IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.3.2019
COM(2019) 135 final
ANNESSI
tal-Proposta għal
Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu
ANNESS I
FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u
R-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Gambja”,
flimkien minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,
FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Gambja, l-aktar fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Cotonou, u x-xewqa tagħhom it-tnejn li jsaħħu dik ir-relazzjoni,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar (l-UNCLOS) u l-Ftehim tal-1995 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Istokkijiet tal-Ħut Transżonali u tal-Istokkijiet tal-Ħut li Jpassi Ħafna,
DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u ta’ organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti oħrajn,
KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fl-1995 waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (l-FAO),
DETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, biex jippromwovu s-sajd responsabbli ħalli jkunu żgurati l-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar,
KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għamla ta’ inizjattivi u miżuri li, kemm jekk il-Partijiet jeħduhom flimkien u kemm jekk jeħduhom għal rashom, ikunu jikkumplimentaw lil xulxin u jiżguraw politiki konsistenti u sinerġija fl-isforzi,
BEĦSIEBHOM, għal dawn il-finijiet, jibdew djalogu dwar il-politika settorjali tas-sajd li jħaddem il-Gvern tal-Gambja u jidentifikaw il-mezzi x-xierqa biex jiżguraw li din il-politika tiġi implimentata b’mod effettiv u li f’dan il-proċess jiġu inklużi l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili,
JIXTIEQU jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Gambja u l-appoġġ tal-Unjoni biex f’dik iż-żona jsir sajd sostenibbli,
JIXTIEQU jistabbilixxu ftehim ta’ ġid reċiproku bejn l-Unjoni u l-Gambja,
DEĊIŻI li jippromwovu kooperazzjoni ekonomika eqreb bejn iż-żewġ Partijiet fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati magħha,
B’DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
(a)“l-awtoritajiet tal-Gambja” tfisser il-Ministeru responsabbli għas-sajd fir-Repubblika tal-Gambja;
(b)“l-awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;
(c)“attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir u l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd;
(d)“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-użu kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
(e)“bastiment tal-għajnuna” tfisser kull bastiment tal-Unjoni li jagħti assistenza lill-bastimenti tas-sajd. Il-bastimenti tal-għajnuna ma għandhomx ikunu mgħammra għas-sajd jew jintużaw għat-trażbord;
(f)“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;
(g)“żona tas-sajd tal-Gambja” tfisser dik il-parti mill-ilmijiet li huma fis-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni tal-Gambja li fiha l-Gambja tkun awtorizzat lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd;
(h)“Ftehim” tfisser il-Ftehim, il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;
(i)“sajd sostenibbli” tfisser is-sajd imwettaq skont l-għanijiet u l-prinċipji mniżżlin fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (l-FAO) tal-1995.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-affarijiet li ġejjin:
(a)il-kundizzjonijiet li bihom il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gambja;
(b)il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd, bil-ħsieb li jiġi promoss is-sajd sostenibbli fiż-żoni tas-sajd tal-Gambja u li jiġu żviluppati s-settur marittimu u dak tas-sajd tal-Gambja;
(c)il-kooperazzjoni dwar il-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ kontroll u ta’ sorveljanza fiż-żona tas-sajd tal-Gambja bil-ħsieb li tkun żgurata l-konformità mar-regoli u mal-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq u li jiġi żgurat li l-miżuri għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd ikunu effettivi, l-aktar il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat;
(d)is-sħubijiet bejn l-operaturi bil-għan li, fl-interess ta’ xulxin, jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati.
Artikolu 3
Prinċipji u għanijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim
1.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu jinsabu f’dik iż-żona.
2.L-awtoritajiet tal-Gambja jintrabtu li ma jagħtux kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk maqbula f’dan il-Ftehim lil flotot barranin oħrajn li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Gambja u li għandhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet bħal dawk li jkopri dan il-Ftehim u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni, mal-iżvilupp u mal-ġestjoni tar-riżorsi, mal-arranġamenti finanzjarji, mat-tariffi u mad-drittijiet marbutin mal-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd. L-awtoritajiet tal-Gambja jintrabtu li jagħtu sehem xieraq miż-żejjed tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar lill-flotta Ewropea meta dan ikun rilevanti.
3.Fl-interess tat-trasparenza, il-Gambja tintrabat li tippubblika l-informazzjoni marbuta ma’ kull ftehim li jawtorizza lill-bastimenti barranin jistadu fiż-żona tas-sajd tagħha u l-isforz tas-sajd li joħroġ minnu, b’mod partikulari l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd li jkunu nħarġu u l-qabdiet li jkunu ġew irrappurtati, u li tiskambja din l-informazzjoni.
4.Il-Partijiet jaqblu li l-bastimenti tal-Unjoni għandhom jistadu biss għaż-żejjed tal-qabda permissibbli msemmi fl-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS u stabbilit b’mod ċar u trasparenti abbażi tal-pariri xjentifiċi rilevanti disponibbli u tal-informazzjoni rilevanti skambjata bejn il-Partijiet b’rabta mal-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet rilevanti mill-flotot kollha li jkunu qed jistadu fiż-żona tas-sajd.
5.F’dak li għandu x’jaqsam mal-istokkijiet tal-ħut transżonali u mal-istokkijiet tal-ħut li jpassi ħafna, il-Partijiet għandhom iħarsu l-valutazzjonijiet xjentifiċi reġjonali u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd rilevanti.
6.Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw il-Ftehim skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou fejn jidħlu elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-istat tad-dritt, u fejn jidħol l-element fundamentali marbut mal-governanza t-tajba.
7.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jimplimentaw il-politika settorjali tas-sajd li adotta l-Gvern tal-Gambja u għandhom jibdew djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa.
8.Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol għandha tapplika għalkollox għall-baħrin tal-AKP irreklutati fuq il-bastimenti tal-Unjoni, l-aktar fejn jidħlu l-libertà ta’ assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv tal-ħaddiema, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol.
9.Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jadottaw xi deċiżjoni li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.
Artikolu 4
Aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Gambja
L-awtoritajiet tal-Gambja jintrabtu li jawtorizzaw lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd skont dan il-Ftehim u skont il-liġijiet applikabbli tal-Gambja.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet għas-sajd u klawżola ta’ esklużività
1.Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd li dan il-Ftehim ikopri biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont dan il-Ftehim (iddefinita bħala “liċenzja” skont il-leġiżlazzjoni tal-Gambja). Huma pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd kollha mhux koperti minn dan il-Ftehim.
2.L-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Gambja għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim biss. Huwa pprojbit li lill-bastimenti tal-Unjoni jinħarġulhom awtorizzazzjonijiet tas-sajd mhux koperti minn dan il-Ftehim, l-aktar fl-għamla ta’ awtorizzazzjonijiet diretti.
3.Il-proċedura biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment, it-tariffi applikabbli u l-metodu tal-ħlas li sid il-bastiment għandu juża għandhom ikunu ddefiniti fil-Protokoll u fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu.
4.Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawn il-kundizzjonijiet u dawn l-arranġamenti jiġu applikati tajjeb permezz ta’ kooperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mil-lat amministrattiv.
Artikolu 6
Liġi applikabbli
1.Il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Gambja għandhom japplikaw għall-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Gambja, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, fil-Protokoll u fl-Anness. Lill-awtoritajiet tal-Unjoni, il-Gambja għandha tipprovdilhom il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.
2.Il-Gambja għandha tieħu l-passi x-xierqa meħtieġa biex id-dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tas-sajd previsti f’dan il-Ftehim jiġu applikati b’mod effettiv. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-Gambja li għandhom ir-responsabbiltà jwettqu dan il-monitoraġġ, dan il-kontroll u din is-sorveljanza.
3.L-awtoritajiet tal-Gambja għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Unjoni b’kull bidla fil-leġiżlazzjoni eżistenti jew b’kull leġiżlazzjoni ġdida li jkollha l-potenzjal tħalli impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni. Din il-leġiżlazzjoni għandha tibda tapplika għall-bastimenti tal-Unjoni wara 60 jum mill-għada li n-notifika tal-Gambja tasal għand l-awtoritajiet tal-Unjoni.
4.L-Unjoni għandha tieħu l-passi x-xierqa meħtieġa biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jkunu jikkonformaw ma’ dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd fl-ilmijiet li tagħhom il-Gambja għandha s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni.
5.L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Gambja mingħajr dewmien b’kull bidla fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jkollha l-potenzjal tħalli impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.
Artikolu 7
Kontribuzzjoni finanzjarja
1.L-Unjoni għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Gambja fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim sabiex:
(a)twieżen parti mill-ispejjeż tal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd tal-Gambja u għar-riżorsi tas-sajd ta’ dan il-pajjiż, mingħajr preġudizzju għall-ispejjeż tal-aċċess li jġarrbu s-sidien tal-bastimenti;
(b)issaħħaħ il-kapaċità tal-Gambja li tiżviluppa politika sostenibbli tas-sajd permezz tal-appoġġ settorjali.
2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali ma għandhiex tkun assoċjata mal-ħlasijiet għall-ispejjeż għall-aċċess u għandha tkun stabbilita skont l-ilħiq tal-għanijiet tal-appoġġ settorjali tal-Gambja f’konformità mal-Protokoll u mal-programmazzjoni annwali u pluriennali għall-implimentazzjoni tiegħu u tingħata bil-kundizzjoni li dawn jintlaħqu.
3.Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti l-Unjoni għandha titħallas kull sena skont il-Protokoll.
(a)L-ammont tal-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) jista’ jirrevedih il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-affarijiet li ġejjin:
(i)tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni minħabba l-ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, meta dan jitqies li huwa meħtieġ għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli;
(ii)żieda fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni meta, skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tkun tippermetti dan.
(b)L-ammont tal-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) jista’ jiġi rivedut minħabba valutazzjoni mill-ġdid tat-termini tal-kontribuzzjoni finanzjarja biex tiġi implimentata l-politika settorjali tas-sajd tal-Gambja, meta dan ikun iġġustifikat mir-riżultati speċifiċi tal-programmazzjoni annwali u pluriennali li josservaw iż-żewġ Partijiet.
(c)Il-kontribuzzjoni tista’ tiġi sospiża minħabba:
(i)l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim;
(ii)l-applikazzjoni tal-Artikolu 16 ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 8
Promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi u fis-soċjetà ċivili
1.Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-kooperazzjoni ekonomika u teknika fis-settur tas-sajd u fis-setturi relatati miegħu. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw id-diversi miżuri li jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.
2.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki tas-sajd, l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ preżervazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.
3.Meta jkun xieraq, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jħeġġu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investimenti.
4.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jippromwovu l-ħatt l-art tal-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed jistadu fil-Gambja.
5.Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-ħolqien ta’ intrapriżi konġunti fil-qasam tas-sajd u tal-ekonomija marittima.
Artikolu 9
Kumitat Konġunt
1.Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Gambja u li jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta emendi fil-Protokoll, fl-Anness u fl-Appendiċijiet.
2.Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu ħsieb b’mod partikulari dan li ġej:
(a)jimmonitorja l-prestazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u l-aktar id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 7(2) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha;
(b)jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa fi kwistjonijiet ta’ interess reċiproku fil-qasam tas-sajd, l-aktar fejn tidħol l-analiżi statistika tad-data dwar il-qabdiet;
(c)iservi ta’ forum biex il-kwistjonijiet li jinqalgħu b’rabta mal-interpretazzjoni jew mal-applikazzjoni tal-Ftehim jissolvew b’mod amikevoli.
3.Fejn jidħol it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kumitat Konġunt għandu japprova l-emendi fil-Protokoll, fl-Annessi u fl-Appendiċijiet ta’ dan il-Ftehim li jkollhom x’jaqsmu mal-affarijiet li ġejjin:
(a)mar-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u għaldaqstant tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti;
(b)mal-proċeduri tal-appoġġ settorjali;
(c)mal-kundizzjonijiet tekniċi u l-modalitajiet li bihom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
4.Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq ħidmietu skont l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u skont ir-regoli rilevanti adottati mill-ICCAT u minn organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd oħrajn, meta dan ikun rilevanti.
5.Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ tal-inqas darba fis-sena, sena fil-Gambja u s-sena ta’ wara fl-Unjoni, jew f’post ieħor magħżul bi qbil bejniethom, u dan għandha tippresedih il-Parti ta’ fejn tkun qed issir il-laqgħa. Jekk xi waħda mill-Partijiet titlob dan, dan għandu jitlaqqa’ b’mod straordinarju. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’kunsens u għandhom jitniżżlu mal-minuti maqbula tal-laqgħa.
Artikolu 10
Kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU)
Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU sabiex ikun jista’ jsir sajd responsabbli u sostenibbli.
