IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.10.2019
COM(2019) 549 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni IFRS, l-EFRAG u l-PIOB fl-2018 u l-kisbiet tal-programm tal-Unjoni.
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019DC0549
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the activities of the IFRS Foundation, EFRAG and PIOB in 2018 and the achievements of the Union programme.
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni IFRS, l-EFRAG u l-PIOB fl-2018 u l-kisbiet tal-programm tal-Unjoni.
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni IFRS, l-EFRAG u l-PIOB fl-2018 u l-kisbiet tal-programm tal-Unjoni.
COM/2019/549 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.10.2019
COM(2019) 549 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni IFRS, l-EFRAG u l-PIOB fl-2018 u l-kisbiet tal-programm tal-Unjoni.
1.L-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport
Skont ir-Regolament Nru 258/2014 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar kif emendat bir-Regolament 2017/827 2 , il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-benefiċjarji tal-programm.
L-objettiv ta’ dan il-programm tal-Unjoni huwa li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jappoġġja l-iżvilupp trasparenti u indipendenti ta’ standards internazzjonali ta’ kwalità għolja tar-rapportar finanzjarju u tal-awditjar.
Dan ir-rapport ikopri l-attivitajiet tal-Fondazzjoni għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSF), tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju (EFRAG) u tal-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) fl-2018. Ċerti avvenimenti li seħħew fl-2019 issemmew ukoll meta tqis li kien utli għall-finijiet ta’ dan ir-rapport.
Bħala segwitu tar-rapport Stolojan 3 u kif meħtieġ fil-Premessa (9) tar-Regolament li jemenda r-Regolament Nru 258/2014, dan jipprovdi wkoll valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-governanza ta’ dawn it-tliet korpi, b’mod partikolari f’termini ta’ prevenzjoni tal-kunflitt ta’ interess, trasparenza, diversità ta’ esperti, diversità ta’ finanzjament, akkontabbiltà pubblika u aċċess pubbliku għad-dokumenti.
Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 9(8) tar-Regolament Nru 258/2014, valutazzjoni tal-kisbiet tal-programm ta’ finanzjament li tkopri l-perjodu 2014-2019 hija ppreżentata fl-anness ta’ dan ir-rapport.
1.1.Struttura tar-Rapport
Ir-Rapport huwa strutturat kif ġej:
·Taqsima 2: Fondazzjoni għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju - tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-fondazzjoni u valutazzjoni tal-governanza tagħha fl-2018;
·Taqsima 3: Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju - tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-EFRAG u valutazzjoni tal-governanza tiegħu fl-2018;
·Taqsima 4: Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku - tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-PIOB u valutazzjoni tal-governanza tiegħu fl-2018;
·Taqsima 5: Konklużjonijiet - tippreżenta sommarju tal-konklużjonijiet fir-rigward tar-rilevanza tal-programm ta’ finanzjament;
·Anness: Valutazzjoni interim tal-programm – fiha valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-progress tal-programm ta’ finanzjament biex jilħaq l-objettivi tiegħu matul il-perjodu 2014-2019.
2.Fondazzjoni għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju
2.1.Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-IFRS
2.1.1.L-istipular tal-istandards
Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-istipular tal-istandards li wettaq il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB), inkluża l-ħidma tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS (IFRIC), u proċeduri ta’ approvazzjoni li għaddejjin hija ppreżentata fl-Appendiċi 1 ta’ dan ir-rapport.
Fl-2018, il-Fondazzjoni tal-IFRS wettqet attivitajiet sinifikanti ta’ sensibilizzazzjoni sabiex tappoġġja u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni. F’Novembru 2018, l-IASB qies lista komprensiva ta’ sfidi operattivi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-istandard u ddeċieda li jqis emendi potenzjali biex jiffaċilita l-applikazzjoni. Il-Bord iddeċieda b’mod tentattiv li jipposponi d-data tal-applikazzjoni tal-IFRS 17 mill-1 ta’ Jannar 2021 għall-1 ta’ Jannar 2022 u li jestendi d-differiment fakultattiv tal-IFRS 9 mogħti lill-industrija tal-assigurazzjoni. F’Ġunju 2019 inħareġ għall-pubbliku abbozz ta’ espożizzjoni bil-għan li jiġi ffinalizzat standard rivedut sa nofs l-2020. Sadanittant, il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-UE tal-IFRS 17 ġiet sospiża.
2.1.2.Proġetti ta’ riċerka
Wara konsultazzjoni mwettqa fl-2015, il-pjan ta’ ħidma tal-2017-2021 tal-IASB jimmira li jtejjeb u jappoġġja l-istandards eżistenti, jippromwovi komunikazzjoni aħjar u jappoġġja l-implimentazzjoni. Fl-2018, fir-rigward tal-proġett tiegħu “Komunikazzjoni Aħjar”, l-IASB kompla d-deliberazzjonijiet tiegħu dwar it-titjib potenzjali fl-istruttura u fil-kontenut tar-rapporti finanzjarji primarji b’enfasi fuq ir-rapport tal-introjtu. Bħala parti mir-rieżami tiegħu tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IFRS, huwa ħareġ emenda biex itejjeb ir-rilevanza billi applika l-prinċipju tal-materjalità u wettaq żewġ inizjattivi ġodda inkluż rieżami fil-livell ta' standard tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni ta’ żewġ standards eżistenti.
L-IASB temm ir-rieżami ta’ wara l-implimentazzjoni tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust bil-konklużjoni li l-istandard kien tejjeb ir-rapportar finanzjarju mingħajr ma qajjem inkonsistenzi kbar fl-implimentazzjoni jew kostijiet mhux mistennija. Madankollu, b’konsistenza mal-ittra ta’ kummenti mill-EFRAG, l-IASB iddeċieda li jinkludi l-IFRS 13 fl-ambitu tar-rieżami tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni fil-livell ta' standard msemmi hawn fuq.
Fl-2018, il-Bord nieda proġett ġdid sabiex iqis l-implikazzjonijiet tar-riforma tal-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax fuq il-kontabbiltà għall-iħħeġġjar. F’Mejju 2019, l-IASB ippubblika abbozz ta’ espożizzjoni sabiex jindirizza l-konsegwenzi tar-relazzjonijiet ta’ ħħeġġjar eżistenti fuq it-trattament kontabilistiku. Bħala t-tieni pass il-proġett se jqis l-implikazzjonijiet tas-sostituzzjoni tal-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax. L-IASB wettaq ukoll proġett ta’ riċerka ġdid dwar l-attivitajiet estrattivi sabiex iqis il-possibbiltà li jtejjeb l-istandard eżistenti l-IFRS 6.
Barra minn hekk, l-IASB wettaq konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta tiegħu li jtejjeb l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji sabiex tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn l-obbligazzjonijiet finanzjarji u l-ekwitajiet (Strumenti Finanzjarji b’karatteristiċi ta’ ekwità). Fl-aħħar nett, bħala parti mis-segwitu tiegħu tar-rieżami ta’ wara l-implimentazzjoni tal-IFRS 3 Kombinament ta’ Negozji, il-Bord iddeċieda li jesplora simplifikazzjonijiet possibbli għall-kontabbiltà tal-avvjament u esplora wkoll t-titjib immirat għat-test tal-indeboliment.
Fl-aħħar nett, il-Fondazzjoni tal-IFRS wettqet aġġornament tat-tassonomija tal-IFRS sabiex tirrifletti l-implikazzjonijiet tal-istandards u l-emendi l-ġodda 4 .
2.1.3.Il-Qafas Kunċettwali rivedut
L-IASB ħareġ il-Qafas Kunċettwali għar-Rapportar Finanzjarju rivedut f’Marzu 2018. Il-bidliet ewlenin ġew deskritti fir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2017 dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-IFRS. Il-Qafas Kunċettwali jipprovdi gwida mhux vinkolanti lill-Bord tal-IAS fl-iżvilupp tal-Istandards tal-IFRS u jgħin lil dawk li jippreparaw u lill-awdituri fl-interpretazzjoni tal-istandards eżistenti. Dan ma ġiex adottat mill-Unjoni Ewropea minħabba li l-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji diġà jgħid li l-applikazzjoni ta’ Standards u Interpretazzjonijiet Internazzjonali tal-Kontabbiltà […], b’divulgazzjoni addizzjonali meta meħtieġ, huwa preżunt li jirriżulta f’rapporti finanzjarji li jilħqu preżentazzjoni ġusta. Għalhekk, fl-2003 il-Kummissjoni Ewropea vvalutat li l-approvazzjoni tal-Qafas Kunċettwali ma kinitx meħtieġa.
2.2.Il-prinċipji ġenerali li abbażi tagħhom ġew żviluppati Standards ġodda
2.2.1.Prinċipji ġenerali
Ir-rekwiżiti tal-proċess dovut tal-IASB huma deskritti fil-Manwal ta’ Proċess Dovut. L-applikazzjoni tiegħu fil-prattika hija sorveljata minn kumitat apposta tal-Fiduċjarji magħrufa bħala l-Kumitat tas-Sorveljanza tal-Proċess Dovut (DPOC). Fl-2018, ir-rekwiżiti ta’ Proċess dovut baqgħu l-istess. Madankollu, f’Novembru 2017, il-Kumitat tas-Sorveljanza tal-Proċess Dovut beda rieżami tal-Manwal ta’ Proċess Dovut li mistenni jitlesta sal-2020. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rieżami jinkludi r-riflessjoni tal-iżviluppi tal-proċess tal-Analiżi tal-Effetti. Abbozz ta’ Espożizzjoni (AE) ġie ppubblikat f’April 2019 biex issir konsultazzjoni dwar il-bidliet proposti. Emenda waħda inkluża fl-Abbozz ta’ Espożizzjoni tissuġġerixxi li l-IASB ikun jista’ jippubblika materjali ta’ spjegazzjoni sabiex jindirizza l-mistoqsijiet ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minn standard maħruġ iżda qabel id-data ta’ applikazzjoni. L-objettiv huwa li tiġi appoġġjata implimentazzjoni konsistenti qabel id-data effettiva tal-applikazzjoni.
