This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020M8900
Opinion of the Advisory Committee on mergers given at its meeting of 29 January 2019 concerning a preliminary draft decision relating to CASE M.8900 Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall Rapporteur: Ireland (Text with EEA relevance) 2020/C 325/10
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Jannar 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8900 Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall Relatur: L-Irlanda (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 325/10
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Jannar 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8900 Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall Relatur: L-Irlanda (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 325/10
C/2019/922
ĠU C 325, 2.10.2020, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Jannar 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8900 Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall
Relatur: L-Irlanda
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 325/10)
Operazzjoni
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi f’konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”). |
Dimensjoni tal-Unjoni
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Suq tal-prodotti
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti kif ġie ddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ din l-operazzjoni, b’mod partikolari:
|
Suq Ġeografiku
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti kif ġie ddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni, b’mod partikolari:
|
Valutazzjoni Kompetittiva
Effetti orizzontali mhux koordinati
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-effetti orizzontali mhux koordinati, jiġifieri li
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-akkwist tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall jaggrava l-effetti orizzontali fis-sens li jsaħħaħ il-kapaċità ta’ Wieland li żżid l-ispejjeż tal-kompetituri tagħha fis-suq tal-prodotti llaminati u li jipprovdi lil Wieland b’aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali tar-rivali. |
Effetti vertikali mhux koordinati
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni mhux se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni bħala riżultat tal-effetti tal-esklużjoni ta’ dħul fir-rigward tal-billetti. |
Impenji
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji ma jeliminawx l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li jirriżulta (i) mill-eliminazzjoni ta’ restrizzjonijiet kompetittivi importanti eżerċitati fuq Wieland minn ARP u / jew (ii) il-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti ta’ Wieland. |
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji ma jindirizzawx il-kwistjonijiet relatati maż-żieda fl-ispejjeż ta’ terzi persuni li jiddependu fuq fornimenti minn Schwermetall u mal-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali tar-rivali permezz tal-akkwist tas-sehem ta’ 50 % fi Schwermetall. |
Kompatibbiltà mas-suq intern
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li jenħtieġ li l-konċentrazzjoni notifikata tiġi ddikjarata bħala inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(3) u 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |