This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019DP0408
European Parliament decision of 17 April 2019 on the number of interparliamentary delegations, delegations to joint parliamentary committees and delegations to parliamentary cooperation committees and to multilateral parliamentary assemblies (2019/2698(RSO))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali (2019/2698(RSO))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali (2019/2698(RSO))
ĠU C 158, 30.4.2021, pp. 536–539
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
30.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 158/536 |
P8_TA(2019)0408
Numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati interparlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali (2019/2698(RSO))
(2021/C 158/55)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' kooperazzjoni, u ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 212 u 214 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
waqt li jinsab anzjuż biex isaħħaħ id-demokrazija parlamentari billi jfittex li jkun hemm djalogu interparlamentari kontinwu; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jistabbilixxi n-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari u r-raggruppamenti reġjonali tagħhom kif ġej: |
|
(a) |
L-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija |
Delegazzjonijiet għal:
|
— |
il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Maċedonja ta' Fuq |
|
— |
il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija |
Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Isvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bożnija-Ħerzegovina u mal-Kosovo
|
(b) |
Ir-Russja u l-istati tas-Sħubija tal-Lvant |
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarussja
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Sħubija UE-Armenja, għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ażerbajġan u għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia;
|
(c) |
Il-Magreb, il-Maxreq, Iżrael u l-Palestina |
Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':
|
— |
Iżrael |
|
— |
il-Palestina |
|
— |
il-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, inklużi l-Kumitati Parlamentari Konġunti UE-Marokk, UE-Tuneżija u UE-Alġerija |
|
— |
il-pajjiżi tal-Maxreq |
|
(d) |
Il-Peniżola Għarbija, l-Iraq u l-Iran |
Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':
|
— |
il-Peniżola Għarbija |
|
— |
l-Iraq |
|
— |
l-Iran |
|
(e) |
Il-Kontinent Amerikan |
Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':
|
— |
l-Istati Uniti |
|
— |
il-Kanada |
|
— |
ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil |
|
— |
il-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali |
|
— |
il-pajjiżi tal-Komunità Andina |
|
— |
il-Mercosur |
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE
|
(f) |
l-Asja/il-Paċifiku |
Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':
|
— |
il-Ġappun |
|
— |
ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
|
— |
l-Indja |
|
— |
l-Afganistan |
|
— |
il-pajjiżi tal-Asja t'Isfel |
|
— |
il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) |
|
— |
il-Peniżola Koreana |
|
— |
l-Awstralja u New Zealand |
Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja
|
(g) |
l-Afrika |
Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':
|
— |
l-Afrika t'Isfel |
|
— |
il-Parlament Pan-Afrikan |
|
(h) |
L-Assemblej Multilaterali |
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO;
|
2. |
Jiddeċiedi li għas-sħubija tal-kumitati parlamentari li nħolqu abbażi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) jistgħu jipparteċipaw esklużivament Membri mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u mill-Kumitat għall-Iżvilupp – filwaqt li jiġi żgurat li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jżomm ir-rwol prinċipali bħala l-kumitat responsabbli – u li dawn għandhom jikkoordinaw b'mod attiv il-ħidma tagħhom mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE; |
|
3. |
Jiddeċiedi li għas-sħubija tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u l-Assemblea Parlament Euronest jistgħu jipparteċipaw esklużivament Membri mid-delegazzjonijiet bilaterali jew sottoreġjonali koperti minn kull Assemblea; |
|
4. |
Jiddeċiedi li għas-sħubija tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO jistgħu jipparteċipaw esklużivament Membri mis-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża; |
|
5. |
Jiddeċiedi li l-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tfassal abbozz ta' kalendarju ta' attivitajiet ta' kull sitt xhur wara konsultazzjoni mal-Kumitati għall-Affarijiet Barranin, għall-Iżvilupp u għall-Kummerċ Internazzjonali. Dan għandu jitfassal f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kalendarju ta' sitt xhur tad-delegazzjonijiet tal-kumitati tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, filwaqt li jitqies ukoll il-programm ta' ħidma annwali tal-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet (DEG), sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti. Dan l-abbozz konġunt tal-kalendarju tal-attivitajiet ta' kull sitt xhur għandu mbagħad jitressaq għall-adozzjoni quddiem il-Konferenza tal-Presidenti. Il-Konferenza tal-Presidenti tista' timmodifika l-abbozz ta' kalendarju propost bil-ħsieb li tirrispondi għall-avvenimenti politiċi u tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet esterni kollha tal-Parlament; |
|
6. |
Ifakkar li huma biss id-delegazzjonijiet uffiċjali, debitament awtorizzati mill-Konferenza tal-Presidenti, li jistgħu jwettqu attivitajiet f'isem il-Parlament Ewropew u jirrappreżentaw il-pożizzjoni tiegħu; |
|
7. |
Jiddeċiedi li l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jaħtru sostituti permanenti biex iservu f'kull tip ta' delegazzjoni u li n-numru ta' dawn is-sostituti ma jistax jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li jirrappreżentaw lill-gruppi jew lill-Membri mhux affiljati; |
|
8. |
Jiddeċiedi li l-membri sħaħ tad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fil-laqgħat interparlamentari barra mill-postijiet tax-xogħol tal-Parlament. Jekk membru sħiħ ma jkunx jista' jivvjaġġa, jista' jiġi sostitwit minn wieħed mill-membri sostituti permanenti jew, jekk il-membru sostitut ma jkunx disponibbli, minn membru tal-assemblea interparlamentari li tkopri din id-delegazzjoni, nominat mill-grupp politiku li għalih jappartjeni l-membru sħiħ. Jekk membru tal-assemblea interparlamentari li jkopri din id-delegazzjoni ma jkunx disponibbli, il-membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, u il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistgħu jkunu intitolati li jipparteċipaw; |
|
9. |
Iqis li qabel laqgħa interparlamentari mal-kontroparti (SAPC, KPK, PAC, KKP, IPM, eċċ.), jew qabel ma tintbagħat kwalunkwe delegazzjoni, għandha ssir konsultazzjoni mill-qrib mal-kumitat(i) rilevanti dwar suġġetti politiċi possibbli jew kwistjonijiet ta' skrutinju leġiżlattiv li d-delegazzjoni għandha tindirizza f'laqgħat mal-kontropartijiet tal-pajjiż ikkonċernat; |
|
10. |
Se jagħmel ħiltu biex jiżgura fil-prattika li rapporteur jew president wieħed jew aktar ta' kumitat jistgħu, bl-istess mod, jieħdu sehem fil-proċedimenti tad-delegazzjonijiet, tal-kumitati interparlamentari konġunti, tal-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u tal-assemblej parlamentari multilaterali, u jiddeċiedi li l-President, fuq talba konġunta tad-delegazzjoni u tal-presidenti tal-kumitati kkonċernati, għandu jawtorizza missjonijiet ta' dan it-tip; |
|
11. |
Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-ewwel sessjoni parzjali tad-disa' leġiżlatura; |
|
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. |