Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0080

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)

COM/2020/80 final

Brussell, 4.3.2020

COM(2020) 80 final

2020/0036(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)



MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Bil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 1 , tnediet strateġija ġdida ta’ tkabbir għall-UE li għandha l-għan li lill-UE tittrasformaha f’soċjetà ġusta u għanja u li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri permezz ta’ ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jikkonferma mill-ġdid l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li, sal-2050, tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent b’impatt newtrali fuq il-klima.

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hija sfida urġenti. L-atmosfera qed tisħon u dan diġà qed jaffettwa liċ-ċittadini. Għaċ-ċittadini Ewropej, it-tibdil fil-klima huwa problema gravi u għandhom jittieħdu iktar azzjonijiet dwaru 2 . Minbarra li qed ikollu impatt fuq is-sistemi tas-saħħa u tal-ikel tagħna, it-tibdil fil-klima qed ikollu impatti dejjem iktar gravi fuq l-ekosistemi tal-pjaneta tagħna u fuq il-bijodiversità tagħha. Ir-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi relatati tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b’effett ta’ serra jikkonferma li l-impatti tat-tibdil fil-klima jiżdiedu b’rata mgħaġġla hija u tiżdied it-temperatura medja dinjija, u jindika li anke żieda ta’ 2 °C fiha minħabba t-tibdil fil-klima se twassal għal impatti gravi fuq id-dinja. Huwa stmat li sabiex naqbdu t-triq li twassal biex iż-żieda fit-temperatura tkun limitata għal 1,5 °C, irridu niksbu emissjonijiet żero netti tas-CO2 madwar l-2050 u newtralità b’rabta mal-gassijiet l-oħrajn kollha b’effett ta’ serra ftit iktar tard matul dan is-seklu. Din l-isfida urġenti titlob lill-UE żżid l-azzjonijiet tagħha u tkun mexxejja globali billi tikseb in-newtralità klimatika fl-oqsma ekonomiċi kollha sal-2050 u billi, sal-2050, mhux biss tikkumpensa għas-CO2 li jkun għad fadal iżda tikkumpensa wkoll għal kull emissjoni oħra tal-gassijiet b’effett ta’ serra li jkun għad fadal, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejħa “Pjaneta Nadifa għal kulħadd — Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” 3 u kif ikkonfermat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”.

Kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill Ewropew approvaw l-objettiv fit-tul tal-UE tan-newtralità klimatika.

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima 4 , il-Parlament Ewropew approva l-objettiv tal-UE li tikseb in-newtralità f’termini tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra sal-2050. Fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tat-28 ta’ Novembru 2019, huwa enfasizza l-fatt li, bħala mexxejja globali u flimkien mal-ekonomiji globali ewlenin l-oħrajn, l-Unjoni jeħtieġ li tistinka biex tikseb newtralità f’termini tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra malajr kemm jista’ jkun u sa mhux iktar tard mill-2050 5 , u ddikjara emerġenza klimatika u ambjentali 6 . Il-Parlament Ewropew ħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta bis-sħiħ l-impatt klimatiku u ambjentali tal-proposti leġiżlattivi u baġitarji rilevanti kollha, u tiżgura li dawn ikunu allinjati bis-sħiħ mal-għan li t-tisħin globali jinżamm taħt il-1,5 °C u li ma jkunux qed jikkontribwixxu għat-telf tal-bijodiversità, u li ssir riforma estensiva tal-politiki dwar l-agrikoltura, il-kummerċ, it-trasport, l-enerġija u l-investiment fl-infrastruttura. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 7 , il-Parlament Ewropew appella għat-tranżizzjoni meħtieġa lejn soċjetà newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u biex din tkun storja Ewropea ta’ suċċess.

Fl-Aġenda Strateġika tiegħu għall-2019 sal-2024 8 , bħala waħda mill-erba’ prijoritajiet ewlenin tiegħu, il-Kunsill Ewropew stabbilixxa l-bini ta’ Ewropa b’effett newtrali fuq il-klima, ekoloġika, ġusta u soċjali. Fid-dawl tal-aħħar data xjentifika disponibbli u tal-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni klimatika globali, fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li naslu għal UE b’impatt newtrali fuq il-klima sal-2050, skont l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi 9 . Il-Kunsill Ewropew irrikonoxxa l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta’ abilitazzjoni, kif ukoll il-fatt li t-tranżizzjoni se tkun tirrikjedi investimenti pubbliċi u privati sinifikanti. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda wkoll li l-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti kollha tal-UE jridu jkunu konsistenti mat-twettiq tal-objettiv tan-newtralità klimatika u jikkontribwixxu għalih, filwaqt li jħarsu l-kundizzjonijiet ekwi, u stieden lill-Kummissjoni teżamina jekk dan jirrikjedix aġġustament tar-regoli eżistenti.

L-UE stabbiliet qafas komprensiv ta’ politiki biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Diġà bdiet timmodernizza l-ekonomija u tittrasformaha bil-għan li tikseb in-newtralità klimatika. Bejn l-1990 u l-2018 naqqset l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra bi 23 % 10 , filwaqt li l-ekonomija kibret b’61 %. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni addizzjonali, u kull settur se jkollu jikkontribwixxi minħabba li l-politiki attwali mistennija jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra biss b’60 % sal-2050, u għalhekk għad fadal ħafna xi jsir biex niksbu n-newtralità klimatika.

F’dan il-kuntest, din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika fl-UE. L-għan tagħha huwa li tipprovdi direzzjoni billi tistabbilixxi t-triq għan-newtralità klimatika u billi żżid iċ-ċertezza għan-negozji, għall-ħaddiema, għall-investituri u għall-konsumaturi dwar l-impenn tal-UE u żżid il-fiduċja tagħhom fih, kif ukoll billi żżid it-trasparenza u r-responsabbiltà, u b’hekk tappoġġa l-prosperità u l-ħolqien tal-impjiegi. Għal dan il-għan, għandha l-għan li ddaħħal fil-leġiżlazzjoni l-objettiv tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050, f’konformità mas-sejbiet xjentifiċi tal-IPCC u tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (l-IPBES), u li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, fosthom għall-għan fit-tul tiegħu li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex din tinżamm taħt il-1,5 °C. Hija għandha l-għan ukoll li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli. Il-proposta tipprevedi wkoll il-kundizzjonijiet biex tiġi stabbilita t-trajettorja li twassal lill-Unjoni għan-newtralità klimatika sal-2050, il-valutazzjoni regolari tal-progress li jkun qed isir b’rabta man-newtralità klimatika u tal-livell ta’ ambizzjoni tat-trajettorja identifikata, u mekkaniżmi f’każ li ma jkunx qed isir biżżejjed progress biex jinkiseb l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050 jew f’każ li ma jkunx hemm konsistenza ma’ dan l-objettiv.

Minkejja l-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, it-tibdil fil-klima diġà qed ikollu impatt fuq l-ambjent, fuq iċ-ċittadini u fuq l-ekonomija tal-UE, u se jkompli jkollu dan l-impatt. Huwa essenzjali li jkun hemm azzjonijiet kontinwi u iktar ambizzjużi marbutin mal-adattament għat-tibdil fil-klima, fosthom azzjonijiet li jsaħħu l-isforzi marbutin mar-reżistenza għall-klima, mar-reżiljenza, mal-prevenzjoni u mat-tħejjija, kif ukoll azzjonijiet marbutin mal-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta għandha l-għan li tikkomplementa l-qafas ta’ politika eżistenti billi tistabbilixxi t-triq li għandha tittieħed fit-tul, billi ddaħħal l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 fil-liġi tal-UE, billi ttejjeb l-isforzi ta’ adattament u billi tistabbilixxi proċess biex tiġi stabbilita t-trajettorja sal-2050 u biex din tiġi riveduta sa dik id-data, valutazzjoni regolari u proċess f’każ li ma jkunx qed isir biżżejjed progress jew f’każ li jkun hemm xi inkonsistenzi. Barra minn hekk, hija tqabbad lill-Kummissjoni tirrevedi l-politiki eżistenti u l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni fid-dawl tal-konsistenza tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika u mat-trajettorja identifikata. Il-konsistenza mar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika ġiet żgurata billi ddaħħlu emendi konsegwenzjali ta’ dak ir-Regolament. Ġew adottati diversi inizjattivi oħrajn marbutin mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, bħall-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 11 u l-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta 12 . Qed jitħejjew ukoll inizjattivi oħrajn li se jappoġġaw il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-Istrateġija l-ġdida iktar ambizzjuża tal-UE marbuta mal-adattament għat-tibdil fil-klima, it-tnedija tal-Patt Klimatiku Ewropew, strateġija industrijali tal-UE biex tindirizza l-isfida doppja tat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, pjan ta’ azzjoni ġdid għal ekonomija ċirkolari u strateġija ta’ finanzjament sostenibbli biex is-sostenibbiltà tkompli tiddaħħal fil-qafas tal-governanza korporattiva.

F’dak li għandu x’jaqsam mar-relazzjoni mal-istrumenti eżistenti tal-politika b’perspettiva għall-2030, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-proposti biex iżżid il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni għall-2030 biex tiżgura li din tkun konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika għall-2050, u għandha tagħmel it-tali proposti. Sa Settembru tal-2020, il-Kummissjoni se tippreżenta pjan — li tkun saritlu valutazzjoni tal-impatt — biex iżżid b’mod responsabbli l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-UE għall-2030 għal mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 u għal livell li jkun qrib il-55 % meta mqabbel ma’ dawn il-livelli. Il-Kummissjoni se tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq u, sa Ġunju tal-2021, se tirrevedi l-istrumenti kollha tal-politika relatati rilevanti u, meta jkun hemm bżonn, se tipproponi li tirrevedihom.

Għall-perjodu mill-2030 sal-2050, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi trajettorja fil-livell tal-Unjoni biex, maż-żmien, jinkiseb l-objettiv tal-2050.