2.2.2.Proċess dovut, analiżi tal-effetti u kunsiderazzjonijiet speċifiċi tal-mudelli ta’ negozju, il-konsegwenzi fuq it-tranżazzjonijiet ekonomiċi, il-kumplessità, il-perspettiva għal terminu qasir u l-volatilità
Ma kien hemm l-ebda standard ewlieni maħruġ fl-2018 li jirrikjedi l-pubblikazzjoni ta’ rapport separat dwar l-analiżi tal-effetti. Madankollu, l-Abbozz ta’ Espożizzjoni (AE) ta’ Manwal ta’ Proċess Dovut tal-2019 imsemmi hawn fuq jissuġġerixxi li jiġi emendat il-Manwal ta’ Proċess Dovut tal-Fondazzjoni biex jiġi enfasizzat li l-analiżijiet tal-effetti tal-IASB għandhom jiffokaw fuq it-titjib għar-rapportar finanzjarju filwaqt li jitqiesu l-kostijiet ta’ implimentazzjoni filwaqt li jitqiesu wkoll kif żieda fit-trasparenza tista’ taffettwa l-istabbiltà finanzjarja. L-Abbozz ta’ Espożizzjoni jipproponi wkoll li l-analiżi tal-effetti tkun integrata fil-proċess kollu tal-istipular tal-istandards. Fir-rigward tal-impatti ekonomiċi usa’ tar-rekwiżiti ġodda ta’ rapportar finanzjarju, l-emendi proposti jenfasizzaw li l-valutazzjonijiet kwantitattivi ġeneralment ma jkunux prattiċi iżda li l-Bord jista’ jivvaluta l-effetti ekonomiċi speċifiċi fejn rilevanti. Dan l-abbozz ta’ emenda ma jissodisfax bis-sħiħ l-aspettattiva espressa mill-Kummissjoni Ewropea bħala membru tal-Bord ta’ Monitoraġġ peress li jista’ ma jnaqqasx b’mod suffiċjenti d-distakk bejn il-kamp limitat ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt tal-IASB u l-kriterji tal-approvazzjoni tal-Ġid Pubbliku Ewropew stabbiliti fir-Regolament dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS).
2.3.Il-governanza, l-integrità u l-akkontabbiltà
2.3.1.Ħarsa Ġenerali
Il-Fondazzjoni tal-IFRS hija korporazzjoni mhux għall-profitti skont il-Liġi Korporattiva Ġenerali tal-Istat ta’ Delaware (l-Istati Uniti) u topera fir-Renju Unit bħala kumpanija barranija. L-għażla ta’ entità legali tal-Istati Uniti saret minħabba kunsiderazzjonijiet tat-taxxa fi żmien meta parti sostanzjali mill-finanzjament u l-appoġġ kienu jiġu mill-partijiet ikkonċernati tal-Istati Uniti. Skont dan l-istatus legali, il-Fondazzjoni għandha l-kapaċità li tillokalizza fi kwalunkwe ġurisdizzjoni fid-dinja, filwaqt li xorta tgawdi mill-benefiċċji ta’ status ta’ mhux għall-profitti fl-Istati Uniti, u mit-trattati dwar it-taxxa tal-Istati Uniti ma’ bosta ġurisdizzjonijiet.
Il-Fondazzjoni tal-IFRS hija regolata minn Bord ta’ 22 Fiduċjarju kollettivament responsabbli għal sorveljanza ġenerali u għall-ħatriet tal-IASB. Il-Fiduċjarji ltaqgħu tliet darbiet fl-2018. Il-ħatra tal-Fiduċjarji hija soġġetta għat-tqassim skont l-oriġini ġeografika u għall-approvazzjoni minn qabel mill-Bord ta’ Monitoraġġ, li huwa magħmul b’mod li jipprovdi rabta mal-Awtoritajiet Pubbliċi. Il-Kummissjoni Ewropea hija membru tal-Bord ta’ Monitoraġġ. Il-Bord ta’ Monitoraġġ iltaqa’ darbtejn fl-2018. L-IASB għandu 14-il membru maħtura mill-fiduċjarji soġġetti għar-rekwiżiti tal-bilanċ ġeografiku. Il-membri tal-IASB huma maħtura għal mandat ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded darba. L-IASB huwa responsabbli biex jistipula l-istandards. Matul l-2018 huwa kellu 11-il laqgħa tal-bord. Il-Fiduċjarji jaħtru wkoll l-14-il membru tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-IFRS (IFRIC) iddedikati għall-interpretazzjoni tal-applikazzjoni tal-Istandards IFRS u li jipprovdu gwida dwar kwistjonijiet ta’ rapportar finanzjarju. Barra minn hekk, il-Kunsill Konsultattiv tal-IFRS jipprovdi forum għal parteċipazzjoni minn organizzazzjonijiet u individwi. Il-membri tiegħu jinħatru minn fiduċjarji u għandhom jiġu kkonsultati mill-Bord dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw proġetti maġġuri.
2.3.2.Regoli dwar it-trasparenza
Il-laqgħat tal-Bord u l-Kumitat tal-Interpretazzjoni huma miftuħa għall-pubbliku, l-aġendi jiġu ppubblikati u l-laqgħat jiġu trażmessi permezz ta’ webcast.
Fir-rigward tar-reġistri ta’ trasparenza, minn Diċembru 2019 il-Fondazzjoni tal-IFRS se tippubblika, kull tliet xhur, reġistru ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati. Ir-reġistru se jkopri l-involvimenti kollha tal-Membri tal-Bord tal-IASB ma’ partijiet esterni ta’ aktar minn 30 minuta, inklużi laqgħat fiżiċi, ibbażati fuq l-internet u bit-telefon.
2.3.3.Rappreżentazzjoni tal-partijiet ikkonċernati
Wara r-“Rieżami mill-Fiduċjarji tal-Istruttura u tal-Effettività” li sar fl-2015, id-distribuzzjoni ġeografika tal-Fiduċjarji għandha tkun rappreżentattiva tas-swieq kapitali dinjija u soġġetta għal rekwiżit tal-bilanċ ġeografiku biex tinżamm rappreżentazzjoni ugwali bejn l-Asja u l-Oċeanja, l-Ewropa u l-Amerika.
Il-kostituzzjoni tal-Fondazzjoni tal-IFRS tirrikjedi l-ħatra ta’ 6 fiduċjarji minn kull wieħed mit-tliet reġjuni flimkien ma’ Fiduċjarju wieħed mill-Afrika u tliet fiduċjarji minn kwalunkwe żona basta jinżamm il-bilanċ ġeografiku ġenerali. Bl-istess mod, il-kriterji għall-ħatra bħala membru tal-Bord tal-IASB jirrikjedu erba’ membri minn kull reġjun, membru mill-Afrika u membru minn kwalunkwe żona.
Fil-31 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill Konsultattiv tal-IFRS kien magħmul minn 46 organizzazzjoni bi 48 membru individwali. Il-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa bħala osservatur.
F’Ottubru 2018, is-Sur Erkki Liikanen inħatar bħala President tal-Fondazzjoni tal-IFRS.
2.3.4.Responsabbiltà quddiem il-Parlament Ewropew
Bħala parti mir-Regolament 2017/827 5 għandu jiġi pprovdut rendikont sħiħ tal-iżvilupp tal-IFRS lill-Parlament Ewropew. L-iskambju annwali ta’ fehmiet bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew u s-Sur Hoogervorst, il-President tal-IASB u s-Sur Prada, il-President tal-fiduċjarji tal-Fondazzjoni tal-IFRS, sar fid-19-20 ta’ Marzu 2018. Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) kellu wkoll skambju annwali ta’ fehmiet fis-26 ta’ Frar 2019, fejn is-Sur Hoogervorst u s-Sur Liikanen irrapportaw dwar l-emendi li għadhom għaddejjin għall-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni u l-involviment tal-Fondazzjoni tal-IFRS fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u t-trasparenza tat-taxxa.
Il-Fondazzjoni tal-IFRS ikkonsultat lill-Bord ta’ Monitoraġġ dwar ir-Rapportar Pajjiż b’Pajjiż (CBCR) dwar it-taxxi u kkonkludiet li ma kienx hemm appoġġ politiku dinji wiesa’ biżżejjed għall-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni obbligatorji addizzjonali dwar it-trasparenza tat-taxxa. Madankollu, l-IASB huwa lest li jqis id-divulgazzjonijiet dwar l-istrateġiji tat-taxxa bħala parti mill-proġett li għaddej bħalissa biex jirrevedi u jaġġorna d-dikjarazzjoni ta’ prattika mhux vinkolanti dwar il-Kummentarju tal-Maniġment, li jipprovdi l-kuntest li fih għandhom jiġu interpretati r-rapporti finanzjarji.
F’dak ir-rigward, f’April 2016 il-Kummissjoni adottat proposta leġiżlattiva aktar ambizzjuża 6 dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn kumpaniji multinazzjonali kbar, imsejħa wkoll ir-Rapportar Pajjiż b’Pajjiż (CBCR) tal-informazzjoni dwar it-taxxa. Il-proposta kellha l-għan li tiżgura li kumpaniji multinazzjonali kbar bi dħul ta’ aktar minn EUR 750 miljun) jippubblikaw il-ħlasijiet tat-taxxa korporattiva tagħhom b’diżaggregazzjoni għal kull pajjiż. Il-Parlament Ewropew approva l-ewwel pożizzjoni tiegħu fis-27 ta’ Marzu 2019. Madankollu, il-Kunsill Ewropew għadu ma adottax pożizzjoni.
