Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DC0638

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-ĦIDMA TAL-KUMITATI MATUL L-2018

COM/2019/638 final

Brussell, 16.12.2019

COM(2019) 638 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

DWAR IL-ĦIDMA TAL-KUMITATI MATUL L-2018

{SWD(2019) 441 final}


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

DWAR IL-ĦIDMA TAL-KUMITATI MATUL L-2018

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni 1 (ir-“Regolament tal-Komitoloġija”), il-Kummissjoni b’dan qed tippreżenta r-rapport annwali tagħha dwar il-ħidma tal-kumitati għall-2018.

Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi fis-sistema tal-komitoloġija fl-2018 u fih sommarju tal-attivitajiet tal-kumitati. Huwa akkumpanjat minn dokument ta’ ħidma tal-persunal bi statistika dettaljata dwar il-ħidma tal-kumitati individwali.

1.Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi fis-sistema tal-komitoloġija fl-2018

1.1.Żvilupp ġenerali

Kif deskritt fir-rapport annwali tal-2013 2 , il-proċeduri tal-komitoloġija kollha previsti fid-Deċiżjoni l-“qadima” tal-Komitoloġija 3 , bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, kienu awtomatikament adattati għall-proċeduri l-ġodda tal-komitoloġija stipulati fir-Regolament tal-Komitoloġija.

Għalhekk fl-2018, il-kumitati tal-komitoloġija kienu qed joperaw skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Komitoloġija, jiġifieri l-proċedura konsultattiva (l-Artikolu 4) u l-proċedura ta’ eżami (l-Artikolu 5), kif ukoll skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Komitoloġija.

Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 4 ifakkar, fil-punt 27 tiegħu, fil-ħtieġa li tiġi allinjata l-proċedura regolatorja bi skrutinju:

“It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa għall-allinjament tal-leġislazzjoni kollha eżistenti mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Lisbona, u b’mod partikolari l-ħtieġa li tingħata prijorità għolja lill-allinjament fil-pront tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. Il-Kummissjoni se tipproponi dan l-allinjament tal-aħħar sa tmiem l-2016.”

F’konformità ma’ dan l-impenn, il-Kummissjoni adottat proposta għall-allinjament tal-atti bażiċi li jistipulaw il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni 5 . Hija adottat ukoll it-tieni proposta, li tittratta b’mod speċifiku l-allinjament ta’ atti bażiċi fil-qasam tal-ġustizzja 6 . In-negozjati interistituzzjonali dwar l-ewwel fajl ġew konklużi parzjalment. Il-leġiżlatur qabel mal-allinjament ta’ 64 mill-atti bażiċi kkonċernati 7 , filwaqt li n-negozjati dwar l-atti li jifdal u dwar l-atti fil-qasam tal-ġustizzja se jkomplu. Meta l-allinjament isir mill-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-atti delegati, il-kumitati rispettivi ma jibqax ikollhom rwol u l-atti delegati rispettivi fil-futur se jitħejjew bl-għajnuna ta’ gruppi ta’ esperti.

Il-Kummissjoni fis-26 ta’ Frar 2016 adottat rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 8 . F’dan ir-rapport, il-Kummissjoni kkonkludiet li, b’mod ġenerali, il-qafas legali għal komitoloġija qed jaħdem sew. Madankollu, dak iż-żmien indikat ukoll il-problema politika tal-eżiti tal-“ebda opinjoni”, speċjalment f’xi setturi sensittivi ħafna bħal dak tal-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati. Sussegwentement, fl-14 ta’ Frar 2017 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Komitoloġija (UE) Nru 182/2011 9 . Din il-proposta tipproponi għadd ta’ bidliet speċifiċi għall-funzjonament tal-kumitat ta’ appell, biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn ma jkun hemm l-ebda opinjoni f’oqsma sensittivi. Dan il-fajl, madankollu, bħalissa jinsab imblukkat f’negozjati interistituzzjonali.

Ġew konklużi negozjati bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar kriterji mhux vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għalhekk id-delineazzjoni bejn atti delegati u ta’ implimentazzjoni. It-test finali tal-kriterji ta’ delineazzjoni ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fit-3 ta’ Lulju 2019 10 .

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar” ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tagħmel pubbliċi l-abbozzi ta’ testi tal-atti delegati u l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni importanti se jkunu disponibbli għall-pubbliku għal perjodu ta’ feedback ta’ erba’ ġimgħat, u dan jippermetti lill-partijiet ikkonċernati biex iressqu l-kummenti. Fl-2018, 165 bħal dawn l-abbozzi tal-atti ġew ippubblikati għall-feedback mill-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni “Semma’ leħnek” 11 .