Artikolu 11
Kooperazzjoni xjentifika
1.Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-kooperazzjoni xjentifika biex jivvalutaw b’mod regolari l-qagħda tal-istokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tal-Gambja f’kollaborazzjoni mal-korpi xjentifiċi reġjonali u sottoreġjonali.
2.Il-Partijiet jintrabtu li jikkonsultaw lil xulxin, jekk ikun hemm bżonn, fil-kuntest tal-ICCAT u ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd rilevanti oħrajn sabiex isaħħu l-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Gambja.
Artikolu 12
Żona ġeografika ta’ applikazzjoni
Minn naħa, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji fejn japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, dan għandu japplika għat-territorju tal-Gambja.
Artikolu 13
Tul ta’ żmien u tiġdid taċitu
Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data minn meta jibda japplika b’mod provviżorju. Dan għandu jiġġedded b’mod taċitu, sakemm ma tingħatax notifika ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 16.
Artikolu 14
Applikazzjoni provviżorja
Il-Ftehim għandu jibda japplika b’mod provviżorju mid-data meta l-Partijiet jiffirmawh.
Artikolu 15
Sospensjoni
1.L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet f’każ wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:
(a)meta jkun hemm ċirkustanzi, minbarra l-fenomeni naturali, li xi waħda mill-Partijiet b’mod raġonevoli ma jkollhiex kontroll fuqhom u li jkunu tali li ma jippermettux li jsir is-sajd fiż-żona tas-sajd;
(b)meta tinqala’ xi tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
(c)meta waħda mill-Partijiet issib li kien hemm ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou u tkun saret il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu.
2.Il-Parti li tkun trid tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra b’dan, u s-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal din in-notifika. Il-fatt li tasal din in-notifika għandu jwassal biex jinfetħu konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien tliet xhur.
3.Meta ma tinstabx soluzzjoni amikevoli għad-differenzi bejn il-Partijiet u l-Ftehim jiġi sospiż, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin biex isibu soluzzjoni għat-tilwima tagħhom. Ladarba tinstab din is-soluzzjoni, għandha tissokta l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li matulu jkun dam sospiż il-Ftehim, sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor.
Artikolu 16
Terminazzjoni
1.Kull waħda mill-Partijiet tista’ tittermina dan il-Ftehim, b’mod partikulari fil-każijiet li ġejjin:
(a)meta jkun hemm ċirkustanzi, minbarra l-fenomeni naturali, li xi waħda mill-Partijiet b’mod raġonevoli ma jkollhiex kontroll fuqhom, li ma jippermettux li jsiru l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;
(b)meta jiġu ddegradati l-istokkijiet ikkonċernati skont l-aqwa parir xjentifiku indipendenti u affidabbli disponibbli;
(c)meta jonqos il-livell ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni;
(d)meta jinkisru l-impenji li l-Partijiet ikunu daħlu għalihom fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
2.Il-Parti li tkun trid tittermina l-Ftehim għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra b’dan, u t-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom li jtawlu dan il-perjodu. Meta tasal in-notifika ta’ terminazzjoni, il-Partijiet għandhom jibdew konsultazzjonijiet bejniethom biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien dan il-perjodu ta’ sitt xhur.
3.Jekk it-terminazzjoni sseħħ, il-ħlas tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għas-sena meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis.
Artikolu 17
Tħassir
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Gambja fuq sajd ’il barra mill-Gambja, li daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Ġunju 1987, b’dan qed jitħassar.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim qed jitfassal bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u kull wieħed minn dawn it-testi hu awtentiku bl-istess mod.
Huwa għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa.
PROTOKOLL
Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, li għandhom jiġu ssupplimentati b’dawn li ġejjin:
1.“Protokoll” tfisser dan il-Protokoll ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;
2.“ħatt l-art” tfisser il-ħatt ta’ kull kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn fuq bastiment tas-sajd għal fuq l-art;
3.“trażbord” tfisser il-ħatt tal-prodotti kollha tas-sajd li jkunu abbord bastiment, jew ta’ parti minnhom, għal fuq bastiment ieħor;
4.“osservatur” tfisser kull persuna li awtorità nazzjonali tkun awtorizzat skont l-Anness biex tosserva l-implimentazzjoni tar-regoli li japplikaw għal attività tas-sajd jew biex tosserva l-attività għal finijiet xjentifiċi;
5.“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser awtorizzazzjoni amministrattiva li d-Dipartiment tas-Sajd ikun ħareġ lil sid il-bastiment wara li dan ikun ħallas tariffa annwali jew ta’ kull tliet xhur, li tagħti lil dak is-sid id-dritt jistad fiż-żona tas-sajd tal-Gambja fil-perjodu li għalih tkun inħarġet;
6.“operatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li għandha impriża li twettaq attivitajiet marbutin ma’ kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tal-kummerċjalizzazzjoni, tat-tqassim jew tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
7.“speċijiet li jpassu ħafna” tfisser l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, minbarra l-ispeċijiet li huma protetti jew ipprojbiti mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT);
8.“forza maġġuri” tfisser avveniment li jseħħ ħesrem, mingħajr ma seta’ jitbassar u li ma setax jiġi evitat, li jipperikola l-attivitajiet normali tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gambja jew ixekkilhom.
Artikolu 2
Għan
L-għan ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli, billi jistabbilixxi, b’mod partikulari, il-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd iddefinita fl-Artikolu 1(g) tiegħu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tat-tali Ftehim.
Artikolu 3
Opportunitajiet tas-sajd
1.L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni għandhom ikunu kif ġej:
- għall-ispeċijiet li jpassu ħafna:
(a)28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża;
(b)10 bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief;
- għall-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond (kif imsemmi fl-Appendiċi 2b tal-Anness tal-Protokoll):
(c)tliet bastimenti tat-tkarkir.
2.Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5 u 7 ta’ dan il-Protokoll.
3.Skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gambja jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll skont l-Anness tiegħu biss.
Artikolu 4
Kontribuzzjoni finanzjarja
1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja li se tħallas l-Unjoni għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 12 ta’ dan il-Protokoll b’kollox għandha tkun ta’ EUR 3 300 000. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tinkludi EUR 550 000 fis-sena fil-kuntest tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, li jkunu allokati kif ġej:
(a)ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gambja ta’ EUR 275 000, li jkun ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 3 300 tunnellata fis-sena għall-ispeċijiet li jpassu ħafna; u
(b)ammont annwali speċifiku għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Gambja ta’ EUR 275 000 fis-sena.
Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali li se jħallsu s-sidien tal-bastimenti għandha tkun ta’ EUR 315 000, li huwa ammont li jikkorrispondi mal-istima tal-ammont annwali tat-tariffi li s-sidien tal-bastimenti jridu jħallsu għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim u skont l-arranġamenti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.
2.Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 14 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikoli 15 u 16 tal-Ftehim.
3.Il-Gambja għandha tiżgura li jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd tagħha sabiex tkun żgurata ġestjoni xierqa tat-tunnellaġġ ta’ referenza stabbilit fil-paragrafu 1(a) għall-ispeċijiet li jpassu ħafna u tal-qabda totali permissibbli għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ mogħtija fl-iskeda teknika korrispondenti mehmuża ma’ dan il-Protokoll, filwaqt li jitqiesu l-qagħda tal-istokkijiet u ż-żejjed li jista’ jkun disponibbli.
4.Kemm l-UE u kemm il-Gambja għandhom jiżguraw li l-qabdiet li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jagħmlu jkunu mmonitorjati b’mod regolari. Fil-każ tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ, malli l-livell tal-qabdiet jilħaq it-80 % tal-qabda totali permissibbli, il-Gambja għandha tavża lill-awtoritajiet tal-Unjoni. Malli tirċievi din in-notifika, l-Unjoni, min-naħa tagħha, għandha tgħarraf lill-Istati Membri b’dan ukoll. L-Istati Membri mbagħad għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-livelli tal-qabdiet tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ ma jaqbżux il-qabda totali permissibbli.
5.Jekk il-kwantità annwali tal-ispeċijiet li jpassu ħafna li jaqbdu l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Gambja tkun taqbeż it-tunnellaġġ ta’ referenza annwali mogħti fil-paragrafu 1(a), l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiżdied b’EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.
6.Madankollu, l-ammont totali annwali li tħallas l-Unjoni ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 1(a). Meta l-kwantitajiet li jaqbdu l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.
7.L-Unjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita fil-paragrafu 1(a) għall-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni għar-riżorsi tas-sajd tal-Gambja sa mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta tibda l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara.
8.Il-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fil-paragrafu 1(a) għandha titħallas ġo kont tat-Teżor Pubbliku tal-Gambja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fil-paragrafu 1(b), maħsuba għall-appoġġ settorjali, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tas-Sajd f’kont ta’ depożitu tat-Teżor Pubbliku li ma jkollux restrizzjoni ta’ żmien. Kull sena, l-awtoritajiet tal-Gambja għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet bankarji rilevanti.
Artikolu 5
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1.Il-Kumitat Konġunt jista’ jivvaluta l-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 3 mill-ġdid u jiddeċiedi li jirrevedihom, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u minn korpi xjentifiċi reġjonali oħrajn ikunu jindikaw li reviżjoni bħal din tkun kompatibbli mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li dan il-Protokoll ikopri. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Madankollu, l-ammont totali annwali li tħallas l-Unjoni ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 4(1)(a).
2.Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Konġunt jista’ jeżamina u jadatta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd u r-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu.
Artikolu 6
Appoġġ settorjali
1.Sa mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll jew minn meta dan jibda jiġi applikat b’mod provviżorju, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali u fuq regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni li jkunu jkopru, b’mod partikulari, dan li ġej:
(a)il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 4(1)(b);
(b)il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu maż-żmien biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati attivitajiet tas-sajd responsabbli u sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Gambja msemmijin fil-politiki nazzjonali ta’ dan il-pajjiż li għandhom x’jaqsmu mal-oqsma li ġejjin jew li għandhom impatt fuqhom:
(i) mal-miżuri ta’ appoġġ u ta’ ġestjoni għas-sajd, għall-akkwakultura u għas-sajd artiġjanali;
(ii)mal-ġestjoni tal-kwalità u tas-saħħa bil-għan li jiġu żviluppati l-kapaċitajiet tal-esportazzjoni;
(iii)mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mas-sorveljanza tas-sajd u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU);
(iv)mal-iżvilupp u mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi fil-qasam tas-sajd;
(v)mal-miżuri għall-ħarsien ta’ ekosistemi li huma fraġli jew ta’ ekosistemi li taw kontribut sinifikanti għas-saħħa tal-istokkijiet, bħall-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ żoni tal-baħar protetti.
(c)il-kriterji u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati li jkunu nkisbu kull sena, fosthom, meta jkun xieraq, l-indikaturi finanzjarji u tal-kwalità.
2.L-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 4(1)(b) għandu jissejjes fuq l-identifikazzjoni, min-naħa tal-Kumitat Konġunt, tal-għanijiet li jridu jintlaħqu u fuq il-programmazzjoni annwali u pluriennali biex dawn jinkisbu.
3.Il-Kumitat Konġunt irid jaqbel ma’ kull emenda proposta fil-programm settorjali pluriennali. Jekk l-awtoritajiet tal-Gambja jkunu jridu jagħmlu xi bidliet urġenti fil-programm settorjali annwali, dan jista’ jsir permezz tal-Kumitat Konġunt, fosthom permezz ta’ skambju ta’ ittri.
4.Kull sena l-awtoritajiet tal-Gambja għandhom jibagħtu rapport lill-Kumitat Konġunt dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.
5.Qabel ma jiskadi l-Protokoll, l-awtoritajiet tal-Gambja għandhom jibagħtu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali fil-kuntest tiegħu.
6.L-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 4(1)(b) għandu jitħallas bin-nifs, bi ħlasijiet parzjali. Għall-ewwel sena tal-Protokoll, il-ħlas parzjali għandu jsir abbażi tal-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmazzjoni maqbula. Għas-snin ta’ applikazzjoni ta’ wara, il-ħlasijiet parzjali għandhom isiru abbażi tal-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmazzjoni maqbula u abbażi ta’ analiżi tar-riżultati li jkunu nkisbu fl-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.
7.L-Unjoni żżomm id-dritt li tirrevedi u/jew li tissospendi parti mill-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 4(1)(b) ta’ dan il-Protokoll jew il-ħlas kollu tagħha fil-każijiet li ġejjin:
(a)jekk, skont evalwazzjoni tal-Kumitat Konġunt, ir-riżultati li jkunu nkisbu ma jkunux konformi mal-programmazzjoni;
(b)jekk din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tintużax kif ikun stabbilixxa l-Kumitat Konġunt.
8.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha terġa’ tibda titħallas mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u qbil fil-Kumitat Konġunt, meta r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmazzjoni maqbula msemmija fil-paragrafu 1 ikunu jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 4(1)(b) ma tistax titħallas wara perjodu ta’ sitt xhur minn meta jiskadi l-Protokoll.
