Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9684

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9684 — Parks Bottom/Omers/Accor/Fairmont Hotels) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 58/06

    PUB/2020/156

    ĠU C 58, 21.2.2020, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 58/9


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9684 — Parks Bottom/Omers/Accor/Fairmont Hotels)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 58/06)

    1.   

    Fl-14 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Parks Bottom Co. Real Estate Holdings Inc. (“Parks Bottom”, il-Kanada), li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ GIC (Realty) Private Limited (“GIC Realty”, Singapore);

    OMERS Administration Corporation (“OMERS”, il-Kanada);

    Accor Management Canada Inc. (“Accor”, il-Kanada);

    Fairmont Banff Springs, Fairmont Chateau Lake Louise, Fairmont Jasper Park Lodge u Fairmont Chateau Whistler (“Fairmont Hotels”, il-Kanada).

    Parks Bottom, OMERS u Accor jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll be sħab ta’ Fairmont Hotels.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma, permezz ta’ kuntratt u ftehim diġà eżistenti dwar il-ġestjoni tal-lukandi.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Parks Bottom: sussidjarja indiretta ta’ GIC Realty li kienet stabbilita bil-għan tal-akkwist u s-sjieda ta’ Fairmont Hotels, u li hija attiva fil-Kanada. GIC Realty tiffoka fuq is-sjieda ta’ assi ta’ proprjetà immobbli f’isem il-Gvern ta’ Singapore;

    OMERS: sid dinji ta’ proprjetà immobbli, investitur, żviluppatur u jiġġestixxi l-proprjetà;

    Accor: tħaddem lukandi mal-Kanada kollha;

    Fairmont Hotels: erba’ lukandi lussużi Kanadiżi, Fairmont Banff Springs, Fairmont Chateau Lake Louise, Fairmont Jasper Park Lodge u Fairmont Chateau Whistler.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9684 — Parks Bottom/Omers/Accor/Fairmont Hotels

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Fax +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top