1.2.Żvilupp tal-każistika

Fis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawżi Konġunti T‑339/16, T‑352/16 et T‑391/16, il-Qorti Ġenerali indirizzat il-kwistjoni tal-elementi essenzjali tal-att bażiku. Il-Qorti analizzat jekk il-limiti fuq il-valuri tal-emissjonijiet mill-karozzi kinux ikkunsidrati element essenzjali tal-att bażiku li l-Kummissjoni ma kellhiex is-setgħa li temenda, avolja dawk il-limiti ġew stabbiliti fl-anness tal-att bażiku. F’dan il-każ partikolari, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-premessi u t-termini normattivi tal-att bażiku u sabet li l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-anness tal-att bażiku kienu essenzjali, u “saħansitra l-element ċentrali tal-att”, minħabba li d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dak l-att kellhom l-għan li jiżguraw ir-rispett ta’ dawk il-limiti u ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni espliċita li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex temendahom.

2.Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet

2.1.Numru ta’ kumitati u laqgħat

Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-kumitati tal-komitoloġija, fuq naħa, u l-entitajiet l-oħra, b’mod partikolari l-“gruppi tal-esperti” maħluqa mill-Kummissjoni stess, fuq in-naħa l-oħra. Dawn tal-aħħar jipprovdu għajnuna esperta lill-Kummissjoni 12 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-politika, kif ukoll ta’ atti delegati, filwaqt li l-kumitati tal-komitoloġija jgħinu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni li ġew mogħtija lilha mill-atti ġuridiċi bażiċi. Dan ir-rapport jiffoka esklussivament fuq il-kumitati tal-komitoloġija. L-għadd ta’ kumitati tal-komitoloġija attivi fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2018 kien ikkalkulat skont is-settur tal-attività (ara t-Tabella I). Iċ-ċifri għas-sena preċedenti (fil-31 ta’ Diċembru 2017) qed jingħataw ukoll għal raġunijiet ta’ tqabbil. It-taqsimiet u l-konfigurazzjonijiet ma jingħaddux separatament minħabba li dawn jappartjenu għal kumitat prinċipali.

TABELLA I — Għadd totali ta’ kumitati

Settur ta’ politika

2017

2018

AGRI (Agrikoltura u Żvilupp Rurali

12

11

BUDG (Baġit)

2

2

CLIMA (Azzjoni Klimatika)

5

5

CNECT (Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija)

7

7

DEVCO (Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp)

5

5

DIGIT (Informatika)

1

1

EAC (Edukazzjoni u Kultura)

2

2

ECFIN (Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji)

1

1

ECHO (Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili)

2

2

EMPL (Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni)

5

5

ENER (Enerġija)

13

13

ENV (Ambjent)

30

30

ESTAT (Eurostat)

4

4

FISMA (Stabilità Finanzjarja, Servizzi Finanzjarji, u Unjoni tas-Swieq Kapitali)

8

8

FPI (Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija)

4

4

GROW (Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs)

42

44

HOME (Migrazzjoni u Affarijiet Interni)

13

13

JUST (Ġustizzja u Konsumaturi)

23

25

MARE (Affarijiet Marittimi u Sajd)

3

3

MOVE (Mobilità u Trasport)

31

31

NEAR (Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir)

3

3

OLAF (Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi)

1

1

REGIO (Politika Reġjonali u Urbana)

1

1

RTD (Riċerka u Innovazzjoni)

5

7

SANTE (Saħħa u Sikurezza Alimentari)

17

17

SG (Segretarjat Ġenerali)

3*

3*

TAXUD (Tassazzjoni u Unjoni Doganali)

11

13

TRADE (Kummerċ)

13

14

TOTAL:

267

275

* Inkluż il-kumitat ta’ appell (għall-ħtiġijiet tar-reġistru tal-komitoloġija, il-kumitat ta’ appell huwa rreġistrat bħala kumitat taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Ġenerali; fil-prattika, huwa ġestit mis-servizzi kollha kkonċernati).

Fl-2018, il-kumitati tal-komitoloġija setgħu ġeneralment jinqasmu skont it-tip ta’ proċedura li kienu jaħdmu biha (proċedura konsultattiva, proċedura ta’ eżami, proċedura regolatorja bi skrutinju — ara t-Tabella II). Ċerti kumitati li kienu japplikaw proċeduri multipli ġew separati minn kumitati li jaħdmu bi proċedura unika.