9.Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jiżguraw il-promozzjoni u l-viżibbiltà tal-miżuri implimentati permezz tal-appoġġ settorjali.
Artikolu 7
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli
1.Iż-żewġ Partijiet għandhom iħarsu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u għandhom iqisu l-parir xjentifiku ta’ organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti oħrajn.
2.Il-Partijiet jistgħu jorganizzaw laqgħa xjentifika konġunta meta jkun hemm bżonn sabiex jgħarblu l-kwistjonijiet xjentifiċi kollha marbutin mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Huma jistgħu jagħmlu dan f’kollaborazzjoni ma’ korpi xjentifiċi reġjonali u sottoreġjonali oħrajn.
3.Skont ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT u l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u, meta dan ikun xieraq, il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika konġunta, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta deċiżjoni dwar miżuri biex jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jkopri dan il-Protokoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni.
Artikolu 8
Sajd esploratorju u opportunitajiet ġodda tas-sajd
1.Meta xi waħda mill-Partijiet titlob dan, il-Kumitat Konġunt jista’ jqis il-possibbiltà li jsiru kampanji tas-sajd esploratorju fiż-żona tas-sajd tal-Gambja bil-ħsieb li tiġi ttestjata l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika ta’ sajd ġdid li ma jkunx previst fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi, każ b’każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kull parametru ieħor rilevanti.
2.Filwaqt li jitqies l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u skont ir-riżultati tal-kampanji esploratorji, jekk l-Unjoni tkun interessata f’opportunitajiet ġodda tas-sajd, il-Kumitat Konġunt għandu jitlaqqa’ biex jiddiskuti u jippreskrivi l-kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-attivitajiet tas-sajd il-ġodda.
3.Wara li l-Gambja tawtorizza dawn l-attivitajiet tas-sajd il-ġodda, il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel l-emendi korrispondenti f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
Artikolu 9
Kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi
Il-Partijiet għandhom jikkollaboraw bejniethom skont il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti applikabbli biex jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi fl-oqsma li ġejjin:
(a)fl-iżvilupp tal-attivitajiet marbutin mas-sajd, b’mod partikulari l-ipproċessar tal-ħut, il-manifattura tal-irkaptu tas-sajd u tal-materjal tas-sajd u l-bini tal-bastimenti u t-tiswija tagħhom;
(b)fil-promozzjoni tal-iskambju tal-għarfien espert professjonali u fit-taħriġ ta’ dawk li jaħdmu fis-settur tas-sajd;
(c)fil-kummerċjalizzazzjoni u fil-bejgħ tal-prodotti tas-sajd;
(d)fl-ekonomija l-blu, fosthom l-akkwakultura.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jiżguraw li jkun hemm ambjent li jkun jiffavorixxi n-negozju biex jiġi promoss l-investiment fl-oqsma msemmijin hawn fuq.
Artikolu 10
Skambju elettroniku tad-data
1.Il-Gambja u l-Unjoni jintrabtu li jimplimentaw is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta’ dan il-Protokoll.
2.F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument għandha titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.
3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema tal-kompjuter li twaqqaf dawn l-iskambji. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta’ dan il-Protokoll għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif iddefinit fl-Anness.
Artikolu 11
Kunfidenzjalità
1.Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li d-data personali kollha marbuta mal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim, fosthom id-data li jiġbru l-osservaturi, tiġi ttrattata skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.
2.Il-Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-data aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.
3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw id-data li tista’ titqies bħala kunfidenzjali biss għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-ġestjoni, għall-kontroll u għall-monitoraġġ tas-sajd.
4.F’dak li għandu x’jaqsam mad-data personali li tibgħat l-Unjoni, il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi salvagwardji u rimedji legali xierqa skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Artikolu 12
Tul ta’ żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ sitt snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tagħhom.
Artikolu 13
Applikazzjoni provviżorja
Il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu għandhom jibdew japplikaw b’mod provviżorju mid-data meta l-Partijiet jiffirmawhom.
Artikolu 14
Sospensjoni
L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet bil-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 15 tal-Ftehim.
Artikolu 15
Terminazzjoni
Dan il-Protokoll jista’ jiġi tterminat fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet bil-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16 tal-Ftehim.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa.
ANNESS TAL-PROTOKOLL
IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GAMBJA
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Ħatra tal-awtorità kompetenti
1.Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”) jew għall-Gambja bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:
- għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun hemm bżonn permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Gambja (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Delegazzjoni tal-UE”);
- għall-Gambja: il-Ministeru għas-sajd, għar-riżorsi tal-ilma u għall-kwistjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali tal-Gambja (l-MoFWR&NAMs).
Żona tas-sajd tal-Gambja
2.Il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd tal-Gambja huma ddefiniti fl-Artikolu 1(g) tal-Ftehim.
3.Qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gambja għandhom jgħarrfu lis-servizzi kompetenti tal-Unjoni bil-koordinati ġeografiċi tal-linja bażi tal-Gambja, taż-żona tas-sajd tal-Gambja u taż-żoni li fihom ma jistax isir sajd u tbaħħir.
4.Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Gambja għandha tgħarraf lis-sidien tal-bastimenti bil-koordinati ta’ dawn iż-żoni.
5.Tal-inqas xahrejn qabel l-infurzar, il-Gambja għandha tgħarraf lill-Unjoni b’kull bidla fiż-żoni li fihom ma jistax isir sajd u tbaħħir.
Ħlasijiet min-naħa tas-sidien tal-bastimenti
6.Qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-Gambja għandha tgħarraf lill-Unjoni bid-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji tal-Gvern li fihom iridu jitħallsu l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu skont il-Ftehim. Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispejjeż tat-trasferimenti bankarji assoċjati ma’ dawn il-ħlasijiet.
Dettalji ta’ kuntatt
7.Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet tal-Gambja jinsabu fl-Appendiċi 6 ta’ dan l-Anness.
KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD
Taqsima 1
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd u ħruġ tagħha
Kundizzjonijiet biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd
1.Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Gambja.
2.Biex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jridux ikunu pprojbiti milli jistadu fil-Gambja. Dawn iridu jkunu f’qagħda regolari mal-awtoritajiet tal-Gambja, fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw kull obbligu preċedenti li jkun ġej mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Gambja fil-kuntest tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE u skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/2403 dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd esterni. Il-bastimenti jridu jkunu inklużi wkoll fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT, u ma jridux ikunu fil-lista tal-bastimenti IUU tal-ICCAT jew ta’ xi organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd oħra.
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd
3.L-Unjoni għandha tibgħat, b’mod elettroniku, applikazzjoni għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim lid-Dipartiment tas-Sajd tal-inqas 15-il jum kalendarju qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub, u għandha tibgħat kopja ta’ din l-applikazzjoni lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja.
4.L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq formola mfassla skont il-mudell mogħti fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness u magħhom għandhom jintbagħtu d-dokumenti li ġejjin:
(a)evidenza li tħallset it-tariffa bil-quddiem għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba, li tagħha m’hemmx rifużjoni;
(a)għal kull applikazzjoni inizjali skont il-Protokoll, jew wara li l-bastiment ikkonċernat issirlu bidla teknika, ritratt riċenti diġitali bil-kulur tal-bastiment (li jkun ittieħed sa 12-il xahar qabel), li jkollu riżoluzzjoni xierqa u li jkun juri l-ġenb tal-bastiment fid-dettall, inkluż isem il-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu li jidhru fuq il-buq.
5.L-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni msemmija fil-punt 4 se jużawha l-awtoritajiet kompetenti tal-Gambja biex jipproċessaw u joħorġu ċ-ċertifikat annwali tal-istat ta’ navigabbiltà tal-bastiment fiż-żmien imsemmi fil-punt 3 ta’ hawn fuq. Iċ-ċertifikat annwali tal-istat ta’ navigabbiltà tal-bastiment irid jinħareġ qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tal-Gambja joħorġu l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
6.Bħala parti mill-ewwel applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll, il-bastimenti tat-tkarkir tal-Unjoni li jintużaw għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond għandha ssirilhom spezzjoni qabel l-awtorizzazzjoni. L-ewwel awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ bil-patt u l-kundizzjoni li din l-ispezzjoni, li għandha ssir f’portijiet magħżulin fis-sottoreġjun maqbul bejn l-Unjoni u l-Gambja, suġġetta għal awtorizzazzjoni mingħand l-Istat tal-Port ikkonċernat, tintemm tajjeb. L-ispejjeż kollha tal-ispezzjonijiet li jsiru barra mill-Port ta’ Banjul għandu jħallashom sid il-bastiment.
7.Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, mal-applikazzjoni għat-tiġdid għandha tintbagħat biss evidenza li tħallsu t-tariffi li tagħhom m’hemmx rifużjoni. Jekk ikunu nbidlu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-applikazzjoni għandha terġa’ tintbagħat mill-ġdid bid-dokumenti rilevanti kollha kif speċifikat fil-punt 4 qabel ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
8.Il-Gambja għandha toħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti, jew inkella tgħarraf lill-Unjoni li beħsiebha tirrifjutahom fi żmien 15-il jum kalendarju minn meta tirċievi d-dokumenti kollha msemmijin fil-punt 4 ta’ hawn fuq. L-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali għandha tingħata lill-aġent lokali tas-sidien tal-bastimenti jew inkella tintbagħat lis-sidien tal-bastimenti permezz tad-Delegazzjoni tal-UE.
Fl-istess waqt, sabiex l-attività tas-sajd ma tiħux fit-tul biex tinbeda, għandha tintbagħat kopja elettronika tal-awtorizzazzjoni tas-sajd minnufih lill-Unjoni biex din tintbagħat lil sid il-bastiment, u lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja għall-informazzjoni. Din il-kopja tista’ tintuża għal mhux aktar minn 60 jum kalendarju mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja għandha titqies li hija ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni oriġinali.
Lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu
9.Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Gambja għandha tinkludi l-bastiment tal-Unjoni minnufih fil-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Gambja. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lid-Dipartiment tas-Sajd (id-DoF), lill-Unità għall-Monitoraġġ, għall-Kontroll u għas-Sorveljanza tas-Sajd (l-FMCS) u lill-Ministeru għas-sajd, għar-riżorsi tal-ilma u għall-kwistjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali tal-Gambja (l-MoFWR&NAMs), kif ukoll lill-Unjoni. Il-Gambja għandha taġġorna b’mod regolari l-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-istess awtoritajiet.
10.Jekk l-awtorizzazzjoni tas-sajd ma tinħariġx fiż-żmien speċifikat fil-punt 7 ta’ hawn fuq, il-bastiment għandu jiddaħħal fil-lista b’mod provviżorju, sakemm ma jkunx hemm prova ċara li huwa ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 2 ta’ hawn fuq. Matul dan iż-żmien, il-bastiment għandu jkun awtorizzat jistad.
Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
11.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal bastiment speċifiku u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti.
12.Madankollu, meta l-Unjoni titlob dan u jkun hemm prova ta’ forza maġġuri, b’mod partikulari fil-każ tat-telf ta’ bastiment jew tan-nuqqas ta’ użu fit-tul tiegħu minħabba ħsara teknika gravi, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida għal bastiment ieħor tal-istess kategorija tas-sajd tal-bastiment li jkun qed jinbidel, dejjem jekk tintbagħat applikazzjoni ġdida għall-awtorizzazzjoni tas-sajd kif meħtieġ skont il-punt 4 ta’ hawn fuq, mingħajr il-ħtieġa li jitħallsu iktar tariffi. F’dan il-każ, fil-kalkolu tal-livelli tal-qabdiet biex jiġi stabbilit jekk għandux isir ħlas addizzjonali jew le għandhom jitqiesu l-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti meħudin f’daqqa. Fuq talba tal-Unjoni, awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tkun tista’ tiġi ttrasferita bla ħlas ukoll bejn żewġ bastimenti tal-istess kategorija tas-sajd jekk il-bastiment li jkollu l-liċenzja ma jkun beda l-ebda ħidma tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gambja, u f’dan il-każ għandha tapplika l-proċedura normali għal talba.
13.Sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra lill-Gambja permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja. L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tidħol fis-seħħ dakinhar li tingħata lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra. Id-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.
14.Il-Gambja għandha taġġorna l-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu u għandha tibgħatha mingħajr dewmien lid-Dipartiment tas-Sajd (id-DoF), lill-Unità għall-Monitoraġġ, għall-Kontroll u għas-Sorveljanza tas-Sajd (l-FMCS) u lill-Ministeru għas-sajd, għar-riżorsi tal-ilma u għall-kwistjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali tal-Gambja (l-MoFWR&NAMs), kif ukoll lill-Unjoni.
Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
15.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief għandhom ikunu validi għal sena. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir li jbaħħru fl-oċeani u li jintużaw għas-sajd għall-ħut (għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond) għandhom ikunu validi għal tliet xhur.
16.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.
17.Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd:
–“perjodu ta’ sena” għandha tfisser: għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu mid-data ta’ meta jidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru tal-istess sena; wara dan, kull sena kalendarja sħiħa; u għall-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sa meta jiskadi l-Protokoll;
–“perjodu ta’ tliet xhur” għandha tfisser: meta jibda japplika l-Protokoll, il-perjodu mid-data ta’ meta jidħol fis-seħħ sad-data meta jibda l-perjodu ta’ tliet xhur ta’ wara, li jrid jibda bil-fors fl-1 ta’ Jannar, fl-1 ta’ April, fl-1 ta’ Lulju jew fl-1 ta’ Ottubru; wara dan, kull perjodu sħiħ ta’ tliet xhur; u fi tmiem l-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu minn tmiem l-aħħar perjodu sħiħ ta’ tliet xhur sa meta jiskadi l-Protokoll.
Dokumenti li jridu jinżammu abbord
18.Meta l-bastiment tas-sajd ikun fiż-żona tas-sajd tal-Gambja jew f’xi port magħżul fis-sottoreġjun kif miftiehem, abbord il-bastiment iridu jinżammu d-dokumenti li ġejjin il-ħin kollu:
(a)l-awtorizzazzjoni tas-sajd;
(b)iċ-ċertifikat tal-istat ta’ navigabbiltà tal-bastiment;
(c)iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-bastiment;
(d)iċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ;
(e)iċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni;
(f)disinn u deskrizzjoni fid-dettall tal-irkaptu tas-sajd użat;
(g)disinji jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-bastiment tas-sajd u l-aktar l-għadd ta’ stivi tal-ħut tiegħu, bil-kapaċità tal-ħżin tagħhom mogħtija f’metri kubi;
(h)jekk ikunu nbidlu l-karatteristiċi tal-bastiment tas-sajd b’rabta mat-tul totali tiegħu, mat-tunnellaġġ gross irreġistrat tiegħu, mal-potenza tal-magna jew tal-magni ewlenin tiegħu jew mal-kapaċità tal-istivi tiegħu, ċertifikat iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu li jiddeskrivi n-natura ta’ dan it-tibdil.
Taqsima 2
Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd – it-tariffi b’rata fissa u l-ħlasijiet bil-quddiem
1.L-ispeċijiet li jpassu ħafna
(a)Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u tal-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief, it-tariffa li trid titħallas hija ta’ EUR 70 għal kull tunnellata ħut li tinqabad fiż-żona tas-sajd tal-Gambja.
(b)L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu ladarba jkunu tħallsu t-tariffi b’rata fissa li ġejjin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
(i)għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: EUR 4 200 għal kull bastiment, li huma daqs il-prezz ta’ 60 tunnellata qabdiet fis-sena;
(ii)għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief: EUR 1 400 għal kull bastiment, li huma daqs il-prezz ta’ 20 tunnellata qabdiet fis-sena.
(c)Meta l-kalkolu finali jkun ikbar mit-tariffa b’rata fissa li tkun tħallset minn qabel biex inkisbet l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Gambja abbażi tat-tariffa indikata fil-paragrafu 19(b) sad-data indikata fil-paragrafu 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV ta’ dan l-Anness. Meta l-kalkolu finali jkun inqas mit-tariffa b’rata fissa li tkun tħallset minn qabel, sid il-bastiment ma għandux ikun jista’ jirkupra l-ammont li jifdal.
2.L-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ
L-ammont tat-tariffa għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ huwa mogħti fl-iskeda teknika mogħtija fl-Appendiċi 2b. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu ladarba jkunu tħallsu t-tariffi bil-quddiem indikati f’dik l-iskeda lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
3.It-tariffa bil-quddiem għandha tinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi.
4.Meta l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ikun inqas minn sena, b’mod partikulari minħabba perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, l-ammont tat-tariffa bil-quddiem għandu jiġi adattat b’mod proporzjonat għall-perjodu ta’ validità mitlub.
Taqsima 3
Bastimenti tal-għajnuna
1.Lill-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Gambja għandha tawtorizzahom jiġu megħjuna minn bastimenti tal-għajnuna. Il-bastimenti tal-għajnuna għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE u ma għandhomx ikunu mgħammra għas-sajd jew jintużaw għat-trażbord.
2.Il-Gambja għandha tiddefinixxi l-attivitajiet tal-għajnuna tagħha u l-kundizzjonijiet biex jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet, u għandha tfassal lista tal-bastimenti tal-għajnuna awtorizzati u tibgħatha mingħajr dewmien lill-korp nazzjonali għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni.
3.It-tariffa annwali għall-awtorizzazzjoni applikabbli għall-bastimenti tal-għajnuna hija ta’ EUR 2 000 għal kull bastiment.
KAPITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI
Il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni li japplikaw għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbutin maż-żona tas-sajd, mal-irkaptu tas-sajd u mal-qabdiet addizzjonali, għandhom jiġu ddefiniti għal kull kategorija tas-sajd fl-iskedi tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2a u fl-Appendiċi 2b ta’ dan l-Anness.
Il-bastimenti għandhom iħarsu r-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku) u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Gambja, sakemm il-Ftehim u l-Protokoll tiegħu ma jkunux jipprevedu mod ieħor.
L-użu tal-kannizzati tat-tisqif fiż-żona tas-sajd tal-Gambja għandu jkun limitat biss għal sistemi artifiċjali bi strutturi mdendlin taħt l-ilma li fihom ma jitħabbilx il-ħut. It-tali kannizzati tat-tisqif artifiċjali għandhom jintelqu u jintużaw bil-kundizzjoni li l-Unjoni tadotta pjan ta’ ġestjoni li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet adottati mill-ICCAT.
Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iwettqu l-attivitajiet tas-sajd kollha b’mod li ma jfixkilx is-sajd tradizzjonali tal-post u għandhom jeħilsu lill-fkieren, lill-mammiferi tal-baħar, lill-għasafar tal-baħar u lill-ħut tas-sikek kollu bl-aqwa mod possibbli biex din il-qabda mħallta tibqa’ ħajja.
Il-bastimenti tal-Unjoni u l-kaptani u l-operaturi tagħhom għandhom iwettqu l-ħidmiet tas-sajd kollha b’mod li ma jfixklux l-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti oħrajn tas-sajd u li ma jbagħbsux fl-irkaptu tas-sajd ta’ bastimenti oħrajn tas-sajd.
KAPITOLU IV
KONTROLL, MONITORAĠĠ U SORVELJANZA
Taqsima 1
Reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd – trażmissjoni lill-FMCS tal-Gambja
1.Kuljum, il-kaptan għandu jniżżel fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, għal kull ħidma tas-sajd, l-istima tal-kwantitajiet ta’ kull speċi li jkunu nqabdu u nżammu abbord jew li jkunu ġew skartati. L-istima tal-kwantitajiet ta’ speċi li jkunu nqabdu jew li jkunu ġew skartati għandha titniżżel fil-ġurnal irrispettivament mill-piż ikkonċernat.
2.Jekk bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Gambja mingħajr ma jwettaq attività tas-sajd, għandha tiġi rreġistrata l-pożizzjoni tiegħu f’nofsinhar.
3.Il-ġurnali ta’ abbord għandhom jintbagħtu b’mod awtomatiku kuljum lill-Gambja b’mezzi elettroniċi (permezz tas-sistema elettronika tar-rappurtar – l-ERS), għal kull perjodu li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd u skont l-Appendiċi 5, anke f’każ li ma jkunx hemm qabdiet.
4.It-trażmissjoni elettronika ta’ kuljum lill-Gambja għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)in-numri ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tas-sajd u ismu;
(b)il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi u ż-żona ġeografika minn fejn ikun inqabad il-ħut;
(c)id-data meta nqabad il-ħut u, meta jkun japplika, il-ħin li fih ikun inqabad;
(d)id-data u l-ħin tat-tluq mill-port u tal-wasla fih u t-tul taż-żmien tal-vjaġġ tas-sajd;
(e)it-tip ta’ rkaptu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-qisien tiegħu;
(f)l-istima tal-kwantitajiet ta’ kull speċi f’kilogrammi, mogħtija fl-ekwivalenti ta’ piż ħaj jew, meta jkun japplika, fl-għadd ta’ ħut individwali;
(g)l-istima tal-qbid skartat f’volum, fl-ekwivalenti ta’ piż ħaj;
(h)il-fatturi tal-konverżjoni użati.
5.B’deroga mill-punt 3, jekk bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Gambja għal inqas minn 24 siegħa u ma jaqbad l-ebda ħut fiha jew ma jiskarta l-ebda ħut fiha, lill-FMCS tal-Gambja għandha tintbagħatilha biss id-data dwar il-qabdiet tal-bastiment mad-dħul tiegħu fiż-żona u mal-ħruġ tiegħu minnha. Il-messaġġi awtomatiċi korrispondenti għandhom jintbagħtu lill-FMCS tal-Gambja.
6.Jekk il-Gambja ma jkollhiex sistema biex tirċievi b’mod awtomatiku l-ġurnali ta’ abbord b’mezzi elettroniċi, il-bastiment għandu jibgħathom lill-FMCS tal-Gambja, liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea b’mod manwali permezz tal-posta elettronika jew b’mezzi oħrajn sa mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta jerġa’ lura lejn il-port, fil-format mogħti fl-Appendiċi 3. Il-Gambja għandha tipprovdi d-dettalji għat-trażmissjoni u għandha żżommhom aġġornati. Il-Gambja għandha tiżgura li l-FMCS tagħha tkun kapaċi tirċievi l-kopji elettroniċi tal-ġurnali ta’ abbord kull ħin.
7.Meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabdiet, il-Gambja tista’ tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni nieqsa tal-qabdiet u tista’ tippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun fis-seħħ. Jekk ir-reat jittenna, il-Gambja tista’ tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Gambja għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih b’kull sanzjoni applikata f’dan il-kuntest.
Dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-Gambja – ħlas tat-tariffi u tal-kontribuzzjonijiet marbutin mal-qabdiet
8.Il-kwantitajiet tal-qabdiet u l-kwantitajiet skartati għal kull bastiment, aggregati għal xahar, għandhom jiġu aġġornati kull tliet xhur fil-bażi tad-data li żżomm il-Kummissjoni Ewropea, jew kull xahar fil-każ tal-ispeċijiet li għalihom hemm qabda totali permissibbli fil-kuntest tal-Protokoll.
9.L-aġġornamenti għandhom jiżguraw li jkun hemm kontroverifika tad-data mad-data dwar il-ħatt l-art, dwar il-bejgħ u dwar l-ispezzjoni, mad-data xjentifika jew ta’ osservazzjoni u ma’ kull informazzjoni rilevanti oħra. L-aġġornamenti li jkun hemm bżonn isiru fil-bażi tad-data minħabba dawn il-verifiki għandhom isiru mill-aktar fis possibbli. Għall-kontroverifiki għandhom jintużaw il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd tal-Gambja stabbiliti skont il-Protokoll.
10.Fil-każ tal-ipproċessar abbord, l-ekwivalenti tal-piż ħaj għandu jinkiseb billi jintuża fattur tal-konverżjoni għall-kejl tal-piż ipproċessat li jingħata fuq talba.
11.Qabel tmiem kull perjodu ta’ tliet xhur, l-Unjoni Ewropea għandha tgħaddi lill-Gambja d-data aggregata għall-perjodi preċedenti ta’ tliet xhur tas-sena li tkun għaddejja, misluta mill-bażi tad-data, li tkun tindika l-kwantitajiet tal-qabdiet għal kull bastiment, għal kull xahar tal-qabda u għal kull speċi. Din id-data għandha titqies bħala provviżorja. Il-Gambja għandha tanalizzaha u għandha tirrapporta kull nuqqas kbir ta’ konsistenza bejn din id-data u d-data mhux ipproċessata li hija tkun irċeviet, b’mod partikulari d-dikjarazzjonijiet tal-ġurnali stampati ta’ abbord jew dawk ipprovduti permezz tal-ERS. Il-Partijiet għandhom jinvestigaw dan u għandhom jiżguraw li jaġġornaw id-data skont il-bżonn.
12.Qabel il-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi data aggregata li tkun tindika, għal kull bastiment, għal kull xahar u għal kull speċi, il-kwantitajiet tal-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tas-sajd tal-Gambja matul is-sena kalendarja ta’ qabel.
13.L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jibagħtu lill-Gambja u lill-Istat tal-bandiera l-kalkolu tat-tariffi dovuti għal kull bastiment bħala gwida.