Bl-istess mod, bħala parti mill-iskambji ta’ fehmiet, is-Sur Hoogervorst irrapporta li l-objettivi politiċi ta’ sostenibbiltà kellhom enfasi usa’ mir-rapportar finanzjarju u jistgħu jiġu indirizzati aħjar permezz ta’ inċentivi finanzjarji jew tassazzjoni aktar milli permezz ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi. Madankollu, huwa enfasizza li l-impatt ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà fuq ir-redditi futuri ta’ kumpaniji se jitqies ukoll bħala parti mid-Dikjarazzjoni mhux vinkolanti dwar il-Prattika tal-Kummentarju tal-Maniġment.
Il-Kummissjoni se tesplora jekk għandhiex titqies azzjoni alternattiva biex jiġu stipulati l-istandards. B’mod speċjali, bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tivvaluta kemm huma b’saħħithom ir-rekwiżiti ta’ rapportar tas-sostenibbiltà inkorporati fid-Direttiva dwar l-Informazzjoni Mhux Finanzjarja 7 fil-kuntest tal-Kontroll tal-Idoneità tagħha tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-rapportar korporattiv pubbliku. Skont is-sejbiet, jistgħu jitqiesu inizjattivi ġodda mill-Kummissjoni biex tiżdied it-trasparenza korporattiva dwar kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà u l-ħolqien ta’ valur fit-tul. Barra minn hekk, fl-2019 il-Kummissjoni ssupplimentat il-linji gwida mhux vinkolanti dwar ir-rapportar mhux finanzjarju 8 bil-linji gwida dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni relatata mal-klima 9 sabiex tintegra r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima.
2.3.5.Prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess
Il-Fiduċjarji tal-Fondazzjoni tal-IFRS jinħatru għal mandat ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded darba u jridu jimpenjaw ruħhom li jaġixxu fl-interess pubbliku. Wara talba mill-Bord ta’ Monitoraġġ, fl-2018 ġiet adottata politika riveduta dwar il-kunflitt ta’ interess. Din tintroduċi l-prinċipju li Fiduċjarju u Membru tal-Bord ta’ Monitoraġġ ma jistgħux jiġu impjegati mill-istess organizzazzjoni. Madankollu, din tagħti s-setgħa wkoll lill-President tal-Fiduċjarji biex jidderoga minn dan il-prinċipju f’ċirkostanzi eċċezzjonali.
Tliet membri tal-IASB biss jistgħu jkunu membri part-time. Il-membri full-time tal-Bord huma meħtieġa mill-kostituzzjoni tal-Fondazzjoni tal-IFRS li jaqtgħu r-relazzjonijiet u r-rabtiet kollha ta’ impjieg li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza tagħhom. La huwa permess is-sekondar minn min iħaddem u lanqas id-drittijiet ta’ integrazzjoni mill-ġdid mal-impjegatur preċedenti.
2.3.6.Diżaggregazzjoni tal-finanzjament
Fl-2018, il-Fondazzjoni tal-IFRS rċeviet għotja ta’ EUR 4,7 miljun mill-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta 18,5 % tal-finanzjament totali rċevut.
Il-kontribuzzjonijiet irrapportati naqsu b’10,6 % fl-2018 (9,7 % wara li tqies l-impatt tal-flutwazzjonijiet fir-rati tal-kambju). L-iżviluppi l-aktar sinifikanti kienu xprunati min-netwerks internazzjonali tal-awditjar (-32 %), iċ-Ċina (+25 %) u l-Istati Uniti 10 (-13%). Diżaggregazzjoni tal-finanzjament skont iż-żoni ġeografiċi ewlenin hija deskritta fl-Appendiċi 2. Din tenfasizza b’mod speċjali li minkejja rappreżentazzjoni ugwali tal-UE u tal-Istati Uniti fil-Bord tal-Fiduċjarji (6 Fiduċjarji kull wieħed) u fl-IASB (4 membri tal-bord kull wieħed), iż-żona tal-“Kontinent Amerikan” tikkontribwixxi biss sa 6 % tal-finanzjament tal-Fondazzjoni filwaqt li l-Ewropa u l-Asja u l-Oċeanja għamlu rispettivament 35,7 % u 32,7 % tal-kontribuzzjonijiet totali. Is-sehem relattiv tal-baġit tal-UE u tal-Istati Membri żdied meta mqabbel mal-2017 (minn 32,4 % għal 35,7 %). It-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet irrapportati min-netwerks internazzjonali tal-awditjar kien paċut parzjalment minn arranġament kummerċjali li wassal għal żieda fid-dħul mil-liċenzji
Il-Fondazzjoni tal-IFRS irrapportat surplus nett ta’ GBP 2,9 Miljun. Is-surplus totali miżmum fil-31 ta’ Diċembru 2018 kien jammonta għal GBP 34,4 Miljun.
3.Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju
3.1.Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-EFRAG
3.1.1.Attivitajiet ta’ approvazzjoni
Ir-rwol primarju tal-EFRAG huwa li jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar jekk standards IFRS ġodda jew riveduti jissodisfawx il-kriterji ta’ approvazzjoni stabbiliti mir-Regolament tal-IAS dwar l-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu ż-żamma tar-rekwiżit ta’ “stampa vera u ġusta”, u tal-ġid pubbliku Ewropew. It-testijiet fuq il-post, il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-attitivtajiet ta’ sensibilizzazzjoni jifformaw parti sinifikanti mix-xogħol dwar l-approvazzjoni tal-EFRAG biex jiġġudika jekk standard huwiex favorevoli għall-ġid pubbliku Ewropew.
Fl-2018, l-EFRAG kien involut fil-parir ta’ approvazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni. Huwa wettaq analiżi tal-impatt kbira fuq l-impatt antiċipat tal-IFRS 17 li tikkonsisti minn studju ta’ każ estensiv bi 11-il assiguratur, studju ta’ każ simplifikat b’49 assiguratur; u sensibbilizzazzjoni dettaljata tal-utent.
Barra minn hekk, l-EFRAG ikkummissjona studju ekonomiku biex tinkiseb analiżi ekonomika f’oqsma bħax-xejriet tal-industrija, kwalunkwe impatt potenzjali fuq il-kompetizzjoni għall-kapital u l-konsumaturi, u kwalunkwe impatt potenzjali fuq l-offerti ta’ prodotti u servizzi minn assiguraturi. Dan l-istudju jikkontribwixxi għall-analiżi tal-impatt tal-EFRAG. F’Ottubru 2018, il-Parlament Ewropew adotta Mozzjoni għal Riżoluzzjoni dwar l-IFRS 17 li qajmet xi tħassib dwar l-impatti usa’ tal-IFRS 17 fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-investiment ta’ terminu twil u s-suq Ewropew tal-assigurazzjoni u enfasizza kwistjonijiet tekniċi speċifiċi biex jitqiesu fil-parir ta’ approvazzjoni. L-EFRAG inkorpora l-kwistjonijiet identifikati mill-Parlament fil-pjan ta’ ħidma tiegħu sabiex iqishom bħala parti mill-abbozz ta’ parir dwar l-approvazzjoni.
L-iskeda oriġinali tal-EFRAG talbet għal għoti ta’ pariri lill-Kummissjoni sal-aħħar tal-2018 iżda minn dak iż-żmien ’l hawn il-proġett ħa rotta differenti. L-attivitajiet ta’ studju ta’ każ u ta’ sensibilizzazzjoni tal-EFRAG identifikaw diversi tħassib u l-Bord tal-EFRAG iddeċieda li jikteb lill-IASB biex jenfasizza xi aspetti tal-IFRS 17 li, fil-fehma tal-EFRAG, kien jistħoqqilhom aktar kunsiderazzjoni. Minn dak iż-żmien l-IASB b’mod tentattiv iddeċieda li jemenda l-Istandard u ħareġ Abbozz ta’ Espożizzjoni f’Ġunju 2019 sabiex jindirizza xi tħassib identifikat mill-EFRAG. L-EFRAG adotta l-abbozz ta’ ittra ta’ kummenti tiegħu f’Lulju 2019 u nieda konsultazzjoni pubblika sabiex jinġabru l-fehmiet tal-kostitwenti Ewropej. L-abbozz ta’ ittra ta’ kummenti jenfasizza b’mod speċjali li r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni tal-IFRS 17 u l-livell ta’ aggregazzjoni applikati għall-kejl tal-kuntratti tal-assigurazzjoni xorta waħda joħolqu sfidi operattivi sinifikanti. Iż-żewġ punti ta’ tħassib ġew identifikati fil-Mozzjoni għal Riżoluzzjoni tal-2018 mill-Parlament Ewropew dwar l-IFRS 17.
Matul l-2018, l-EFRAG ħa sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni tal-IASB, u ħareġ ittri ta’ kummenti wara konsultazzjoni pubblika, dwar il-proposti kollha tal-IASB (abbozzi ta’ espożizzjoni u dokumenti ta’ diskussjoni). F’Ġunju 2019, l-EFRAG ħareġ l-ittra ta’ kummenti finali tiegħu dwar ir-Riforma tal-Parametri Referenzjarji tar-Rati tal-Imgħax li enfasizzat l-urġenza li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tagħha fuq ir-relazzjonijiet tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar sabiex tkun tista’ tiġi approvata mill-Unjoni Ewropea fil-ħin. Oqsma oħra ta’ fokus kienu jinkludu l-proġetti tal-IASB dwar l-Attivitajiet irregolati mir-Rata, u Rapporti Finanzjarji Primarji.
