Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0451

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

    COM/2020/451 final

    Brussell, 28.5.2020

    COM(2020) 451 final

    2020/0101(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet tal-proposta u l-objettivi tagħha

    Sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni ressqet għadd ta’ proposti biex tiżgura li l-fondi kollha disponibbli fil-programmi 2014-2020 iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi ESI) ikunu jistgħu jiġu mobilizzati biex jipprovdu reazzjonijiet immedjati għall-effetti diretti u indiretti tal-kriżi. Dawn l-emendi żguraw il-possibbiltà li jiġi mmobilizzat il-finanzjament disponibbli biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw minn żieda fil-pressjoni fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa kif ukoll biex jingħata appoġġ lil min iħaddem u lill-impjegati biex jegħlbu s-sitwazzjoni straordinarja. L-Istati Membri u r-reġjuni ngħataw likwidità u flessibbiltà immedjati biex ikunu jistgħu jimmiraw il-Fondi ESI fejn kienu l-aktar meħtieġa. Il-possibbiltà li jsir użu minn finanzjament ta’ 100% mill-Unjoni ta’ dawn il-miżuri għas-sena kontabilistika li tibda fl-2020 se tikkontribwixxi biex jittaffa l-piż fuq il-finanzi pubbliċi tagħhom.

    Il-firxa tal-coronavirus bejn il-pajjiżi wasslet biex ħafna gvernijiet introduċew miżuri bla preċedent biex irażżnu l-pandemija, bħal negozji li ngħalqu b’mod temporanju jew ir-restrizzjonijiet mifruxa li saru fuq l-ivvjaġġar u l-mobbiltà. Dan imbagħad wassal għal tnaqqis qawwi fil-livell ta’ produzzjoni f’ħafna ekonomiji b’konsegwenzi soċjali serji. Dan se joħloq sfidi sinifikanti għall-finanzi pubbliċi u għall-ġestjoni tad-dejn fis-snin li ġejjin, li min-naħa tagħhom jistgħu jillimitaw l-investiment pubbliku meħtieġ għall-irkupru ekonomiku. Barra minn hekk, il-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali biex jindirizzaw l-effetti tal-kriżi jvarjaw bejn l-Istati Membri u r-reġjuni minħabba l-istrutturi ekonomiċi u l-pożizzjonijiet fiskali differenti. Jekk ma jiġux indirizzati, dawn id-differenzi jistgħu jirriżultaw f’irkupru asimetriku u jwasslu għal żieda fid-disparitajiet reġjonali, li min-naħa tagħhom jistgħu jdgħajfu s-Suq Intern, l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro u l-Unjoni tagħna kollha kemm hi.

    Is-sitwazzjoni qiegħda tevolvi bil-mod, u ħafna reġjuni u Stati Membri qegħdin iħejju għal tnaqqis kawt ta’ restrizzjonijiet fuq is-soċjetajiet u l-intrapriżi tagħhom, u jagħmlu rilanċ tal-ekonomiji tagħhom. Madankollu, l-effetti diretti u indiretti tal-kriżi diġà ħallew l-effett tagħhom f’ħafna setturi, il-proċess ta’ rkupru se jieħu ż-żmien u l-ħtieġa ta’ aktar miżuri ta’ trażżin ma tistax tiġi eskluża. L-ekonomija qiegħda tiċkien u qiegħed jiżdied il-qgħad; l-inċertezza tas-sitwazzjoni kif se tkun wara l-pandemija tista’ twassal għal irkupru aktar bil-mod.

    Sabiex jiġi evitat it-twessigħ tad-disparitajiet kif ukoll biex jiġi evitat proċess ta’ rkupru irregolari, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali fuq il-perijodu qasir u fuq dak medju lill-Istati Membri u r-reġjuni, b’mod partikolari dawk lil dawk li l-ekonomija tagħhom intlaqtet l-agħar mill-pandemija u li għandhom l-inqas kapaċità biex jirkupraw, biex isaħħu l-kapaċità tagħhom ta’ rispons għall-kriżijiet, biex jgħinu lill-ekonomiji tagħhom u s-soċjetajiet tagħhom jegħlbu s-sitwazzjoni u biex iħejju l-pedamenti ta’ rkupru rapidu tal-ekonomiji tagħhom.

    Il-miżuri straordinarji li jagħtu l-akbar flessibbiltà u finanzjament possibbli mill-Fondi ESI kellhom rwol ewlieni fl-appoġġ lil Stati Membri u reġjuni biex jindirizzaw l-effetti immedjati tal-kriżi. Madankollu, huwa ċar li l-firxa tagħhom kienet ristretta għad-disponibbiltà ta’ finanzjament mhux allokat li jifdal fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. F’dak il-kuntest, jeħtieġ li jsir aktar u dan huwa possibbli biss permezz tad-disponibbiltà ta’ riżorsi addizzjonali.

    Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tiġi sfruttata l-qawwa sħiħa tal-baġit tal-UE biex jiġi mobilizzat l-investiment u jiġi antiċipat appoġġ finanzjarju fl-ewwel snin kruċjali ta’ rkupru. Dawn il-proposti huma bbażati fuq żewġ pilastri. Min-naħa l-waħda, qafas finanzjarju pluriennali rivedut għall-2014-2020 u Strument ta’ Rkupru Ewropew ta’ emerġenza, li se jagħtu spinta temporanja lill-qawwa finanzjarja tal-baġit tal-UE bl-użu tal-marġni ta’ manuvra fil-baġit tal-UE biex jinkiseb finanzjament addizzjonali minn fuq is-swieq finanzjarji. Min-naħa l-oħra, qafas finanzjarju pluriennali msaħħaħ għall-2021-2027. Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li ssaħħaħ ċerti programmi ewlenin permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Rkupru biex l-investiment jiġi ddirezzjonat malajr lejn fejn huwa l-aktar meħtieġ, jissaħħaħ is-suq uniku, titqawwa il-kooperazzjoni f’oqsma bħas-saħħa u l-ġestjoni tal-kriżijiet, u biex l-Unjoni tingħata baġit imfassal apposta biex jagħti spinta lit-tranżizzjoni fit-tul lejn Ewropa aktar reżiljenti, aktar ekoloġika u diġitali filwaqt li jingħata sostenn lill-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-proposta attwali tappartjeni għall-ewwel pilastru msemmi hawn fuq.

    Dawn ir-riżorsi addizzjonali jistgħu jintużaw malajr biss fl-ekonomija reali, jekk ikunu disponibbli fil-kuntest tal-programmi li għadhom għaddejjin matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

    Għalhekk qiegħed jiġi propost li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali ta’ EUR 58 272 800 000 fi prezzijiet ta’ bħalissa għall-Fondi Strutturali għall-perjodu 2020 sal-2022 1 . Ir-riżorsi addizzjonali għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi dinjija għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 u jikkostitwixxu riżorsi dinjija addizzjonali għall-FEŻR u l-FSE għall-perjodu ta’ bħalissa. Ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 jikkostitwixxu dħul assenjat estern ġej mill-Istrument ta’ Rkupru Ewropew.

    Dawn l-ammonti se jitqassmu fost l-Istati Membri filwaqt li jitqiesu l-prosperità relattiva tagħhom u l-firxa tal-effetti tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. B’deroga mir-regoli applikabbli għad-dħul assenjat estern stabbilit fir-Regolament Finanzjarju, dawn ir-riżorsi addizzjonali għandhom isegwu r-regoli applikabbli stabbiliti fis-RDK ladarba jiġu assenjati għal programmi operattivi, inklużi r-regoli tas-RDK dwar l-impenji u d-diżimpenji.

    L-Istati Membri jistgħu jużaw dawn l-ammonti skont il-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jew il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) biex jappoġġaw operazzjonijiet li jrawmu miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 fir-reġjuni fejn l-ekonomija u l-impjiegi ntlaqtu b’mod aktar qawwi u biex jitħejja rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomiji tagħhom, jew biex iżidu l-allokazzjoni għall-programmi appoġġati mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-persuni l-aktar fil-bżonn (FEAD).

    Sabiex jippermettu li dawn ir-riżorsi jiġu mmirati lejn iż-żoni ġeografiċi fejn huma l-aktar meħtieġa, bħala miżura eċċezzjonali u bla ħsara għar-regoli ġenerali għall-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali, l-ammonti addizzjonali ma għandhomx jitqassmu skont il-kategorija ta’ reġjun. Madankollu, l-Istati Membri huma mistennija li jqisu l-ħtiġijiet reġjonali u l-livelli tal-iżvilupp differenti sabiex l-enfasi tinżamm fuq reġjuni anqas żviluppati, f’konformità mal-objettivi ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. L-Istati Membri jenħtieġ jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, f’konformità mal-prinċipju tas-sħubija.