14.Il-Gambja għandu jkollha xahar, sat-30 ta’ April, biex tikkontesta d-data mibgħuta u biex tipprovdi dikjarazzjoni differenti tal-qabdiet ta’ kull bastiment u l-elementi li fuqhom qed tibbaża l-oġġezzjoni tagħha, bħar-rapporti tal-ispezzjoni jew id-data tal-osservaturi. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu d-diskrepanzi fid-data fi żmien xahar minn meta l-Gambja twieġeb, jiġifieri sal-31 ta’ Mejju.
15.Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju, id-dikjarazzjonijiet ibbażati fuq il-kwantitajiet mislutin mill-bażi tad-data tal-UE għandhom jintbagħtu lis-sidien tal-bastimenti sabiex dawn iħallsu t-tariffi dovuti fi żmien 45 jum għall-qabdiet addizzjonali għal ġol-kont bankarju maħsub għall-ħlas tat-tariffi għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd. Il-Gambja għandha timmonitorja dawn il-ħlasijiet u tavża lill-Unjoni b’kull dewmien jew b’kull ħlas mhux komplut.
16.F’kull każ, wara jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil persistenti, il-Partijiet jistgħu jemendaw id-data dwar il-qabdiet għal sena partikulari abbażi ta’ fatti bħad-data tal-ġurnali ta’ abbord, id-data mill-osservazzjonijiet li jkunu saru abbord il-bastimenti u waqt il-vjaġġi tas-sajd jew id-data tal-istituti xjentifiċi. It-tali emendi jistgħu jsiru sal-1 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara dik li fiha jkunu saru l-qabdiet u f’dak il-każ il-Partijiet għandhom javżaw lil xulxin mingħajr dewmien b’dan.
17.Il-Partijiet għandhom japprovaw id-data fil-Kumitat Konġunt, possibbilment bi skambju ta’ ittri, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik li fiha jkunu saru l-qabdiet. Kull korrezzjoni li japprova l-Kumitat Konġunt għandha twassal għall-ħlasijiet addizzjonali meħtieġa. Il-qabdiet li japprova l-Kumitat Konġunt għandhom isiru l-qabdiet uffiċjali tal-UE fil-Gambja għas-sena kkonċernata u għandhom jiġu aġġornati fil-bażi tad-data li żżomm il-Kummissjoni Ewropea.
18.Jekk il-Kumitat Konġunt isib li l-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu tariffi addizzjonali, dawn il-ħlasijiet għandhom isiru fi żmien sitt xhur minn meta huwa jsib dan. Il-Gambja għandha jew tħallas lura l-ħlasijiet żejda li jkunu saru jew inkella tagħti kreditu għal-liċenzji għal bastiment tal-Istat tal-bandiera kkonċernat għalihom.
19.Kull aġġornament li jagħmel il-Kumitat Konġunt għandu jitqies għall-ħlas, min-naħa tal-Unjoni, tat-tunnellaġġ addizzjonali tal-qabdiet li jkun iktar mit-tunnellaġġ ta’ referenza għal sena sħiħa, kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll.
Taqsima 2
Ħatt l-art u trażbord
Proċedura ta’ ħatt l-art
1.Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet miż-żona tas-sajd tal-Gambja f’port ta’ dan il-pajjiż għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-Gambja, tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħatt l-art:
(a)isem il-bastiment tas-sajd li għandu jħott il-ħut l-art u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (l-IRCS) tiegħu;
(b)il-port ta’ ħatt l-art;
(c)id-data u l-ħin previsti għall-ħatt l-art;
(d)il-kwantità ta’ kull speċi li għandha tinħatt l-art (identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha) (mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta’ ħut individwali);
(e)il-preżentazzjoni tal-prodotti.
2.Il-ħatt l-art irid isir fiż-żona tas-sajd ta’ port tal-Gambja li jkun awtorizzat għal dan il-għan.
3.Jekk ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta’ ħatt l-art, għandhom jiġu applikati s-sanzjonijiet rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Gambja.
Trażbord
4.Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq jittrażborda ħut li jkun qabad fiż-żona tas-sajd tal-Gambja f’port ta’ dan il-pajjiż għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-Gambja, tal-inqas 48 siegħa qabel it-trażbord:
(a)isem il-bastiment tas-sajd donatur u l-IRCS tiegħu;
(b)isem il-bastiment tas-sajd riċevitur u l-IRCS tiegħu;
(c)il-port tat-trażbord;
(d)id-data u l-ħin previsti għat-trażbord;
(e)il-kwantità ta’ kull speċi li għandha tiġi ttrażbordata (identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha) (mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta’ ħut individwali);
(f)il-preżentazzjoni tal-prodotti.
5.It-trażbord għandu jsir f’port tal-Gambja li jkun awtorizzat għal dan il-għan fil-preżenza tal-ispetturi tal-Gambja. Sabiex ikun evitat kull dewmien, f’każijiet eċċezzjonali meta ma jkunx jista’ jkun preżenti xi spettur tal-Gambja, il-kaptan għandu jiġi awtorizzat jibda t-trażbord malli jiskadi l-perjodu ta’ notifika mogħti skont il-punt 4. Ma jistax isir trażbord fuq il-baħar.
Taqsima 3
Kontroll u spezzjoni
Dħul fiż-żona u ħruġ minnha
1.Il-Gambja trid tiġi mgħarrfa b’kull bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd li jidħol fiż-żona tas-sajd tagħha jew li joħroġ minnha tal-inqas erba’ sigħat qabel dan id-dħul jew dan il-ħruġ.
2.Meta tkun qed issir in-notifika tad-dħul jew tal-ħruġ tal-bastiment tal-Unjoni, għandha tintbagħat b’mod partikulari l-informazzjoni li ġejja:
(a)id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati;
(b)il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha u mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta’ ħut individwali;
(c)il-preżentazzjoni tal-prodotti.
3.L-aħjar jekk in-notifika ssir bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bil-faks jew bir-radju, f’indirizz tal-posta elettronika, fuq numru tat-telefown jew fuq frekwenza mogħtija mill-Gambja kif speċifikat fl-Appendiċi 6. Il-Gambja għandha twieġeb l-ittra elettronika minnufih biex tikkonferma li rċeviet din in-notifika. Meta jinbidlu l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown jew il-frekwenza tat-trażmissjoni, il-Gambja għandha tgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b’dan.
4.Kull bastiment tal-Unjoni li jinqabad jistad fiż-żona tas-sajd tal-Gambja mingħajr ma jkun avża minn qabel il-preżenza tiegħu għandu jitqies bħala bastiment li qed jistad b’mod illegali.
Spezzjoni fil-port jew fuq il-baħar
5.L-ispezzjoni fil-port jew fuq il-baħar fl-ilmijiet tal-Gambja tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jagħmluha bastimenti u spetturi tal-Gambja li jkunu identifikati b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħturin biex iwettqu l-verifiki tas-sajd.
6.Qabel jitilgħu abbord, l-ispetturi awtorizzati għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn spetturi tas-sajd li jridu jagħtu prova tal-identità u tal-kariga uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. Meta tkun qed issir il-proċedura tal-ispezzjoni, il-kaptan tal-bastiment għandu jikkoopera.
7.L-ispetturi awtorizzati għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Dawn għandhom jagħmlu l-ispezzjoni b’tali mod li jillimitaw kemm jistgħu l-impatt fuq il-bastiment, fuq l-attività tas-sajd tiegħu, fuq il-merkanzija tiegħu u fuq l-attivitajiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord tiegħu.
8.Il-Gambja tista’ tawtorizza lill-Unjoni tieħu sehem fl-ispezzjonijiet bħala osservatur.
9.Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi awtorizzati għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jkollu d-dritt iżid il-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandhom jiffirmawh l-ispettur li fasslu u l-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.
10.Il-fatt li l-kaptan jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni ma għandux jippreġudika d-dritt tad-difiża ta’ sid il-bastiment tul xi proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma dak id-dokument, għandu jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur għandu jniżżel il-kliem “irrifjuta li jiffirma” fuq id-dokument. Qabel jinżlu minn fuq il-bastiment, l-ispetturi awtorizzati għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. F’każ ta’ ksur, fi żmien tmint ijiem kalendarji mill-ispezzjoni għandha tintbagħat kopja tan-notifika tal-ksur ukoll lill-Unjoni.
Monitoraġġ parteċipattiv marbut mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU)
11.Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw il-preżenza ta’ kull bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Gambja li jkun qed iwettaq attivitajiet issuspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU, u għandhom ifittxu li jiksbu kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dak li jkunu lemħu. Ir-rapporti tal-osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lid-Dipartiment tas-Sajd (id-DoF), lill-Unità għall-Monitoraġġ, għall-Kontroll u għas-Sorveljanza tas-Sajd (l-FMCS) u lill-Ministeru għas-sajd, għar-riżorsi tal-ilma u għall-kwistjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali tal-Gambja (l-MoFWR&NAMs), kif ukoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bastiment li jkun wettaq l-osservazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom minnufih lill-Unjoni jew lill-korp li din tkun għażlet.
12.Il-Gambja għandha tibgħat lill-Unjoni kull rapport tal-osservazzjoni li jkollha dwar bastimenti tas-sajd li jkunu qed iwettqu attivitajiet issuspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Gambja.
Taqsima 4
Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti abbażi ta’ satellita (il-VMS)
Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – il-VMS
1.Meta jkunu fiż-żona tas-sajd tal-Gambja, il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd iridu jkunu mgħammra l-ħin kollu b’sistema ta’ monitoraġġ abbażi ta’ satellita (sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti – VMS) biex ikunu jistgħu jikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom b’mod awtomatiku u kontinwu, kull sagħtejn, liċ-ċentru ta’ kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd – iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.
2.Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni jrid ikun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)l-identifikazzjoni tal-bastiment;
(b)l-aktar pożizzjoni ġeografika riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 100 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %;
(c)id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;
(d)il-veloċità u r-rotta tal-bastiment.
3.Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni jrid ikun ikkonfigurat skont il-format mogħti fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness.
4.L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Gambja għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Gambja, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.
5.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun hemm bżonn, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.
Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fil-VMS
6.Il-kaptan għandu jiżġura l-ħin kollu li l-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jintbagħtu sew liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.
7.F’każ ta’ ħsara, il-VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien għaxart ijiem. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Gambja.
8.Il-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Gambja b’VMS difettuża jridu jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika, bir-radju jew bil-faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, tal-inqas kull erba’ sigħat, u jridu jibagħtu l-informazzjoni obbligatorja kollha.
Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Gambja
9.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati lill-FMCS tal-Gambja. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Gambja għandhom jiskambjaw bejniethom l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull bidla f’dawn l-indirizzi.
10.It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Gambja għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni.
11.L-FMCS tal-Gambja għandha tgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.
Ħsarat fis-sistema tal-komunikazzjoni
12.Il-Gambja għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih b’kull diffikultà fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika għal dan mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kull tilwima li tista’ tinqala’ minħabba f’hekk.
13.Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat ta’ din is-sistema jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Gambja li tkun fis-seħħ.
Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
14.Abbażi ta’ evidenza ddokumentata li turi ksur, il-Gambja tista’ titlob liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera jnaqqas l-intervall tat-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment għal kull nofsiegħa għal perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, u tibgħat kopja lill-Unjoni ta’ din it-talba. Il-Gambja trid tibgħat din l-evidenza ddokumentata mingħajr dewmien liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibda jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Gambja bil-frekwenza l-ġdida.
15.Malli jintemm il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, il-Gambja għandha tgħarraf minnufih liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’dan, u wara għandha tinfurmahom b’kull azzjoni ta’ segwitu li seta’ kien hemm.
Taqsima 5
Osservaturi
Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
1.Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu suġġetti għal skema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.
2.Din l-iskema ta’ osservazzjoni għandha tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku).
3.Sakemm jibda jitħaddem il-Programm tal-Osservaturi Reġjonali l-ġdid tal-ICCAT, għall-osservaturi għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin.
Bastimenti u osservaturi magħżulin
4.Il-bastimenti tat-tkarkir tal-Unjoni li jintużaw għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond huma obbligati jkollhom osservatur abbord. Id-DoF għandu jagħżel lill-osservatur assenjat għall-bastimenti tat-tkarkir tal-Unjoni li jintużaw għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond sa mhux iktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur.
5.L-osservaturi ma għandhomx iqattgħu iżjed minn tliet xhur abbord il-bastimenti tat-tkarkir tal-Unjoni li jintużaw għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond. L-osservaturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli jkollhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.
6.Għall-bastimenti tal-Unjoni tas-sajd għat-tonn, id-DoF jista’ jagħżel il-bastimenti li jridu jħallu osservatur jitla’ abbord kif ukoll l-osservatur assenjat lilhom sa mhux iktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur. Għadd massimu ta’ 15 % tal-bastimenti awtorizzati tal-Unjoni tas-sajd għat-tonn għandu jkollhom osservatur abbord.