TABELLA II — L-għadd ta’ kumitati skont il-proċedura

 

Tip ta’ proċedura

Konsultattiva

Eżami

Regolatorja bi skrutinju

Li jopera skont diversi proċeduri

TOTAL:

AGRI

0

6

0

5

11

BUDG

0

1

0

1

2

CLIMA

0

1

0

4

5

CNECT

0

3

0

4

7

DEVCO

0

2

0

3

5

DIGIT

0

0

0

1

1

EAC

0

1

0

1

2

ECFIN

0

0

0

1

1

ECHO

0

1

0

1

2

EMPL

0

0

0

5

5

ENER

3

5

2

3

13

ENV

0

9

5

16

30

ESTAT

0

2

0

2

4

FISMA

0

1

2

5

8

FPI

0

3

0

1

4

GROW

3

11

4

26

44

HOME

2

7

0

3

12

JUST

7

7

4

7

25

MARE

0

1

0

2

3

MOVE

3

8

4

16

31

NEAR

1

1

0

1

3

OLAF

0

1

0

0

1

REGIO

0

0

0

1

1

RTD

0

6

0

1

7

SANTE

0

7

0

10

17

SG

0

2

0

1

3*

TAXUD

1

10

0

2

13

TRADE

3

4

0

7

14

TOTAL:

23

100

21

130

274

* Inkluż il-kumitat ta’ appell.

L-għadd ta’ kumitati mhuwiex l-uniku indikatur tal-attività fil-livell tal-komitoloġija. L-għadd ta’ laqgħat li saru, kif ukoll l-għadd ta’ proċeduri bil-miktub 13  użati fl-2018 ukoll jirriflettu l-intensità tax-xogħol b’mod ġenerali, kemm fil-livell settorjali kif ukoll fil-kumitati individwali (it-Tabella III).



TABELLA III — Għadd ta’ laqgħat u proċeduri bil-miktub

Għadd ta’ kumitati

Laqgħat

Proċeduri bil-Miktub

2017

2018

2017

2018

AGRI

90

95

17

16

BUDG

4

4

0

1

CLIMA

7

5

2

6

CNECT

17

15

11

12

DEVCO

17

18

9

16

DIGIT

1

2

0

0

EAC

6

6

1

1

ECFIN

3

2

0

0

ECHO

4

4

3

4

EMPL

6

4

1

1

ENER

6

11

5

6

ENV

29

30

13

12

ESTAT

6

5

2

3

FISMA

10

3

18

16

FPI

2

6

0

3

GROW

70

64

34

16

HOME

28

39

29

22

JUST

10

10

5

7

MARE

4

4

10

11

MOVE

54

53

35

31

NEAR

8

9

19

7

OLAF

0

0

0

0

REGIO

1

2

2

0

RTD

57

53

246

218

SANTE

108

100

494

430

SG

8*

6*

1*

0

TAXUD

33

36

29

21

TRADE

27

29

38

24

TOTAL:

616

620

1 024

880

* laqgħat / proċedura bil-miktub tal-kumitat ta’ appell

2.2.Għadd ta’ opinjonijiet u atti / miżuri ta’ implimentazzjoni

Bħal dejjem, dan ir-rapport jagħti ċ-ċifri globali tal-opinjonijiet formali mogħtija mill-kumitati u l-atti / il-miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti adottati mill-Kummissjoni 14 . Dawn iċ-ċifri jikkwantifikaw l-“output” tanġibbli tal-kumitati (ara t-Tabella IV).

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom dritt ta’ skrutinju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Komitoloġija. Fl-2018, il-Parlament Ewropew adotta disa’ riżoluzzjonijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Komitoloġija, filwaqt li l-Kunsill ma adotta l-ebda riżoluzzjoni ta’ dan it-tip.

TABELLA IV — Għadd ta’ opinjonijiet u atti / miżuri ta’ implimentazzjoni adottati

 

Opinjonijiet 15

Atti ta’ implimentazzjoni
adottati

Proċedura regolatorja bi skrutinju - miżuri
adottati

2017

2018

2017

2018

2017

2018

AGRI

142

146

137

145

0

5

BUDG

7

4

5

6

0

0

CLIMA

11

14

3

14

4

1

CNECT

19

19

18

15

0

0

DEVCO

53

67

54

66

0

0

DIGIT

1

1

1

1

0

0

EAC

5

6

4

6

0

0

ECFIN

3

2

3

2

0

0

ECHO

7

6

6

7

0

0

EMPL

7

4

5

5

1

0

ENER

8

7

7

4

0

0

ENV

31

31

16

14

18

11

ESTAT

9

9

4

8

6

3

FISMA

22

18

7

5

0

6

FPI

4

5

2

5

0

0

GROW

104

77

83

53

24

15

HOME

76

74

68

61

0

0

JUST

10

10

6

8

0

0

MARE

20

17

17

15

0

0

MOVE

59

61

50

57

4

11

NEAR

74

86

74

86

0

0

OLAF

0

0

0

0

0

0

REGIO

2

4

0

2

0

0

RTD

248

225

176

159

0

0

SANTE

803

629

753

603

56

38

SG*

16

12

17

11

0

0

TAXUD

79

56

85

57

0

0

TRADE

86

59

86

52

0

0

TOTAL:

1906

1633

1687

1456

113

90

* Inklużi l-opinjonijiet mogħtija mill-kumitat ta’ appell u l-atti adottati.    