    Barra minn hekk, se jsir disponibbli objettiv tematiku trasversali ġdid “Trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku u diġitali tal-ekonomija” għall-finijiet tal-implimentazzjoni tagħhom biex jippermetti proċess sempliċi ta’ programmazzjoni u l-aktar kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ possibbli. Dan l-objettiv tematiku se jkun disponibbli biss għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali. Dawn ma jistgħux jiġu kkombinati ma’ xi objettiv tematiku ieħor u ma għandux ikun possibbli li r-riżorsi jiġu ttrasferiti mill-allokazzjoni “regolari” skont dan l-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Minħabba li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fl-2020 jidentifikaw oqsma ta’ prijorità speċifiċi għall-antiċipazzjoni ta’ investiment pubbliku biex jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku, l-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu kont ta’ dawn l-oqsma ta’ prijorità fil-programmazzjoni tar-riżorsi addizzjonali.

    Sabiex ikun hemm rimborż rapidu u aċċess simplifikat għar-riżorsi addizzjonali, qiegħed jiġi propost li 50% tar-riżorsi addizzjonali għas-sena 2020 isiru disponibbli immedjatament, wara l-approvazzjoni tal-programm(i) jew l-emenda/i tal-programm(i) ikkonċernat(i), bħala prefinanzjament inizjali li jkun hemm bżonn li jiġi approvat biss fl-għeluq tal-programmi. L-Istati Membri u r-reġjuni huma mħeġġa jużaw dan il-prefinanzjament biex jipprovdu pagamenti bil-quddiem lill-benefiċjarji sabiex tissaħħaħ il-likwidità finanzjarja tagħhom. Qiegħed jiġi propost ukoll li l-prefinanzjament annwali fis-snin 2021, 2022 u 2023 għandu jitħallas fir-rigward tar-riżorsi addizzjonali allokati għall-programmi. Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn ir-riżorsi addizzjonali jiġu skjerati b’mod rapidu lejn investimenti konkreti u li jkollhom effett fl-ekonomija reali, mhuwiex qiegħed jiġi propost li tiġi estiża d-data finali ta’ eliġibbiltà, li għandha tibqa’ – anki fil-każ tar-riżorsi addizzjonali – il-31 ta’ Diċembru 2023 (għan-nefqa mġarrba fil-livell tal-benefiċjarji). Madankollu, huwa ċċarat li l-impenji marbuta mar-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu diżimpenjati f’konformità mar-regoli li għandhom jiġu segwiti għall-għeluq tal-programmi (jiġifieri fl-2025 wara s-sottomissjoni tad-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 141 RDK).

    Huwa maħsub ukoll li s-sistema ta’ skambju elettroniku użata għal skambji uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont l-Artikolu 74(4) tas-RDK tiġi aġġustata biex tipprovdi l-possibbiltà li l-Istati Membri jissottomettu talbiet għal programmi operattivi jew għal emendi tal-programm operattivi għall-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għas-snin 2020, 2021 u 2022 mingħajr l-ebda dewmien. 0,35 % tar-riżorsi globali għandhom jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

    Barra minn hekk, huwa propost ukoll li r-riżorsi addizzjonali jistgħu jintużaw biex jikkofinanzjaw in-nefqa eliġibbli sa 100 % mill-baġit tal-UE. Sabiex din il-possibbiltà tkun tista’ ssir reali, huwa meħtieġ li dawn ir-riżorsi jkunu pprogrammati taħt xi assi prijoritarju dedikat wieħed, jew aktar, jew fejn xieraq, taħt programm operattiv dedikat ġdid.

    Huwa ċċarat li r-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika, inklużi r-rekwiżiti għall-allokazzjoni ta’ ċertu sehem tal-FEŻR għall-iżvilupp urban sostenibbli, il-kundizzjonalitajiet ex ante jew id-dispożizzjonijiet rigward ir-riżerva tal-prestazzjoni, l-applikazzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni u l-istrateġiji ta’ komunikazzjoni ma japplikawx għal dawn ir-riżorsi addizzjonali. Madankollu, minħabba l-appoġġ addizzjonali, li jista’ jiġi kompletament iffinanzjat mill-baġit tal-UE mingħajr ebda kofinanzjament nazzjonali, huwa raġonevoli li l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkunu obbligati jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali, il-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti u r-riċevituri finali ta’ strumenti finanzjarji dwar l-eżistenza u l-oriġini ta’ dan l-appoġġ addizzjonali.

    Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv addizzjonali, iżda biex jiġi żgurat li l-esperjenza mill-implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali tiġi analizzata kif suppost, qiegħed jiġi propost li kull Stat Membru li jibbenefika mir-riżorsi addizzjonali għandu jħejji evalwazzjoni waħda biss li tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt ta’ dawn ir-riżorsi. Filwaqt li m’huma qegħdin jiġu proposti l-ebda indikaturi komuni li għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà u l-possibbiltà li jiġu aggregati r-riżultati appoġġati fil-livell tal-UE, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu mill-indikaturi speċifiċi għall-programmi li saru disponibbli mill-Kummissjoni biex jiġu segwiti l-miżuri ta’ rispons relatati mal-COVID-19 iffinanzjati mill-Fondi.

    Dawn il-bidliet eċċezzjonali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli li għandhom japplikaw f’ċirkostanzi regolari u ma għandhom taħt l-ebda kundizzjoni jistabbilixxu preċedent għar-regoli applikabbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.

    Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Il-proposta hija limitata għal emendi mmirati meħtieġa għall-fini li jiġu stabbiliti regoli li jagħmlu disponibbli r-riżorsi addizzjonali u li jirregolaw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-proposta hi konsistenti mal-qafas legali ġenerali stabbilit għall-Fondi ESI u hi limitata għal emenda mmirata tar-Regolament (KE) 1303/2013. Il-proposta tikkumplimenta l-emendi reċenti 2 li jintroduċu miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19; kif ukoll il-miżuri speċifiċi biex tiġi pprovduta flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi ESI b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 (Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus) kif ukoll miżuri oħra kollha li għandhom l-għan li jindirizzaw is-sitwazzjoni attwali ta’ mingħajr preċedent. Il-miżuri huma konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni għal Fond ta’ Rkupru Ewropew u l-proposta għal reviżjoni tal-QFP.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-proposta tissejjes fuq l-Artikoli 177 u 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Sussidjarjetà

    Il-proposta ma timmodifikax il-mod ta’ twettiq tal-programmi tal-Fondi Strutturali, li jibqa’ taħt ġestjoni kondiviża.

    Il-ġestjoni kondiviża hija mirfuda mill-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li l-Kummissjoni tiddelega l-ipprogrammar strateġiku u l-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Istati Membri u lir-reġjuni. Din tillimita wkoll l-azzjoni tal-UE għal dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha stabbiliti fit-Trattati.

    Il-proposta għandha l-għan li tippermetti li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali u li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw l-użu ta’ dawk ir-riżorsi fil-kuntest tal-programmi taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni preżenti.

    Proporzjonalità

    Il-proposta hija ristretta għat-tfassil tar-regoli meħtieġa li għandhom jiġu segwiti biex isiru disponibbli r-riżorsi addizzjonali, u hija mmirata lejn dan. Dawk ir-regoli ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex isiru disponibbli riżorsi addizzjonali u jistabbilixxu r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riżorsi.

    Għażla tal-istrument

    L-għażla tal-istrument hija Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja kif stabbilita fl-Artikolu 177 tat-Trattat.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Ma japplikax

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Ma sarux konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati esterni. Madankollu, il-proposta ssegwi konsultazzjonijiet estensivi mal-Istati Membri u mal-Parlament Ewropew tul dawn l-aħħar ġimgħat, u tqis aktar minn 400 mistoqsija li rċevew l-awtoritajiet nazzjonali dwar it-trattament tagħhom tal-miżuri ta’ rispons għall-kriżi permezz tat-Task Force tal-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Ma japplikax

    Valutazzjoni tal-impatt

    Se titwettaq valutazzjoni tal-impatt għat-tħejjija tal-proposti għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Dawn il-bidliet limitati u mmirati ma jeħtiġux valutazzjoni tal-impatt separata peress li huma relatati biss mal-istabbiliment tar-regoli applikabbli għar-riżorsi addizzjonali li saru disponibbli fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Ma japplikax

    Drittijiet fundamentali

    Ma japplikax

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-proposta se twassal għal impenji addizzjonali fis-sena 2020, iffinanzjati minn żieda fil-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. Se twassal ukoll għal impenji addizzjonali għas-snin 2021 u 2022, iffinanzjati minn dħul assenjat estern. Dan se jiskatta pagamenti addizzjonali fis-snin 2020 sal-2025.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Qiegħed jiġi propost li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ) biex jiġi żgurat li riżorsi addizzjonali eċċezzjonali jkunu disponibbli għall-Istati Membri mill-Fondi Strutturali biex jipprovdu assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 fil-każ ta’ żoni ġeografiċi tal-Ewropa li l-ekonomija u l-impjiegi tagħhom intlaqtu b’mod aktar qawwi u biex jitħejja rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija.