3.1.2.Talbiet oħra għal parir tekniku
B’segwitu għal riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew dwar l-IFRS 9, u bi tweġiba għat-talbiet tal-Kummissjoni biex tqis l-effetti potenzjali tal-IFRS 9 fuq investiment ta’ terminu twil fi strumenti ta’ ekwità (li kienu enfasizzati wkoll fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli), l-EFRAG ippubblika Dokument ta’ Diskussjoni dwar Strumenti Azzjonarji - Indeboliment u Riċiklaġġ għal konsultazzjoni pubblika. L-EFRAG wettaq ukoll analiżi ta’ letteratura akkademika dwar l-IFRS 9 u l-investiment ta’ terminu twil. F’Novembru 2018, l-EFRAG ta l-parir tiegħu dwar it-trattament kontabilistiku tal-istrumenti ta’ ekwità skont l-IFRS 9 bil-konklużjoni li ma kienx ġabar biżżejjed evidenza li hemm xi effett detrimentali fuq deċiżjonijiet ta’ investiment ta’ ekwità (fuq terminu twil) biex jirrakkomanda emenda għall-istandard fuq terminu qasir. Madankollu, l-EFRAG beda jaħdem ukoll fuq it-tieni talba tal-Kummissjoni biex jesplora trattamenti kontabilistiċi alternattivi potenzjali għall-kejl tal-valur ġust għal portafolli ta’ investiment ta’ terminu twil ta’ strumenti ta’ ekwità u tat-tip ekwità.
Ukoll fuq talba tal-Kummissjoni u b’konformità mal-iskeda prevista fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Marzu 2018 dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli, l-EFRAG stabbilixxa l-Laboratorju@EFRAG ta’ Rapportar Korporattiv Ewropew (Laboratorju Ewropew). Il-Laboratorju Ewropew huwa mfassal biex jistimola l-innovazzjoni fir-rapportar korporattiv permezz tal-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba. Il-Grupp ta’ Tmexxija tal-Laboratorju Ewropew kellu l-ewwel laqgħa tiegħu f’Novembru 2018 u kkonferma l-ewwel proġett dwar ir-rapportar relatat mal-klima. Wara sejħa għall-kandidati f’Diċembru, ġie stabbilit l-ewwel task force tal-proġett dwar ir-rapportar relatat mal-klima u beda ħidmietu fi Frar 2019. Id-deċiżjoni biex jiżdied proġett mal-aġenda tal-Laboratorju Ewropew issir mill-Grupp ta’ Tmexxija tal-Laboratorju Ewropew, filwaqt li jitqies il-kontribut mill-partijiet ikkonċernati f’konsultazzjoni pubblika ppubblikata f’Lulju bi skadenza fit-30 ta’ Settembru 2019.
3.1.3.L-attivitajiet ta’ riċerka
Fl-2018, l-EFRAG wettaq konsultazzjoni pubblika dwar l-aġenda ta’ riċerka tiegħu sabiex jiżgura li l-EFRAG iwettaq proġetti ta’ riċerka li huma l-aktar rilevanti għall-Ewropa. Il-konsultazzjoni pubblika pprovdiet għarfien dwar il-prijoritajiet fost il-kostitwenti Ewropej għal din il-parti essenzjali tal-attivitajiet tal-EFRAG. Minn din il-konsultazzjoni l-EFRAG beda tliet proġetti ta’ riċerka ġodda fl-aħħar tal-2018 dwar Informazzjoni Aħjar dwar Assi Intanġibbli; Assi Kripto; u Pagamenti Varjabbli u Kontinġenti. Bħala parti mix-xogħol ta’ riċerka tiegħu l-EFRAG ippubblika wkoll Dokument ta’ Diskussjoni bl-isem ta’ Trasferimenti mhux ta’ Skambju: Rwol għall-Benefiċċju tas-Soċjetà? u avvanza l-ħidma tiegħu fuq il-pjanijiet ta’ pensjoni bl-appoġġ tal-Grupp Konsultattiv tal-Pjan tal-Pensjonijiet tiegħu. Permezz tal-Bord Akkademiku u n-Netwerk Akkademiku tiegħu l-EFRAG saħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-akkademiċi.
Fir-rigward tal-influwenza tal-EFRAG fid-dibattitu dwar l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju, ta’ min isemmi li qabel id-Dokument ta’ Diskussjoni tal-IASB Strumenti Finanzjarji b’Karatteristiċi ta’ Ekwità (FICE), is-Segretarjat tal-EFRAG wettaq bħala proġett pilota analiżi fi stadju bikri b’segwitu għas-sejħa tiegħu li l-analiżijiet tal-impatt għandhom jitwettqu matul il-proċess kollu tal-istipular tal-istandards minflok fl-aħħar biss. L-EFRAG wettaq sensibilizzazzjoni estensiva ma’ Korpi Nazzjonali ta’ Standardizzazzjoni u sensibilizzazzjoni orjentata lejn l-utent bħala parti mill-konsultazzjoni dwar l-Abbozz ta’ Ittra ta’ Kummenti biex jiġu vvalutati l-effetti usa’ u l-konsegwenzi mhux intenzjonati potenzjali tal-bidliet fir-regoli dwar ir-rapportar dwar l-FICE, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ problemi li jinħolqu fil-fażi ta’ approvazzjoni jekk l-IASB ikollu jipproċedi għal standard. Is-Segretarjat tal-EFRAG ippubblika dokument ta’ ħidma dwar l-analiżi fi stadju bikri fl-aħħar ta’ Frar 2019.
3.2.Il-governanza, it-trasparenza u l-akkontabbiltà pubblika
3.2.1.Governanza tal-EFRAG wara rakkomandazzjoni tar-rapport Maystadt
Ir-riforma tal-governanza tal-EFRAG, li ġiet implimentata fil-31 ta’ Ottubru 2014, żiedet il-leġittimità u r-rappreżentattività tal-organizzazzjoni u wasslet għal proċess aktar koeżiv rigward il-parteċipazzjoni tal-UE fil-proċess għall-istipular tal-istandards tal-IASB.
Ir-riforma tal-governanza tlestiet f’Lulju 2016 bil-ħatra uffiċjali mill-Assemblea Ġenerali tal-EFRAG ta’ Jean-Paul Gauzès, eks Membru tal-Parlament Ewropew, bħala President tal-Bord tal-EFRAG wara li ġie nnominat mill-Kummissjoni u kif approvat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-mandat tas-Sur Gauzès ġie mġedded għal perjodu ieħor ta’ tliet snin, li jibda mill-1 ta’ Lulju 2019.
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Bank Ċentrali Ewropew għażlu li jkunu osservaturi uffiċjali bid-dritt li jitkellmu fil-Bord tal-EFRAG. Il-kontribut tagħhom tqies bir-reqqa meta ttieħdu l-pożizzjonijiet tal-EFRAG u taw kontribut importanti għall-analiżi tal-impatt tal-EFRAG b’mod partikolari fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja.
Ta’ min jenfasizza li l-Bord tal-EFRAG wasal għall-konklużjonijiet kollha tiegħu fl-2018 abbażi ta’ kunsens, mingħajr ma kien hemm bżonn li jirrikorri għall-votazzjoni. Fl-2017 saret l-ewwel rotazzjoni tal-Bord tal-EFRAG u nħatar Bord ġdid. Fl-ispirtu tar-rapport Maystadt 11 inħoloq sit ta’ osservatur għall-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw l-investituri privati (“utenti finali”).
Il-Bord tal-EFRAG iwettaq rieżami tal-prestazzjoni u l-effettività tal-membri tiegħu stess taħt is-sorveljanza tal-Assemblea Ġenerali tal-EFRAG fuq bażi annwali. Ir-rieżami tal-2018, li kopra taħlita ta’ kwistjonijiet strateġiċi, operattivi u ta’ governanza, wriet li kollox ma’ kollox, l-istruttura ta’ governanza ħadmet sew, u dan irriżulta f’aktar kredibbiltà għall-organizzazzjoni. Xi rakkomandazzjonijiet ġew adottati biex fil-ġejjieni l-effettività tal-attivitajiet tal-EFRAG tkompli titjieb.
Fl-2017, l-EFRAG ikkummissjona awditu tal-perċezzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati esterni tal-viżibbiltà u tal-effettività tal-EFRAG li twettqet mill-aġenzija indipendenti FleishmanHillard. Ir-rapport finali tagħhom ippubblikat f’Marzu 2018 ikkonferma l-influwenza pożittiva tax-xogħol tal-EFRAG fuq il-partijiet ikkonċernati, il-progress li ġab fuq il-viżibbiltà u l-kredibbiltà tal-EFRAG mit-tim ta’ komunikazzjoni mwaqqaf taħt it-tmexxija tal-President tal-Bord tal-EFRAG u identifika l-viżibbiltà bħala waħda mill-oqsma għal titjib kontinwu.
Fir-rigward tas-sitwazzjoni potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, m’hemm l-ebda kwistjoni x’tissemma. Ir-Regoli Interni tal-EFRAG jistabbilixxu rekwiżiti dwar kunflitti ta’ interess u l-Bord tal-EFRAG għandu Politika dwar il-Kunflitti ta’ Interess tal-membri tal-Bord li hija ppubblikata fuq is-sit web tal-EFRAG. L-objettiv tal-politika huwa li jiżgura l-kredibbiltà tal-EFRAG bħala organizzazzjoni li taħdem fl-interess tal-pubbliku Ewropew. Il-politika hija maħsuba biex tevita sitwazzjonijiet fejn jistgħu jinqalgħu kunflitti jew perċezzjonijiet ta’ kunflitti, li jistgħu: jiskoraġġixxu d-diskussjoni ħielsa; jirriżultaw f’deċiżjonijiet jew azzjonijiet li ma jkunux fl-aħjar interess tal-pubbliku Ewropew ġenerali jew tal-EFRAG; jew jagħtu l-perċezzjoni li l-EFRAG aġixxa b’mod mhux xieraq. Il-membri tal-Bord tal-EFRAG u l-persunal tal-EFRAG jiffirmaw dikjarazzjonijiet annwali.