L-isfida globali tat-tibdil fil-klima teħtieġ azzjoni fil-livell globali. Għalkemm l-UE ma tistax issolvi l-problema tat-tibdil fil-klima mingħajr ma jkun hemm aġir min-naħa ta’ ħaddieħor ukoll minħabba li hija responsabbli għal inqas minn 10 % tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b’effett ta’ serra, hija tinsab fuq quddiem nett fit-tranżizzjoni globali lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Minħabba li l-progress li qed isir madwar id-dinja biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi mhuwiex biżżejjed, issa iktar minn qatt qabel hemm bżonn li l-UE tieħu rwol ta’ tmexxija f’dan il-qasam. Hekk kif l-UE tistabbilixxi l-miri ambizzjużi tagħha stess, se tkompli tmexxi n-negozjati internazzjonali biex iżżid l-ambizzjoni tal-emittenti l-kbar qabel il-Konferenza tal-2020 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li se ssir fi Glasgow. L-UE se tkompli tippromwovi u timplimenta politika ambizzjuża b’rabta mal-klima madwar id-dinja kollha, fosthom fil-kuntest ta’ diplomazija b’saħħitha dwar il-klima, u se tkompli tikkollabora mill-qrib mas-sħab kollha biex jiżdied l-isforz kollettiv b’rabta ma’ dan filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-azzjonijiet u l-politiki kollha tal-UE għandhom jiġbdu ħabel wieħed biex jgħinu lill-UE tikseb tranżizzjoni ġusta u li tkun ta’ suċċess lejn in-newtralità klimatika u lejn futur sostenibbli, kif stqarret il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew. B’hekk, din l-inizjattiva hija marbuta ma’ ħafna oqsma ta’ politika oħrajn, fosthom mal-politiki esterni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ħabbret li se ttejjeb il-mod kif il-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar u l-għodod ta’ appoġġ tagħha jindirizzaw il-kwistjonijiet tas-sostenibbiltà u tal-innovazzjoni bil-għan li l-inizjattivi kollha tal-UE jħarsu l-ġurament ekoloġiku li “ma ssirx ħsara”.

L-aspett tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri stabbiliti fir-Regolament propost jikkomplementa r-rakkomandazzjonijiet li nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Filwaqt li s-Semestru Ewropew jiffoka fuq kwistjonijiet makroekonomiċi u kwistjonijiet ta’ riforma strutturali li jinkludu wkoll kwistjonijiet marbutin mal-klima, din l-inizjattiva tindirizza żviluppi speċifiċi tal-politika li mhumiex konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika jew mat-trajettorja lejn in-newtralità klimatika.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikoli 191 sa 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE) jikkonfermaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima u jispeċifikawhom. Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 192(1) tat-TFUE. Skont l-Artikolu 191 tat-TFUE u l-Artikolu 192(1) tiegħu, l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi biex jinkisbu, fost l-oħrajn, l-għanijiet li ġejjin: is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali biex jiġu ttrattati problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikulari biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Min-natura tagħha, l-isfida tat-tibdil fil-klima hija waħda transkonfinali li ma tistax tissolva b’azzjonijiet nazzjonali jew lokali biss. Azzjoni kkoordinata tal-UE tista’ tissupplimenta b’mod effettiv l-azzjonijiet lokali u nazzjonali u ssaħħaħhom, u ttejjeb l-azzjoni klimatika. L-azzjoni klimatika jeħtieġ li tiġi kkoordinata fil-livell Ewropew u, meta jkun possibbli, fil-livell globali, u l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata mil-lat tas-sussidjarjetà. Sa mill-1992 ’l hawn, l-UE ħadmet biex tiżviluppa soluzzjonijiet konġunti u biex tmexxi ’l quddiem azzjoni globali biex tittratta t-tibdil fil-klima. B’mod speċifiku, l-azzjoni fil-livell tal-UE għandu jkollha l-għan li tipprevedi li jinkisbu b’mod kosteffettiv l-objettivi klimatiċi fit-tul, filwaqt li jiġu żgurati l-ġustizzja u l-integrità ambjentali. L-istabbiliment ta’ governanza soda b’rabta mal-objettiv tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050 se jgħin biex ikun żgurat li l-UE tibqa’ miexja fit-triq it-tajba biex tikseb l-objettiv. Azzjoni marbuta mal-adattament għat-tibdil fil-klima fil-livell tal-UE tippermetti li l-politiki u l-miżuri ta’ adattament jiġu integrati fl-oqsma ewlenin, fil-livelli ewlenin ta’ governanza u fil-politiki ewlenin tal-UE.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jiġi stabbilit il-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika. L-għan tagħha huwa li tipprovdi direzzjoni billi tpoġġi lill-UE fit-triq tan-newtralità klimatika, li tipprovdi ċertezza dwar l-impenn tal-UE u li tipprevedi t-trasparenza u r-responsabbiltà billi tistabbilixxi proċess ta’ valutazzjoni u ta’ rappurtar. Hija titlob lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex flimkien jiksbu l-objettiv tan-newtralità klimatika, iżda ma tippreskrivix politiki jew miżuri partikulari — minflok lill-Istati Membri tagħtihom il-flessibbiltà, filwaqt li tqis il-qafas regolatorju biex jinkisbu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għall-2030. Hija tistabbilixxi mekkaniżmu biex jiġu rreveduti l-politiki eżistenti u l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni jew biex jittieħdu miżuri addizzjonali, iżda ma fihiex proposti ddettaljati dwar dan s’issa. Bl-istess mod, il-proposta tipprevedi l-flessibbiltà biex tiżgura li l-UE ttejjeb il-kapaċità tagħha li tadatta ruħha għall-impatti tat-tibdil fil-klima.

Għażla tal-istrument

L-objettivi ta’ din il-proposta jistgħu jintlaħqu l-aħjar permezz ta’ Regolament. Dan se jiżgura li d-dispożizzjonijiet ikunu japplikaw direttament. L-Istati Membri se jkollhom ċerti rekwiżiti biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv fit-tul. Barra minn hekk, ħafna mid-dispożizzjonijiet huma maħsubin għall-Kummissjoni (bħal dawk marbutin mal-valutazzjoni, mar-rappurtar, mar-rakkomandazzjonijiet, mal-miżuri addizzjonali u mar-reviżjoni), kif ukoll għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u, għalhekk, ma jistgħux jiġu implimentati permezz tat-traspożizzjoni nazzjonali. Hemm bżonn ta’ approċċ leġiżlattiv iktar milli ta’ wieħed mhux leġiżlattiv biex l-objettiv fit-tul jiġi integrat fil-liġi tal-UE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Hija u tħejji l-Komunikazzjoni msejħa “Pjaneta Nadifa għal kulħadd”, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika mis-17 ta’ Lulju sad-9 ta’ Ottubru 2018 li matulha rċeviet iktar minn 2 800 kumment mingħand firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. Bejn l-10 u l-11 ta’ Lulju 2018, hija organizzat ukoll avveniment għall-partijiet ikkonċernati. Mill-konsultazzjoni pubblika li l-Kummissjoni wettqet bi tħejjija għall-Komunikazzjoni msejħa “Pjaneta Nadifa għal kulħadd” ħareġ li kemm l-individwi u kemm l-organizzazzjonijiet jappoġġaw b’mod sinifikanti l-fatt li l-UE tikseb bilanċ bejn l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-assorbimenti tagħhom sal-2050. Rapport fil-qosor tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni li saru b’rabta mal-Komunikazzjoni msejħa “Pjaneta Nadifa għal kulħadd” huwa mehmuż mal-analiżi fil-fond li tappoġġa l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2018) 773 13 . L-adozzjoni tal-Komunikazzjoni msejħa “Pjaneta Nadifa għal kulħadd” wasslet għal dibattitu estensiv fost l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, in-negozji, l-industrija, il-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini, li dam għaddej sena sħiħa. Din il-parteċipazzjoni soċjali wiesgħa ppermettiet lid-dibattitu jimxi ’l quddiem u wasslet biex jintlaħaq kunsens wiesa’ dwar l-ambizzjoni tal-UE għall-2050 14 . Barra minn hekk, fit-28 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni organizzat avveniment pubbliku li laqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati biex jiddiskutu kif għandu jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew — jiġifieri l-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Il-membri tal-bord taw il-fehmiet tagħhom dwar il-kontenut tal-Liġi dwar il-Klima, ittrattaw l-aspetti finanzjarji u soċjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u ħadu sehem f’sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mal-pubbliku. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll pjan direzzjonali dwar l-inizjattiva li kien miftuħ għall-feedback għal erba’ ġimgħat, mid-9 ta’ Jannar 2020 sas-6 ta’ Frar 2020. Ħafna mill-partijiet ikkonċernati li kienu għall-avveniment bagħtu l-feedback tagħhom. B’kollox waslu 926 kumment. Fost dawk li kkontribwew kien hemm ħafna assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej li kienu jirrappreżentaw setturi industrijali bħas-settur tal-elettriku, tal-karozzi u tal-azzar, kif ukoll kumpaniji privati, organizzazzjonijiet mhux governattivi u ħafna ċittadini tal-UE. L-awtoritajiet pubbliċi minn seba’ Stati Membri (li kienu d-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja u n-Netherlands) u min-Norveġja kkontribwew għall-konsultazzjoni.

Valutazzjoni tal-impatt

Is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu analiżi fil-fond li tappoġġa l-Komunikazzjoni msejħa “Pjaneta Nadifa għal kulħadd” 15 . Din tanalizza kif tista’ tinkiseb in-newtralità klimatika billi tħares lejn l-oqsma ekonomiċi ewlenin kollha, fosthom dawk tal-enerġija, tat-trasport, tal-industrija u tal-agrikoltura. Il-politiki attwali se jkomplu jkollhom impatt wara l-2030, u mistennija jwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ madwar 60 % sal-2050. Madankollu, dan mhux biżżejjed biex l-UE tikkontribwixxi għall-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi b’rabta mat-temperatura. Ġew analizzati għadd ta’ xenarji biex tinkiseb it-tranżizzjoni lejn emissjonijiet żero netti tal-gassijiet b’effett ta’ serra sal-2050 abbażi ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi eżistenti, u f’ċerti każijiet emerġenti, biex iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa u biex l-azzjonijiet f’oqsma ewlenin bħall-politika industrijali, l-ekonomija ċirkolari, il-finanzi u r-riċerka u l-innovazzjoni jiġu allinjati ma’ xulxin, filwaqt li tiġi żgurata l-ġustizzja soċjali sabiex it-tranżizzjoni tkun waħda ġusta. Il-valutazzjoni tissejjes fuq il-letteratura xjentifika u fuq il-kummenti ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, kif ukoll fuq il-ħolqien ta’ mudelli integrati li jippermettu li wieħed jifhem aħjar it-trasformazzjoni tal-oqsma tal-enerġija, tal-industrija, tal-bini, tat-trasport, tal-agrikoltura, tal-forestrija u tal-iskart u l-interazzjonijiet kumplessi li hemm bejniethom. Minħabba li din l-analiżi sħiħa tal-implikazzjonijiet tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 saret dan l-aħħar (f’Novembru tal-2018) u minħabba li saret evalwazzjoni tal-istrateġija ta’ adattament tal-UE, m’hemmx bżonn issir valutazzjoni tal-impatt.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tħares id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rrikonoxxuti b’mod partikulari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikulari, hija tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent skont il-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli kif stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 16 .