7.Id-DoF għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti tal-Unjoni tas-sajd għat-tonn li diġà jkollhom osservatur abbord jew li diġà jkunu obbligati formalment li jtellgħu osservatur abbord waqt l-istaġun tas-sajd ikkonċernat fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom f’żoni tas-sajd oħrajn minbarra dik tal-Gambja.
8.L-osservaturi għandhom idumu abbord il-bastimenti tal-Unjoni tas-sajd għat-tonn għal vjaġġ tas-sajd wieħed jew, meta sid il-bastiment jitlob dan b’mod espliċitu, għal diversi vjaġġi tas-sajd għal bastiment partikulari. L-osservaturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli jkollhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.
9.Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, id-DoF għandu jgħarraf lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, bil-bastimenti magħżulin u bl-osservaturi li se jkunu preżenti abbord kull bastiment. Il-ħin u l-port tal-imbark, li mhux bilfors ikun port tal-Gambja, għandu jagħżilhom sid il-bastiment. Id-DoF għandu jgħarraf minnufih lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, b’kull bidla fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżulin.
Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa
10.Meta jkunu qed iħallsu t-tariffa annwali bil-quddiem, is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u tal-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief għandhom iħallsu lill-Gambja ammont b’rata fissa ta’ EUR 300 fis-sena għal kull bastiment.
11.Meta jkunu qed iħallsu t-tariffa b’rata fissa ta’ kull tliet xhur, is-sidien tal-bastimenti tat-tkarkir li jintużaw għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond għandhom iħallsu lill-Gambja wkoll ammont b’rata fissa ta’ EUR 75 għal kull bastiment għall-funzjonament tajjeb tal-programm tal-osservaturi.
Paga tal-osservatur
12.Il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandha tħallashom il-Gambja.
Kundizzjonijiet tal-imbark
13.Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikulari t-tul ta’ żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u d-DoF.
14.Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħall-uffiċjali. Madankollu, meta l-osservatur jintlaqa’ abbord għandha titqies l-istruttura teknika tal-bastiment.
15.L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservatur abbord, inkluż l-aċċess tiegħu għall-faċilitajiet ta’ tindif u għat-tojlits, li jkunu tal-inqas tal-istess kwalità bħal dawk li għandhom l-uffiċjali fuq il-bastiment tas-sajd, għandu jħallashom sid il-bastiment.
16.Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sikurezza fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.
17.Il-kaptan għandu jiżgura li l-osservatur ikollu aċċess għall-faċilitajiet, għall-irkaptu u għat-tagħmir abbord il-bastiment li huwa jkun jeħtieġ biex iwettaq dmirijietu, fosthom:
(a)il-pont u t-tagħmir tal-komunikazzjoni u tan-navigazzjoni tal-bastiment;
(b)id-dokumenti u r-reġistri, inklużi l-ġurnali kollha ta’ abbord tal-bastiment, kemm jekk dawn ikunu meħtieġa jinġarru u jinżammu skont ir-Regolament tal-Gambja dwar is-Sajd jew inkella mod ieħor għall-finijiet tal-ispezzjoni tar-reġistri u tal-ikkupjar.
18.Kull waqt, il-kaptan għandu jħalli lill-osservatur:
(a)jirċievi u jibgħat messaġġi u jikkomunika max-xatt u ma’ bastimenti oħrajn bit-tagħmir tal-komunikazzjoni tal-bastiment;
(b)jieħu, ikejjel u jneħħi mill-bastiment u jżomm kampjuni jew bċejjeċ sħaħ ta’ xi ħut;
(c)jaħżen kampjuni jew bċejjeċ sħaħ fuq il-bastiment, inklużi kampjuni u bċejjeċ sħaħ fil-friża tal-bastiment;
(d)jieħu ritratti tal-attivitajiet tas-sajd, inklużi tal-ħut, tal-irkaptu tas-sajd, tat-tagħmir, tad-dokumenti, tat-tabelli u tar-reġistri, u jinżel minn fuq il-bastiment b’dawn ir-ritratti jew il-filmati li jkun ħa bħala osservatur jew li jkun uża abbord il-bastiment.
19.Meta jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:
(a)jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex la jinterrompu u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd;
(b)iħarsu l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;
(c)iħarsu n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument tal-bastiment.
Imbark u żbark tal-osservaturi
20.Tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel l-imbark, sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jgħarraf lill-Gambja bid-data, bil-ħin u bil-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tiegħu lejn il-port tal-imbark għandu jħallashom sid il-bastiment.
21.Jekk l-osservatur ma jitfaċċax għall-imbark fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin previsti, sid il-bastiment għandu jinħeles b’mod awtomatiku mill-obbligu tiegħu li jtella’ lil dan l-osservatur abbord. Il-bastiment għandu jkun jista’ jħalli l-port u jibda l-ħidmiet tas-sajd tiegħu.
22.Meta l-osservatur ma jitniżżilx f’port tal-Gambja, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur biex imur lura l-Gambja mill-aktar fis possibbli.
23.Jekk il-bastiment ma jasalx fil-ħin miftiehem f’port magħżul minn qabel għall-imbark tal-osservatur, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż (tal-akkomodazzjoni, tal-ikel, eċċ.) tal-osservatur b’rata ta’ sussistenza ta’ kuljum ta’ EUR 80 għal kull ġurnata li l-osservatur jitħalla jistenna fil-port minflok jittella’ abbord.
24.Jekk il-bastiment ma jfeġġx, mingħajr ma jkun avża minn qabel lid-DoF u lill-FMCS b’dan, il-Gambja tista’ tieħu azzjoni xierqa skont il-leġiżlazzjoni applikabbli ta’ dan il-pajjiż.
Kompiti tal-osservatur
25.L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a)huwa għandu josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;
(b)għandu josserva l-ispeċijiet, il-kwantità, id-daqs u l-kundizzjoni tal-ħut maqbud;
(c)għandu josserva l-metodi li bihom jinqabad il-ħut, u ż-żoni u l-fond fejn dan iseħħ;
(d)għandu josserva l-effetti tal-metodi tas-sajd fuq il-ħut u fuq l-ambjent;
(e)għandu josserva l-ipproċessar, it-trasport, it-trażbord, il-ħżin u r-rimi lura l-baħar tal-ħut;
(f)għandu jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt il-ħidmiet tas-sajd;
(g)għandu jieħu kampjuni bijoloġiċi fil-kuntest ta’ programm xjentifiku;
(h)għandu jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;
(i)għandu jivverifika d-data dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tas-sajd tal-Gambja li tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord;
(j)għandu jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet skartati;
(k)għandu jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, bil-faks jew bil-posta elettronika tal-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Gambja, inkluża l-kwantità tal-qabdiet ewlenin u tal-qabdiet inċidentali abbord.
Rapport tal-osservatur
26.Qabel ma jinżel minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jgħaddi rapport sommarju bl-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment, li l-kontenut tiegħu jrid jiġi miftiehem fil-Kumitat Konġunt. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt iżid il-kummenti tiegħu fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandhom jiffirmawh l-osservatur u l-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.
27.L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lid-DoF, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-Unjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mill-iżbark tal-osservatur.
28.L-awtoritajiet kompetenti tal-Gambja u tal-Unjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni mogħtija fir-rapport tal-osservatur għall-analiżi xjentifika u għall-analiżi tal-konformità.
Taqsima 6
Ksur tar-regoli
Trattament tal-ksur
1.Kull ksur li jwettaq bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness irid jissemma f’rapport tal-ispezzjoni jew tal-ksur li tagħmel l-awtorità kompetenti tal-Gambja. In-notifika tal-ksur u tas-sanzjonijiet applikabbli rilevanti mibgħuta lill-kaptan jew lill-kumpanija tas-sajd għandha tintbagħat mill-ewwel lil sid il-bastiment skont il-proċedura stabbilita fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Gambja. Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa.
2.Il-fatt li l-kaptan jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni ma għandux jippreġudika d-dritt tad-difiża ta’ sid il-bastiment tul xi proċedura marbuta mal-ksur. Meta tkun qed issir il-proċedura tal-ispezzjoni, il-kaptan tal-bastiment għandu jikkoopera.
Detenzjoni ta’ bastiment – laqgħa ta’ informazzjoni
3.Meta l-leġiżlazzjoni tal-Gambja li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tkun tippermetti dan, kull bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, jekk ikun qed ibaħħar, jerġa’ lura lejn port tal-Gambja.
4.Il-Gambja għandha tavża lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Fin-notifika għandu jkun hemm evidenza ddokumentata li tappoġġa d-detenzjoni tal-bastiment.
5.Qabel tieħu xi miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri maħsubin biex iħarsu l-evidenza, fuq talba tal-Unjoni, il-Gambja għandha torganizza laqgħa ta’ informazzjoni fi żmien jum tax-xogħol minn meta tiġi nnotifikata d-detenzjoni tal-bastiment, sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjonijiet oħrajn jistgħu jittieħdu. Għal din il-laqgħa ta’ informazzjoni jista’ jattendi rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment.
Pieni għall-ksur – proċedura ta’ kompromess
6.Il-Gambja għandha tistabbilixxi l-piena għall-ksur skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.
7.Jekk sid il-bastiment ma jaċċettax il-multi, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn l-awtoritajiet tal-Gambja u l-bastiment tal-Unjoni biex il-kwistjoni tissolva b’mod amikevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti legali. F’din il-proċedura ta’ kompromess jistgħu jieħdu sehem rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-Unjoni. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn tlett ijiem tal-kalendarju min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.
Proċedimenti legali – garanzija bankarja
8.Jekk il-proċedura ta’ kompromess ma tirnexxix u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-Gambja, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Gambja, għandu jkun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kull kumpens ieħor li jista’ jkun hemm ’il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jingħalqu l-proċedimenti legali.
9.Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment minnufih wara li tinqata’ s-sentenza:
(a)kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;
(b)skont il-bilanċ li jifdal, jekk il-piena tkun multa li tkun inqas mill-garanzija bankarja.
10.Il-Gambja għandha tgħarraf lill-Unjoni bl-eżitu tal-proċedimenti legali fi żmien tmint ijiem tal-kalendarju minn meta tinqata’ s-sentenza.
Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
11.Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-piena tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.
KAPITOLU V
Reklutaġġ tal-baħrin
1.Sidien il-bastimenti tas-sajd għandhom jimpjegaw ċittadini mill-pajjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:
- fil-każ tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, mill-inqas 20 % tal-baħrin irreklutati matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-Gambja għandhom ikunu ġejjin minn dak il-pajjiż jew minn pajjiż AKP;
- fil-każ tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief, mill-inqas 20 % tal-baħrin irreklutati matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-Gambja għandhom ikunu ġejjin minn dak il-pajjiż jew minn pajjiż AKP;
- fil-każ tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir li jintużaw għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond, mill-inqas 20 % tal-baħrin irreklutati matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gambja għandhom ikunu ġejjin minn dak il-pajjiż.
2.Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jirreklutaw baħrin mill-Gambja li jkunu kkwalifikati. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu liberi jagħżlu huma stess lill-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom minn fost dawk imniżżlin fil-lista li d-DoF ikun bagħat lill-Unjoni.
3.Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol għandha tapplika għalkollox għall-baħrin irreklutati fuq il-bastimenti tal-Unjoni. Din għandha x’taqsam b’mod partikulari mal-libertà tal-assoċjazzjoni u mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u max-xogħol.
4.Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin mill-Gambja jew mill-pajjiżi AKP għandhom jitfasslu bejn ir-rappreżentant jew ir-rappreżentanti tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-firmatarji, id-DoF u d-Dipartiment tax-Xogħol għandhom jingħataw kopja ta’ dawn il-kuntratti. Lill-baħrin, dawn il-kuntratti għandhom jiggarantulhom il-benefiċċju ta’ sistema tas-sigurtà soċjali li tkun tapplika għalihom, fosthom l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, l-assigurazzjoni medika u l-assigurazzjoni f’każ ta’ inċident.
5.Il-pagi tal-baħrin mill-pajjiżi AKP għandhom iħallsuhom is-sidien tal-bastimenti. Dawn il-pagi għandhom jiġu stabbiliti, qabel jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-pagi tal-baħrin ma għandhomx ikunu agħar minn dawk applikati fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u lanqas ma għandhom ikunu agħar minn dawk stabbiliti fl-istandards tal-ILO.
6.Kull baħri impjegat abbord bastiment tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk baħri ma jitfaċċax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, is-sidien tal-bastiment għandhom jinħelsu b’mod awtomatiku mill-obbligu tagħhom li jtellgħu lil dak il-baħri abbord.
