74 CAs u 20 ENDs). Dan għandu jiżgura l-kontinwità tal-kompiti ewlenin ġodda miżjuda fil-perjodu 2018-2020 b’mod partikolari:
- Ir-rwol ta’ assistenza tal-EEA fil-monitoraġġ, il-kontroll, ir-rapportar u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar dimensjonijiet ewlenin tal-objettivi tat-tmien EAP relatati mal-klima, id-dekarbonizzazzjoni (tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u enerġija rinnovabbli) u l-effiċjenza enerġetika huwa stabbilit fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika. Tliet postijiet addizzjonali ta’ aġenti kuntrattwali (CAs) ġew allokati u bbaġitjati għall-perjodu ta’ żmien sal-2020 tal-QFP attwali, b’indikazzjoni ta’ tul ta’ żmien mhux limitat. Dawn it-3 postijiet għandhom jinżammu matul il-perjodu l-ġdid tal-QFP, jinbidlu għal postijiet tat-TAs, biex jagħtu rendikont sħiħ u permanenti tal-kompiti addizzjonali rispettivi miżjuda mal-EEA.
- Karigi addizzjonali allokati lill-Aġenzija fl-istabbiliment tal-baġit tal-2020 (5 AT u 2 CAs) u mir-Regolament (UE) 2018/956 (2 CAs), li huma kruċjali għall-implimentazzjoni tal-politiki attwali dwar l-ambjent u l-klima. Dawn il-karigi jkopru attivitajiet li diġà huma implimentati (ara hawn taħt) u huma parti mil-linja bażi tar-riżorsi umani tal-Aġenzija:
a) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-integrazzjoni tal-LULUCF fil-pjattaforma tal-inventarju tal-GHG u l-analiżi sistemika tas-setturi tal-klima u tal-foresti u tal-agrikoltura
b) Analiżi sistemika tal-politika tal-ilma fil-bidla tal-klima
c) Analiżi integrata tal-impatt ekonomiku ta’ tranżizzjoni ambjentali u sostenibbli u ġusta
d) Il-modernizzazzjoni tal-għodod għall-monitoraġġ tal-bijodiversità
e) L-integrazzjoni tad-data ta’ Copernicus fil-monitoraġġ u r-rapportar ambjentali
f) Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil ta’ vetturi tqal ġodda
• L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA): L-ECHA se jkollha rwol importanti fl-iżvilupp tal-istrateġija tal-UE dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbità.
Sabiex twettaq il-kompiti elenkati, kull Awtorità se jkollha bżonn il-postijiet il-ġodda li ġejjin b’seħħ mill-2020:
1 TA u 1 CA għall-ġestjoni u l-konsolidazzjoni ta’ bażijiet tad-data u l-għoti ta’ data kimika sabiex jitlestew ir-rapporti tar-riskju emerġenti rispettivi u l-kontribut għall-indikaturi tal-politika dwar is-sustanzi kimiċi u kontributi oħra għall-ħidma tal-EEA.
1.4.3.Riżultati u impatt mistenni
Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.
L-objettiv ewlieni tal-azzjonijiet previsti huwa li jipprovdu qafas ta’ monitoraġġ komprensiv li huwa adattat għat-tmien EAP il-ġdid, iżda wkoll li jippromwovu l-interkonnessjonijiet u s-sinerġiji bejn it-tmien EAP u l-inizjattivi rilevanti taħt il-kappa tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-Pjan ta’ Ekonomija Ċirkolari adottat riċentement, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima li tħaddan l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2030, l-inizjattiva Farm2Fork, iżda wkoll inizjattivi li qed jitħejjew bħall-inizjattivi ta’ ambizzjoni Tniġġis Żero (ZPAP u l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà), huma l-kandidati ovvji.