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatti indiretti fuq il-baġits tal-Istati Membri se jkunu jiddependu fuq il-politiki u l-miżuri nazzjonali li huma jagħżlu biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u fuq l-azzjonijiet l-oħrajn ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament, u se jkunu ġejjin l-iktar mill-proposti komplementari li jaf ikun hemm biex jiġu riveduti l-istrumenti relatati jew biex jiġu proposti strumenti ġodda biex ikun hemm it-tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra li huwa meħtieġ, kif se jiġi ppreżentat fil-pjan — li tkun saritlu valutazzjoni tal-impatt — biex tiżdied il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-UE għall-2030.

Biex tiġi implimentata din il-proposta se jkollhom jitqassmu mill-ġdid ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni u se jkollu jiżdied xi ftit il-persunal tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA), kif spjegat fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Biex ikun żgurat li l-UE tibqa’ miexja fit-triq it-tajba biex tikseb l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050, huwa essenzjali li jkun hemm rappurtar b’mod trasparenti u regolari min-naħa tal-Istati Membri, flimkien ma’ valutazzjonijiet sodi min-naħa tal-Kummissjoni u ma’ mekkaniżmi biex ikun żgurat li jiġi vvalutat il-progress li jkun qed isir. L-inizjattiva tissejjes fuq il-proċess ibbażat fuq il-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fuq il-qafas sod ta’ trasparenza għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u għall-informazzjoni l-oħra dwar il-klima mogħti fir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika. Fost l-oħrajn, il-Kummissjoni se tuża l-informazzjoni li l-Istati Membri jibagħtu skont ir-Regolament dwar il-Governanza u li jirrappurtaw dwarha skont dak ir-Regolament bħala l-bażi għall-valutazzjoni regolari tagħha tal-progress li jkun qed isir. Din tinkludi informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, dwar il-politiki u l-miżuri, dwar il-projezzjonijiet u dwar l-adattament. Il-Kummissjoni se tuża din l-informazzjoni wkoll għar-Rieżamijiet tal-Implimentazzjoni Ambjentali u għall-monitoraġġ tal-Programmi ta’ Azzjoni Ambjentali. L-informazzjoni li jibagħtu l-Istati Membri tista’ tiġi kkomplementata b’osservazzjonijiet atmosferiċi sistematiċi permezz ta’ osservazzjonijiet fuq il-post u ta’ osservazzjonijiet li joħorġu mit-telerilevament, bħal dawk li jipprovdi l-programm imsejjaħ “Copernicus”. Il-Kummissjoni se tivvaluta b’mod regolari wkoll jekk ikunx hemm bżonn li tiġi aġġornata t-trajettorja u se tirrevedi l-politiki u l-leġiżlazzjoni u tieħu azzjoni jekk ma jkunx qed isir biżżejjed progress.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 2 jistabbilixxi l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, li jkopri s-setturi kollha u l-gassijiet kollha b’effett ta’ serra, mhux is-CO2 biss, u li jrid jinkiseb fil-livell domestiku fl-Unjoni. Huwa jirrifletti li, f’konformità ma’ dak li hemm fl-Artikolu 4(4) tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Partijiet li huma pajjiżi żviluppati jridu jkomplu jieħdu rwol ta’ tmexxija f’dan il-qasam billi jintrabtu b’miri għat-tnaqqis assolut tal-emissjonijiet li jkunu jgħoddu għall-ekonomija kollha. Huwa jirrikonoxxi li, għalkemm il-prijorità għandha tkun li jiġu evitati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra f’ras il-għajn, se jkun hemm bżonn tal-assorbimenti tal-gassijiet b’effett ta’ serra biex jikkumpensaw għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra li jkun għad fadal minn setturi li jkun iktar diffiċli jiġu ddekarbonizzati. Għandu jinżamm il-bir naturali tal-foresti, tal-ħamrija, tal-artijiet agrikoli u tal-artijiet mistagħdra u dan għandu jkompli jissaħħaħ, u għandhom isiru kosteffettivi u jibdew jintużaw it-teknoloġiji tat-tneħħija tal-karbonju bħall-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju u l-ġbir u l-użu tal-karbonju. Barra minn hekk, skont dan l-Artikolu, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri iridu jieħdu l-miżuri meħtieġa kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm fil-livell nazzjonali biex ikun jista’ jinkiseb b’mod kollettiv dan l-objettiv. Il-miżuri fil-livell tal-Unjoni se jkunu jiffurmaw parti importanti mill-miżuri meħtieġa biex jinkiseb dan l-objettiv.

L-identifikazzjoni ta’ trajettorja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fil-livell tal-Unjoni (li jittrattaha l-Artikolu 3) se tgħin biex ikun żgurat li jinkiseb l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050. Il-Kummissjoni se tirrevedi t-trajettorja tal-UE kull ħames snin, f’allinjament mal-iskedi taż-żmien tal-Ftehim ta’ Pariġi. Skont il-Ftehim ta’ Pariġi, il-Partijiet jevalwaw b’mod regolari l-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim u jivvalutaw il-progress kollettiv li jkun sar biex jintlaħaq l-għan tiegħu u biex jinkisbu l-miri fit-tul tiegħu, jiġifieri jagħmlu “rendikont globali” tiegħu. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta jsir kull rendikont globali, il-Kummissjoni se tirrevedi t-trajettorja.

L-Artikolu 4 għandu x’jaqsam mal-adattament għat-tibdil fil-klima. Minkejja l-isforzi ta’ mitigazzjoni, it-tibdil fil-klima diġà qed joħloq ammont sinifikanti ta’ stress fl-Ewropa u se jkompli jagħmel dan, u huwa importanti ferm li jissaħħu l-isforzi biex tittejjeb il-kapaċità ta’ adattament, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u biex titnaqqas il-vulnerabbiltà abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li diġà teżisti li tistabbilixxi objettivi speċifiċi marbutin mal-adattament għat-tibdil fil-klima. L-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ adattament u ta’ pjanijiet għal dan l-adattament, kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom, huma essenzjali f’dan ir-rigward. L-istrateġija l-ġdida ta’ adattament tal-UE se jkollha l-għan dirett li tgħin biex tinkiseb din il-mira. 

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-progress li jkun sar kull ħames snin, f’allinjament mal-iskedi taż-żmien tal-Ftehim ta’ Pariġi (hekk kif stabbilit fl-Artikoli 5 sa 7). Qabel kull rendikont globali, il-Kummissjoni se tivvaluta l-progress kollettiv li l-Istati Membri jkunu għamlu biex jilħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika jew b’rabta mal-adattament, u se tivvaluta l-konsistenza tal-miżuri tal-Unjoni mal-objettiv tan-newtralità klimatika jew kemm dawn ikunu adegwati biex itejbu l-kapaċità ta’ adattament, biex isaħħu r-reżiljenza u biex inaqqsu l-vulnerabbiltà, u se tagħmel rapport dwar dan. Il-Kummissjoni se tieħu l-miżuri meħtieġa f’każ li l-valutazzjoni turi li l-miżuri tal-Unjoni mhumiex konsistenti jew mhumiex adegwati jew li mhux qed isir biżżejjed progress. Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll b’mod regolari l-miżuri nazzjonali rilevanti u se tagħmel rakkomandazzjonijiet meta tinduna b’inkonsistenzi jew meta tara li l-miżuri mhumiex adegwati.

2020/0036 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 17 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 18 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” 19 , il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li lill-Unjoni tittrasformaha f’soċjetà ġusta u għanja b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Għandha l-għan ukoll li tipproteġi, tippreserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini mir-riskji u mill-impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni trid tkun waħda ġusta u inklużiva li ma tħalli ’l ħadd lura.

(2)Ir-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi relatati tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b’effett ta’ serra 20 jipprovdi bażi xjentifika soda biex jiġi ttrattat it-tibdil fil-klima u juri l-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni klimatika. Huwa jikkonferma li l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jridu jitnaqqsu b’mod urġenti u li t-tibdil fil-klima jrid ikun limitat għal tisħin ta’ 1,5 °C, b’mod partikulari biex titnaqqas il-probabbiltà li jkun hemm avvenimenti estremi tat-temp. Ir-Rapport ta’ valutazzjoni globali tal-2019 tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (l-IPBES) 21 wera li l-bijodiversità qed titnaqqar mad-dinja kollha, u li t-tibdil fil-klima huwa t-tielet fattur l-iktar importanti li qed iwassal biex tintilef il-bijodiversità 22 .

(3)Objettiv fiss fit-tul huwa importanti ferm biex jingħata kontribut għat-trasformazzjoni tal-ekonomija u tas-soċjetà, għall-impjiegi, għat-tkabbir u għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll biex nimxu b’mod ġust u kosteffettiv lejn il-mira b’rabta mat-temperatura stabbilita fil-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima li ħareġ mill-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Pariġi”).

(4)Il-Ftehim ta’ Pariġi jistabbilixxi l-għan fit-tul li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex din tinżamm taħt il-1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali 23 , u jenfasizza l-importanza li nadattaw ruħna għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima 24 u li nagħmlu l-flussi finanzjarji konsistenti mat-triq lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u ma’ żvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima 25 .

