Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AP0171

    P9_TA(2020)0171 Appoġġ temporanju eċċezzjonali fil-kuntest tal-FAEŻR b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (emenda tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali fil-kuntest tal-FAEŻR b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0186 – C9-0128/2020 – 2020/0075(COD)) P9_TC1-COD(2020)0075 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Ġunju 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward ta’ miżura speċifika biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR) b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19

    ĠU C 362, 8.9.2021, p. 208–208 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/208


    P9_TA(2020)0171

    Appoġġ temporanju eċċezzjonali fil-kuntest tal-FAEŻR b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (emenda tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali fil-kuntest tal-FAEŻR b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0186 – C9-0128/2020 – 2020/0075(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 362/46)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0186),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0128/2020),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Ġunju 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  Opinjoni tal-11 ta’ Ġunju 2020.


    P9_TC1-COD(2020)0075

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Ġunju 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward ta’ miżura speċifika biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR) b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2020/872.)


    Top