3.2.2.Regoli dwar it-trasparenza
Sa mit-twaqqif tiegħu, l-EFRAG daħħal fis-seħħ proċess dovut pubbliku trasparenti li maż-żmien ġie żviluppat aktar. Dan il-proċess dovut jippermetti lill-kostitwenti Ewropej kollha jressqu l-opinjonijiet tagħhom biex jitqiesu mill-EFRAG u jiżgura li d-diversità tal-mudelli kontabilistiċi u ekonomiċi u tal-fehmiet fl-Ewropa titqies fil-pożizzjonijiet tal-EFRAG. Dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-IFRS il-ġodda jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-Ewropa.
Il-leġittimità tal-EFRAG hija mibnija fuq it-trasparenza, il-governanza, il-proċess dovut (li jistgħu jinkludu testijiet fuq il-post, analiżijiet tal-impatt u sensibilizzazzjoni), l-akkontabbiltà pubblika u t-tmexxija tal-ħsieb. Bħala parti mill-proċess dovut tiegħu l-EFRAG jippubblika abbozz tal-pożizzjonijiet għall-konsultazzjoni pubblika, iwettaq testijiet fuq il-post u forom oħra ta’ analiżijiet tal-effetti, jorganizza avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni (li xi wħud minnhom huma speċjalment immirati lejn l-utenti tar-rapporti finanzjarji), iwettaq stħarriġiet speċjali, u jippubblika r-riżultati f’dikjarazzjonijiet ta’ feedback u jippubblika l-pożizzjonijiet aħħarija. L-EFRAG jikkontribwixxi għall-istipular ta’ standards ibbażati fuq l-evidenza permezz ta’ studji kwantitattivi li jinformaw id-diskussjoni dwar l-ittri ta’ kummenti u l-pariri ta’ approvazzjoni tal-EFRAG u li gradwalment qegħdin isiru parti aktar importanti mix-xogħol ta’ riċerka tal-EFRAG.
Il-laqgħat tal-Bord tal-EFRAG, tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi tal-EFRAG (TEG tal-EFRAG) u tal-Forum Konsultattiv ta’ Dawk li Jistipulaw l-Istandards tal-EFRAG (CFSS tal-EFRAG) isiru fil-pubbliku u ilhom disponibbli permezz ta’ webcast minn Marzu 2018. L-aġenda u s-sommarji tal-laqgħat jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-EFRAG. Barra minn hekk, id-dokumenti ta’ sostenn tal-aġenda għal-laqgħat tal-Bord tal-EFRAG, tat-TEG tal-EFRAG u tas-CFSS tal-EFRAG huma disponibbli pubblikament. Sa minn Marzu 2018, dawn il-laqgħat pubbliċi jistgħu jiġu vvalutati permezz ta’ webcast u jippermettu lill-partijiet ikkonċernati jaraw id-diskussjonijiet mhux biss f’ħin reali iżda wkoll wara li jsiru l-laqgħat. Id-diskussjonijiet tat-TEG tal-EFRAG huma appoġġjati permezz tal-kontribut mis-CFSS tal-EFRAG (il-forum ta’ dawk li jistipulaw l-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà) u tal-Gruppi ta’ Ħidma u l-Bordijiet Konsultattivi speċjalizzati tal-EFRAG.
Il-Bord tal-EFRAG jirċievi rapport regolari tal-laqgħat kollha bejn il-persunal tal-EFRAG u partijiet oħra (minbarra laqgħat amministrattivi ta’ rutina). Dawn ir-rapporti f’forma aggregata huma inklużi fir-rapporti finali dwar l-għotjiet li l-EFRAG jibgħat lill-Kummissjoni.
L-EFRAG jippubblika rieżami annwali li jipprovdi trasparenza sħiħa dwar il-governanza u l-istruttura finanzjarja tiegħu u l-attivitajiet ewlenin fis-sena kkonċernata. Ir-Rieżami Annwali tal-2018 ġiet ippubblikata fil-25 ta’ April 2019.
B’mod ġenerali, il-Governanza tal-EFRAG hija mmarkata bi trasparenza tajba tal-fluss ta’ informazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin. L-EFRAG wera wkoll l-impenn tiegħu li jaħdem mal-Kummissjoni biex jikseb standards ta’ trasparenza saħansitra ogħla milli kien qed japplika fil-passat. Bħala evidenza tal-impenn tagħhom għal dan il-kompitu, fid-9 ta’ Lulju 2019, il-Bord tal-EFRAG approva Politika dwar ir-Reġistru ta’ Trasparenza Pubblika għall-EFRAG li tikkonsisti mill-pubblikazzjoni fuq is-sit web tiegħu tal-laqgħat u tal-konferenzi kollha tal-President tal-Bord, il-President tat-TEG u s-CEO tal-EFRAG. Ir-Reġistru ta’ Trasparenza beda fl-1 ta’ Settembru u l-ewwel verżjoni se titqiegħed fuq is-sit web tagħhom aktar tard fil-ħarifa tal-2019. L-EFRAG wiegħed lill-Kummissjoni li se jżomm reġistru pubbliku fuq is-sit web tiegħu li jiġi aġġornat regolarment u jkopri s-sena kalendarja.
3.2.3.Rappreżentazzjoni wiesgħa u l-akkontabbiltà pubblika tal-istruttura ta’ governanza tal-EFRAG
B’mod ġenerali l-approċċ għall-istruttura ta’ governanza tal-EFRAG fejn jidħlu r-rappreżentanza wiesgħa tal-interessi u l-akkontabbiltà pubblika kien pożittiv.
Il-Bord tal-EFRAG jirċievi rapport regolari tal-laqgħat kollha bejn il-persunal tal-EFRAG u partijiet oħra (minbarra laqgħat amministrattivi ta’ rutina). Dawn ir-rapporti f’forma aggregata huma inklużi fir-rapporti finali dwar l-għotjiet li l-EFRAG jibgħat lill-Kummissjoni. L-EFRAG huwa lest li jaħdem mal-Kummissjoni biex jasal għal standards ta’ trasparenza saħansitra ogħla milli qed japplika attwalment biex jagħti aktar għarfien waqt il-laqgħat tat-tmexxija tal-EFRAG mal-partijiet ikkonċernati esterni fil-kuntest tal-missjoni ta’ interess pubbliku tal-EFRAG.
L-EFRAG jagħmel ħiltu biex jilħaq bilanċ ġeografiku, tal-isfond professjonali u tal-ġeneri xieraq fil-Bord tiegħu, fil-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG tal-EFRAG) u fil-Gruppi ta’ Ħidma u fil-Bordijiet Konsultattivi tiegħu u fil-Grupp ta’ Tmexxija tal-Laboratorju Ewropew u t-task forces tal-proġett tiegħu. Ir-rekwiżiti huma inklużi fir-Regoli Interni tal-EFRAG għal għadd massimu ta’ membri tal-istess nazzjonalità fil-Bord tal-EFRAG u fit-TEG tal-EFRAG u dawn ir-rekwiżiti ġew applikati wkoll għat-twaqqif tal-ewwel Grupp ta’ Tmexxija tal-Laboratorju Ewropew. Barra minn hekk, hemm rekwiżiti għal bilanċ xieraq f’termini ta’ sfond professjonali u tal-ġeneri.
Il-membri tal-Bord tal-EFRAG jiġu nnominati mill-Organizzazzjonijiet Membri tal-EFRAG skont sistema stabbilita wara r-rakkomandazzjonijiet ta’ Maystadt. Għat-TEG tal-EFRAG u għall-Gruppi ta’ Ħidma u għall-Bordijiet Konsultattivi tiegħu u tal-Grupp ta’ Tmexxija tal-Laboratorju Ewropew u għat-task forces tal-proġett tiegħu jinħarġu sejħiet għal kandidati u dawn is-sejħiet jiġu mxerrda b’mod wiesgħa.
In-numru ta’ applikazzjonijiet huwa differenti ħafna iżda hemm b’mod partikolari nuqqas ta’ kandidati nisa u ta’ kandidati mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Madankollu, l-EFRAG kien kapaċi jattira għall-Grupp ta’ Tmexxija tal-Laboratorju Ewropew u għat-task force tal-proġett tiegħu għadd akbar ta’ kandidati nisa u kandidati mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (ara s-sitwazzjoni fid-dettalji fil-31 ta’ Diċembru 2018 fl-Appendiċi 4).
Madankollu, għalkemm ir-riżultati ġenerali ta’ dawn l-azzjonijiet kienu pożittivi ħafna, jibqa’ xi riżervi rigward il-ħila li tinġabar il-firxa kollha tal-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati fl-Ewropa. L-EFRAG għandu jibqa’ proattiv fit-tiftix ta’ feedback mill-partijiet ikkonċernati inqas involuti mill-qrib fix-xogħol tal-EFRAG iżda li huma affettwati minnu, jew minn gruppi ta’ partijiet ikkonċernati barra l-isfera immedjata tal-EFRAG.
3.2.4.L-involviment fi stadju bikri tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
L-EFRAG jiskambja fehmiet mal-Grupp Permanenti ECON tal-IFRS tal-Parlament Ewropew biex jippermetti lill-Membri tal-Parlament Ewropew jagħtu kontribut għall-attivitajiet tal-EFRAG u biex jaġġornawhom dwar l-attivitajiet ewlenin tal-EFRAG fl-istadji kollha tal-proċess. F’Marzu 2018 saret laqgħa waħda biex isir skambju ta’ fehmiet dwar l-attivitajiet tal-EFRAG u b’mod partikolari dwar l-IFRS 17. Il-Parlament Ewropew ħareġ Riżoluzzjoni fit-3 ta’ Ottubru 2018 dwar l-IFRS 17. Skambju ta’ fehmiet li sar mal-President tal-Bord tal-EFRAG u mal-President tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi tal-EFRAG (TEG tal-EFRAG) mal-ECON fil-laqgħa pubblika tiegħu fis-17 ta’ Mejju 2018.