(5)L-għan tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni u tal-Istati Membri huwa li tipproteġi lin-nies u lill-pjaneta kif ukoll il-benesseri, il-prosperità, is-saħħa, is-sistemi tal-ikel, l-integrità tal-ekosistemi u l-bijodiversità mit-theddida tat-tibdil fil-klima, fil-kuntest tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, u li tiżdied kemm jista’ jkun il-prosperità fil-limiti tal-pjaneta u li tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetà b’rabta mat-tibdil fil-klima u titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħha għal dan it-tibdil.

(6)Jenħtieġ li s-setturi ekonomiċi kollha jkunu obbligati jikkontribwixxu għall-kisba tan-newtralità klimatika. Minħabba li ħafna mill-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra huma marbutin mal-produzzjoni u mal-konsum tal-enerġija, huwa essenzjali li jkun hemm tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija li tkun sostenibbli, sikura u għall-but ta’ kulħadd u li tkun tiddependi fuq suq intern tal-enerġija li jaħdem tajjeb. It-trasformazzjoni diġitali, l-innovazzjoni teknoloġika u r-riċerka u l-iżvilupp ukoll huma fatturi importanti biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika.

(7)L-Unjoni ilha żmien issegwi politika ambizzjuża b’rabta mal-azzjoni klimatika, u implimentat qafas regolatorju biex tikseb il-mira tagħha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għall-2030. Fost il-leġiżlazzjoni li timplimenta din il-mira nsibu d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 , li tistabbilixxi sistema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra ġewwa l-Unjoni, ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 , li daħħal miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra sal-2030, u r-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 , li jitlob lill-Istati Membri jibbilanċjaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija.

(8)Barra minn hekk, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta’ Novembru 2018 intitolata “Pjaneta Nadifa għal kulħadd — Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”, il-Kummissjoni ppreżentat viżjoni biex sal-2050 tinkiseb il-mira ta’ emissjonijiet żero netti tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni permezz ta’ tranżizzjoni soċjalment ġusta li tkun kosteffiċjenti.

(9)Permezz tal-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha 29 , l-Unjoni ilha żmien issegwi programm ambizzjuż ta’ dekarbonizzazzjoni, b’mod partikulari bil-ħolqien ta’ Unjoni b’saħħitha tal-Enerġija li tinkludi miri għall-effiċjenza fl-enerġija u għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-2030 fid-Direttivi 2012/27/UE 30 u (UE) 2018/2001 31 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u bit-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni rilevanti, fosthom tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 .

(10)L-Unjoni hija mexxejja globali fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u hija deċiża li tgħin biex tiżdied l-ambizzjoni globali u biex tissaħħaħ it-tweġiba globali għat-tibdil fil-klima billi tuża l-għodod kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, fosthom id-diplomazija dwar il-klima.

(11)Il-Parlament Ewropew appella għat-tranżizzjoni meħtieġa lejn soċjetà newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u biex din tkun storja Ewropea ta’ suċċess 33 u ddikjara emerġenza klimatika u ambjentali 34 . Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2019 35 , il-Kunsill Ewropew qabel fuq l-objettiv li naslu għal Unjoni b’impatt newtrali fuq il-klima sal-2050, skont l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li rrikonoxxa l-fatt li jeħtieġ jiġi stabbilit qafas ta’ abilitazzjoni, kif ukoll il-fatt li t-tranżizzjoni se tkun tirrikjedi investimenti pubbliċi u privati sinifikanti. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni wkoll tħejji proposta għall-istrateġija fit-tul tal-Unjoni kmieni kemm jista’ jkun fl-2020 bil-ħsieb li din tiġi adottata mill-Kunsill u li tiġi ppreżentata lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

(12)Jenħtieġ li l-Unjoni timmira li, permezz ta’ soluzzjonijiet naturali u teknoloġiċi, sal-2050 tilħaq bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-oqsma ekonomiċi kollha u l-assorbimenti tagħhom fil-livell domestiku ġo fiha. Jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jaħdmu flimkien biex jiksbu l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 u li l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu li dan jinkiseb. Il-miżuri fil-livell tal-Unjoni se jkunu jiffurmaw parti importanti mill-miżuri meħtieġa biex jinkiseb dan l-objettiv.

(13)Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli għaddejja bl-azzjoni klimatika tagħha u tkompli tkun mexxejja internazzjonali fil-qasam tal-klima wara l-2050, sabiex tipproteġi lin-nies u lill-pjaneta mit-theddida ta’ tibdil perikoluż fil-klima, hija u tfittex li tilħaq il-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi b’rabta mat-temperatura u filwaqt li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi tal-IPCC.

(14)L-adattament huwa komponent ewlieni tat-tweġiba globali fit-tul għat-tibdil fil-klima. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Unjoni jtejbu l-kapaċità ta’ adattament tagħhom, isaħħu r-reżiljenza u jnaqqsu l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima, kif previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ukoll li dawn iżidu kemm jista’ jkun il-benefiċċji kollaterali ma’ politiki ambjentali oħrajn u ma’ leġiżlazzjoni oħra f’dan il-qasam. Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw strateġiji u pjanijiet komprensivi nazzjonali ta’ adattament.

(15)Huma u jieħdu l-miżuri rilevanti fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali biex jiksbu l-objettiv tan-newtralità klimatika, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu l-kontribut tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika għall-benesseri taċ-ċittadini, għall-prosperità tas-soċjetà u għall-kompetittività tal-ekonomija; is-sigurtà u l-affordabbiltà tal-enerġija u tal-ikel; il-ġustizzja u s-solidarjetà fost l-Istati Membri u ġo fihom filwaqt li jqisu l-kapaċità ekonomika tagħhom, iċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom u l-ħtieġa li jkun hemm il-konverġenza maż-żmien; il-ħtieġa li t-tranżizzjoni tkun waħda xierqa u soċjalment ġusta; l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, b’mod partikulari s-sejbiet tal-IPCC; il-ħtieġa li r-riskji marbutin mat-tibdil fil-klima jiġu integrati fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment u dwar l-ippjanar; il-kosteffettività u n-newtralità teknoloġika fil-kisba tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u tal-assorbimenti tagħhom u fiż-żieda tar-reżiljenza; u l-progress li jkun qed isir maż-żmien b’rabta mal-integrità ambjentali u mal-livell ta’ ambizzjoni.

(16)It-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika teħtieġ bidliet fl-ispettru kollu tal-politika u sforz kollettiv min-naħa tas-setturi ekonomiċi kollha u tas-setturi kollha tas-soċjetà, kif uriet il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”. Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew qal li l-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti kollha tal-Unjoni jridu jkunu konsistenti mat-twettiq tal-objettiv tan-newtralità klimatika u jikkontribwixxu għalih, filwaqt li jħarsu l-kundizzjonijiet ekwi, u stieden lill-Kummissjoni teżamina jekk dan jirrikjedix aġġustament tar-regoli eżistenti.

(17)Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, il-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha tivvaluta l-proposti biex iżżid il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni għall-2030 biex tiżgura li din tkun konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika għall-2050, u li beħsiebha tagħmel it-tali proposti. F’dik il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni saħqet li l-politiki kollha tal-UE għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv tan-newtralità klimatika u li s-setturi kollha għandhom jagħtu sehemhom. Jenħtieġ li, sa Settembru tal-2020, il-Kummissjoni tirrevedi l-mira tal-Unjoni għall-2030 b’rabta mal-klima u li din tesplora l-għażliet għal mira ġdida ta’ tnaqqis ta’ bejn 50 u 55 % fl-emissjonijiet meta mqabbel mal-livelli tal-1990 għall-2030, abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-impatt u filwaqt li tqis l-analiżi li tkun għamlet tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima li jkunu ntbagħtulha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 . Meta tqis li jkun hemm bżonn tinbidel il-mira tal-Unjoni għall-2030, jenħtieġ li tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq. Barra minn hekk jenħtieġ li, sat-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni tivvaluta kif tkun trid tiġi emendata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta dik il-mira sabiex l-emissjonijiet jitnaqqsu b’50 sa 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

(18)Biex ikun żgurat li l-Unjoni u l-Istati Membri jibqgħu mexjin fit-triq it-tajba biex jiksbu l-objettiv tan-newtralità klimatika u biex jagħmlu progress fl-adattament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta b’mod regolari l-progress li jkun qed isir. F’każ li l-progress kollettiv li l-Istati Membri jkunu għamlu biex jilħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika jew b’rabta mal-adattament ma jkunx biżżejjed jew f’każ li l-miżuri tal-Unjoni ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika jew ma jkunux adegwati biex itejbu l-kapaċità ta’ adattament, biex isaħħu r-reżiljenza jew biex inaqqsu l-vulnerabbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll b’mod regolari l-miżuri nazzjonali rilevanti u tagħmel rakkomandazzjonijiet meta ssib li l-miżuri ta’ xi Stat Membru ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika jew ma jkunux adegwati biex itejbu l-kapaċità ta’ adattament, biex isaħħu r-reżiljenza u biex inaqqsu l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima.

(19)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura valutazzjoni objettiva soda li tkun ibbażata fuq l-iktar sejbiet xjentifiċi, tekniċi u soċjoekonomiċi aġġornati u li tkun tirrappreżenta firxa wiesgħa ta’ għarfien espert indipendenti, u li hija ssejjes il-valutazzjoni tagħha fuq informazzjoni rilevanti, fosthom l-informazzjoni li l-Istati Membri jibagħtu u jirrappurtaw dwarha, ir-rapporti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, fosthom ir-rapporti tal-IPCC. Minħabba li l-Kummissjoni ntrabtet li tesplora kif is-settur pubbliku jista’ juża t-tassonomija tal-UE fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li din tkun tinkludi informazzjoni dwar investiment sostenibbli mil-lat tal-ambjent min-naħa tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b’mod konsistenti mar-Regolament (UE) 2020/… [ir-Regolament dwar it-tassonomija], meta t-tali informazzjoni tkun disponibbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-istatistika u d-data Ewropej meta dawn ikunu disponibbli, u li din titlob li jsir skrutinju min-naħa tal-esperti. Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tgħin lill-Kummissjoni kif xieraq, skont il-programm annwali ta’ ħidma tagħha.