    Qiegħed jiġi propost li r-riżorsi addizzjonali jsiru disponibbli għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għas-snin 2020, 2021 u 2022. Ir-riżorsi addizzjonali għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 u jikkostitwixxu riżorsi globali addizzjonali għall-FEŻR u l-FSE għall-perjodu ta’ bħalissa. Ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 jikkostitwixxu dħul assenjat estern ġej mill-[Istrument ta’ Rkupru Ewropew]. Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tistabbilixxi f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, it-tqassim tat-totalità tar-riżorsi addizzjonali għal kull Stat Membru għas-snin 2020 u 2021 abbażi tal-kriterji tal-allokazzjoni bbażati fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-metodu ta’ allokazzjoni għandu jipprevedi ammont iddedikat addizzjonali għal dawk ir-reġjuni. Sabiex tiġi riflessa n-natura dejjem tevolvi tal-effetti tal-kriżi, qiegħed jiġi propost li din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tiġi riveduta fl-2021 sabiex jiġu stabbiliti r-riżorsi addizzjonali għal kull Stat Membru għas-sena 2022 abbażi tal-istess metodu ta’ allokazzjoni, bl-użu tal-aħħar data statistika disponibbli sad-19 ta’ Ottubru 2021.

    Jeħtieġ li r-riżorsi addizzjonali jitqassmu bejn il-FEŻR u l-FSE permezz tal-ipprogrammar tar-riżorsi mingħajr ebda limitazzjoni. L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jużaw parti minn dawn ir-riżorsi addizzjonali għall-FEAD. Ir-riżorsi addizzjonali se jiġu allokati għal ass prijoritarju separat iddedikat wieħed, jew inkella aktar minnhom, fi ħdan programm jew programmi eżistenti permezz ta’ talba għal emenda tal-programm jew tal-programmi kkonċernat/i jew għal programm dedikat ġdid permezz tat-tħejjija u s-sottomissjoni ta’ programm operattiv ġdid.

    Ir-riżorsi addizzjonali jistgħu jintużaw biss biex jappoġġaw operazzjonijiet li jrawmu miżuri li jtaffu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, jew fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija permezz ta’ investimenti f’operazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika taħt objettiv tematiku ġdid li jikkumplimenta l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9, kif ukoll għal assistenza teknika. Ir-regoli regolari tar-RDK se japplikaw mid-data tal-bidu tal-eliġibbiltà tan-nefqa u l-għażla tal-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ minn dawn ir-riżorsi addizzjonali.

    Għandu jkun permess li sa massimu ta’ 4 % tar-riżorsi addizzjonali li jibqgħu disponibbli għall-ipprogrammar taħt il-FEŻR u l-FSE (mhux inklużi l-ammonti użati biex jappoġġaw il-FEAD, fejn applikabbli) jistgħu jiġu allokati għal assistenza teknika jew għal assi prijoritarji eżistenti ta’ assistenza teknika jew għal programmi li jirċievu finanzjament mill-FEŻR jew mill-FSE, jew għal wieħed jew aktar assi ta’ prijorità ta’ assistenza teknika maħluqa ġodda.

    Ir-riżorsi addizzjonali mhux allokati għal assistenza teknika u għall-FEAD għandhom jappoġġaw esklużivament operazzjonijiet kemm mill-FEŻR kif ukoll mill-FSE taħt l-objettiv tematiku ġdid “Trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija”. Għall-finijiet ta’ programmar u implimentazzjoni, dan l-objettiv tematiku għandu jikkostitwixxi wkoll prijorità ta’ investiment unika.

    Għall-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jappoġġaw investiment fi prodotti u servizzi għas-servizzi tas-saħħa u biex jipprovdu appoġġ fil-forma ta’ kapital operatorju jew appoġġ ta’ investiment lill-SMEs inkluż spejjeż operattivi u tal-persunal u miżuri ta’ saħħa u sikurezza.

    Għall-FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jappoġġaw iż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u appoġġ għal persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari għal persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, appoġġ għal miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ, żvilupp tal-ħiliet u għat-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, inkluż għat-tfal.

    50 % tar-riżorsi addizzjonali għas-sena 2020 se jitħallsu bħala prefinanzjament inizjali għall-programmi kkonċernati. Dak il-prefinanzjament inizjali għandu jiġi saldat għal kollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm. Ir-riżorsi addizzjonali se jitqiesu wkoll għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-prefinanzjament annwali li għandu jitħallas skont ir-regoli standard fl-2021, fl-2022 u fl-2023.

    B’deroga mir-rekwiżiti ta’ kofinanzjament normali, għandu jkun permess li assi prijoritarji li jirċievu appoġġ mir-riżorsi addizzjonali pprogrammati taħt l-objettiv tematiku stabbilit ġdid ikunu kofinanzjati mill-Fondi sal-livell ta’ 100 %.

    It-talbiet għall-emenda ta’ xi programm operattiv eżistenti biex jiġu akkomodati r-riżorsi addizzjonali ppreżentati minn xi Stat Membru għandhom jiġu ġġustifikati kif xieraq u b’mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fuq il-programm dwar it-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew tat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija.

    Fejn jiġi stabbilit programm operattiv dedikat, ikun hemm bżonn li l-ġustifikazzjoni tispjega l-impatt mistenni tal-bidliet fuq il-programm fuq it-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija COVID-19 jew it-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. Fejn jiġi stabbilit programm operattiv dedikat, l-Istati Membri jkunu jistgħu jidentifikaw l-awtoritajiet maħtura tal-programm ta’ dawk il-programmi li jkunu għaddejjin biss.

    Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li l-Istati Membri jiżguraw li mill-inqas evalwazzjoni waħda titwettaq sal-31 ta’ Diċembru 2024 biex jiġu vvalutati l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikkontribwew fl-ilħuq tal-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Barra minn hekk, jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, jenħtieġ li jużaw il-mezzi raġonevoli kollha biex jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji tal-eżistenza, il-volum u l-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. Għall-finijiet ta’ dawk ir-rekwiżiti, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li r-referenza għall-Fondi hija kkomplementata jew sostitwita b’referenza għall- [“REACT-EU”].

    Fl-aħħar nett, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti fejn tidħol il-konċentrazzjoni tematika, il-kundizzjonijiet ex ante, ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni kif ukoll il-ħtieġa li titħejja strateġija ta’ komunikazzjoni ma japplikawx għar-riżorsi addizzjonali.

    2020/0101 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 177 u 322(1)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 3 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 4 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)L-Istati Membri ntlaqtu mill-kriżi minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b’mod bla preċedent. Il-kriżi tfixkel it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jaggrava n-nuqqas serju ta’ likwidità minħabba ż-żieda f’daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi.

    (2)Sabiex jirrispondu għall-impatt tal-kriżi, ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1301/2013 ġew emendati fit-30 ta’ Marzu 2020 biex jippermettu aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew (“FSE”) u l-Fond ta’ Koeżjoni (“il-Fondi”) u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”). Madankollu, peress li l-effetti negattivi serji fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet marru għall-agħar, iż-żewġ Regolamenti reġgħu ġew emendati fit-23 ta’ April 2020 biex jipprovdu flessibbiltà addizzjonali eċċezzjonali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-rispons meħtieġ għall-kriżi mingħajr preċedent billi jissaħħu l-possibbiltà li jiġi mobilizzat appoġġ mhux użat mill-Fondi u billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti proċedurali marbuta mal-implimentazzjoni u l-awditjar tal-programm.

    (3)Sabiex jiġu rimedjati xokkijiet kbar fl-ekonomija li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet eċċezzjonali stabbiliti mill-Istati Membri biex jikkontrollaw it-tixrid tal-COVID-19 u r-riskji ta’ rkupru asimetriku li jirriżulta mid-disponibbiltà differenti minn Stat Membru għall-ieħor, li jwassal għal impatti serji fuq il-funzjonament tas-Suq Intern, fit-23 ta’ April 2020 il-Kunsill Ewropew approva l- “Pjan direzzjonali għall-irkupru” b’element qawwi ta’ investiment, sejjaħ għall-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Rkupru u ta mandat lill-Kummissjoni biex tanalizza l-ħtiġijiet sabiex ir-riżorsi jkunu mmirati lejn is-setturi u l-partijiet ġeografiċi tal-Unjoni l-aktar milquta, filwaqt li tiġi ċċarata wkoll ir-rabta mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027.

    (4)Skont ir-Regolament [l-Istrument ta’ Rkupru Ewropew] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fihom, għandhom jittieħdu miżuri ta’ rkupru u reżiljenza taħt il-Fondi Ewropej tal-Investiment u l-Fondi Strutturali biex jiġi l-indirizzat l-impatt mingħajr preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Tali riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jintużaw biex tiġi żgurata l-konformità mat-termini stipulati fir-Regolament [ERI]. Barra minn dan, jenħtieġ li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta’ reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020.

