This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9409(02)
Prior notification of a concentration (Case M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding) (Text with EEA relevance) 2019/C 356/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 356/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 356/07
PUB/2019/46
ĠU C 356, 21.10.2019, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 356/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ: M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 356/07)
1.
Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Aurubis AG (‘Aurubis’, il-Ġermanja), |
|
— |
Metallo Group Holding N.V. (“Metallo”, il-Belġju). |
Aurubis AG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Metallo Group Holding N.V. kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Awwissu 2019, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fil-25 ta’ Settembru 2019.
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Aurubis: hija fornitur ta’ mettali mhux tal-ħadid. B’mod partikulari, Aurubis tipproċessa konċentrati tar-ram u scrap tar-ram; tipproduċi katodi tar-ram u prodotti sekondarji mill-proċess ta’ raffinar tar-ram, kif ukoll tissupplixxi forom tar-ram u prodotti nofshom lesti tar-ram u ta’ taħlit tar-ram bħalma huma prodotti llaminati ċatti, vireg ċatti, vireg u wires, |
|
— |
Metallo: attiva fir-riċiklaġġ, l-ipproċessar u l-kummerċ ta’ metall mhux tal-ħadid. B’mod partikulari, Metallo tirrafina scrap tar-ram biex tipproduċi katodi tar-ram u prodotti sekondarji mill-proċess tar-raffinar. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks:+32 229-64301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).