(20)Minħabba li ċ-ċittadini u l-komunitajiet għandhom rwol ewlieni x’jaqdu biex imexxu ’l quddiem it-trasformazzjoni lejn in-newtralità klimatika, jenħtieġ li tiġi ffaċilitata parteċipazzjoni qawwija pubblika u soċjali b’rabta mal-azzjoni klimatika. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkollabora mas-setturi kollha tas-soċjetà biex tippermettilhom jieħdu azzjoni favur soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u biex tagħtihom is-setgħa jagħmlu dan, fosthom billi tniedi Patt Klimatiku Ewropew.

(21)Biex l-atturi ekonomiċi kollha, fosthom in-negozji, il-ħaddiema, l-investituri u l-konsumaturi, jingħataw il-prevedibbiltà u l-fiduċja, biex ikun żgurat li t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tkun irriversibbli, biex ikun żgurat li jkun hemm tnaqqis gradwali maż-żmien u biex tingħata għajnuna fil-valutazzjoni tal-konsistenza tal-miżuri mal-objettiv tan-newtralità klimatika u fil-valutazzjoni tal-progress li jkun qed isir biex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi trajettorja biex jinkisbu emissjonijiet żero netti tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni sal-2050. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 37 . B’mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(22)Jenħtieġ li l-istrumenti tal-Unjoni marbutin mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jkunu koerenti bejniethom biex il-Kummissjoni tkompli żżomm mal-prinċipji dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Jenħtieġ li s-sistema użata biex jitkejjel il-progress li jkun qed isir biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika, kif ukoll biex titkejjel il-konsistenza tal-miżuri li jkunu ttieħdu ma’ dak l-objettiv, tissejjes fuq il-qafas ta’ governanza stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999 u tkun konsistenti miegħu. B’mod partikulari, jenħtieġ li s-sistema ta’ rappurtar regolari u t-tqegħid tal-valuazzjoni u tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni f’sekwenza abbażi tar-rappurtar ikunu allinjati mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1999 biex l-Istati Membri jibagħtu l-informazzjoni u jipprovdu r-rapporti. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/1999 jiġi emendat biex l-objettiv tan-newtralità klimatika jiddaħħal fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

(23)Min-natura tagħha, l-isfida tat-tibdil fil-klima hija waħda transkonfinali u hemm bżonn ta’ azzjoni kkoordinata fil-livell tal-Unjoni biex jissaħħu u jiġu ssupplimentati b’mod effettiv il-politiki nazzjonali. Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tinkiseb in-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba d-daqs u l-effetti tagħhom, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas biex jitnaqqsu bil-mod il-mod u b’mod irriversibbli l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni u biex jitjieb l-assorbiment permezz tal-bjar naturali jew ta’ bjar oħrajn fl-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi objettiv vinkolanti ta’ newtralità klimatika sal-2050 fl-Unjoni sabiex tinkiseb il-mira fit-tul dwar it-temperatura stabbilita fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Pariġi, u jipprevedi qafas biex isir progress fl-ilħiq tal-mira ta’ adattament globali stabbilita fl-Artikolu 7 ta’ dak il-Ftehim.

Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet b’effett ta’ serra mniżżlin fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 u għall-assorbiment tagħhom permezz ta’ bjar naturali jew bjar oħrajn.

Artikolu 2

Objettiv tan-newtralità klimatika

1.Għandu jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra rregolati mil-liġi tal-Unjoni u l-assorbiment tagħhom fl-Unjoni sa mhux iktar tard mill-2050, hekk li l-emissjonijiet netti għandhom ikunu tnaqqsu għal żero sa dik id-data.

2.L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali rispettivament, biex ikun jista’ jinkiseb b’mod kollettiv l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fil-paragrafu 1, filwaqt li jqisu l-importanza tal-fatt li jippromwovu l-ġustizzja u s-solidarjetà fost l-Istati Membri.

3.Sa Settembru tal-2020, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-mira tal-Unjoni għall-2030 b’rabta mal-klima msemmija fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (UE) 2018/1999 fid-dawl tal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) u għandha tesplora l-għażliet għal mira ġdida ta’ tnaqqis ta’ bejn 50 u 55 % fl-emissjonijiet meta mqabbel mal-livelli tal-1990 għall-2030. Meta l-Kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn tinbidel din il-mira, għandha tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif xieraq.

4.Sat-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif tkun trid tiġi emendata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta l-mira tal-Unjoni għall-2030 biex ikun jista’ jinkiseb tnaqqis ta’ 50 sa 55 % fl-emissjonijiet meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u biex jinkiseb l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), u għandha tqis il-possibbiltà li tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati, fosthom l-adozzjoni ta’ proposti leġiżlattivi.

Artikolu 3

Trajettorja biex tinkiseb in-newtralità klimatika

1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi trajettorja fil-livell tal-Unjoni biex, sal-2050, jinkiseb l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1). Sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta jsir kull rendikont globali msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-trajettorja.

2.It-trajettorja għandha tibda mill-mira tal-Unjoni għall-2030 b’rabta mal-klima msemmija fl-Artikolu 2(3).

3.Hija u tistabbilixxi trajettorja skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis l-affarijiet li ġejjin:

(a)il-kosteffettività u l-effiċjenza ekonomika;

(b)il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni;

(c)l-aqwa teknoloġija disponibbli;

(d)l-effiċjenza fl-enerġija, l-affordabbiltà tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista;

(e)il-ġustizzja u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u ġo fihom;

(f)il-ħtieġa li jiġu żgurati l-effettività ambjentali u l-fatt li jsir progress maż-żmien;

(g)il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet b’rabta mal-investiment;

(h)il-ħtieġa li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun waħda xierqa u soċjalment ġusta;

(i)l-iżviluppi u l-isforzi li jkunu saru fil-livell internazzjonali biex jinkisbu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi u biex jinkiseb l-objettiv aħħari tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

(j)l-aqwa evidenza xjentifika u dik l-iktar riċenti disponibbli, fosthom l-aħħar rapporti tal-IPCC.

Artikolu 4

Adattament għat-tibdil fil-klima

1.L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw progress kontinwu fit-titjib tal-kapaċità ta’ adattament, fit-tisħiħ tar-reżiljenza u fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Pariġi.

2.L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji u pjanijiet ta’ adattament li jkunu jinkludu oqfsa komprensivi għall-ġestjoni tar-riskju bbażati fuq xenarji ta’ referenza sodi dwar il-klima u l-vulnerabbiltà u fuq valutazzjonijiet tal-progress li jkun sar.

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-progress li tkun għamlet l-Unjoni u tal-miżuri li din tkun ħadet

1.Sat-30 ta’ Settembru 2023, u kull ħames snin wara dik id-data, flimkien mal-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-affarijiet li ġejjin:

(a)il-progress kollettiv li l-Istati Membri kollha jkunu għamlu biex jilħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1);

(b)il-progress kollettiv li l-Istati Membri kollha jkunu għamlu b’rabta mal-adattament, kif imsemmi fl-Artikolu 4.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija li tkun ħejjiet fis-sena kalendarja rispettiva skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

2.Sat-30 ta’ Settembru 2023, u kull ħames snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-affarijiet li ġejjin:

(a)il-konsistenza tal-miżuri tal-Unjoni mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1);

(b)kemm il-miżuri tal-Unjoni jkunu adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b’rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4.

3.Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri tal-Unjoni ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) jew li dawn ma jkunux adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b’rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4, jew li l-progress li jkun qed isir biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika jew b’rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4 ma jkunx biżżejjed, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati meta tkun qed tirrevedi t-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1).

4.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi ta’ kull miżura jew proposta leġiżlattiva fid-dawl tal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1), qabel ma dawn jiġu adottati, u għandha tinkludi din l-analiżi f’kull valutazzjoni tal-impatt li tkun takkumpanja lil dawn il-miżuri jew lil dawn il-proposti, u tippubblika r-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni meta dawn jiġu adottati.

Artikolu 6

Valutazzjoni tal-miżuri nazzjonali

1.Sat-30 ta’ Settembru 2023, u kull ħames snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-affarijiet li ġejjin:

(a)il-konsistenza tal-miżuri nazzjonali identifikati abbażi tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima jew tar-rapporti biennali ta’ progress li jkunu ntbagħtulha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1), kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1), skont ir-rilevanza tagħhom biex jintlaħaq dak l-objettiv;

(b)kemm il-miżuri nazzjonali rilevanti jkunu adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b’rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija li tkun ħejjiet fis-sena kalendarja rispettiva skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

2.Meta, wara li tqis kif xieraq il-progress kollettiv li tkun ivvalutat skont l-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni ssib li l-miżuri ta’ Stat Membru ma jkunux konsistenti ma’ dak l-objettiv kif espress mit-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1), jew li dawn ma jkunux adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b’rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4, hija tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tali rakkomandazzjonijiet.

3.Meta tinħareġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjoni fi spirtu ta’ solidarjetà mal-Istati Membri l-oħrajn u bejn l-Istati Membri u l-Unjoni;

(b)fl-ewwel rapport ta’ progress li huwa jibgħat skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 fis-sena ta’ wara dik li matulha tkun inħarġitlu r-rakkomandazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddeskrivi kif ikun qies kif xieraq ir-rakkomandazzjoni. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jiħux azzjoni dwar ir-rakkomandazzjoni jew dwar parti sostanzjali minnha, huwa għandu jipprovdi r-raġunament tiegħu għal dan lill-Kummissjoni;

(c)ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu jikkomplementaw l-aħħar rakkomandazzjonijiet li jkunu nħarġu għal dak il-pajjiż speċifiku fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet komuni dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni

1.Minbarra l-miżuri nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6(1)(a), il-Kummissjoni għandha ssejjes il-valutazzjoni tagħha msemmija fl-Artikoli 5 u 6 tal-inqas fuq l-affarijiet li ġejjin:

(a)l-informazzjoni li tintbagħat u li jsiru rapporti dwarha skont ir-Regolament (UE) 2018/1999;

(b)ir-rapporti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA);

(c)l-istatistika u d-data Ewropej, fosthom id-data dwar it-telf li jkun hemm minħabba l-impatti negattivi tal-klima, meta dawn ikunu disponibbli; u

(d)l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, fosthom l-aħħar rapporti tal-IPCC; u

(e)kull informazzjoni supplimentari dwar l-investiment sostenibbli mil-lat tal-ambjent min-naħa tal-Unjoni u tal-Istati Membri, fosthom l-investiment li jkun konsistenti mar-Regolament (UE) 2020/… [ir-Regolament dwar it-tassonomija], meta dan ikun disponibbli.