    (5)Ammont eċċezzjonali addizzjonali ta’ EUR 58 272 800 000 (bi prezzijiet ta’ bħalissa) għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għas-snin 2020, 2021 u 2022, għandu jkun disponibbli bħala sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-aktar milquta bil-miżuri ta’ tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, bil-ħsieb li jiġu skjerati riżorsi malajr fl-ekonomija reali permezz tal-programmi operattivi eżistenti. Ir-riżorsi għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 filwaqt li r-riżorsi għall-2021 u l-2022 ġejjin mill-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Parti mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali li jifdal għal kull Stat Membru abbażi ta’ metodu ta’ allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Il-metodu ta’ allokazzjoni jenħtieġ li jinkludi ammont iddedikat addizzjonali għar-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li qed tevolvi tal-effetti tal-kriżi, l-analiżi dettaljata għandha tiġi riveduta fl-2021 fuq il-bażi tal-istess metodu ta’ allokazzjoni bl-użu tal-aktar data statistika reċenti disponibbli sad-19 ta’ Ottubru 2021 biex jitqassam is-segment tal-2022 tar-riżorsi addizzjonali.

    (6)Regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fejn jidħol l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja soda u iffinanzjar effettiv mill-UE.

    (7)Sabiex tkun permessa flessibbiltà massima lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ azzjonijiet ta’ teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, l-allokazzjonijiet jenħtieġ li jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-livell tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-possibbiltà li jintużaw xi riżorsi addizzjonali biex jingħata sostenn lil dawk l-aktar fil-bżonn. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi li jikkonċernaw l-allokazzjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri filwaqt li titħalla l-flessibbiltà massima lill-Istati Membri fir-rigward tal-allokazzjoni tagħha fi ħdan il-programmi operattivi appoġġati mill-FEŻR jew mill-FSE. Għandu jiġi ċċarat li ma hemmx bżonn li jiġi rispettat is-sehem minimu tal-FSE għar-riżorsi addizzjonali. Fil-kunsiderazzjoni tal-infieq rapidu mistenni tar-riżorsi addizzjonali, l-impenji marbuta ma’ dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu diżimpenjati biss fl-għeluq tal-programmi operattivi.

    (8)Possibbiltajiet għal trasferimenti finanzjarji taħt il-mira tal- “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” bejn il-FEŻR u l-FSE jenħtieġ li jiġu introdotti wkoll għar-riżorsi addizzjonali, kif diġà huwa l-każ għall-parti tar-riżorsi globali disponibbli għall-ipprogrammar fl-2020 skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Trasferimenti bħal dawn ma għandhom jaffettwaw la r-riżorsi disponibbli taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea u lanqas l-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

    (9)Sabiex jikkomplementaw l-azzjonijiet diġà disponibbli taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR, kif estiż bir-Regolamenti (UE) 2020/460 u (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 , l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jitħallew jużaw ir-riżorsi addizzjonali primarjament għal investimenti fi prodotti u servizzi għas-servizzi tas-saħħa u biex jipprovdu appoġġ fil-forma ta’ kapital operatorju jew appoġġ ta’ investiment lill-SMEs, f’operazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini jew miżuri ta’ appoġġ ekonomiku għal dawk ir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq setturi l-aktar affettwati mill-kriżi. Jenħtieġ ukoll li tkun appoġġjata l-assistenza teknika. Huwa xieraq li r-riżorsi addizzjonali jkunu ffokati esklussivament taħt l-objettiv tematiku l-ġdid “Trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija”, li għandhom jikkostitwixxu wkoll prijorità ta’ investiment unika, sabiex tkun tista’ ssir programmazzjoni simplifikata u implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali.

    (10)Għall-FSE, l-Istati Membri jenħtieġ li primarjament jużaw ir-riżorsi addizzjonali biex jappoġġaw iż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u appoġġ għal persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari għal persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, l-appoġġ għal miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet u għat-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, inkluż għat-tfal. Għandu jiġi ċċarat li fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti jista’ jingħata appoġġ għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 anki meta dak l-appoġġ ma jkunx marbut ma’ miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux imposti mil-liġi nazzjonali. L-appoġġ tal-Unjoni għal dawk l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għandu jkun għal perjodu limitat.

    (11)Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr azzjonijiet ta’ tiswija wara l-kriżijiet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut livell ogħla ta’ pagament ta’ prefinanzjament inizjali għall-implimentazzjoni rapida ta’ azzjonijiet appoġġati mir-riżorsi addizzjonali. Il-prefinanzjament inizjali li għandu jitħallas għandu jiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi biex jirranġaw il-ħlasijiet bil-quddiem lill-benefiċjarji fejn meħtieġ u li jħallsu lura lill-benefiċjarji malajr wara li jkunu tressqu t-talbiet għall-ħlas.

    (12)L-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li jallokaw riżorsi addizzjonali għal programmi operattivi dedikati ġodda jew assi prijoritarji ġodda fi ħdan il-programmi eżistenti. Sabiex tkun tista’ ssir implimentazzjoni rapida, huwa biss dawk l-awtoritajiet diġà maħtura ta’ programmi operattivi eżistenti appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE, jew mill-Fond ta’ Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati għal programmi operazzjonali speċifiċi ġodda. Jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa evalwazzjoni ex ante mill-Istati Membri u jenħtieġ li l-elementi meħtieġa għall-preżentazzjoni tal-programm operazzjonali għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni jkunu limitati.

    (13)Bil-ħsieb li jittaffa l-piż fuq il-baġits pubbliċi fir-rigward tat-teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà eċċezzjonali li jitolbu rata ta’ kofinanzjament sa 100 % li għandha tiġi applikata għall-assi prijoritarji separati tal-programmi operattivi li jipprovdu appoġġ mir-riżorsi addizzjonali.

    (14)Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw malajr ir-riżorsi addizzjonali għat-teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija fi ħdan il-perjodu ta’ programmazzjoni preżenti, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eżentati, fuq bażi eċċezzjonali, mill-ħtieġa li jikkonformaw mal-kundizzjonalitajiet u r-rekwiżiti ex ante dwar ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni, minn dawk dwar il-konċentrazzjoni tematika, anke fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli għall-FEŻR, u mir-rekwiżiti dwar it-tħejjija ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni għar-riżorsi addizzjonali. Huwa meħtieġ madankollu li l-Istati Membri jagħmlu mill-inqas evalwazzjoni waħda sal-31 ta’ Diċembru 2024 biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew fl-ilħuq tal-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni komparabbli fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu mill-indikaturi speċifiċi għall-programmi disponibbli mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom itejbu l-viżibbiltà tal-miżuri u r-riżorsi eċċezzjonali introdotti mill-Unjoni, b’mod partikolari billi jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali.

    (15)Bil-ħsieb li dawn ir-riżorsi addizzjonali jkunu jistgħu jiġu mmirati lejn iż-żoni ġeografiċi fejn huma l-aktar meħtieġa, bħala miżura eċċezzjonali u bla ħsara għar-regoli ġenerali għall-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali, l-ammonti addizzjonali allokati għall-FEŻR u l-FSE m’għandhomx jitqassmu skont il-kategorija ta’ reġjun. Madankollu, l-Istati Membri huma mistennija li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet reġjonali u l-livelli tal-iżvilupp differenti sabiex jiżguraw li l-enfasi tinżamm fuq ir-reġjuni l-anqas żviluppati, f’konformità mal-objettivi ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbilit fl-Artikolu 173 TFUE. L-Istati Membri jenħtieġ jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, f’konformità mal-prinċipji tas-sħubija.

    (16)Sabiex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti awtorizzati bit-tibdiliet imdaħħla taħt dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 30(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju rigward l-użu tal-approprjazzjonijiet għall-istess objettiv ma tapplikax fir-rigward ta’ trasferimenti proposti skont dan ir-Regolament.

    (17)Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun hemm reazzjoni għall-impatt tal-kriżi tas-saħħa pubblika billi jiġu introdotti miżuri ta’ flessibbiltà fil-qasam tal-għoti ta’ appoġġ mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    (18)Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (19)Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-urġenza biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha, jitqies li hemm bżonn tintuża l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

    (20)Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi emendat kif xieraq.

    (21)L-Artikolu 135(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 6 jistipula li l-emendi għar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 7 jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom 8 li jiġu adottati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak il-Ftehim jew wara, ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit sa fejn dawk l-emendi jkollhom impatt fuq l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit. L-appoġġ skont dan ir-Regolament għall-2020 huwa ffinanzjat minn żieda tal-limitu massimu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u għall-2021 u l-2022 minn żieda fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, li jkollu impatt fuq l-obbligu finanzjarju tar-Renju Unit. Għalhekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

    1.fl-Artikolu 91, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

    “1a. B’żieda mar-riżorsi globali li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali ta’ EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet ta’ bħalissa għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-impenn baġitarju għall-2020, u allokati lill-FEŻR u l-FSE.”;

    2.jiddaħħlu l-Artikoli 92a u 92b li ġejjin:

    Artikolu 92a

    Riżorsi mill-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea

    Il-miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati taħt il-Fondi Strutturali b’ammont ta’ EUR 53 272 800 000 fi prezzijiet ta’ bħalissa tal-ammont li ssir referenza għalih fl-Artikolu 3(2)(a)(i) ta’ dak ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 4(3), (4) u (8) tiegħu.