L-EFRAG dejjem jiġi mistieden mill-Kummissjoni biex jattendi l-laqgħat tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà (ARC) u fuq talba tal-Kummissjoni, jagħti preżentazzjonijiet f’kull waħda minn dawn il-laqgħat ta’ ħidma li jkunu għaddejjin u l-opinjonijiet tiegħu dwar suġġetti partikolari. Dan jippermetti lill-ARC jagħmel skambju ta’ fehmiet mal-EFRAG u jagħti kontribut bikri. L-ARC jiddiskuti l-ittri ta’ talbiet għal parir ta’ approvazzjoni qabel ma jiġu ppreżentati lill-EFRAG sabiex jiżgura li l-interessi Ewropej kollha jiġu indirizzati.
Ir-riċeviment ta’ kontribut mill-Parlament u l-ARC fi stadju bikri jippermetti lill-EFRAG biex jinkludi l-kwistjonijiet fl-abbozz ta’ ittra ta’ kummenti jew l-abbozz ta’ pariri dwar l-approvazzjoni tiegħu għall-konsultazzjoni pubblika.
3.2.5.Diversifikazzjoni u bilanċ tal-istruttura ta’ finanzjament tal-EFRAG
L-EFRAG huwa organizzazzjoni ffinanzjata pubblikament u privatament li taħdem fl-interess tal-pubbliku Ewropew. L-EFRAG għandu l-forma legali ta’ AISBL (Organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ Belġjana).
L-Organizzazzjonijiet Membri tal-EFRAG jinkludu tmien Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Partijiet Ikkonċernati, disa’ Organizzazzjonijiet Nazzjonali, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea.
Id-diżaggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet fi flus mill-organizzazzjonijiet membri hija rapportata fl-Appendiċi 3.
Minbarra finanzjament bi flus, l-EFRAG jirċievi kontribuzzjonijiet in natura pprovduti mill-membri tat-TEG tal-EFRAG, il-Bord tal-EFRAG, il-Gruppi ta’ Ħidma u l-Bordijiet Konsultattivi kif ukoll fil-forma ta’ ssekondar liberu.
Fl-2019, l-EFRAG qed jipprova li jwessa’ l-bażi ta’ sħubija tiegħu u li jwessa’ r-rappreżentanza ġeografika tiegħu. B’mod partikolari, se jkun qed jirrevedi l-istruttura finanzjarja tiegħu li timmira lejn struttura finanzjarja sostenibbli fit-tul wara talba minn Accountancy Europe biex tnaqqas il-kontribuzzjoni tas-sħubija tagħha mill-2019 ’il quddiem u l-implikazzjonijiet finanzjarji possibbli jekk il-Financial Reporting Council, ir-regolatur fir-Renju Unit u l-Irlanda għal awdituri, kontabilisti u attwarji kellu jirtira minħabba l-Brexit.
1.Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku
4.1.Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet
L-arkitettura globali tal-istipular tal-istandards fil-qasam tal-awditjar, l-assigurazzjoni, l-etika u l-edukazzjoni tikkonsisti fi struttura fuq tliet livelli magħmula minn bordijiet tal-istipular tal-istandards (SSB) appoġġjati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC), is-sorveljanza indipendenti (PIOB), u l-akkontabbiltà għal korp ta’ monitoraġġ tal-awtoritajiet pubbliċi ( Grupp ta’ Monitoraġġ ).
Il-PIOB huwa korp estern indipendenti, magħmul minn 10 membri inkluż il-President tiegħu (il-Kummissjoni nnominat żewġ membri tal-UE mill-10) li jissorvelja l-istipular tal-istandards fuq l-awditjar, l-etika u l-edukazzjoni għall-kontabilisti. L-istandards rilevanti huma l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISA), l-Istandards tal-Etika għall-kontabilisti, u l-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni (IESs). L-istruttura tal-istipular tal-istandards hija riżultat tar-Riformi tal-IFAC tal-2003 12 , li żviluppaw bħala tweġiba għall-kollass korporattiv ta’ profil għoli u għall-fallimenti fir-rapportar finanzjarju u tal-awditjar f’għadd ta’ pajjiżi. Riforma ewlenija kienet l-istabbiliment tal-PIOB, immirata biex iżżid il-fiduċja tal-investituri u oħrajn billi tissorvelja li l-attivitajiet tal-Bordijiet tal-istipular tal-istandards relatati mal-awditjar jirrispondu b’mod xieraq għall-interess pubbliku.
Il-kompitu ġenerali tal-PIOB huwa li jiggarantixxi li l-proċess, is-sorveljanza u t-trasparenza dovuti jiġu rrispettati u li l-interess pubbliku jiġi ssalvagwardjat tul il-proċess kollu li jinkludi l-proposta, l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-istandard internazzjonali għall-awdituri fil-qafas tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti. Dan jibqa’ ta’ importanza kritika, kif juru wkoll l-iskandli riċenti tal-awditjar (pereżempju l-falliment ta’ Carillion fir-Renju Unit).
Il-PIOB japprova wkoll in-nomini tal-membri tal-bordijiet tal-istipular tal-istandards, jaqbel mal-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom, jimmonitorja l-iżvilupp tal-istandards u jivverifika li l-elementi kollha msemmija fil-konsultazzjonijiet pubbliċi jitqiesu kif xieraq. Fejn meħtieġ, il-PIOB jirrakkomanda passi biex jiżgura li l-istandards jirrispondu b’mod effettiv għall-interess pubbliku.
Fl-2018, il-PIOB 13 ikkomunika regolarment mal-bordijiet tal-istipular tal-Istandards taħt is-sorveljanza tiegħu (il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Aċċertament (IAASB); il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni tal-Kontabbiltà (IAESB) u l-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Etika għall-Kontabilisti (IESBA), it-tliet Gruppi Konsultattivi ta’ Konsulenza tagħhom, il-Bord Konsultattiv tal-Konformità u l-Kumitat Nominattiv u t-tmexxija tal-IFAC.
Il-PIOB ipparteċipa wkoll b’mod attiv fid-diskussjonijiet tal-Grupp ta’ Monitoraġġ dwar ir-riforma tal-mudell attwali tal-governanza u tas-sorveljanza tal-istandards internazzjonali relatati mal-awditjar u kkontribwixxa għall-iżvilupp ta’ “Qafas ta’ Interess Pubbliku” li għandu l-għan li jipprovdi mekkaniżmu aħjar għall-valutazzjoni ta’ kif l-interess pubbliku jiġi kopert matul il-proċess li fih jiġu stipulati l-istandards. Ir-riforma prevista kienet is-suġġett ta’ konsultazzjoni pubblika estensiva 14 mill-Grupp ta’ Monitoraġġ u l-feedback 15 juri appoġġ wiesa’ fost il-partijiet ikkonċernati għar-riforma sabiex jiżdiedu l-akkontabbiltà u t-trasparenza meta jiġu stipulati l-istandards relatati mal-awditjar. Hemm ukoll appoġġ mill-gruppi tal-partijiet ikkonċernati kollha għal qafas ta’ interess pubbliku li jkun inkorporat fil-proċess tal-istipular tal-istandards kollha.
Il-kisbiet ewlenin matul is-sena kienu l-approvazzjoni tal-“ISA 540, L-Awditjar ta' Stimi Kontabilistiċi, Inkluż Stimi Kontabilistiċi ta’ Valur Ġust, u Divulgazzjonijiet Relatati, il-ħruġ tal-Kodiċi ta’ Etika Ristrutturat u Rivedut, u t-tlestija tal-aħħar biċċa tiegħu: Inċentivi. L-istandards kollha approvati mill-PIOB fl-2018 jidhru fit-tabella hawn taħt.
|
LAQGĦA TAL-BORD TAL-PIOB |
SSB |
STANDARD |
|
Marzu |
IESBA |
“Kodiċi Internazzjonali tal-Etika għall-Kontabilisti Professjonali (inklużi l-Istandards Internazzjonali tal-Indipendenza)” – (il-“Kodiċi Ristrutturat u Rivedut”)) |
|
Marzu |
IESBA |
“Reviżjonijiet dwar is-Salvagwardji fil-Kodiċi” |
|
Ġunju |
IESBA |
“Reviżjonijiet għall-Kodiċi dwar l-Offerta u l-Aċċettazzjoni ta’ Inċentivi” |
|
Settembru |
IAASB |
“Standards Internazzjonali tal-Awditjar - ISA 540 (Rivedut) – Stimi Kontabilistiċi tal-Awditjar u Divulgazzjonijiet Relatati” |
|
Settembru |
IAESB |
“Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni - IES 7 (Rivedut) - Żvilupp Professjonali Kontinwu” |
4.2.Il-governanza u l-akkontabbiltà
Il-membri tal-PIOB huma maħtura mill-Grupp ta’ Monitoraġġ li huwa fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-arranġamenti kumplessivi tal-governanza fil-qasam tal-istandards internazzjonali tal-awditjar, l-assigurazzjoni, l-etika u l-edukazzjoni.
Il-Grupp ta’ Monitoraġġ, li l-Kummissjoni Ewropea hija membru tiegħu, jimmonitorja kif il-PIOB iwettaq ir-rwol tiegħu ta’ interess pubbliku b’attenzjoni partikolari għas-sorveljanza tal-PIOB tal-proċess għall-istipular tal-istandards.
Fir-rigward ta’ sitwazzjoni potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, il-membri tal-PIOB u l-persunal jeħtieġ li jikkonformaw mal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-PIOB. L-ewwel prinċipju tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-PIOB jgħid li l-membri tal-Bord u l-persunal ma għandhom jiġu involuti fl-ebda kwistjoni li fir-rigward tagħha l-ġudizzju tagħhom jista’ jiġi affettwat minn kunflitt ta’ interess. Kull sena, kull membru tal-Bord jiffirma dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess. Fl-2018, ma ġie rrapportat l-ebda kunflitt ta’ interess minn l-ebda membru tal-Bord tal-PIOB.
