Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9428

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.9428 — Triton/Royal Reesink Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 237, 15.7.2019, pp. 73–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/73


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.9428 — Triton/Royal Reesink Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 237/05)

1.   

Fil-5 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Triton Managers V Limited (Jersey), Triton Fund V GP S.à r.l. (il-Lussemburgu), u TFF V Limited (Jersey) (li ssir referenza għalihom flimkien bħala “Triton Fund V”),

Royal Reesink B.V. (in-Netherlands) u s-sussidjarji tiegħu (li ssir referenza għalihom flimkien bħala “Royal Reesink Group”).

Triton Fund V jakkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Royal Reesink Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

It-Triton Fund V jappartjeni għal grupp ta’ fondi indipendenti Ewropej ta’ ekwità privata ġestiti u li jirċievu konsulenza mill-grupp Triton (flimkien “Triton”, iċ-Channel Islands). Il-fondi ta’ ekwità privati ġestiti mill-grupp Triton, inkluż il-Fond Triton V, huma ddedikati biex jinvestu primarjament f’negozji ta’ daqs medju bil-kwartieri tagħhom fl-Ewropa ta’ Fuq, b’enfasi partikolari fuq negozji fi tliet setturi ċentrali: Is-servizzi kummerċjali, industrijali u tal-konsumatur/tas-saħħa,

Ir-Royal Reesink Group huwa distributur ta’ makkinarju u tagħmir tad-ditta, jiġifieri makkinarju għall-agrikoltura u l-ortikultura, il-manutenzjoni tal-pajsaġġ, l-immaniġġjar tal-materjali u applikazzjonijiet tal-inġinerija ċivili, u jipprovdi wkoll servizzi ta’ manutenzjoni u appoġġ tekniku, u soluzzjonijiet ta’ kiri. Huwa wkoll distributur ta’ komponenti u sistemi idrawliċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta tal-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9428 — Triton/Royal Reesink Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top