2.L-EEA għandha tgħin lill-Kummissjoni tħejji l-valutazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 6, skont il-programm annwali ta’ ħidma tagħha.

Artikolu 8

Parteċipazzjoni tal-pubbliku

Il-Kummissjoni għandha tikkollabora mas-setturi kollha tas-soċjetà biex tippermettilhom jieħdu azzjoni favur soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u biex tagħtihom is-setgħa jagħmlu dan. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita proċess inklużiv u aċċessibbli fil-livelli kollha, fosthom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, mas-sħab soċjali, maċ-ċittadini u mas-soċjetà ċivili biex jiġu skambjati l-aqwa prattiki u biex jiġu identifikati l-azzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tirreferi wkoll għad-djalogi f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 9

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mhux determinat taż-żmien li jibda minn ... [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10

Emendi tar-Regolament (UE) 2018/1999

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 huwa emendat kif ġej:

(1)l-Artikolu 1(1)(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfasslin biex jintlaħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”], l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin, mill-2021 sal-2030, b’mod partikulari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030;”;

(2)l-Artikolu 2(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(7) “projezzjonijiet” tfisser il-previżjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, li jinkludu tal-inqas l-istimi kwantitattivi għal sekwenza ta’ sitt snin futuri li jintemmu b’0 jew b’5 immedjatament wara s-sena tar-rappurtar;”;

(3)l-Artikolu 3(2)(f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f) valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, inkluża l-konsistenza tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”], mal-objettivi tat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont il-Ftehim ta’ Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15;”;

(4)fl-Artikolu 8(2) jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e) il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”].”;

(5)l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 11

       Djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija skont ir-regoli nazzjonali, fejn l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità kummerċjali, l-investituri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra kif ukoll il-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod attiv u jiddiskutu l-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”] u x-xenarji differenti previsti għall-politiki dwar l-enerġija u l-klima, inkluż fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, u jirrevedu l-progress li jkun sar, sakemm ma jkollux diġà struttura li sservi l-istess skop. Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jistgħu jiġu diskussi fil-qafas ta’ dan id-djalogu.”;

(6)l-Artikolu 15(3)(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) biex jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti mill-bjar fis-setturi kollha skont l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”];”;

(7)il-Parti 1 tal-Anness I hija emendata kif ġej:

(a)il-punt 3.1.1.i. tat-Taqsima A huwa sostitwit b’dan li ġej:

“i. Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif jissemma fil-punt 2.1.1 u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/841, li jkopru s-setturi kollha ewlenin tal-emissjonijiet u s-setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”]”;

(b)fit-Taqsima B jiżdied il-punt 5.5. li ġej:

“5.5. Il-kontribuzzjoni tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”]”;

(8)il-punt (c)(viii) tal-Anness VI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(viii) valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-politika jew tal-miżura biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament …/… [“il-Liġi dwar il-Klima”] u biex tinkiseb l-istrateġija fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15;”.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Werrej

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA    

1.1.    Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva    

1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

1.3.    Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:

1.4.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.    Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.4.2.    Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni

1.4.3.    Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi    

1.4.4.    Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

1.5.    Durata u impatt finanzjarju    

1.6.    Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)    

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI    

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar    

2.2.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll    

2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta    

2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom    

2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet    

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA    

3.1.    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i ġdida/ġodda tan-nefqa proposta/i    

3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa    

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa    

3.2.2.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva    

3.2.3.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

L-azzjoni klimatika

It-titolu 34 (tal-QFP għall-2014 sal-2020) — it-titolu 9 (tal-QFP għall-2021 sal-2027)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:

azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 38  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jikkonferma mill-ġdid l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li, sal-2050, tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent b’impatt newtrali fuq il-klima. Kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill Ewropew approvaw l-objettiv fit-tul tal-UE tan-newtralità klimatika. Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika fl-UE, fosthom l-istabbiliment tat-triq biex naslu għal dan. L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw din il-proposta. L-Istati Membri għandhom ikomplu jintegraw il-perspettiva fit-tul fil-pjanijiet u fir-rapporti tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Governanza. Il-Kummissjoni għandha twettaq diversi affarijiet bħar-reviżjoni tal-mira għall-2030 u r-reviżjoni tal-istrumenti kollha tal-politika relatati rilevanti biex tinkiseb il-mira riveduta, l-istabbiliment ta’ trajettorja, il-valutazzjoni tal-konsistenza tal-qafas ta’ politika eżistenti, valutazzjoni kull ħames snin, il-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet u t-teħid ta’ miżuri addizzjonali fil-livell tal-UE.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante): L-isfida tat-tibdil fil-klima hija waħda transkonfinali u ma tistax tissolva b’azzjonijiet nazzjonali jew lokali biss.

Il-valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex post): Azzjoni kkoordinata tal-UE tista’ tissupplimenta b’mod effettiv l-azzjonijiet lokali u nazzjonali u ssaħħaħhom, u ttejjeb l-azzjoni klimatika.

1.4.3.Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-UE stabbiliet qafas komprensiv ta’ politiki biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Diġà bdiet timmodernizza l-ekonomija u tittrasformaha bil-għan li tikseb in-newtralità klimatika. Bejn l-1990 u l-2018 naqqset l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra bi 23 %, filwaqt li l-ekonomija kibret b’61 %. Madankollu, il-politiki attwali mistennija jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra biss b’60 % sal-2050, u għalhekk għad fadal ħafna xi jsir biex niksbu n-newtralità klimatika sal-2050.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-proposta għandha l-għan li tikkomplementa l-qafas ta’ politika eżistenti billi tistabbilixxi t-triq li għandha tittieħed fit-tul, billi ddaħħal l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 fil-liġi tal-UE, billi ttejjeb l-isforzi ta’ adattament u billi tistabbilixxi proċess biex tiġi stabbilita t-trajettorja sal-2050 u biex din tiġi riveduta sa dik id-data, valutazzjoni regolari u proċess f’każ li ma jkunx qed isir biżżejjed progress jew f’każ li jkun hemm xi inkonsistenzi. Barra minn hekk, hija tqabbad lill-Kummissjoni tirrevedi l-politiki eżistenti u l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni fid-dawl tal-konsistenza tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika u mat-trajettorja. Hija tqabbad lill-Kummissjoni tivvaluta l-proposti biex iżżid il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni għall-2030 biex tiżgura li din tkun konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika għall-2050, u tqabbadha tagħmel it-tali proposti. Il-proposta hija konsistenti mar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika (ir-Regolament (UE) 2018/1999), u mal-emendi tiegħu.

1.5.Durata u impatt finanzjarju

 durata limitata

   Fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sal-[JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-SSSS sal-SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2020 għal durata mhux limitata,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lil pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lil korpi tal-liġi pubblika;

lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lil korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Hija u tħejji r-rapporti u hija u timmontorja l-progress b’rabta mal-adattament u tevalwah skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se jkollha l-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, skont il-programm annwali ta’ ħidma tagħha.

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-proposta tissejjes fuq il-qafas sod ta’ trasparenza għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, fuq il-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fuq kull informazzjoni oħra dwar il-klima mogħtija, pereżempju, fir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, u ma tistabbilixxix flussi addizzjonali ta’ rappurtar min-naħa tal-Istati Membri. Il-perjodu taż-żmien għall-valutazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ġie allinjat mal-iskedi taż-żmien tal-Ftehim ta’ Pariġi u mar-reviżjoni prevista fir-Regolament dwar il-Governanza. Il-proċess tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni huwa marbut ma’ din il-valutazzjoni ta’ kull ħames snin min-naħa tal-Kummissjoni.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Mhux applikabbli, għax il-proposta qed tfassal politika fit-tul, mhux timplimenta programm finanzjarju. Il-mod ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll b’rabta mar-rati ta’ żball ma japplikawx. Biex tiġi implimentata din il-proposta se jkollhom jitqassmu mill-ġdid ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni u se jkollu jiżdied xi ftit il-persunal tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA). Huma fis-seħħ il-proċeduri x-xierqa.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

L-Istati Membri jaf jittardjaw fit-twettiq tal-obbligi tar-rappurtar u ta’ ppjanar li għandhom skont ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika. Bis-saħħa tas-sistemi tar-rappurtar tal-informazzjoni dwar il-klima li diġà jeżistu u li huma stabbiliti sew (li huma previsti fir-Regolament dwar il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u li huma integrati fir-Regolament dwar il-Governanza), hemm proċeduri fis-seħħ biex ikun żgurat li r-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jintbagħtu fil-ħin, li tiġi ċċekkjata l-kwalità tagħhom, li jkunu jistgħu jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u li jkunu jistgħu jiġu megħjuna l-Istati Membri li ma jkunux qed jissodisfaw l-obbligi tar-rappurtar tagħhom.

Barra minn hekk, il-miżuri fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali jaf ma jkunux adegwati biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika jew jaf ma jkunx qed isir biżżejjed progress b’rabta ma’ dan. Għal dan il-għan, il-proposta tipprevedi valutazzjoni regolari tal-progress, reviżjoni, rakkomandazzjonijiet u miżuri addizzjonali. Il-proposta tipprevedi wkoll valutazzjoni u proposti biex tiżdied il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni għall-2030 u biex tiġi stabbilita trajettorja.

Din l-inizjattiva ma twassal għall-ebda riskju sinifikanti ġdid li mhux se jkun kopert minn qafas eżistenti ta’ kontroll intern.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Din l-inizjattiva ma twassal għall-ebda kontroll jew riskju sinifikanti ġdid li mhux se jkun kopert minn qafas eżistenti ta’ kontroll intern.