    Dawn ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 92b

    Riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

    1.    Ir-riżorsi addizzjonali li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 91(1a) u 92a (“ir-riżorsi addizzjonali”) għandhom isiru disponibbli taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) Ir-riżorsi għandhom jintużaw biex tiġi implimentata assistenza teknika skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-operazzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv tematiku fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

    2.    Ir-riżorsi addizzjonali għandhom isiru disponibbli għall-impenn baġitarju għas-snin 2020 sa 2022 flimkien mar-riżorsi globali stabbiliti fl-Artikolu 91 kif ġej:

    2020: EUR 5 000 000 000;

    2021: EUR 42 434 400 000;

    2022: EUR 10 820 400 000.

    Ir-riżorsi addizzjonali għall-2020 għandhom isiru disponibbli mir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 91(1a).

    Ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom isiru disponibbli mir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 92a. Ir-riżorsi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 92a għandhom ukoll jappoġġjaw in-nefqa amministrattiva sa massimu ta’ EUR 18 000 000 fi prezzijiet ta’ bħalissa.

    3.    0,35 % tar-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

    4.    Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali bħala approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali għall-2020 u l-2021 għal kull Stat Membru skont il-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness VIIa. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta fl-2021 biex jiġi stabbilit it-tqassim tar-riżorsi addizzjonali għal-2022 abbażi tad-data disponibbli sad-19 ta’ Ottubru 2021.

    5.    B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76, l-impenji baġitarji għar-riżorsi addizzjonali fir-rigward ta’ kull programm operattiv ikkonċernat għandu jsir għal kull Fond għas-snin 2020, 2021 u 2022.

    L-impenn legali li ssir referenza għalih fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 76 għas-snin 2021 u 2022 għandu jidħol fis-seħħ mid-data li ssir referenza għaliha fl-Artiklu 4(3) ta’ [ir-Regolament ERI].

    It-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 76 ma għandux japplika fir-rigward tar-riżorsi addizzjonali.

    B’deroga mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli ta’ diżimpenn stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IX tal-Parti II u fl-Artikolu 136 għandhom japplikaw għall-impenji baġitarji abbażi tar-riżorsi addizzjonali li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 92a. B’deroga mill-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ir-riżorsi addizzjonali ma għandhomx jintużaw għal xi programm jew azzjoni segwenti.

    B’deroga mill-Artikoli 86(2) u 136(1), l-impenji ta’ riżorsi addizzjonali għandhom jiġu diżimpenjati skont ir-regoli li għandhom jiġu segwiti għall-għeluq tal-programmi.

    Kull Stat Membri għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar skont l-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi.

    B’deroga mill-Artikolu 92(7), jista’ jiġi wkoll propost li sehem mir-riżorsi addizzjonali jintuża biex jiżdied l-appoġġ għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FEAD”) qabel l-allokazzjoni lill-FEŻR u l-FSE, jew fl-istess mument tagħha.

    Wara l-allokazzjoni inizjali tagħhom, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu, fuq talba ta’ xi Stat Membru għal emenda ta’ xi programm operattiv skont l-Artikolu 30(1), jiġu trasferiti bejn il-FEŻR u l-FSE, irrispettivament mill-perċentwali li ssir referenza għalihom fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1).

    L-Artikolu 30(5) ma għandux ikun applikabbli għar-riżorsi addizzjonali. Dawn ir-riżorsi għandhom jiġu esklużi mill-bażi tal-kalkolu għall-fini tal-limiti massimi stabbiliti f’dak il-paragrafu.

    Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kundizzjoni li l-approprjazzjonijiet ikunu għall-istess objettiv ma għandhiex tapplika għar-rigward ta’ dawn it-trasferimenti. It-trasferimenti jistgħu japplikaw biss għas-sena li tkun għaddejja jew għal snin fil-futur fil-pjan finanzjarju.

    Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92(4) ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni inizjali jew għat-trasferimenti sussegwenti tagħhom.

    L-ammonti allokati lill-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ skont l-Artikolu 92(5) skont il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandhomx ikunu affettwati.

    Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ikunu implimentati skont ir-regoli tal-Fond li lilhom ikunu allokati jew trasferiti.

    6.    Jistgħu jiġu allokati sa massimu ta’ 4% tar-riżorsi addizzjonali totali skont il-FEŻR u l-FSE għal assistenza teknika skont xi programm operattiv eżistenti appoġġjat mill-FEŻR jew mill-FSE jew il-programm operattiva ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 11.

    7.    B’deroga mill-Artikolu 81(1) u l-Artikolu 134(1), il-prefinanzjament inizjali li għandu jitħallas wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm operattiva jew li tapprova l-emenda għal xi programm operattiv għall-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għandu jkun ta’ 50% tar-riżorsi addizzjonali allokati għall-programmi għas-sena 2020 skont l-objettiv tematiku l-ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

    Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 134(2) għall-prefinanzjament annwali fis-snin 2021, 2022 u 2023, l-ammont tal-appoġġ mill-Fondi għall-perjodu ta’ pprogrammar kollu kemm hu lill-programm operattiv għandu jinkludi r-riżorsi addizzjonali.

    L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali addizzjonali kif issir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi saldat għal kollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm operattiv. 

    8.    Ir-riżorsi addizzjonali mhux allokati għal assistenza teknika għandhom jintużaw skont l-objettiv tematiku imfisser fil-paragrafu 10 għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet li jrawmu t-teħid ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija COVID-19 jew it-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija.

    L-Istati Membri jistgħu jallokaw ir-riżorsi addizzjonali lil xi ass prijoritarju, wieħed jew ħafna, fi ħdan programm jew programmi operattiv(i) jew lil xi programm operattiv ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 11.  B’deroga mill-Artikolu 26(1), il-programm għandu jkopri l-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2022, suġġett għall-paragrafu 4 hawn fuq.

    Fil-każ tal-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw fl-appoġġ għall-investiment fi prodotti u servizzi għal servizzi tas-saħħa, biex jingħata appoġġ fil-forma ta’ kapital ta’ ħidma jew appoġġ għall-investiment lill-SMEs, investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, investimenti fl-infrastruttura li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini, u miżuri ekonomiċi fir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq is-settur l-aktar affettwati mill-kriżi.

    Fil-każ ta’ FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jingħata appoġġ liż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u appoġġ lil dawk li jaħdmu għal rashom, anki meta dak l-appoġġ ma jkunx ikkombinat ma’ miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux impost bil-liġi nazzjonali. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ukoll ikunu ta’ appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari għal nies f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, miżuri ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, b’mod partikolari b’appoġġ għat-tranżizzjonijiet marbuta ma’ xulxin, dik ekoloġika u dik diġitali, u biex jitjieb l-aċċess għas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, inkluż għat-tfal.

    9.    Bl-eċċezzjoni tal-assistenza teknika li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 6 u tar-riżorsi addizzjonali użati għall-FEAD li ssir referenza għalihom fis-seba’ subparagrafu tal-paragrafu 5, ir-riżorsi addizzjonali għandhom isostnu operazzjonijiet skont l-objettiv tematiku l-ġdid “Trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija”, li jikkumplimenta l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9.

    L-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu jkun disponibbli b’mod esklussiv għall-ipprogrammar tar-riżorsi addizzjonali. B’deroga mill-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 96(1), ma għandux ikun ikkombinat ma’ xi prijoritajiet oħra ta’ investiment.

    L-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu wkoll jikkostitwixxi l-prijorità ta’ investiment unika għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali mill-FEŻR u l-FSE.

    Fejn ass wieħed prijoritarju jew aktar ikunu stabbilit li jikkorrispondi għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu fi ħdan programm operattiv eżistenti, l-elementi elenkati fil-punti (b)(v) u (vii) tal-Artikolu 96(2) ma għandhomx ikunu meħtieġa għad-deskrizzjoni tal-assi prijoritajiet fil-programm operattiv rivedut.

    Il-pjan ta’ finanzjament rivedut stabbilit fl-Artikolu 96(2)(d) għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għas-snin 2020, 2021 u, fejn applikabbli, għall-2022, mingħajr ma jiġu identifikati l-ammonti għar-riżerva ta’ prestazzjoni u mingħajr tqassim skont il-kategorija tar-reġjuni.

    B’deroga mill-Artikolu 30(1), it-talbiet għall-emenda ta’ xi programm ippreżentat minn xi Stat Membru għandhom jiġu debitament iġġustifikati u b’mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fuq il-programm dwar it-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkaġunat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fit-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. Għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm rivedut.

    10.    B’deroga mill-Artikolu 26(4), jista’ jitfassal programm operattiva ddedikat ġdid mill-Istati Membri skont l-objettiv tematiku ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10. L-ebda evalwazzjoni ex ante kif stabbilita fl-Artikolu 55 ma għandha tkun rikjesta.