Il-Kodiċi jirrikjedi wkoll li l-membri tal-Bord u l-persunal jaġixxu b’mod li jkun jaqbel mal-istatus tagħhom bħala membri ta’ organizzazzjoni internazzjonali li hija ffokata fuq il-protezzjoni tal-Interess Pubbliku billi jaġixxu b’mod konsistenti b’integrità, imparzjalità u diskrezzjoni.
4.3.L-iżviluppi fid-diversifikazzjoni tal-finanzjament fl-2018
Il-finanzjament tal-PIOB huwa mfassal biex jippreserva l-indipendenza tiegħu fil-fatt u fid-dehra. Biex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess pubbliku, id-diversifikazzjoni xierqa ta’ sorsi stabbli ta’ finanzjament tgħin mhux biss biex tinżamm il-kontinwità tiegħu iżda wkoll biex tiġi garantita l-indipendenza tal-PIOB. L-importanza tad-diversifikazzjoni tal-finanzjament diġà kienet ġiet rikonoxxuta fir-riforma tal-IFAC (Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti) tal-2003 li kienet wasslet biex tinħoloq is-sistema tal-istipular tal-istandards internazzjonali attwali, inkluż il-PIOB.
Sa mill-ħolqien tiegħu fl-2005 sal-2010, meta l-programm ta’ finanzjament Komunitarju stabbilit bid-Deċiżjoni 716/2009/KE daħal fis-seħħ, il-PIOB ġie ffinanzjat esklussivament mill-IFAC (minbarra xi kontribuzzjoni in natura minn Spanja (jiġifieri l-kiri tal-uffiċċju ta’ Madrid, li fl-2018 ġie vvalutat li jiswa EUR 128 154).
Il-fondi magħmula disponibbli mill-IFAC f’sena partikolari jikkostitwixxu l-kontribuzzjoni massima garantita li tkun disponibbli għall-PIOB mingħajr l-ebda interferenza oħra mill-IFAC. Il-kontribuzzjonijiet li mhux ġejjin mill-IFAC jissostitwixxu, u għalhekk inaqqsu, il-kontribuzzjonijiet tal-IFAC għal dik is-sena speċifika. Idealment il-porzjon ta’ finanzjament mill-IFAC tal-ispejjeż annwali totali tal-PIOB għandu jkun inqas minn nofs it-total, iżda kien diffiċli ħafna li jinstabu sponsors pubbliċi oħra.
L-UE hija t-tieni l-akbar donatur għall-PIOB. Fis-sena 2017, id-dħul tal-PIOB (kontribuzzjonijiet monetarji u in natura) ammonta għal EUR 1 784 154. L-IFAC ipprovda EUR 1 059 807 jew 59,40 %, filwaqt li l-kontribuzzjoni tal-UE kienet ta’ EUR 325 000 jew 18,21 %
Fis-sena 2018, id-dħul tal-PIOB (kontribuzzjonijiet monetarji u in natura) ammonta għal EUR 1 825 620 u l-kontribuzzjoni tal-UE kienet ta’ EUR 331 000 jew 18,13 %. L-IFAC ikkontribwixxa EUR 1 135 302 jew 62,18 %.
It-tqassim tal-kontribuzzjonijiet monetarji tal-organizzazzjonijiet huwa rrapportat fl-Appendiċi 5.
L-Artikolu 9.5 tar-Regolament jistipula li jekk il-finanzjament mill-IFAC f’sena partikolari jilħaq aktar minn żewġ terzi tal-ammont totali tal-finanzjament annwali tal-PIOB, il-Kummissjoni trid tipproponi li l-kontribuzzjoni annwali tagħha għal dik is-sena tkun limitata għal massimu ta’ EUR 300 000. Fis-sena 2018 (bħal fl-2014 u fl-2016), dan ma kienx il-każ. Għalhekk, peress li l-limitu kritiku stipulat fir-Regolament (66,66 %) ma ntlaħaqx mill-finanzjament tal-IFAC, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tirrevedi l-kontribuzzjoni tagħha tal-2018 lill-PIOB.
5.Konklużjonijiet
Fl-2018, il-programm ta’ finanzjament tal-Unjoni jibqa’ kompletament ġustifikat fil-kuntest tal-isforzi tal-UE biex tiġi stabbilita Unjoni tas-Swieq Kapitali u biex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja. It-tliet benefiċjarji (l-EFRAG, l-IFRSF u l-PIOB) kienu konformi mal-programm ta’ ħidma annwali stabbilit fl-anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-2018. F’dan il-punt m’hemm l-ebda raġuni biex jitqajjem dubju dwar ir-rilevanza tal-programm għall-perjodu li jifdal mill-perspettiva finanzjarja attwali.
Fir-rigward tal-EFRAG, il-Kummissjoni apprezzat b’mod partikolari l-analiżi komprensiva tal-effetti mibdija mill-EFRAG sabiex tappoġġja l-parir ta’ approvazzjoni futura tiegħu dwar l-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni u r-rwol ewlieni tiegħu li jinfluwenza d-diskussjoni dwar Strumenti Finanzjarji b’Karatteristiċi ta’ Ekwità fl-IASB. Barra minn hekk, il-ħolqien tal-Laboratorju Ewropew ta’ Rapportar Korporattiv fuq talba tal-Kummissjoni jirrappreżenta estensjoni loġika tal-mandat tiegħu biex jipprovdi kontributi siewja lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-aħjar prattiki fir-rigward tar-rapportar mhux finanzjarju.
Fir-rigward tal-Fondazzjoni tal-IFRS, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ħa azzjonijiet biex jindirizza t-tħassib li jirriżulta mill-fażi ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-IFRS 17 permezz ta’ differiment tad-data tal-implimentazzjoni u emendi mmirati lejn l-istandard. Fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà u t-trasparenza fiskali, il-Fondazzjoni qiegħda jxaqleb lejn approċċ mhux vinkolanti bħala parti mill-proġett tagħha dwar Kummentarji tal-Maniġment għar-rapporti finanzjarji. Fl-aħħar nett, id-diżaggregazzjoni tal-finanzjament tal-2018 tal-Fondazzjoni jenfasizza li d-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u r-rappreżentazzjoni ta’ ġurisdizzjonijiet fi ħdan il-bord ta’ Fiduċjarji u l-bord tal-IASB kompliet titwessa’ minn sitwazzjoni diġà żbilanċjata b’sehem speċjalment baxx ta’ finanzjament mir-reġjun tal-“Kontinent Amerikan” li fl-2018 kompla jonqos b’10 %.
Il-funzjoni indipendenti ta’ sorveljanza tal-PIOB teżisti biex tipprovdi aċċertament lill-investituri u lil oħrajn li l-istipular tal-istandards relatati mal-awditjar seħħ fl-interess pubbliku. Għalkemm il-kompożizzjoni u r-rwol tal-PIOB x’aktarx li se jiżviluppaw fis-snin li ġejjin skont il-proċess ta’ riforma mniedi mill-Grupp ta’ Monitoraġġ, is-sorveljanza indipendenti se tibqa’ waħda mill-karatteristiċi ewlenin ta’ kwalunkwe mudell ta’ governanza futur. Barra minn hekk, sadanittant l-isforzi biex jiġi diversifikat il-finanzjament tal-PIOB għandhom ikomplu.
