Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0146

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2020/000 TA 2020 - Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

COM/2020/146 final

Brussell, 16.4.2020

COM(2020) 146 final

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2020/000 TA 2020 - Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 1 (ir-“Regolament dwar il-FEG”).

SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI

Data ewlenija:

Nru ta’ Referenza tal-FEG    FEG/2020/000

Il-Kummissjoni Ewropea    Assistenza teknika

Nefqa amministrattiva: baġit bl-EUR    345 000

% tan-nefqa amministrattiva (limitu massimu: 0,5 %)    0,19 %

F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG, kull sena jista’ jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni massimu ta’ 0,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG.

Assistenza teknika li trid tiġi ffinanzjata u analiżi tal-istima tal-kostijiet tagħha

1.Il-kontribuzzjoni se tintuża għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 11(1) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament dwar il-FEG, kif spjegat hawn taħt.

Deskrizzjoni

Kostijiet totali
(bl-EUR)

Sostenn amministrattiv

210 000

Sostenn tekniku

135 000

Total tal-istima tal-kostijiet

345 000

2.Sostenn amministrattiv:

·Il-Grupp ta’ Esperti tal-Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG, b’żewġ membri minn kull Stat Membru, se jkun qed jorganizza żewġ laqgħat regolari (fit-tieni nofs tal-2020 u fl-ewwel nofs tal-2021).

·Sabiex jiġi promoss in-networking fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni se torganizza żewġ seminars bil-parteċipazzjoni tal-korpi ta’ implimentazzjoni tal-FEG u tas-sħab soċjali. Dawn se jkunu skedati li jsiru possibbilment bejn wieħed u ieħor fl-istess dati tal-laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti. Is-seminars se jiffukaw fuq l-evalwazzjoni ex post tal-FEG u fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-FEG wara l-2020.

·Attivitajiet ta’ informazzjoni. Is-sit web dwar il-FEG 2 , li ħolqot il-Kummissjoni fil-qasam tagħha tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, u li qed tieħu ħsiebu kif meħtieġ skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament dwar il-FEG, se jiġi aġġornat u mkabbar b’mod regolari, u kull element ġdid se jiġi tradott ukoll bil-lingwi kollha tal-UE. Se tiżdied is-sensibilizzazzjoni ġenerali dwar il-FEG u l-viżibbiltà tiegħu se tiġi promossa. Il-FEG se jiġi kopert f’diversi pubblikazzjonijiet u attivitajiet awdjoviżivi tal-Kummissjoni, kif previst fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament dwar il-FEG.

3.Sostenn tekniku: 

·Żamma u aġġornament ta’ sistema ta’ skambju elettroniku tad-data. Il-Kummissjoni qed tkompli bil-ħidma tagħha dwar il-proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet u għall-ġestjoni tal-FEG, bl-użu tal-funzjonalitajiet tas-Sistema Komuni ta’ Ġestjoni Kondiviża tal-Fondi (SFC) li fiha qed jiġi integrat il-FEG. Dan jippermetti li jiġu ssimplifikati l-applikazzjonijiet skont ir-Regolament dwar il-FEG, li l-ipproċessar tagħhom isir b’mod iktar mgħaġġel u li r-rapporti jkunu jistgħu jiġu estratti iktar faċilment għal diversi ħtiġijiet. L-interfaċċa tal-SFC qed tiffaċilita wkoll l-operazzjonijiet finanzjarji tal-FEG.

·L-iżvilupp tal-interfaċċa ta’ wara l-2020 fl-SFC li se teħtieġ fondi addizzjonali għall-ħolqien ta’ funzjonalitajiet ġodda u aġġustamenti għall-bidliet possibbli fir-Regolament dwar il-FEG ta’ wara l-2020.

·Monitoraġġ u ġbir tad-data. Il-Kummissjoni se tiġbor id-data dwar l-applikazzjonijiet imħallsa, ta’ stralċ u dawk li waslulha, u dwar il-miżuri proposti u implimentati. Din id-data se tkun disponibbli fuq is-sit web u se tkun kompilata b’format xieraq għar-Rapporti Biennali tal-2021.

Finanzjament

4.Il-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2020 huwa EUR 150 miljun bil-prezzijiet tal-2011 (EUR 179 264 000 bil-prezzijiet tal-2020), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 3 .

5.L-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG jiddikjara li 0,5 % ta’ dan l-ammont jista’ jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Attwalment, għadu disponibbli l-ammont kollu tal-2020; għadu ma ġie allokat xejn għall-assistenza teknika. L-ammont propost jikkorrispondi għal 0,19 % tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2020.

6.Id-Deċiżjoni proposta biex il-FEG jiġi mobilizzat, se tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 4 .

Atti relatati

7.Fl-istess żmien li se tkun qed tippreżenta din il-proposta għal Deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal trasferiment ta’ EUR 345 000 fil-linja baġitarja rilevanti.

Sors tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

8.Approprjazzjonijiet mil-linja baġitarja tal-FEG se jintużaw biex ikopru l-ammont ta’ EUR 345 000 meħtieġ għall-assistenza teknika.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2020/000 TA 2020 - Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) 1927/2006 5 , u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 6 , u b’mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-għan tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) hu li jipprovdi sostenn lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attivitajiet tagħhom ikunu waqfu minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni, minħabba kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew minħabba kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u jgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol.

(2)Il-FEG ma jridx jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (il-prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 7 .

(3)Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jipprevedi li kull sena jista’ jintuża massimu ta’ 0,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

(4)Għalhekk, jenħtieġ li l-FEG jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 345 000 għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

(5)Sabiex jiġi minimizzat iż-żmien meħud biex jiġi mobilizzat il-FEG, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 345 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika minn [id-data tal-adozzjoni tagħha] 8*.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2)     https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=326&langId=mt  
(3)    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5)    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(6)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(7)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(8) *     Id-data trid tiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.
Top