    B’deroga mill-Artikolu 96(2)(a), meta tali programm operattiv ġdid jiġi stabbilit, il-ġustifikazzjoni għandha tispjega l-impatt mistenni tal-bidliet fuq il-programm fuq it-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija.

    Meta jiġi stabbilit tali programm operattiv, ikunu biss l-awtoritajiet maħtura skont il-programmi operattivi li jkunu għaddejjin, appoġġjat mill-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati mill-Istati Membri għall-fini tal-punt (a) tal-Artikolu 96(5).

    L-elementi stabbiliti fil-punt (b)(v) u (vii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fil-paragrafu 4, fil-punt (b) u (c) tal-paragrafu 6 u fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 96 ma għandhomx ikunu meħtieġa għal tali programm operattiv ġdid. L-elementi stabbiliti fl-Artikolu 96(3) għandhom ikunu meħtieġa biss fejn jiġi pprovdut appoġġ korrispondenti.

    11.    B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 120(3), rata ta’ kofinanzjament ta’ massimu ta’ 100% tista’ tiġi applikata lill-ass jew assi prijoritarju/i appoġġjati mir-riżorsi addizzjonali pprogrammati skont l-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

    B’deroga mill-Artikolu 56(3) u 114(2), l-Istati Membri għandhom jaraw li sal-31 ta’ Diċembru 2024 ssir mill-anqas evalwazzjoni waħda dwar l-użu tar-riżorsi addizzjonali biex issir evalwazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom u kif huma kkontribwew għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

    12.    Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għar-riżorsi addizzjonali:

    (a)ir-rekwiżiti dwar il-konċentrazzjoni tematika inklużi l-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli kif stabbiliti f’dan ir-Regolament jew fir-regoli speċifiċi għall-Fond, b’deroga mill-Artikolu 18;

    (b)kundizzjonalitajiet ex ante, b’deroga mill-Artikolu 19 u r-regoli speċifiċi għall-Fond;

    (c)ir-rekwiżiti fuq ir-riżerva ta’ prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas tal-prestazzjoni, b’deroga mill-Artikoli 20 u 22 rispettivament;

    (d)id-deroga li ssir provvediment għaliha fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65(10) li tistabbilixxi d-data ta’ eliġibbiltà tal-1 ta’ Frar 2020 għal operazzjonijiet għat-trawwim ta’ kapaċitajiet ta’ rispons ta’ kriżi fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19.

    (e)id-deroga pprovduta fl-Artikolu 25a(7) għas-selezzjoni ta’ operazzjonijiet li jrawmu l-kapaċitajiet ta’ rispons ta’ kriżi fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 kif issir referenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65(10);

    (f)ir-rekwiżiti li titħejja strateġija ta’ komunikazzjoni, b’deroga mill-Artikolu 116 u l-punt (a) tal-Artikolu 115(1).

    13.    Filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, f’konformità mal-Artikolu 115(1) u (3) u mal-Anness XII, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jaraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali.

    Ir-referenza għal “Fond”, “Fondi” jew “Fondi ESI” fit-Taqsima 2.2 tal-Anness XII għandha tkun sostitwita jew ikkumplimentata b’referenza għal [REACT-EU], meta jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju lil operazzjonijiet mir-riżorsi addizzjonali.”;

    3.fl-Artikolu 154, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “l-Artikolu 91(1a), l-Artikolu 92a u l-Artikolu 92b ma għandhomx japplikaw fir-Renju Unit u għalih. Ir-referenzi għall-Istati Membri f’dawk id-dispożizzjonijiet għanhom jinftiehmu bħala li ma jinkludux lir-Renju Unit.”

    4.    Jiddaħħal Anness VIIa ġdid.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

    1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva 

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija

    1.2.Il-qasam/L-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Programme cluster)

    4 Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (2020) – 7 Investiment fin-nies, koeżjoni soċjali u valuri (2021-2027)

    13 Politika Reġjonali u Urbana (2020) – 5 Żvilupp u Koeżjoni Reġjonali (2021-2027)

    1.3.Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’: 

     azzjoni ġdida 

     azzjoni ġdida. wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 9  

    X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda, jew aktar, lejn azzjoni oħra/ġdida 

    1.4.Raġunijiet tal-proposta/inizjattiva 

    1.4.1.Rekwiżit/i li jridu jiġu ssodisfati fuq perjodu qasir jew għat-tul inkluż skeda dettaljata għall-iskjerament tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    Qiegħed jiġi propost li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ) biex jiġi żgurat li riżorsi addizzjonali eċċezzjonali jkunu disponibbli għall-Istati Membri mill-Fondi Strutturali biex jipprovdu assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 fil-każ ta’ żoni ġeografiċi tal-Ewropa li l-ekonomija u l-impjiegi tagħhom intlaqtu b’mod aktar serju minn oħrajn u li jħejju għall-irkupru tal-ekonomija. Qiegħed jiġi propost li r-riżorsi addizzjonali jsiru disponibbli għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għas-snin 2020, 2021 u 2022 10 .

    1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. koordinazzjoni aħjar, ċertezza legali, effettività akbar jew kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun b’żieda mal-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    Sa mill-bidu tat-tifqigħa tal-COVID-19, il-Kummissjoni ressqet għadd ta’ proposti biex tiżgura li l-fondi kollha disponibbli fil-programmi 2014-2020 iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi ESI) ikunu jistgħu jiġu mobilizzati biex jipprovdu reazzjonijiet immedjati għall-effetti diretti u indiretti tal-kriżi. Dawn il-proposti żguraw il-possibbiltà li jiġi mmobilizzat il-finanzjament disponibbli biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw minn żieda fil-pressjoni fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa kif ukoll biex jingħata appoġġ lil min iħaddem u lill-impjegati biex jegħlbu s-sitwazzjoni straordinarja. L-Istati Membri u r-reġjuni ngħataw likwidità u flessibbiltà immedjati biex ikunu jistgħu jaraw li l-appoġġ mill-Fondi jkun jista’ jiġi mmirat lejn fejn l-appoġġ ikun l-aktar meħtieġ. Il-possibbiltà li jsir użu minn finanzjament ta’ 100% mill-Unjoni ta’ dawn il-miżuri għas-sena kontabilistika li tibda fl-2020 se tikkontribwixxi biex jittaffa l-piż fuq il-finanzi pubbliċi tagħhom.

    Il-firxa tal-coronavirus bejn il-pajjiżi wasslet biex ħafna gvernijiet introduċew miżuri bla preċedent biex irażżnu l-pandemija bħan-negozji li qegħdin jingħalqu temporanjament jew restrizzjonijiet mifruxa fuq l-ivvjaġġar u l-mobbiltà, u wassal għal inċertezza u tħarbit akbar fuq is-swieq finanzjarji. Dan imbagħad wassal għal tnaqqis qawwi fil-livell ta’ produzzjoni f’ħafna ekonomiji b’konsegwenzi soċjali serji. Dan se joħloq sfidi sinifikanti għall-finanzi pubbliċi u għall-ġestjoni tad-dejn fis-snin li ġejjin, li min-naħa tagħhom jistgħu jillimitaw l-investiment pubbliku meħtieġ għall-irkupru ekonomiku. Barra minn hekk, il-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali biex jindirizzaw l-effetti tal-kriżi jvarjaw bejn l-Istati Membri u r-reġjuni minħabba l-istrutturi ekonomiċi u l-pożizzjonijiet fiskali differenti. Jekk ma jiġux indirizzati, dawn id-differenzi jistgħu jirriżultaw f’irkupru asimmetriku u jwasslu għal żieda fid-disparitajiet reġjonali, li min-naħa tagħhom jistgħu jdagħjfu s-Suq Intern, l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro u l-Unjoni tagħna kollha kemm hi.

    1.4.3.Lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

    1.4.4.Kumpatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

    Il-proposta hija limitata għal emendi mmirati meħtieġa għall-fini li jiġu stabbiliti regoli li jagħmlu disponibbli r-riżorsi addizzjonali u li jirregolaw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-proposta hi konsistenti mal-qafas legali ġenerali stabbilit għall-Fondi SIE u hi limitata għal emenda mmirata tar-Regolament (KE) 1303/2013. Il-proposta tikkumplimenta l-emendi reċenti li jintroduċu miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19; kif ukoll il-miżuri speċifiċi biex tiġi pprovduta flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi ESI b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 (Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus) kif ukoll miżuri oħra kollha li għandhom l-għan li jindirizzaw is-sitwazzjoni attwali ta’ mingħajr preċedent. Il-miżuri huma konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Fond ta’ Rkupru Ewropew u l-proposta għal reviżjoni tal-QFP.

    1.5.Il-perjodu u l-impatt finanzjarju 

    X durata limitata

       fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

    X    Impatt finanzjarju mill-2020 sal-2022 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn 11 u mill-2020 sal-2025 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament

     durata bla limitu

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ inizjazzjoni mill-2021 ’il quddiem,

    segwita minn operat fuq skala sħiħa.