Dan l-approċċ ġdid ta’ monitoraġġ, li jintegra l-għodda diġitali l-aktar avvanzata se jipprovdi analiżi bbażata fuq l-evidenza, rapportar definit sew f’diversi livelli u setturi u se jkompli jappoġġa l-obbligi ta’ rapportar tal-UE fil-livell tal-UE u f’dak internazzjonali.
Il-qafas u l-attività ta’ rapportar strutturati sew u ppjanati għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-valutazzjoni sinifikanti tat-tmien EAP, jinfurmaw lil dawk li jfasslu l-politika u jagħtu bidu għal dibattiti ta’ Livell Għoli fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew.
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Il-Kummissjoni se tkun qed timmonitorja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti f’din il-proposta. L-indikaturi jistgħu jinkludu:
– Numru ta’ rapporti dwar suġġetti tematiċi (Ekonomija Ċirkolari, Bijodiversità, Foresti, Art, Ilma u Baħar, Arja, Storbju, Skart, Emissjonijiet, eċċ.
– Numru ta’ rapporti ta’ monitoraġġ orizzontali dwar il-progress fl-implimentazzjoni tat-tmien EAP, l-SDGs, l-EIR u l-Patt Ekoloġiku Ewropew b’reazzjoni għaċ-ċikli ta’ Rapportar rispettivi (it-3 ċiklu ta’ rapportar se jiġi konkluż f’Ġunju 2027 qabel l-iskadenza tat-tmien EAP).
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li għandhom jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
It-tmien proposta tal-EAP twieġeb għall-Artikolu 192(3) tat-Trattat u ssegwi r-riżultati tal-evalwazzjoni riċenti tas-seba’ EAP.
Il-Kummissjoni għandha tqis il-progress fil-kuntest ta’ tliet ċikli suċċessivi ta’ rapportar tal-EIR fl-2022, l-2024 u l-2027.
Fil-kuntest tat-tieni ċiklu ta’ rapportar fl-2024 — li għandu jitlesta fil-ħin biex jinforma dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-EDG, it-tmien EAP, lejn l-SDGs u l-viżjoni sal-2050 ta’ dan il-programm imniżżla fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni sa tmiem il-mandat ta’ din il-Kummissjoni — il-Kummissjoni se tqis u teżamina l-ħtieġa li jiġu rieżaminati l-prijoritajiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-objettivi prijoritarji kif stabbiliti f’dan il-Programm.
It-tielet ċiklu ta’ rapportar għandu jiġi konkluż sa Ġunju 2027, sew qabel l-iskadenza ta’ dan il-Programm.
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew komplementarjetajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li nkella kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.
Raġunijiet għal azzjoni fuq livell Ewropew (ex-ante):
Il-ħtieġa li jsir provvediment għal monitoraġġ effiċjenti, koerenti u risponsiv tat-tmien EAP u tal-politiki kollha tal-UE dwar l-ambjent u l-klima hija inkorporata fit-Trattat tal-Unjoni.
Valur miżjud iġġenerat tal-Unjoni mistenni (ex-post):
Il-qafas ta’ Monitoraġġ se jkun il-mezz ta’ monitoraġġ tat-tmien Programm tal-EAP u l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Se jappoġġa l-obbligi ta’ rapportar tiegħu, jiffaċilita d-dibattiti ta’ Livell Għoli u se jikkontribwixxi għall-valutazzjoni u l-evalwazzjoni tal-kisbiet tat-tmien EAP.