7.Meta l-baħri mill-Gambja ma jitniżżilx f’port tal-Gambja, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-baħri biex imur lura l-Gambja mill-aktar fis possibbli.
8.Jekk il-bastiment ma jasalx fil-ħin miftiehem f’port magħżul minn qabel għall-imbark tal-baħri mill-Gambja, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż (tal-akkomodazzjoni, tal-ikel, eċċ.) tal-baħri b’rata ta’ sussistenza ta’ kuljum ta’ EUR 80 għal kull ġurnata li l-baħri mill-Gambja jitħalla jistenna fil-port minflok jittella’ abbord.
9.Kull sena, is-sidien tal-bastimenti għandhom jibagħtu informazzjoni dwar il-baħrin irreklutati. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd ta’ baħrin li huma ċittadini:
(a)tal-Unjoni;
(b)ta’ pajjiż AKP, b’distinzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Gambja u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi AKP oħrajn; u
(c)ta’ pajjiżi li mhumiex pajjiżi AKP u li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni.
Appendiċijiet ta’ dan l-Anness
Appendiċi 1 – Formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd
Appendiċi 2 – Skeda teknika
Appendiċi 3 – Ġurnal ta’ abbord tas-sajd
Appendiċi 4 – Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni
Appendiċi 5 – Sistema elettronika tar-rappurtar (l-ERS)
Appendiċi 6 – Dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet tal-Gambja
Appendiċi 1
IL-FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN IL-GAMBJA U L-UNJONI EWROPEA
FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD U GĦALL-BASTIMENTI TAL-GĦAJNUNA
I - L-APPLIKANT
1.
Isem sid il-bastiment: .....................................................................................................................................................................
2.
Indirizz ta’ sid il-bastiment: ....................................................................................................................................................................
2.
Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent ta’ sid il-bastiment (jekk ikun il-każ): ...............................................................................................................
3.
Indirizz tal-assoċjazzjoni jew tal-aġent ta’ sid il-bastiment (jekk ikun il-każ): ..........................................................................................................
4.
Numru tat-telefown:...........................................Numru tal-faks:...................................Indirizz tal-posta elettronika:...........................................
5.
Isem il-kaptan: .......................................Ċittadinanza: ....................... Indirizz tal-posta elettronika:...................................
6.
Isem l-aġent residenti fil-Gambja u l-indirizz tiegħu:
....................................................................................................................................................................
II – IL-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU
1.
Isem il-bastiment: .....................................................................................................................................................................
2.
Stat tal-bandiera: ...................................................................................................................................................................
3.
Numru estern tar-reġistrazzjoni: ...............................................................................................................................................
4.
Port tar-reġistrazzjoni: ………………………..…………. MMSI: ……………..……….….……. Numru tal-OMI:………………………………………..
5.
Data meta nkisbet il-bandiera attwali: ........../........./.............. Il-bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm): ....................
6.
Sena u post tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi ............................................................... Sinjal tas-sejħa bir-radju: .....................................
7.
Frekwenza tas-sejħa: .............................................. Numru tat-telefown bis-satellita: ........................................
8.
Materjal tal-buq:
◻ Azzar
◻ Injam
◻ Poliester
◻ Materjal ieħor
III – IL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U T-TAGĦMIR
1.
Tul totali: ..................................................
Wisa’: .......................................
2.
Tunnellaġġ gross (mogħti f’TG): ..............................
Tunnellaġġ nett: …………………
3.
Saħħa tal-magna ewlenija f’kW: ...........................
Għamla: .............................................
Tip: ...........................................
4.
Tip ta’ bastiment:
◻ Bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni
◻ Bastiment tas-sajd bil-konz
◻ Bastiment tas-sajd bil-qasab u x-xlief
◻ Bastiment tal-għajnuna
5.
Tipi ta’ rkaptu tas-sajd: ..................................................
6.
Żoni tas-sajd: ...............................................................
Speċijiet fil-mira:
7.
Port magħżul għall-ħatt l-art: ...............................................................
8.
Għadd totali ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord: ...............................................................
9.
Metodu ta’ konservazzjoni abbord:
◻ It-tkessiħ
◻ Ir-refriġerazzjoni
◻ Metodu mħallat
◻ L-iffriżar
10.
Kapaċità tal-friża f’tunnellati għal kull 24 siegħa: .................
Kapaċità tal-istivi: ...............
Għadd: .....
11.
Transponder tal-VMS:
Manifattur: ...............................Mudell: .............................. Numru tas-serje:....................................
Verżjoni tas-softwer: ........................................................... Operatur tas-satellita:..................................
12.
Apparat tan-navigazzjoni u tal-iffissar tal-pożizzjoni: …………………………………………………………………………………………..
IV – INFORMAZZJONI OĦRA
Jiena, il-firmatarju t’hawn taħt, niċċertifika li l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni hija vera u ġenwina.
Magħmul fi ..............................................., ………………/………………/………………
Isem l-applikant ...................................................................
Appendiċi 2a – Skeda teknika għall-ispeċijiet li jpassu ħafna
|
Żona tas-sajd:
|
|
Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, minbarra ż-żoni li fihom ma jistax isir sajd u tbaħħir.
|
|
Kategoriji awtorizzati:
|
|
Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni tal-borża
Bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief
|
|
Qabdiet inċidentali:
|
|
Konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.
|
|
Tariffi u tunnellaġġ:
|
|
It-tariffa annwali bil-quddiem (inklużi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi) u t-tunnellaġġ kopert:
|
- Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: EUR 4 200 fis-sena għall-perjodu kollu tal-Protokoll, li jikkorrispondu għal 60 tunnellata
- Għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief: EUR 1 400 fis-sena għall-perjodu kollu tal-Protokoll, li jikkorrispondu għal 20 tunnellata
|
|
It-tariffa għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda:
|
Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief:
- EUR 70 għal kull tunnellata u għal kull sena
|
|
L-għadd ta’ bastimenti li huma awtorizzati jistadu:
|
28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni
10 bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief
|
|
Informazzjoni oħra:
|
|
It-tariffa għall-awtorizzazzjoni tal-bastimenti tal-għajnuna: EUR 2 000 għal kull bastiment kull sena.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa marbuta mal-osservaturi: EUR 300 għal kull bastiment kull sena.
|
Appendiċi 2b – Skeda teknika għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond
|
Żona tas-sajd:
|
|
Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, minbarra ż-żoni li fihom ma jistax isir sajd u tbaħħir.
|
|
Speċijiet fil-mira:
|
|
Il-merluzz tal-baħar fond (Merluccius senegalensis u Merluccius polli)
|
|
Kategoriji awtorizzati:
|
|
Ix-xbieki tat-tkarkir konvenzjonali tal-qiegħ jew għall-merluzz, b’daqs minimu tal-malja ta’ 70 mm. Huwa pprojbit l-użu ta’ kull mezz jew tagħmir li jimblokka l-malji tax-xbieki jew li jnaqqas l-azzjoni selettiva tagħhom. Madankollu, sabiex jiġi evitat li x-xbieki jitherrew jew jiċċarrtu, man-naħa ta’ taħt tal-manka ta’ xibka tat-tkarkir tal-qiegħ biss jistgħu jitwaħħlu sottovesti ta’ protezzjoni magħmulin mix-xbiek jew minn xi drapp ieħor. It-tali sottovesti jridu jitwaħħlu biss mat-truf ta’ quddiem u tal-ġnub tal-manka tax-xibka tat-tkarkir. Għan-naħa ta’ fuq tax-xibka tat-tkarkir, jista’ jintuża tagħmir ta’ protezzjoni, iżda dan irid ikun magħmul minn biċċa waħda tax-xibka li tkun magħmula mill-istess materjal tal-manka u li l-malji tagħha jkunu ta’ mill-inqas 300 millimetru meta d-drapp ikun stirat. Huwa pprojbit li wieħed jirdoppja r-raden, sempliċi jew immaljat, tal-manka.
|
|
Qabdiet inċidentali:
|
|
15 % ċefalopodi, 7 % krustaċji u 25 % ħut tal-qiegħ ieħor tal-baħar fond.
Il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali awtorizzati mogħtija hawn fuq għandhom jiġu kkalkulati fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd, b’rabta mal-piż totali tal-qabda, skont ir-regolamenti tal-Gambja.
Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħatt l-art, il-ħażna u l-bejgħ tal-elażmobranki kollha jew ta’ wħud minnhom li huma protetti mill-Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tal-klieb il-baħar u mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u mill-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd kompetenti, jiġifieri tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus), tal-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis), tal-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), tal-gabdoll (Cetorhinus maximus), tal-pixxiplamtu (Lamna nasus), tal-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), tal-ixkatlu komuni (Squatina squatina), tal-manta ġganta (Manta birostris) u tal-ispeċijiet tal-kurazzi (Sphyrnidae).
Meta bi żball jinqabdu speċijiet tal-elażmobranki li ma jistgħux jinżammu abbord, ma għandhiex issirilhom ħsara. Il-ħut minn dawn l-ispeċijiet li jinqabad għandu jintefa’ lura l-baħar minnufih.
Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħatt l-art, il-ħażna u l-bejgħ tal-ispeċijiet pelaġiċi, fosthom tat-Trachurus spp., tas-Sardina pilchardus, tal-iScomber spp. u tas-Sardinella spp..
|
|
Tariffi u tunnellaġġ:
|
|
L-ammont tal-qabdiet awtorizzat:
|
750 tunnellata fis-sena
|
|
It-tariffa:
|
EUR 75 għal kull tunnellata
|
|
It-tariffa għandha tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta’ tliet xhur li matulu l-bastiment ikun awtorizzat jistad, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dak il-perjodu.
Il-liċenzja għandha tingħata wara li jsir ħlas bil-quddiem ta’ EUR 500 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tat-tariffa. Il-ħlas bil-quddiem għandu jsir fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur li matulu l-bastiment ikun awtorizzat jistad.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa marbuta mal-osservaturi: EUR 75 għal kull bastiment meta titħallas it-tariffa b’rata fissa ta’ kull tliet xhur.
|
|
Informazzjoni oħra:
|
|
Għadd ta’ bastimenti:
|
Tliet bastimenti
|
|
Tip ta’ bastimenti li huma awtorizzati jistadu:
|
Il-bastimenti tat-tkarkir li jbaħħru fl-oċeani u li jintużaw għas-sajd għall-ħut (għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond)
|
|
Reklutaġġ tal-baħrin mill-Gambja:
|
20 % tal-ekwipaġġ
|
|
Perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi:
|
Mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju
|
|
Il-bastimenti tat-tkarkir tal-Unjoni li jintużaw għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ tal-baħar fond huma obbligati jkollhom osservatur abbord.
|
Appendiċi 3
L-ispeċijiet li jpassu ħafna: il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd – mudell tal-UE (l-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 404/2011)
Appendiċi 4
KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LILL-GAMBJA
RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI
|
Element tad-data
|
Kodiċi
|
Obbligatorju jew fakultattiv
|
Kummenti
|
|
Bidu tar-reġistrazzjoni
|
SR
|
O
|
Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni
|
|
Destinatarju
|
AD
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)
|
|
Speditur
|
FR
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż speditur (ISO-3166)
|
|
Stat tal-bandiera
|
FS
|
O
|
Detall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)
|
|
Tip ta’ messaġġ
|
TM
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI)
|
|
Sinjal tas-sejħa bir-radju (l-IRCS)
|
RC
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS)
|
|
Numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti
|
IR
|
F
|
Dettall dwar il-bastiment – In-numru uniku tal-Parti Kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru
|
|
Numru estern tar-reġistrazzjoni
|
XR
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment – In-numru mmarkat fuq ġenb il-bastiment (ISO 8859.1)
|
|
Latitudni
|
LT
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali N/S GG.ggg (WGS84)
|
|
Lonġitudni
|
LG
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali E/W GG.ggg (WGS84)
|
|
Rotta
|
CO
|
O
|
Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360 grad
|
|
Veloċità
|
SP
|
O
|
Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi
|
|
Data
|
DA
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)
|
|
Ħin
|
TI
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)
|
|
Tmiem ir-reġistrazzjoni
|
ER
|
O
|
Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni
|
O = element tad-data obbligatorju
F = element tad-data fakultattiv
Id-data tintbagħat strutturata hekk:
1)Il-karattri użati jridu jikkonformaw mal-istandard tal-ISO 8859.1.
2)Linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” ifissru l-bidu tal-messaġġ.
3)Kull element tad-data jingħaraf mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħrajn tad-data b’linja mmejla doppja (//).
4)Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-data.
5)Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) ifisser tmiem il-messaġġ.
6)L-elementi tad-data fakultattivi jridu jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ.
Appendiċi 5
Implimentazzjoni tas-sistema elettronika għad-dikjarazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd (l-ERS); arranġamenti alternattivi.