    1.6.Mod/i ta’ mmaniġġjar ippjanat/i 12   

    X Immaniġġjar dirett mill-Kummissjoni (fil-każ ta’ 0.35% tal-allokazzjoni marbuta mal-assistenza teknika)

    X mid-dipartimenti tagħha, inkluż bil-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

       mill-aġenziji eżekuttivi

    X Immaniġġjar kondiviż mal-Istati Membri

     Immaniġġjar indirett billi l-implimentazzjoni tal-baġit tiġi ddelegata lil:

    pajjiżi terzi jew il-korpi li huma jaħtru;

    organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għad iridu jiġu speċifikati);

    il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

       korpi li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju.

    korp irregolat bil-liġi pubblika;

    korpi amministrati bid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-livell li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    korpi amministrati bid-dritt privat ta’ xi Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ xi sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku relevanti.

    2.MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR 

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar 

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

    Il-proposta hija ristretta għat-tfassil tar-regoli meħtieġa li għandhom jiġu segwiti biex isiru disponibbli r-riżorsi addizzjonali, u hija mmirata lejn dan. Dawk ir-regoli ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex isiru disponibbli riżorsi addizzjonali u jistabbilixxu r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riżorsi.

    2.2.Sistema/i ta’ immaniġġjar u kontroll 

    Il-proposta hija ristretta għat-tfassil tar-regoli meħtieġa li għandhom jiġu segwiti biex isiru disponibbli r-riżorsi addizzjonali, u hija mmirata lejn dan. Dawk ir-regoli ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex isiru disponibbli riżorsi addizzjonali u jistabbilixxu r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riżorsi. F’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jistabbilixxu programmi operattivi ġodda li jkunu ffinanzjati minn riżorsi addizzjonali, ikunu biss l-awtoritajiet diġà maħtura skont programmi operattivi li jkunu għaddejjin, appoġġjat mill-FEŻR, l-FSE jew Fondi ta’ Koeżjoni.

    2.3.Miżuri kontra l-frodi u l-irregolaritajiet 

    Speċifika miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew ippjanati, pereż. mill-Istrateġija kontra l-Frodi.

    Il-proposta hija ristretta għat-tfassil tar-regoli meħtieġa li għandhom jiġu segwiti biex isiru disponibbli r-riżorsi addizzjonali, u hija mmirata lejn dan. Dawk ir-regoli ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex isiru disponibbli riżorsi addizzjonali u jistabbilixxu r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riżorsi.

    3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

    3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i proposti 

    L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja Baġitarja

    Tip ta’  
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    1b Tkabbir intelliġenti u inklussiv: - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (2014-2020) / 2 Koeżjoni u valuri (2021-2027)

    Diff./mhux diff 13 .

    mill-pajjiżi tal-EFTA 14

    minn pajjiżi kandidati 15

    minn pajjiżi terzi

    fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu[21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

    1b/2

    04 01 04 01 Nefqa ta’ sostenn għall-Fond Soċjali Ewropew u assistenza teknika nonoperazzjonali

    Mhux-diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    1b/2

    13 01 04 01 Nefqa ta' sostenn għal Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

    Mhux-diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    1b/2

    04.02.XX – FSE iffinanzjat minn REACT EU (2020)

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    1b/2

    13.03.XX – FEŻR iffinanzjat minn REACT EU (2020)

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    1b/2

    04 02 63 01 Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    1b/2

    13 03 65 01 Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Assistenza teknika operazzjonali

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    1b/2

    04 01 04 05 - Nefqa ta’ sostenn għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn

    Mhux-diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    1b/2

    04 06 02 - Assistenza teknika operazzjonali (FEAD)

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    1b/2

    04 06 XX – FEAD iffinanzjat minn REACT-EU

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

    Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    L-intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    1b

    Tkabbir Intelliġenti u Inklussiv (2014-2020): - Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali

    It-tqassim annwali totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa affettwat għas-sena 2020, u huwa estiż ukoll għas-snin 2021 u 2022 16 .

    Il-proposta se twassal għal impenji addizzjonali fis-sena 2020, iffinanzjati minn żieda fil-limiti massimu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. Se twassal ukoll għal impenji addizzjonali għas-snin 2021 u 2022, iffinanzjati minn dħul assenjat estern. L-impenji addizzjonali addizzjonali fis-snin 2021 u 2022 kif ukoll għal pagamenti fis-snin mill-2021 sal-2025, huma finanzjati minn dħul assenjat estern. L-ammonti kollha se jkunu disponibbli bħala dħul assenjat estern, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju li joħorġu mill-operazzjonijiet ta’ self tal-Unjoni kif stabbilit fi [ir-regolament ERI]. Wieħed mid-dħul assenjat estern, sa massimu ta’ EUR 18 000 000 jista’ jkun iddedikat għal nefqa amministrattiva, inkluż spejjeż għall-persunal estern

    It-tqassim indikattiv tan-nefqa addizzjonali għas-sena 2020 huwa kif ġej:

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    Total

    Nefqa operazzjonali addizzjonali ta’ REACT-UE għas-sena 2020

    Impenji

    (1)

    5 000,000

    5 000,000

    Pagamenti

    (2)

    2 500,000

    275,000

    475,000

    1 700,000

    50,000

    5 000,000

    It-tqassim indikattiv tan-nefqa minn dħul assenjat estern huwa kif ġej:

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    TOTAL

    Nefqa operazzjonali ffinanzjata minn dħul assenjat estern tal-ERI

    Impenji

    (1)

    42 434,400

    10 820,400

    53 254,800

    Pagamenti

    (2)

    2 716,139

    10 067,880

    15 442, 79

    22 150,126

    2 878, 76

    53 254,800

    Nefqa ta’ appoġġ amministrativ iffinanzjata minn dħul assenjat estern tal-ERI

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    3,600

    3,600

    3,600

    3,600

    3,600

    18,000

    Nefqa totali ffinanzjata minn dħul assenjat estern tal-ERI

    Impenji

    =1+3

    42 438,000

    10 824,000

    3,600

    3,600

    3,600

    53 272,800

    Pagamenti

    =2+3

    2 719,739

    10 071,480

    15 445,879

    22 153, 26

    2 881,976

    53 272,800



    L-intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Riżorsi umani

    0,750

    0,750

    0,750

    2,250

    Nefqa amministrattiva oħra

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

    0,750

    0,750

    0,750

    2,250

    3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Snin

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    TOTAL

    INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    0,750

    0,750

    0,750

    2,250

    Nefqa amministrattiva oħra

    Subtotal tal-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    0,750

    0,750

    0,750

    2,250

    Barra mill-INTESTATURA 7 17  
    of the multiannual financial framework

    Riżorsi umani

    2,800

    2, 800

    2,800

    3, 00

    3,200

    14,800

    Nefqa oħra  
    ta’ natura amministrattiva

    0,800

    0,800

    0,800

    0,400

    0,400

    3,200

    Subtotal  
    barra mill-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    3,600

    3,600

    3,600

    3,600

    3,600

    18,000

    TOTAL

    4,350

    4,350

    4,350

    3,600

    3,600

    20,250

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew intużaw mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



    3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

    X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

    Snin

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    •Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

    5

    5

    5

    Delegazzjonijiet

    Riċerka

    Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti full-time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  18

    Intestatura 7

    Iffinanzjat mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    - fil-kwartieri ġenerali

    - fid-delegazzjonijiet

    Iffinanzjar mill-pakkett tal-programm  19

    - fil-kwartieri ġenerali

    - fid-delegazzjonijiet

    Riċerka

    Ohrajn (dħul assenjat)

    35

    35

    35

    40

    40

    TOTAL

    40

    40

    40

    40

    40

    Ir-riżorsi umani meħtieġa jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, jekk ikun meħtieġ, flimkien ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji. Persunal estern addizzjonali u se jkun iffinanzjat biss minn dħul assenjat.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    Persunal estern

    Aġenti kuntrattwali għall-appoġġ tan-negozjar tal-programmi l-ġodda/riveduti, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, inkluż l-immaniġġjar tal-awditjar u dak finanzjarju, il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-għeluq tal-programmi,

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

    X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq dħul ieħor

    jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul ikun assenjat għal linji tan-nefqa    

    Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Linja tad-dħul tal-baġit:

    Impatt tal-proposta/inizjattiva

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Artikolu ………….

    Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i

    Rimarki oħra (eż/ il-metodu/formula użata għall-kalkolu tal-impatt f uq id-dħul jew xi informazzjoni oħra). 