1.5.3.Lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat
Mhux applikabbli
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
L-objettiv ta’ din il-proposta huwa konsistenti ma’ għadd ta’ politiki oħrajn tal-UE u inizjattivi li għaddejjin bħalissa li ġejjin mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-objettivi prijoritarji tat-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali huma li:
a) iwassal biex sal-2050 naslu f'punt fejn inkunu qed ngħixu tajjeb, u fil-limiti ekoloġiċi tal-pjaneta. Il-prosperità tagħna u l-ambjent b’saħħtu jirriżultaw minn ekonomija innovattiva u ċirkolari, fejn ma jinħela xejn u fejn ir-riżorsi naturali jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli, u l-bijodiversità hija mħarsa, apprezzata u rrestawrata f’modi li jsaħħu r-reżiljenza tas-soċjetà tagħna. L-ekonomija tagħna, newtrali għall-klima, ġiet diżakkoppjata mill-użu tar-riżorsi, u hekk titwitta t-triq għal soċjetà globali sikura u sostenibbli;
b) iwassal biex jinkisbu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew bil-ħsieb li titwettaq l-Aġenda 2030 tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari:
- In-newtralità klimatika sal-2050 kif deskritta fil-Liġi dwar il-Klima
- Ekonomija newtrali għall-klima, nadifa u ċirkolari
- Il-preżervazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi u l-bijodiversità
- Ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent mingħajr sustaanzi tossiċi u biex tiġi protetta s-saħħa taċ-ċittadini;
c) iwassal biex tinkiseb konformità sħiħa mal-acquis eżistenti dwar l-ambjent u l-klima;
d) jimplimenta l-miżuri, il-politiki u l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Programm li flimkien jikkostitwixxu qafas abilitanti għal bidla trasformattiva.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Mhux applikabbli.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
–◻ Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻ Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS
☑ tul ta’ żmien mhux limitat
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ inizjalizzazzjoni mill-2021
–u warajha tħaddim fl-iskala kollha.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 38
☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’
–◻ aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☑ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja:
◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
☑ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;
◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ korpi regolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Kummenti
Mhux applikabbli
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-proposta tistabbilixxi Deċiżjoni li tadotta t-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni. Fi ħdan il-proposta tat-tmien EAP, qed tiġi ppreżentata l-ħtieġa għal programm ambizzjuż li jipprovdi għal monitoraġġ u rapportar regolari dwar l-istat tal-ambjent u dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw azzjonijiet ambjentali u klimatiċi (l-Artikolu 4.1). Il-ħidma se ttejjeb l-użu ta’ indikaturi miftiehma dwar diversi oqsma ta’ politika ambjentali u klimatika u se tibni fuq il-prinċipji ta’ INSPIRE għall-użu ta’ data spazjali u informazzjoni diġitali (COPERNICUS). Ir-rapportar koerenti, multidixxiplinarju u aġġornat se jkun il-bażi jew il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-pubbliku u l-analiżi tal-progress dwar kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali. Barra minn hekk, abbażi ta’ dawn ir-rapporti, se ssir diskussjoni ta’ Livell Għoli, fejn il-Kunsill u l-Parlament se jiddibattu l-istat tal-isfidi ambjentali u klimatiċi u jivvalutaw il-koerenza tal-politiki u l-azzjonijiet tal-UE li jindirizzawhom u jilħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-involviment tal-EEA u tal-ECHA huwa ta’ importanza kbira għal dan ix-xogħol. Bl-istess mod, għall-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità, ir-rwol tal-monitoraġġ u l-użu sħiħ tal-informazzjoni diġitali huwa importanti ħafna għall-monitoraġġ tal-istatus ta’ ekosistemi vulnerabbli u ta’ valur u s-servizzi tagħhom. L-interoperabbiltà ta’ bażijiet tad-data u l-estrazzjoni tad-data minn sorsi differenti jipprovdu informazzjoni siewja għall-impatti tal-attività tal-bniedem fuq l-ambjent u l-klima. Ir-rapportar regolari dwar dawn l-impatti, mhux biss juri impatti negattivi, iżda wkoll reazzjonijiet għal miżuri ta’ ġestjoni pożittivi u azzjonijiet ta’ protezzjoni. B’dan il-mod il-monitoraġġ u r-rapportar jipprovdu indikazzjonijiet dwar il-prestazzjoni fil-prattika tal-programmi, l-azzjonijiet u r-riżorsi finanzjarji Komunitarji, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak internazzjonali.
Se japplikaw regoli standard ta’ monitoraġġ u rapportar għas-sussidji tal-UE lill-aġenziji tradizzjonali.