2.3.Laqgħat tal-kumitat ta’ appell

Il-kumitat ta’ appell iltaqa’ sitt darbiet matul l-2018, u ddiskuta 12-il abbozz ta’ atti ta’ implimentazzjoni (fl-oqsma tal-politika dwar is-saħħa u l-konsumatur) li kienu riferiti mill-Kummissjoni. Fit-12-il każ, il-kumitat tal-appell ma ħareġ l-ebda opinjoni. Fl-assenza ta’ opinjonijiet fl-2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadotta 11-il att ta’ implimentazzjoni.

2.4.Użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju

Kif imsemmi fit-Taqsima 1, il-proċedura regolatorja bi skrutinju ma kinitx affettwata mir-riforma tal-komitoloġija tal-2011. Din il-proċedura ma tistax tibqa’ tintuża f’leġiżlazzjoni ġdida, imma għadha tidher f’diversi atti bażiċi eżistenti u se tibqa’ tapplika skont dawk l-atti sakemm jiġu allinjati. Fl-2018, ġew adottati 90 miżura skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (ara t-Tabella V). Id-dritt tal-oppożizzjoni ntuża darba, mill-Parlament Ewropew. Meta jitqabbel mal-2017, id-dritt li wieħed jopponi intuża darba.

TABELLA V — Għadd ta’ miżuri adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju 

 

Proċedura regolatorja bi skrutinju - miżuri
adottati

Il-Parlament Ewropew oppona l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ miżuri

Il-Kunsill oppona l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ miżuri

AGRI

5

0

0

BUDG

0

0

0

CLIMA

1

0

0

CNECT

0

0

0

DEVCO

0

0

0

DIGIT

0

0

0

EAC

0

0

0

ECFIN

0

0

0

ECHO

0

0

0

EMPL

0

0

0

ENER

0

0

0

ENV

11

0

0

ESTAT

3

0

0

FISMA

6

0

0

FPI

0

0

0

GROW

15

0

0

HOME

0

0

0

JUST

0

0

0

MARE

0

0

0

MOVE

11

0

0

NEAR

0

0

0

OLAF

0

0

0

REGIO

0

0

0

RTD

0

0

0

SANTE

38

1

0

SG

0

0

0

TAXUD

0

0

0

TRADE

0

0

0

TOTAL:

90

1

0

3.Tagħrif dettaljat dwar l-attivitajiet tal-kumitati

Id-dokument ta’ ħidma li jakkumpanja dan ir-rapport jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-ħidma tal-kumitati individwali fl-2018, imqassma fuq il-bażi tad-dipartimenti kkonċernati differenti tal-Kummissjoni.

4.Konklużjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma mistiedna jieħdu nota ta’ dan ir-Rapport.

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(2)    Rapport mill-Kummissjoni dwar il-ħidma tal-kumitati matul l-2013, COM(2014)572 final.
(3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23), kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/EC (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11) (Verżjoni kkonsolidata fil-ĠU C 255, 21.10.2006, p. 4).
(4)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(5)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)799).
(6)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti ġuridiċi fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)798).
(7)    Ir-Regolament (UE) 2019/1243 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 241).
(8)      Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 182/2011, (COM(2016) 92).
(9)      Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (COM(2017) 085 final).
(10)      Ftehim Interistituzzjonali dwar Kriterji Mhux Vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 223, 3.7.2019, p. 1).
(11)       https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say_mt  
(12)    Għal aktar dettalji ara: http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm .
(13)    Il-votazzjoni tal-kumitati tista’ sseħħ f’laqgħa regolari tal-kumitat jew, f’każijiet debitament ġustifikati, permezz ta’ proċedura bil-miktub, skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament tal-Komitoloġija.
(14)    Għandu jiġi nnutat li jista’ jkun hemm diskrepanzi bejn l-għadd ta’ opinjonijiet u l-għadd ta’ atti / miżuri ta’ implimentazzjoni fi kwalunkwe sena partikolari. Ir-raġunijiet għal dawn huma spjegati fl-introduzzjoni tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport.
(15)      Vot li jirriżulta f’“ebda opinjoni” jingħadd mal-għadd totali tal-opinjonijiet.
Top