    (1)    Fil-każ ta’ attivitajiet bħal ma huma l-monitoraġġ, l-implimentazzjoni, inkluż l-immaniġġjar tal-awditjar u dak finanzjarju, il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-għeluq tal-programmi, iffinanzjati minn nefqa amministrattiva, jistgħu jibqgħu jsiru impenji sal-2025.
    (2)    Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19, (ĠU L 130, 23.4.2020, p. 1).    
    Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewopew u tal Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID‐19 (Inizjattiva ta’ Investiment b’Reazzjoni għall-Coronavirus) (ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5)
    (3)    ĠU C , , p. .
    (4)    ĠU C , , p. .
    (5)    Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa COVID‐19 (Inizjattiva ta’ Investiment b’Reazzjoni għall-Coronavirus) (ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5) Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19, (ĠU L 130, 23.4.2020, p. 1).
    (6)    ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.
    (7)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
    (8)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom, tas-26 ta' Mejju 2014, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).
    (9)    Kif issir referenza fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (10)    Fil-każ ta’ attivitajiet bħal ma huma monitoraġġ, l-implimentazzjoni, inkluż l-immaniġġjar tal-awditjar u dak finanzjarju, il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-għeluq tal-programmi, iffinanzjati minn nefqa amministrativa, jistgħu jibqgħu jsiru impenji sal-2025.
    (11)    Fil-każ ta’ attivitajiet bħal ma huma monitoraġġ, l-implimentazzjoni, inkluż l-immaniġġjar tal-awditjar u dak finanzjarju, il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-għeluq tal-programmi, iffinanzjati minn nefqa amministrativa, jistgħu jibqgħu jsiru impenji sal-2025.
    (12)    Dettalji ta’ modi ta’ mmaniġġjar u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinkisbu mis-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (13)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Non-diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (14)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (15)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (16)    Fil-każ ta’ attivitajiet bħal ma huma monitoraġġ, l-implimentazzjoni, inkluż l-immaniġġjar tal-awditjar u dak finanzjarju, il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-għeluq tal-programmi, iffinanzjati minn nefqa amministrativa, jistgħu jibqgħu jsiru impenji sal-2025.
    (17)    Dħul assenjat
    (18)    AC= Persunal b’kuntratt; AL = Persunal lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JPD= Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.
    (19)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    Top

    Brussell, 28.5.2020

    COM(2020) 451 final

    ANNESS

    tal-

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    Metodoloġija dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex tkun provduta assistenza biex tkun tirranġa t-tiswija tal-kriżi fil-kuntest tal-pandemija COVID-19 u biex ikun imħejji rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija għal kull Stat Membru – l-Artikolu 92b(4)


    ANNESS

    Jiżdied l-Anness VIIa ġdid:

    “ANNESS VIIa

    Metodoloġija dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex tkun provduta assistenza biex tkun tirranġa t-tiswija tal-kriżi fil-kuntest tal-pandemija COVID-19 u biex ikun imħejji rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija għal kull Stat Membru – l-Artikolu 92b(4)

    Il-metodu tal-allokazzjoni għar-riżorsi addizzjonali eċċezzjonali

    Ir-riżorsi addizzjonali eċċezzjonali għandhom ikunu mqassma bejn l-Istati Membri skont il-metodoloġija li ġejja:

    1.Is-sehem proviżorju ta’ kull Stat Membru mir-riżorsi addizzjonali jkun determinat bħala s-somma ponderata tal-ishma determinati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin, ponderati kif indikat:

    a)Il-fattur tal-PDG (ponderazzjoni ta’ 2/3) miksub billi jkunu applikati l-passi li ġejjin:

    (I)is-sehem ta’ kull Stat Membru tat-total ta’ telf tal-PDG reali aġġustat skont l-istaġun kif espress f’EUR bejn l-ewwel semestru tal-2019 u t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza applikabbli għall-Istati Membri kollha kkunsidrati;

    (II)aġġustament tal-ishma miksub billi jkunu diviżi bl-ING per capita tal-Istati Membri kif espressi bħala perċentwali tal-medja tal-ING per capita tal-UE-27 (medja espressa bħala 100 %).

    b)Il-fattur tal-qgħad (ponderazzjoni 2/9) espress bħala l-medja ponderata ta’:

    (I)is-sehem tal-Istat Membru fin-numru totali ta’ nies bla xogħol (ponderazzjoni ta’ 3/4) għall-Istati Membri kkunsidrati f’Jannar 2020, kif ukoll

    (II)is-sehem tal-Istat Membru fit-total taż-żieda fin-numru ta’ nies bla xogħol (ponderazzjoni ta’ 1/4) bejn Jannar 2020 u t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza applikabbli għall-Istati Membri kollha kkunsidrati.

    c)Il-fattur taż-żgħażagħ bla xogħol (ponderazzjoni ta’ 1/9) espress bħala l-medja ta’:

    (I)is-sehem tal-Istati Membru fit-total tan-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol (ponderazzjoni ta’ 3/4) għall-Istati Membri kollha konsiderati f’Jannar 2020, kif ukoll

    (II)is-sehem tal-Istat Membru fit-total taż-żieda fin-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol (ponderazzjoni 1/4) bejn Jannar 2020 u l-perjodu ta’ referenza applikabbli għall-Istati Membri kollha konsiderati.

    Jekk il-PDG reali aġġustat skont l-istaġun ta’ Stat Membru espress f’EUR għall-perjodu ta’ referenza applikabbli jkun ogħla minn dak tal-ewwel semestru tal-2019, id-data ta’ dan l-Istat Membru għandha tkun eskluża mill-kalkoli fl-inċiż (i) tal-punt a).

    Jekk in-numru ta’ nies bla xogħol (bejn il-15 u l-74 sena) jew ta’ żgħażagħ bla xogħol (bejn il-15 u l-24 sena) fl-Istat Membru għall-perjodu ta’ referenza applikabbli jkun inqas minn dak ta’ Jannar 2020, id-data ta’ dan l-Istat Membru għandha tkun eskluża mill-kalkoli fl-inċiż (i) tal-punt u fl-inċiż (i) tal-punt c).

    2.Ir-regoli deskritti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jirriżultaw f’allokazzjonijiet għal kull Stat Membru għall-perjodu sħiħ bejn l-2020 sal-2022 li jkunu ogħla minn

    a)dawk għall-Istati Membri li l-ING per capita tagħhom (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 jkun ’il fuq mill-109 % tal-medja tal-UE-27: 0,07 % tal-PDG reali tagħhom tal-2019;

    b)għall-Istati Membri li l-medja tal-ING per capita tagħhom (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 tkun ugwali jew ’l isfel mid-90 % tal-medja tal-UE-27: 2,60 % tal-PDG reali tagħhom tal-2019;

    c)għal Stati Membri li l-medja tal-ING per capita tagħhom (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 tkun ’il fuq mid-90 % u ugwali għal jew ’l isfel mill-109 % tal-medja tal-UE-27: il-perċentwali miksub permezz ta’ interpolazzjoni lineari bejn iż-0,07 % u t-2,60 % tal-PDG reali tagħhom tal-2019 li jwassal għal tnaqqis proporzjonali tal-perċentwali tal-limitu skont iż-żieda fil-prosperità.

    L-ammonti li jeċċedu l-livell stipulat fil-punti minn a) sa c) għal kull Stat Membru jkunu ridistribwiti proporzjonalment lill-allokazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra kollha li l-medja tal-ING per capita tagħhom (f’PPS) tkun inqas minn 100 % tal-medja tal-UE-27. L-ING per capita (f’PPS) għall-perjodu 2015-2017 huwa dak użat għall-politika ta’ koeżjoni fn-negozjati dwar il-QFP 2021-2027.

    3.Għall-finijiet biex tkun ikkalkulata d-distribuzzjoni tar-riżorsi addizzjonali eċċezzjonali għas-snin l-2020 u l-2021:

    a)Għall-PDG, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: l-ewwel semestru tal-2020;

    b)Għan-numru ta’ nies bla xogħol u n-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: il-medja minn Ġunju sa Awwissu 2020.

    c)L-allokazzjoni massima li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tkun multiplikata bis-sehem tar-riżorsi addizzjonali għas-snin l-2020 u l-2021 fit-total tar-riżorsi addizzjonali għas-snin l-2020, l-2021 u l-2022.

    Qabel ma jkun applikat il-metodu deskritt fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ir-riżorsi addizzjonali għas-sena l-2020, ammont li jikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna ta’ EUR 30 għal kull abitant ikun allokat mill-allokazzjoni lir-reġjuni ultraperiferiċi ta' livell 2 tan-NUTS. Din l-allokazzjoni titqassam skont ir-reġjun u l-Istat Membru b’mod proporzjonali għat-total tal-popolazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni. L-ammont li jibqa’ għas-sena l-2020 jitqassam fost l-Istati Membri skont il-metodu deskritt fil-paragrafi 1 u 2.

    4.Għall-finijiet li tkun ikkalkulata d-distribuzzjoni tar-riżorsi addizzjonali eċċezzjonali għas-sena l-2022:

    a)Għall-PDG, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: għall-ewwel semestru tal-2021;

    b)Għan-numru ta’ nies bla xogħol u n-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun: il-medja minn Ġunju sa Awwissu 2021.

    c)L-allokazzjoni massima li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tkun multiplikata bis-sehem tar-riżorsi addizzjonali għas-sena l-2022 fit-total tar-riżorsi addizzjonali għas-snin l-2020, l-2021 u l-2022.”.

    Top