2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-ġestjoni se tkun kemm diretta mill-Kummissjoni kif ukoll indiretta permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).
L-adegwatezza ta’ approċċ ta’ ġestjoni kompletament indirett permezz ta’ żewġ Aġenziji deċentralizzati (jew potenzjalment aktar) (EEA, ECHA, iżda possibbilment l-EFSA wkoll) se tiġi esplorata mal-koleġiżlaturi.
Fir-rigward tal-istrateġija ta’ kontroll, l-Aġenziji deċentralizzati kollha jaħdmu mill-qrib mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni biex jiżguraw li jintlaħqu standards xierqa fl-oqsma kollha tal-qafas ta’ kontroll intern. Dawk l-arranġamenti għandhom japplikaw ukoll għar-rwol tal-Aġenziji fir-rigward tal-proposta attwali.
Barra minn hekk, kull sena finanzjarja, il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill, u filwaqt li jqis is-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jikkunsidra jekk jagħtix kwittanza lill-Aġenziji għall-implimentazzjoni tagħhom tal-baġit.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
Fir-rigward tal-użu legali, ekonomiku, effiċjenti u effikaċi tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-azzjonijiet li għandhom jiġu mwettqa mill-EEA u l-ECHA fil-kuntest ta’ din il-proposta, din l-inizjattiva ma tiġġenerax riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti. L-azzjonijiet li għandhom jitwettqu fil-kuntest ta’ din il-proposta se jibdew fl-2021 u se jkomplu matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) il-ġdid.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll huma pprovduti fir-Regolamenti li bħalissa jirregolaw il-funzjonament tal-EEA u l-ECHA. Dawn il-korpi se jaħdmu mill-qrib mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni sabiex jiżguraw li jiġu segwiti l-istandards xierqa fl-oqsma kollha tal-qafas ta’ kontroll intern.
Kull sena, il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill, jagħti kwittanza lill-EEA u lill-ECHA għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) japplikaw għall-EEA u għall-ECHA mingħajr ebda restrizzjoni. L-EEA u l-ECHA għandhom strateġija ddedikata għal kontra l-frodi u l-pjan ta’ azzjoni li jirriżulta minnha. Barra minn hekk, ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-EEA u l-ECHA, jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġits tal-EEA u l-ECHA u r-regoli finanzjarji applikabbli, inklużi dawk immirati biex jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 39
3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)
·L-intestaturi baġitarji eżistenti
Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Type of
|
Kontribuzzjoni |
||||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff. 40 |
minn pajjiżi tal-EFTA 41 |
minn pajjiżi kandidati 42 |
minn pajjiżi terzi |
fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju |
||
|
3 |
09.02.01 In-natura u l-bijodiversità |
Diff. |
NO |
NO |
NO |
NO |
|
|
3 |
09.02.02 L-ekonomija ċirkulari u l-kwalità tal-ħajja |
Diff. |
NO |
NO |
NO |
NO |
|
|
3 |
09.02.03 Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih |
Diff. |
NO |
NO |
NO |
NO |
|
|
3 |
09.10.02 - L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent |
Diff. |
NO |
NO |
NO |
NO |
|
|
3 |
09.10.01 - L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi |
Diff. |
NO |
NO |
NO |
NO |
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 43
Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
Huwa mistenni li l-Intestatura 3 se żżomm in-newtralità u mhux se tkun affettwata minn dawn il-proposti. Ir-riżorsi meħtieġa għall-EEA u l-ECHA se jitnaqqsu mill-baġit tal-LIFE skont qsim ta’ 2/3 tal-ispejjeż għad-DĠ Ambjent u 1/3 tal-ispejjeż għad-DĠ Azzjoni Klimatika għall-EEA, filwaqt li r-riżorsi meħtieġa għall-ECHA se jkunu koperti mid-DĠ Ambjent kollha kemm huma.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