1.Meta jkun fiż-żona tas-sajd tal-Gambja, kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu liċenzja maħruġa skont dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar b’sistema li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat data elettronika dwar l-attivitajiet tas-sajd. Minn hawn ’il quddiem din is-sistema qed tissejjaħ “l-ERS” u d-data trażmessa għandha tissejjaħ “id-data tal-ERS”.
2.Bastiment tal-Unjoni li ma jkunx mgħammar b’ERS, jew li l-ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem, ma għandux ikun awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Gambja biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.
3.Il-bastiment għandu jibgħat id-data tal-ERS lill-Istat tal-bandiera tiegħu, li għandu jirċeviha u jirreġistraha f’bażi tad-data kompjuterizzata li tippermetti li din tinżamm b’mod sigur għal mill-inqas 36 xahar.
4.Il-Gambja għandha tindika d-data minn meta l-FMCS tagħha tkun mgħammra b’sistema li tkun kapaċi tirċievi d-data tal-ERS mingħand il-bastimenti tal-UE, fil-format deskritt fir-reġistru tad-data li żżomm il-Kummissjoni Ewropea u fl-arranġamenti ta’ implimentazzjoni. Il-Gambja għandha tindika d-data minn meta s-sistema tkun kapaċi tirċievi d-data tal-ERS mingħand l-Istati tal-bandiera, jekk ikun hemm bżonn wara li jsiru l-fażijiet ix-xierqa tal-ittestjar.
5.Minn dik id-data, l-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-Gambja jkollha aċċess għad-data tal-ERS marbuta mal-attivitajiet fiż-żona tas-sajd mingħajr dewmien għal mill-inqas 36 xahar mid-data ta’ dawk l-attivitajiet.
6.Id-data għandha tkun disponibbli u tiġi trażmessa b’mod elettroniku. Għal dak il-għan, l-Istat tal-bandiera u l-Gambja għandhom jiżguraw li huma jkollhom il-ħardwer u s-softwer meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-data tal-ERS fil-format spjegat fid-dettall fil-paragrafu 9.
7.Kull bidla f’dan il-format għandha tiġi indikata b’mod ċar fir-reġistru tad-data ta’ referenza, li għandu jindika wkoll id-data meta tkun daħlet fis-seħħ il-bidla. Din għandha tidħol fis-seħħ mhux qabel sitt xhur minn meta tkun saret in-notifika tal-bidla fir-reġistru tad-data ta’ referenza. F’każ ta’ bidla, il-Kummissjoni Ewropea għandha tavża lill-Gambja. Il-Gambja għandha tavża lill-Kummissjoni bid-data ppjanata għall-aġġornament tas-sistema tagħha biex tirċievi d-data u għandha tistabbilixxi l-perjodu ta’ prova għal din is-sistema. Fi tmiem dan il-perjodu ta’ prova, il-Gambja u l-Unjoni għandhom jistabbilixxu d-data tal-implimentazzjoni effettiva tal-format il-ġdid fil-Kumitat Konġunt jew bi skambju ta’ ittri. Fi żmien xahar minn din il-konferma, il-bastimenti kollha se jkunu obbigati jikkonformaw mal-format il-ġdid għat-trażmissjoni tal-ERS.
8.Il-Partijiet jistgħu jaqblu fuq perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-ġurnali stampati jkunu jistgħu jintbagħtu kemm b’mod awtomatiku u kemm b’mod manwali. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-FMCS tal-Gambja tirċievi d-data b’mod jew ieħor għal kull wieħed mill-bastimenti tiegħu.
9.Id-data tal-ERS se tkun fil-format UN/CEFACT u għandha tiġi trażmessa permezz tan-netwerk tat-trasport FLUX TL li l-Kummissjoni Ewropea tqiegħed għad-dispożizzjoni.
10.Fil-każ tat-trażmissjoni manwali, id-data tal-ġurnali ta’ abbord għandha tintbagħat f’format elettroniku li jkun kompatibbli mas-softwer li juża ċ-ĊMS tal-pajjiż sieħeb, jew f’format stampat, u għandha tkun tindika b’mod ċar l-affarijiet li ġejjin:
id-data meta nqabad il-ħut, il-ħin li fih ikun inqabad u l-post minn fejn dan ikun inqabad;
- informazzjoni li tidentifika lill-kaptan u lill-bastiment (isem il-bastiment, il-bandiera tiegħu, is-sinjal tas-sejħa bir-radju tiegħu, l-identifikazzjoni esterna tiegħu, in-numru CFR tiegħu u n-numru tal-OMI tiegħu) u informazzjoni li tidentifika l-vjaġġ tas-sajd (id-dati tat-tluq u tal-wasla);
- informazzjoni dwar l-attività tas-sajd: it-tip ta’ rkaptu, l-għadd ta’ ħidmiet tas-sajd, il-pożizzjoni fiż-żona u l-identifikazzjoni taż-żona tas-sajd tal-pajjiż sieħeb (permezz tal-kodiċi alfa-3 tal-ISO tagħha); il-qabdiet li jkunu nżammu abbord jew li jkunu ġew skartati, imqassmin skont l-ispeċi, f’kilogrammi ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj (għal kull kodiċi alfa-3 tal-FAO);
- ċertifikazzjoni li d-data tal-kaptan, id-data u l-firma tiegħu, elettronika, jekk ikun il-każ, huma preċiżi u kompluti.
11.Il-pajjiż sieħeb għandu jittratta d-data kollha dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti individwali b’mod kunfidenzjali u sigur.
Komunikazzjoni bejn ĊMS u ieħor – ħsara fl-ERS abbord il-bastiment jew fis-sistema ta’ komunikazzjoni
12.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera u l-FMCS tal-Gambja għandhom jgħarrfu lil xulxin mingħajr dewmien b’kull avveniment li x’aktarx jaffettwa t-trażmissjoni tad-data tal-ERS ta’ bastiment wieħed jew iktar.
13.L-Istat tal-bandiera u l-Gambja għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li għandu jservi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni ta’ dan l-Appendiċi, u għandhom jgħaddu lil xulxin id-dettalji rispettivi ta’ kuntatt ta’ dawn il-korrispondenti. L-Istat tal-bandiera u l-Gambja għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni b’mod regolari u mingħajr dewmien.
14.Jekk l-FMCS tal-Gambja ma tirċevix id-data li bastiment suppost jibgħat, għandha tgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera mill-ewwel b’dan. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, jew il-korrispondent tal-ERS tiegħu, għandu jipprova jara malajr kemm jista’ jkun għalfejn l-FMCS ma rċevietx id-data tal-ERS u għandu jgħarraf lill-Gambja bir-riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet.
15.Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera ma jkunux irċevew id-data li jkollha tintbagħat skont il-punt 4, huma għandhom jgħarrfu lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew lir-rappreżentant jew lir-rappreżentanti tagħhom mingħajr dewmien b’dan. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data li tkun nieqsa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera b’kull mezz xieraq ta’ telekomunikazzjoni malajr kemm jista’ jkun. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jdaħħal din id-data fil-bażi tad-data elettronika li huwa jżomm skont il-punt 3 u għandu jqegħedha għad-dispożizzjoni tal-Gambja mill-ewwel skont il-punt 5.
16.F’każ ta’ ħsara fl-ERS installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem minn meta jindunaw bil-ħsara. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Gambja u jkollu joħroġ minn dik iż-żona jew jidħol f’port ta’ pajjiż sieħeb fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun awtorizzat jitlaq minn dak il-port jew jerġa’ jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Gambja biss wara li ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun stabbilixxa li l-ERS qed terġa’ taħdem kif suppost. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħaddi lill-FMCS tal-Gambja d-data kollha li din ma tkunx irċeviet.
17.Sa ma l-ERS tal-bastiment terġa’ tibda taħdem sewwa u minn meta jkun ġie nnutat li din għandha l-ħsara, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat l-informazzjoni li għandha tintbagħat skont il-punt 8 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera b’kull mezz xieraq ieħor ta’ telekomunikazzjoni kuljum sa mhux iktar tard minn nofs il-lejl. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jdaħħal din id-data fil-bażi tad-data elettronika li huwa jżomm skont il-punt 3 bil-għan li jqegħedha għad-dispożizzjoni tal-Gambja mill-ewwel.
18.Jekk il-Gambja ma tkunx irċeviet id-data tal-ERS minħabba ħsara fis-sistemi elettroniċi li jkunu taħt il-kontroll tal-UE jew tal-Gambja, il-Parti kkonċernata għandha tieħu mill-ewwel il-miżuri kollha meħtieġa biex issolvi l-ħsara mill-aktar fis possibbli. Il-Parti l-oħra għandha tiġi mgħarrfa mill-ewwel malli tissolva l-problema. Kull data li tkun nieqsa għandha tintbagħat lill-FMCS tal-Gambja malli tissolva l-problema.
19.F’każ li l-ħsara tkun fis-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tal-UE u dejjem jekk din ma twassalx biex l-Istat tal-bandiera ma jkunx jista’ jaċċessa d-data, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat, kull 24 siegħa, id-data kollha tal-ERS li huwa jkun irċieva mill-aħħar trażmissjoni lill-FMCS tal-Gambja b’kull mezz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli. Il-Gambja tista’ titlob li tintuża l-istess proċedura f’każ ta’ ħidma ta’ manutenzjoni ta’ iktar minn 24 siegħa li taffettwa s-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tal-UE. Il-Gambja għandha tavża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tagħha sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qed jonqsu milli jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtu d-data tal-ERS tagħhom.
20.Fid-data li l-Partijiet jaqblu dwarha bejniethom, il-messaġġi tal-ERS dwar il-qabdiet mad-dħul u l-qabdiet mal-ħruġ għandhom jieħdu post in-notifiki tad-dħul fiż-żona tas-sajd u tal-ħruġ minnha u t-trażmissjonijiet fuq il-karta tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd previsti fl-Appendiċi 3 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.
Appendiċi 6
Dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet tal-Gambja
1.Il-Ministeru għas-sajd, għar-riżorsi tal-ilma u għall-kwistjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali tal-Gambja:
Indirizz: 7 Marina Parade, Banjul, il-Gambja
Indirizz tal-posta elettronika: bamba.banja@yahoo.co.uk
Numri tat-telefown: +2209922960/7722907/+2204227773
2.L-awtorità għall-awtorizzazzjoni tas-sajd: id-Dipartiment tas-Sajd
Indirizz: 6 Marina Parade, Banjul, il-Gambja
Indirizz tal-posta elettronika: darboefams@yahoo.com
Numri tat-telefown: +2206313375/+2204201515
3.L-Unità għall-Monitoraġġ, għall-Kontroll u għas-Sorveljanza tas-Sajd:
Indirizz: 6 Marina Parade, Banjul, il-Gambja
Indirizz tal-posta elettronika: darboefams@yahoo.com
Numri tat-telefown: +2206313375/+2204201515
In-notifika tad-dħul u tal-ħruġ:
Indirizz tal-posta elettronika:
bamba.banja@yahoo.co.uk
/darboefams@yahoo.com
ANNESS II
Ambitu tas-setgħat mogħtija u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt
(1)Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika tal-Gambja u tapprova l-emendi fil-Protokoll marbutin mal-kwistjonijiet li ġejjin f’isem l-Unjoni meta dan ikun xieraq u sakemm tħares il-punt 3 ta’ dan l-Anness:
(a)l-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd u, b’hekk, tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 8 tal-Protokoll;
(b)l-arranġamenti marbutin mal-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll;
(c)il-kundizzjonijiet tekniċi u l-arranġamenti li bihom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tad-sajd tagħhom.
(2)Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta’ Sħubija, l-Unjoni għandha:
(a)taġixxi skont l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd;
(b)tippromwovi pożizzjonijiet li jkunu konsistenti mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u li jkunu jqisu l-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali.
(3)Meta waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt tkun se tiġi adottata deċiżjoni dwar l-emendi fil-Protokoll imsemmijin fil-punt 1, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u rilevanti oħra li tkun intbagħtet lill-Kummissjoni.
(4)Għal dak il-għan u abbażi ta’ dik l-informazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jaħsbu minn kmieni biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt biex lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu jibagħtulhom dokument ta’ tħejjija li jkun jispjega fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni, għall-analiżi u għall-approvazzjoni tagħhom.
(5)Il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta’ tħejjija għandha titqies li tkun ġiet approvata, sakemm għadd ta’ Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka ma joġġezzjonax għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta’ tħejjija, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. F’każ li jkun hemm xi oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill.
(6)Jekk, waqt il-bqija tal-laqgħat, fosthom dawk fuq il-post, ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu skont il-proċedura prevista fil-punti 4 u 5, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tqis elementi ġodda.
(7)Fiż-żmien dovut, il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, fosthom, meta dan ikun xieraq, billi tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u billi tressaq il-proposti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.