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika minbarra l-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i ġdida/ġodda tan-nefqa proposta/i

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Type of Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

In-numru 5 (7)

[L-intestatura tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea]

Diff./Mhux diff. 39

mill-pajjiżi tal-EFTA 40

mill-pajjiżi kandidati 41

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

34 01 01 01 / 20 02 01 02

34 01 02 01 / 20 02 06 01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5 (7)

“Nefqa amministrattiva”

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Fl-2020

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

0.300

0.450

0.600

0.600

0.600

0.600

0.600

0.600

4.350

Nefqa amministrattiva oħra

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.400

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0.350

0.500

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

4.750

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Fl-2020

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0.350

0.500

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

4.750

Pagamenti

0.350

0.500

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

4.750

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Is-snin

Fl-2020

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

TOTAL

HEADING 5 (7)L-INTESTATURA 5 (7)
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.300

0.450

0.600

0.600

0.600

0.600

0.600

0.600

4.350

Nefqa amministrattiva oħra

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.400

Subtotal HEADING 7Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.350

0.500

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

4.750

TOTAL

0.350

0.500

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

0.650

4.750

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Is-snin

Fl-2020

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

2

3

4

4

4

4

4

4

Delegazzjonijiet

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) — AC, AL, END, INT u JED 42

L-intestatura 7

Iffinanzjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  43

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

2

3

4

4

4

4

4

4

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Din it-talba għal iktar riżorsi umani (għal erba’ FTE sal-2022 imqabbdin bħala amministraturi) hija limitata għax-xogħol tal-abbozzar, tal-approvazzjoni interistituzzjonali u ta’ iktar monitoraġġ tal-liġi dwar il-klima nnifisha min-naħa tad-DĠ, u ma tkoprix il-lat tal-koordinazzjoni u tal-komunikazzjoni. Madankollu, l-implikazzjonijiet l-oħrajn fuq l-ammont ta’ xogħol, kemm f’termini tal-inizjattivi leġiżlattivi kif ukoll ta’ dawk mhux leġiżlattivi li joħorġu mil-Liġi dwar il-Klima, huma ħafna usa’ u se jitqiesu xi mkien ieħor.

Persunal estern

Mhux applikabbli.

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Is-snin

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “TAL-AĠENZIJI”

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Werrej

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.    Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva    

1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)    

1.3.    Il-proposta hija dwar:    

1.4.    Għanijiet    

1.4.1.    Għanijiet ġenerali    

1.4.2.    Għanijiet speċifiċi    

1.4.3.    Riżultati u impatti mistennija

1.4.4.    Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.    Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.    Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni

1.5.3.    Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn    

1.5.5.    Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.    Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva    

1.7.    Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)    

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI    

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar    

2.2.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll    

2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta    

2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom    

2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet    

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

3.2.3.    Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-[korp]

3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul




DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “TAL-AĠENZIJI”

4.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

4.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)

4.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

L-azzjoni klimatika

It-titolu 34 (tal-QFP għall-2014 sal-2020) — it-titolu 09 (tal-QFP għall-2021 sal-2027)

4.3.Il-proposta hija dwar:

azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 44  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

4.4.Għanijiet

4.4.1.Għanijiet ġenerali

Ir-Regolament propost għandu l-għan li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika fl-UE u jistabbilixxi objettiv vinkolanti ta’ newtralità klimatika sal-2050 fl-UE, jipprevedi r-reviżjoni tal-mira eżistenti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għall-2030 u l-istabbiliment ta’ trajettorja għall-2050, azzjoni b’rabta mal-adattament għat-tibdil fil-klima u proċess ta’ governanza biex l-UE tibqa’ miexja fit-triq it-tajba biex tikseb l-objettiv.

Il-proposta tinsab fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li huwa ambizzjoni ewlenija mis-sitta stabbiliti fil-Linji gwida politiċi tal-President von der Leyen.

4.4.2.Għanijiet speċifiċi

Għan speċifiku Nru 1: in-newtralità klimatika li tinkiseb permezz ta’ suq tal-karbonju tal-UE li jaħdem tajjeb u qafas operattiv ġust biex l-Istati Membri tal-UE jnaqqsu l-emissjonijiet minn setturi oħrajn.

Attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernati: il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

4.4.3.Riżultati u impatti mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika fl-UE. L-analiżi fil-fond li tappoġġa l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejħa “Pjaneta Nadifa għal kulħadd” tanalizza kif tista’ tinkiseb in-newtralità klimatika billi tħares lejn l-oqsma ekonomiċi ewlenin kollha. L-effetti fuq dawn is-setturi se jkunu ġejjin mill-proposti komplementari li jaf ikun hemm wara biex jiġu riveduti l-politiki u l-leġiżlazzjoni eżistenti jew biex jiġu proposti politiki ġodda. Fil-livell nazzjonali, in-natura u l-iskop tal-miżuri nazzjonali li l-Istati Membri jagħżlu biex jimplimentaw il-politika se jiddeterminaw liema partijiet ikkonċernati se jintlaqtu minnhom.

Il-fatt li l-proċessi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar jissejsu fuq dawk mogħtija fir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, filwaqt li jtejjeb il-kwalità tal-informazzjoni u t-trasparenza. Il-proposta għandha l-għan ukoll li tissinkronizza l-valutazzjoni mal-iskedi taż-żmien tal-Ftehim ta’ Pariġi.

4.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-implimentazzjoni tal-proposta għandha tiżgura li l-UE u l-Istati Membri jibqgħu mexjin fit-triq it-tajba biex jiksbu n-newtralità klimatika fl-UE sal-2050 u biex itejbu l-isforzi ta’ adattament tagħhom.

L-indikaturi speċifiċi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni huma:

il-livell ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-UE (kif irrappurtat skont ir-Regolament (UE) 2018/1999);

l-azzjoni b’rabta mal-adattament għat-tibdil fil-klima (kif irrappurtata skont ir-Regolament (UE) 2018/1999) u l-għadd ta’ Stati Membri li għandhom strateġiji u pjanijiet ta’ adattament (kif speċifikat fil-proposta).

4.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

4.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw din il-proposta. L-Istati Membri għandhom ikomplu jintegraw il-perspettiva fit-tul fil-pjanijiet u fir-rapporti tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Governanza. Il-Kummissjoni għandha twettaq diversi affarijiet bħar-reviżjoni tal-mira għall-2030 u r-reviżjoni tal-istrumenti kollha tal-politika relatati rilevanti biex tinkiseb il-mira riveduta, l-istabbiliment ta’ trajettorja, il-valutazzjoni tal-konsistenza tal-qafas ta’ politika eżistenti, valutazzjoni kull ħames snin, il-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet u t-teħid ta’ miżuri addizzjonali fil-livell tal-UE.

4.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

L-isfida tat-tibdil fil-klima hija waħda transkonfinali u ma tistax tissolva b’azzjonijiet nazzjonali jew lokali biss. Azzjoni kkoordinata tal-UE tista’ tissupplimenta b’mod effettiv l-azzjonijiet lokali u nazzjonali u ssaħħaħhom, u ttejjeb l-azzjoni klimatika.

4.5.3.Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-UE stabbiliet qafas komprensiv ta’ politiki biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Diġà bdiet timmodernizza l-ekonomija u tittrasformaha bil-għan li tikseb in-newtralità klimatika. Bejn l-1990 u l-2018 naqqset l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra bi 23 %, filwaqt li l-ekonomija kibret b’61 %. Madankollu, il-politiki attwali mistennija jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra biss b’60 % sal-2050, u għalhekk għad fadal ħafna xi jsir biex niksbu n-newtralità klimatika.

4.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-proposta għandha l-għan li tikkomplementa l-qafas ta’ politika eżistenti billi tistabbilixxi t-triq li għandha tittieħed fit-tul, billi ddaħħal l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 fil-liġi tal-UE, billi ttejjeb l-isforzi ta’ adattament u billi tistabbilixxi proċess biex tiġi stabbilita t-trajettorja sal-2050 u biex din tiġi aġġornata sa dik id-data, valutazzjoni regolari u proċess f’każ li ma jkunx qed isir biżżejjed progress jew f’każ li jkun hemm xi inkonsistenzi. Hija tqabbad lill-Kummissjoni tivvaluta l-proposti biex iżżid il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni għall-2030 biex tiżgura li din tkun konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika għall-2050, u tqabbadha tagħmel it-tali proposti. Il-proposta hija konsistenti mar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

4.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

-

4.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sal-[JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2020 għal durata mhux limitata,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

4.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’:

   l-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

☑ lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71;

◻ lil korpi tal-liġi pubblika;

◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

Hija u tħejji r-rapporti tal-valutazzjoni ta’ kull ħames snin tal-progress li jkun qed isir b’rabta man-newtralità klimatika u hija u timmontorja l-progress b’rabta mal-adattament u tevalwah skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se jkollha l-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, skont il-programm annwali ta’ ħidma tagħha. L-EEA se twettaq dan ix-xogħol bħala parti mill-mandat attwali tagħha u f’konformità mad-“dokument uniku ta’ programmazzjoni” li jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tagħha (skont l-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715, li huwa r-Regolament dwar il-qafas finanzjarju).

 

5.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

5.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-proposta tissejjes fuq il-qafas sod ta’ trasparenza għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u fuq l-informazzjoni l-oħra dwar il-klima mogħtija fir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, u ma tistabbilixxix flussi addizzjonali ta’ rappurtar min-naħa tal-Istati Membri. Il-perjodu taż-żmien għall-valutazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ġie allinjat mal-iskedi taż-żmien tal-Ftehim ta’ Pariġi u mar-reviżjoni prevista fir-Regolament dwar il-Governanza. Il-proċess tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni huwa marbut ma’ din il-valutazzjoni ta’ kull ħames snin min-naħa tal-Kummissjoni.

5.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

5.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-Istati Membri jaf jittardjaw fit-twettiq tal-obbligi tar-rappurtar u ta’ ppjanar li għandhom skont ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika. Bis-saħħa tas-sistemi tar-rappurtar tal-informazzjoni dwar il-klima li diġà jeżistu u li huma stabbiliti sew (li huma previsti fir-Regolament dwar il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u li huma integrati fir-Regolament dwar il-Governanza), hemm proċeduri fis-seħħ biex ikun żgurat li r-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jintbagħtu fil-ħin, li tiġi ċċekkjata l-kwalità tagħhom, li jkunu jistgħu jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u li jkunu jistgħu jiġu megħjuna l-Istati Membri li ma jkunux qed jissodisfaw l-obbligi tar-rappurtar tagħhom.