Numru |
Intestatura 3: Riżorsi Naturali u Ambjent |
Il-prezzijiet kostanti
|
DĠ ENV U DĠ CLIMA: <09.02.01, 09.02.02, 09.0203> |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
||
|
Tnaqqis fl-09.02.01 – DĠ ENV |
L-impenji |
(1a) |
1.385 |
1.405 |
1.428 |
1.450 |
1.474 |
1.496 |
1.522 |
10.160 |
|
Pagamenti |
(2a) |
1.385 |
1.405 |
1.428 |
1.450 |
1.474 |
1.496 |
1.522 |
10.160 |
|
|
Tnaqqis fl-09.02.02 – DGENV |
L-impenji |
(1b) |
1.062 |
1.079 |
1.096 |
1.113 |
1.130 |
1.148 |
1.166 |
7.794 |
|
Pagamenti |
(2b) |
1.062 |
1.079 |
1.096 |
1.113 |
1.130 |
1.148 |
1.166 |
7.794 |
|
|
Tnaqqis fl-09.02.03 – DĠ CLIMA |
L-impenji |
(1c) |
1.062 |
1.079 |
1.096 |
1.113 |
1.130 |
1.148 |
1.166 |
7.794 |
|
Pagamenti |
(2c) |
1.062 |
1.079 |
1.096 |
1.113 |
1.130 |
1.148 |
1.166 |
7.794 |
|
|
Tnaqqis TOTALI fl-approprjazzjonijiet operattivi
|
L-impenji |
=1a+1b +1c |
3.509 |
3.563 |
3.620 |
3.676 |
3.734 |
3.792 |
3.854 |
25.748 |
|
Pagamenti |
=2a+2b+3c |
3.509 |
3.563 |
3.620 |
3.676 |
3.734 |
3.792 |
3.854 |
25.748 |
|
EEA: <09.10.02> |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
||
|
Titolu 1: |
Impenji |
(1) |
2.462 |
2.511 |
2.562 |
2.613 |
2.665 |
2.718 |
2.773 |
18.304 |
|
Pagamenti |
(2) |
2.462 |
2.511 |
2.562 |
2.613 |
2.665 |
2.718 |
2.773 |
18.304 |
|
|
Titolu 2: |
Impenji |
(1a) |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
1.575 |
|
Pagamenti |
(2a) |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
0.225 |
1.575 |
|
|
Titolu 3: |
Impenji |
(3a) |
500 |
500 |
500 |
500 |
500 |
500 |
500 |
3.500 |
|
Pagamenti |
(3b) |
500 |
500 |
500 |
500 |
500 |
500 |
500 |
3.500 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
L-impenji |
=1+1a +3a |
3.187 |
3.236 |
3.287 |
3.338 |
3.390 |
3.443 |
3.498 |
23.379 |
|
Payments |
=2+2a +3b |
3.187 |
3.236 |
3.287 |
3.338 |
3.390 |
3.443 |
3.498 |
23.379 |
|
|
|
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
||
|
Titolu 1: |
Impenji |
(1) |
0.272 |
0.277 |
0.283 |
0.288 |
0.294 |
0.300 |
0.306 |
2.019 |
|
Pagamenti |
(2) |
0.272 |
0.277 |
0.283 |
0.288 |
0.294 |
0.300 |
0.306 |
2.019 |
|
|
Titolu 2: |
Impenji |
(1a) |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.350 |
|
Pagamenti |
(2a) |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.050 |
0.350 |
|
|
Titolu 3: |
Impenji |
(3a) |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
|
Pagamenti |
(3b) |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
L-impenji |
=1+1a +3a |
0.322 |
0.327 |
0.333 |
0.338 |
0.344 |
0.350 |
0.356 |
2.369 |
|
Pagamenti |
=2+2a +3b |
0.322 |
0.327 |
0.333 |
0.338 |
0.344 |
0.350 |
0.356 |
2.369 |
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet tal-EEA u l-ECHA
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali) fi prezzijiet kostanti
|
Indika l-objettivi u r-riżultati ⇩ |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
||||||||||
|
OUTPUTS |
||||||||||||||||||
|
Tip 44 |
Spiża medja |
Le |
Nefqa |
Le |
Nefqa |
Le |
Nefqa |
Le |
Nefqa |
Le |
Nefqa |
Le |
Nefqa |
Le |
Nefqa |
Nru totali |
Spiża totali |
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 45 … |
||||||||||||||||||
|
- Output |
||||||||||||||||||
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 |
||||||||||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... |
||||||||||||||||||
|
- Output |
||||||||||||||||||
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 |
||||||||||||||||||
|
SPIŻA TOTALI |
||||||||||||||||||
3.2.3.Stima tal-impatt fuq ir-riżorsi umani tal-EEA u l-ECHA
3.2.3.1.Fil-Qosor
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali) fi prezzijiet kostanti
|
L-EEA U L-ECHA |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD) |
1.993 |
2.033 |
2.074 |
2.115 |
2.158 |
2.201 |
2.245 |
14.820 |
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST) |
||||||||
|
Persunal b'kuntratt |
740 |
755 |
770 |
786 |
801 |
817 |
834 |
5.503 |
|
Esperti Nazzjonali Sekondati |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
2.734 |
2.778 |
2.844 |
2.901 |
2.959 |
2.018 |
3.087 |
20.323 |
Nota: Il-prezzijiet jassumu aġġustament ta’ 31.9 % għall-postijiet tal-EEA (f’Copenhagen) u indiċjar tas-salarji ta’ 2 % għall-perjodu kollu tal-MMF (kemm il-postijiet tal-EEA kif ukoll tal-ECHA).
Rekwiżiti tal-persunal (FTE):
|
L-EEA U L-ECHA |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD) EEA=9, ECHA=1 |
10 |
10 |
10 |
10 |
10 |
10 |
10 |
|
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST) |
||||||||
|
Persunal b'kuntratt EEA=6, ECHA=1 |
7 |
7 |
7 |
7 |
7 |
7 |
7 |
|
|
Esperti Nazzjonali Sekondati |
||||||||
|
TOTAL |
17 |
17 |
17 |
17 |
17 |
17 |
17 |
3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani għad-DĠ oriġinarji
–☑ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ riżorsi umani addizzjonali.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew sa massimu ta’ punt deċimali wieħed)
|
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
|||
|
·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) |
||||||||||
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-time: FTE) 46 |
||||||||||
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) |
||||||||||
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet) |
||||||||||
|
XX 01 04 ss 47 |
- fil-Kwartieri Ġenerali
48
|
|||||||||
|
- fid-Delegazzjonijiet |
||||||||||
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta) |
||||||||||
|
10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta) |
||||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
||||||||||
|
TOTAL |
||||||||||
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa għal din l-attività u b’mod partikolari l-qafas imtejjeb ta’ monitoraġġ li se jiġi stabbilit, se jiġu koperti mill-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ. Jekk ikun meħtieġ, il-ħtiġijiet se jitqabblu ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ responsabbli mill-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
|
|
Persunal estern |
Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE għandhom ikunu inklużi fit-Taqsima 3 tal-Anness V.
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
–◻ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 49 .
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total |
|
|
Xxxxx |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
-fuq ir-riżorsi proprji
-fuq dħul ieħor
-jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal linji tan-nefqa
Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali |
Impatt tal-proposta/inizjattiva 50 |
||||||
|
Year
|
Year
|
Year
|
Year
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
Artikolu …………. |
||||||||
Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.
https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/reflection-paper-towards-sustainable-europe-2030 .
Iċ-ċifri baġitarji ppreżentati huma indikattivi u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri baġitarji wara l-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027.
Iċ-ċifri baġitarji ppreżentati huma indikattivi u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri baġitarji wara l-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027.