Barra minn hekk, il-miżuri fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali jaf ma jkunux adegwati biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika jew jaf ma jkunx qed isir biżżejjed progress b’rabta ma’ dan. Għal dan il-għan, il-proposta tipprevedi valutazzjoni regolari tal-progress, reviżjoni, rakkomandazzjonijiet u miżuri addizzjonali. Il-proposta tipprevedi wkoll valutazzjoni u proposti biex tiżdied il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni għall-2030 u biex tiġi stabbilita trajettorja.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-istrateġija ta’ kontroll għan-nefqa addizzjonali tal-aġenziji, l-aġenziji deċentralizzati kollha jaħdmu mill-qrib mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni biex jiżguraw li jintlaħqu l-istandards ix-xierqa fl-oqsma kollha tal-qafas ta’ kontroll intern. Dawk l-arranġamenti se japplikaw ukoll għar-rwol li se jkollhom l-aġenziji fil-kuntest ta’ din il-proposta.

Barra minn hekk, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, kull sena finanzjarja l-Parlament Ewropew iqis jekk jagħtix il-kwittanza lill-Aġenziji biex jimplimentaw il-baġit tagħhom jew le, filwaqt li jqis is-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

5.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

F’dak li għandu x’jaqsam mal-użu legali, ekonomiku, effettiv u effiċjenti tal-approprjazzjonijiet li joħorġu mill-azzjonijiet li l-EEA trid twettaq fil-kuntest ta’ din il-proposta, din l-inizjattiva ma twassal għall-ebda riskju sinifikanti ġdid li mhux se jkun kopert minn qafas eżistenti ta’ kontroll intern. L-azzjonijiet li jridu jitwettqu fil-kuntest ta’ din il-proposta se jibdew jitwettqu fl-2022 u se jkomplu għaddejjin tul il-perjodu kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali (il-QFP) il-ġdid.

5.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jippreveduhom ir-Regolamenti li jirregolaw il-funzjonament tal-EEA dal-ħin. Dan il-korp jaħdem mill-qrib mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni biex jiżgura li jitħarsu l-istandards ix-xierqa fl-oqsma kollha tal-qafas ta’ kontroll intern.

Fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, kull sena l-Parlament Ewropew jagħti kwittanza lill-EEA biex timplimenta l-baġit tagħha.



5.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Biex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u l-attivitajiet illegali l-oħrajn kollha, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) japplikaw għall-EEA mingħajr restrizzjoni. L-EEA għandha strateġija speċifika għal kontra l-frodi u pjan ta’ azzjoni li joħroġ minnha. Barra minn hekk, ir-Regolament li jistabbilixxi l-EEA jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-EEA u r-regoli finanzjarji applikabbli, fosthom dawk maħsubin għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet.

6.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

6.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Type of Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA 45

mill-pajjiżi kandidati 46

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

02 (03)

07 02 06 00 (09 10 02)

34 02 03 (09 02 03)

Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitlubin: mhux applikabbli.



6.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

6.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

2 (3)

L-intestatura 2: Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali

(mill-2021, l-intestatura 3: Ir-riżorsi naturali u l-ambjent)

L-EEA: 07 02 06 (09 10 02)

Fl-2020

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

TOTAL

It-titolu 1:

Impenji

(1)

0.000

0.000

0.145

0.145

0.145

0.145

0.145

0.145

0.870

Pagamenti

(2)

0.000

0.000

0.145

0.145

0.145

0.145

0.145

0.145

0.870

It-titolu 2:

Impenji

(1a)

0.000

0.000

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.300

Pagamenti

(2a)

0.000

0.000

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.050

0.300

It-titolu 3:

Impenji

(3a)

Pagamenti

(3b)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
[għall-EEA]

Impenji

=1+1a +3a

0.000

0.000

0.195

0.195

0.195

0.195

0.195

0.195

1.170

Pagamenti

=2+2a

+3b

0.000

0.000

0.195

0.195

0.195

0.195

0.195

0.195

1.170





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5 (7)

“Nefqa amministrattiva” — dikjarazzjoni finanzjarja separata għall-impatt fuq id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika



f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Fl-2020

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5 (1 sa 7)

tal-qafas finanzjarju pluriennali*

Impenji

0.000

0.000

0.195

0.195

0.195

0.195

0.195

0.195

1.170

Pagamenti

0.000

0.000

0.195

0.195

0.195

0.195

0.195

0.195

1.170

* Ta’ min jinnota li l-ħtiġijiet addizzjonali tal-EEA jridu jintlaħqu bi trasferiment mill-baġit tal-programm LIFE għal-linja baġitarja tal-aġenzija.

6.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-EEA

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

6.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-EEA

6.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Fl-2020

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

TOTAL

Aġenti temporanji (fil-gradi ta’ amministraturi)

Aġenti temporanji (fil-gradi ta’ assistenti)

Aġenti Kuntrattwali*

0.145

0.145

0.145

0.145

0.145

0.145

0.870

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0.145

0.145

0.145

0.145

0.145

0.145

0.870

* Abbażi ta’ kostijiet medji ta’ EUR 55 000 għall-aġenti kuntrattwali li għalihom japplika l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-EEA, jiġifieri 1.319*55 000=EUR 72,545, minbarra l-ispejjeż ġenerali tat-titolu 2.

Rekwiżiti tal-persunal (f’FTE):

Fl-2020

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

TOTAL

Aġenti temporanji (fil-gradi ta’ amministraturi)

Aġenti temporanji (fil-gradi ta’ assistenti)

Aġenti Kuntrattwali*

2

2

2

2

2

2

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

2

2

2

2

2

2

6.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat f’dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva separata:

Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar aġġustati għal pożizzjoni deċimali waħda)

Fl-2020

Fl-2021

Fl-2022

Fl-2023

Fl-2024

Fl-2025

Fl-2026

Fl-2027

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

3

4

4

4

4

4

4

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 47

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy 48

- fil-Kwartieri Ġenerali 49

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT — Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT — Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

2

3

4

4

4

4

4

4

34 huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat fl-2020.

09 huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat fl-2021 sal-2027.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



6.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

6.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament li qed jiġi stmat hawn taħt:

6.3.Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

  jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa

(1)    COM(2019) 640 final.
(2)    Skont l-istħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru bin-numru 490 li sar f’April tal-2019 u li kien jittratta t-tibdil fil-klima, 93 % miċ-ċittadini tal-UE jqisu li t-tibdil fil-klima huwa problema gravi u maġġoranza sinifikanti tal-popolazzjoni tal-UE tħoss li għandhom jittieħdu iktar azzjonijiet dwaru.
(3)    COM(2018) 773 final.
(4)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi (2019/2582(RSP)).
(5)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar il-Konferenza tan-NU tal-2019 dwar it-Tibdil fil-Klima f’Madrid, Spanja (COP 25) (2019/2712(RSP)).
(6)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (2019/2930(RSP)).
(7)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2019/2956(RSP)).
(8)    https://www.consilium.europa.eu/media/39932/a-new-strategic-agenda-2019-2024-mt.pdf.
(9)    L-UE rratifikat dan il-Ftehim fil-5 ta’ Ottubru 2016, u dan daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016.
(10)    Fl-oqsma ekonomiċi kollha minbarra t-tbaħħir internazzjonali (SWD(2019) 396 final).
(11)    COM(2020) 21 final tal-14 ta’ Jannar 2020.
(12)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020) 22 final).
(13)    L-Anness 7.1 tal-analiżi fil-fond li tappoġġa l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2018) 773 imsejħa “In-depth analysis in support of the Commission Communication COM(2018)773”, li tinsab hawn: https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/docs/pages/com_2018_733_analysis_in_support_en_0.pdf.
(14)    Skont l-istħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru bin-numru 490 li sar f’April tal-2019 u li kien jittratta t-tibdil fil-klima, 92 % minn dawk li wieġbu — u iktar minn tmien persuni minn kull għaxra f’kull Stat Membru, jaqblu li l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun filwaqt li jiġu kkumpensati l-emissjonijiet li jkun għad fadal, sabiex l-ekonomija tal-UE tkun newtrali għall-klima sal-2050.
(15)    L-analiżi fil-fond li tappoġġa l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2018) 773 imsejħa “In-depth analysis in support of the Commission Communication COM(2018)773”, li tinsab hawn: https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/docs/pages/com_2018_733_analysis_in_support_en_0.pdf.
(16)    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(17)    ĠU C , , p. .
(18)    ĠU C , , p. .
(19)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019) 640 final).
(20)    Ir-Rapport Speċjali tal-2018 tal-IPCC intitolat “Global Warming of 1.5°C. An IPCC Special Report on the impacts of global warming of 1.5°C above pre-industrial levels and related global greenhouse gas emission pathways, in the context of strengthening the global response to the threat of climate change, sustainable development, and efforts to eradicate poverty” [Masson-Delmotte, V., Zhai, P., Pörtner, H.-O., Roberts, D., Skea, J., Shukla, P.R., Pirani, A., Moufouma-Okia, W., Péan, C., Pidcock, R., Connors, S., Matthews, J.B.R., Chen, Y., Zhou, X., Gomis, M.I., Lonnoy, E., Maycock, T., Tignor, M. u Waterfield, T. (edituri)].
(21)    Il-valutazzjoni globali tal-2019 tal-IPBES intitolata “Global Assessment on Biodiversity and Ecosystem Services”.
(22)    Ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent intitolat “L-ambjent Ewropew — L-istat u l-prospetti 2020” (ippubblikat fl-2019 fil-Lussemburgu mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea).
(23)    L-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim ta’ Pariġi.
(24)    L-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim ta’ Pariġi.
(25)    L-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim ta’ Pariġi.
(26)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(27)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(28)    Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
(29)    COM(2016) 860 final tat-30 ta’ Novembru 2016.
(30)    Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(31)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(32)    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(33)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2019/2956(RSP)).
(34)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (2019/2930(RSP)).
(35)    Il-Konklużjonijiet li l-Kunsill Ewropew adotta waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2019 (EUCO 29/19, CO EUR 31, CONCL 9).
(36)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(37)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(38)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(39)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(40)    L-EFTA = l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(41)    Il-pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(42)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = Persunal tal-aġenziji; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(43)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(44)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(45)    L-EFTA = l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(46)    Il-pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(47)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = Persunal tal-aġenziji; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(48)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(49)    Prinċipalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (l-FES).
Top