Appendiċi 1 — Sommarju tal-attivitajiet tal-IFRS fl-2018
|
Standard |
Data tal-ħruġ tal-IASB |
Data tal-applikazzjoni |
Data tal-Pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali |
|
Emendi għall-IFRS 2 — Kjarifiki ta’ Klassifikazzjoni u Kejl ta’ Pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet |
20/06/2016 |
01/01/2018 |
27/02/2018 |
|
Titjib Annwali għall-Istandards IFRS 2014–2016 |
08/12/2016 |
01/01/2017 |
08/02/2018 |
|
IFRIC 22 Tranżazzjonijiet f’Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem |
08/12/2016 |
01/01/2018 |
03/04/2018 |
|
Emendi għall-IAS 40: Trasferimenti ta’ Propjetà għall-Investiment |
08/12/2016 |
01/01/2018 |
15/03/2018 |
|
IFRS17 — Kuntratti tal-assigurazzjoni |
18/05/2017 |
01/01/2021 |
|
|
IFRIC 23 — Inċertezza dwar it-Trattamenti tat-Taxxa fuq l-Introjtu |
07/06/2017 |
01/01/2018 |
24/10/2018 |
|
Emendi għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji — Karatteristiċi ta’ Prepagament b’Kumpens Negattiv |
12/10/2017 |
01/01/2019 |
26/03/2018 |
|
Emenda għall-IAS 28 — Interess fuq Terminu Twil f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti |
12/10/2017 |
01/01/2019 |
11/02/2019 |
|
Titjib annwali 2015–2017 |
12/12/2017 |
01/01/2019 |
15/03/2019 |
|
Emendi għall-IAS 19 — Emenda, Tnaqqis jew Saldu tal-Pjan |
07/02/2018 |
01/01/2019 |
14/03/2019 |
|
Emendi fir-referenzi għall-Qafas Kunċettwali fl-Istandards IFRS |
29/03/2018 |
||
|
Emendi għall-IFRS 3 – Definizzjoni ta’ negozju |
22/10/2018 |
||
|
Emendi għall-IAS 1 u l-IAS 8 – Definizzjoni ta’ materjal |
31/10/2018 |
|
Proġetti rrapportati fl-applikazzjonijiet għall-għotjiet |
2017 |
2018 |
2019 |
Kummenti |
|
Komunikazzjoni aħjar tal-proġett |
||||
|
Rapporti Finanzjarji Primarji |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Titjib immirat tal-istruttura u l-kontenut tar-rapport finanzjarju primarju. |
|
Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni – Prinċipji ta’ Divulgazzjonijiet |
Pjan ta’ Ħidma |
Dokument ta’ diskussjoni – 30/03/2017 |
Sommarju tal-proġett ippubblikat fi 03/2019 |
Proġett ta’ riċerka mfassal biex jitjiebu r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni. |
|
Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni - Definizzjoni ta’ materjalità (Emenda għall-IAS 1 u 8) |
Abbozz ta’ Espożizzjoni – 14/09/2017 |
Maħruġ fil-31/12/2018 |
Proġett mitmum. |
|
|
Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni – Rieżami mmirat fil-livell tal-Istandards tad-Divulgazzjonijiet |
Pjan ta’ Ħidma |
Proġett imfassal biex jittestja r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust u l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ gwida ġodda ddefiniti mill-IASB. |
||
|
Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni – Politiki ta’ Kontabbiltà |
Pjan ta’ Ħidma |
Proġett imfassal biex itejjeb id-divulgazzjonijiet dwar il-politiki tal-kontabbiltà billi japplika l-prinċipju tal-materjalità. |
||
|
Proġetti ta’ riċerka |
||||
|
Kombinament ta’ negozji taħt Kontroll Komuni |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Għandu l-għan li jnaqqas id-diversità fil-kontabbiltà għal kombinamenti ta’ negozji taħt kontroll komuni. |
|
Rieżami ta’ wara l-implimentazzjoni tal-IFRS13 |
Pjan ta’ Ħidma |
Is-sommarju pproġettat ippubblikat 12/2018 |
Ir-riezami kellu u l-għan li jivvaluta l-impatt tal-IFRS13 “Kejl tal-Valur Ġust” dwar ir-rapportar finanzjarju. Dan ir-rieżami beda fl-2017 b’talba għal informazzjoni. |
|
|
Rata ta’ skont |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Sommarju tal-proġett ippubblikat 02/2019 |
Pjan ta’ riċerka dwar l-użu tar-rata ta’ skont fl-Istandards IFRS kollha. Il-proġett ingħalaq f’Marzu 2017. Sommarju ta’ riċerka huwa mistenni fl-2018. |
|
Immaniġġjar tar-Riskju Dinamiku |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Il-pjan ta’ riċerka tal-makroiħħeġġjar li jimmira li jfassal mudell ta’ kontabbiltà biex jirrapporta l-effett tal-iħħeġġjar u l-immaniġġjar tar-riskju dinamiku. Dokument ta’ diskussjoni mistenni fl-2019. |
|
Strumenti finanzjarji b’Karatteristiċi ta’ ekwità |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Dokument ta’ diskussjoni 06/2018 |
Kjarifika għall-preżentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji li għandhom karatteristiċi kemm ta’ obbligazzjoni kif ukoll ta’ ekwità. Għandha l-għan li tiċċara r-rekwiżiti tal-IAS32 Strumenti Finanzjarji - preżentazzjoni. |
|
Avvjament u indeboliment |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Proġett ta’ riċerka biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent f’waqtu tal-avvjament għall-indeboliment. Għandu l-għan li jtejjeb ir-rekwiżiti tal-IAS36. |
|
Pagament Ibbażat fuq l-Ishma |
Pjan ta’ Ħidma |
Mitmum |
Sommarju proġettat 10/2018 |
Proġett mitmum. |
|
Attivitajiet regolati b’rata |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Il-proġett jimmira li jiġi kkunsidrat l-effetttar-regolamenti tar-rata meta l-politiki tal-ipprezzar tal-kumpaniji jkunu regolati. |
|
Qafas kunċettwali |
Abbozz ta’ Espożizzjoni – 28/05/2015 |
Għadu għaddej |
Maħruġ f’Marzu 2018 |
Proġett mitmum. |
|
Attivitajiet estrattivi |
Pjan ta’ Ħidma |
Proġett ta’ riċerka biex jitqies titjib tal-IFRS 6 – Esplorazzjoni għal u Evalwazzjoni tar-Riżorsi Minerali |
||
|
Proġetti ta’ manutenzjoni — Emendi b’kamp ta’ applikazzjoni dejjaq |
||||
|
Politiki ta’ kontabbiltà u ta’ Stimi Kontabilistiċi (Emendi għall-IAS 8) |
Abbozz ta’ Espożizzjoni - 12/09/2017 |
Pjan ta’ ħidma |
Kjarifiki dwar id-distinzjoni bejn politiki ta’ kontabbiltà u stimi. |
|
|
Bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà (Emenda għall-IAS 8) |
Pjan ta’ ħidma |
Abbozz ta’ Espożizzjoni 26/03/2018 |
Iddisinjati biex inaqqsu l-limitu tal-imprattikabbiltà rigward l-applikazzjoni retroattiva ta’ bidliet volontarji fil-politika tal-kontabbiltà. |
|
|
Disponibbiltà ta’ rifużjoni (Emendi għall-IFRIC14) |
Pjan ta’ ħidma |
Pjan ta’ Ħidma |
Kjarifiki meta partijiet terzi jkollhom drittijiet biex jagħmlu deċiżjonijiet partikolari dwar pjan ta’ benefiċċju definit ta’ kumpanija |
|
|
Klassifikazzjoni ta’ obbligazzjonijiet (Emenda għall-IAS 1) |
Abbozz ta’ Espożizzjoni – 10/02/2015 |
Pjan ta’ Ħidma |
Kjarifika ta’ klassifikazzjoni ta’ djun b’opzjonijiet ta’ tiġdid. Emenda hija mistennija fl-2019. |
|
|
Definizzjoni ta’ negozju (Emenda għall-IFRS 3) |
Pjan ta’ ħidma |
Maħruġ fit-22/10/2018 |
Kjarifika bejn id-definizzjoni ta’ “negozju” u “grupp ta’ assi” |
|
|
Tariffi fit-test ta’ 10 fil-mija għad-Dekontabilizzar (Emenda għall-IFRS 9) |
Pjan ta’ Ħidma |
Pjan ta’ ħidma |
Kjarifiki tat-tariffi u l-kostijiet li għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutat id-dekontabilizzar ta’ obbligazzjoni finanzjarja |
|
|
Titjib għall-IFRS 8 — Segmenti operattivi |
Abbozz ta’ Espożizzjoni – 29/03/2017 |
Sommarju tal-proġett 02/2019 |
Il-proġett intemm wara l-feedback mill-Konsultazzjoni dwar l-Abbozz ta’ Espożizzjoni. |
|
|
IAS16 — Rikavati qabel l-Użu Maħsub |
Abbozz ta’ Espożizzjoni – 20/06/2017 |
Pjan ta’ ħidma |
Emenda li tipprojbixxi t-tnaqqis tar-rikavat tal-bejgħ mill-kost ta’ entrata ta’ proprjetà |
|
|
Tassazzjoni f’Kejl tal-Valur Ġust (Emendi għall-IAS 41) |
Pjan ta’ ħidma |
Emenda mfassla biex tnaqqas il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ eżenzjoni eżistenti fl-IAS 12 biex it-taxxi differiti ma jiġux rikonoxxuti mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni. |
||
|
Riforma tal-IOBR u l-Effetti fuq ir-Rapportar Finanzjarju |
Pjan ta’ Ħidma |
Proġett imfassal biex jindirizza l-konsegwenzi tar-riforma tal-IBOR fuq ir-rapportar finanzjarju. |
||
|
Kuntratti onerużi – Kost tal-issodisfar ta’ kuntratt (Emenda għall-IAS 37) |
Abbozz ta’ Espożizzjoni 13/12/2018 |
Proġett imfassal biex jiċċara d-definizzjoni ta’ “kostijiet inevitabbli” fid-determinazzjoni ta’ jekk kuntratt huwiex oneruż |
||
|
Benefiċċji tal-pensjoni li jiddependu fuq ir-Redditi tal-Assi |
Pjan ta’ Ħidma |
Proġett ta’ riċerka biex iqis il-possibbiltà li jiġu emendati l-IAS 19 Benefiċċji tal-impjegati fir-rigward tal-benefiċċji tal-pensjoni li jiddependu fuq ir-redditi tal-assi. |
||
|
Sussidjarja bħala Min jadotta għall-ewwel darba (Emendi għall-IFRS 1) |
Pjan ta’ Ħidma |
Kjarifika tal-IFRS 1 fir-rigward tal-kalkolu tal-aġġustament kumulattiv għat-traduzzjoni mal-ewwel adozzjoni tal-IFRS minn sussidjarja. |
||
Appendiċi 2 — Diżaggregazzjoni tal-finanzjament tal-2018 tal-Fondazzjoni tal-IFRS
|
Diżaggregazzjoni tal-finanzjament tal-Fondazzjoni tal-IFRS |
||||||||||||
|
Kontributuri finanzjarji |
Kontribuzzjoni 2018 |
Kontribuzzjoni 2017 |
Kontribuzzjoni 2016 |
Numru ta’ fiduċjarji |
L-evoluzzjoni b’rata tal-kambju kostanti |
|||||||
|
2018/2017 |
2017/2016 |
|||||||||||
|
Ditti Internazzjonali tal-Kontabbiltà |
24,0 % |
34,7 % |
31,3 % |
-31,8 % |
-0,3 % |
|||||||
|
Kummissjoni Ewropea |
18,5 % |
16,5 % |
15,6 % |
2,0 % |
2,0 % |
|||||||
|
L-Istati Membri tal-UE |
17,3 % |
15,9 % |
15,4 % |
7 |
-4,0 % |
1,0 % |
||||||
|
L-Asja/ l-Oċeanja |
32,7 % |
25,6 % |
29,0 % |
8 |
7,4 % |
-2,4 % |
||||||
|
Kontinent Amerikan |
6,1 % |
5,8 % |
6,6 % |
6 |
-10,8 % |
-17,0 % |
||||||
|
L-Afrika |
0,6 % |
0,5 % |
1,2 % |
1 |
0,0 % |
-53,3 % |
||||||
|
Oħrajn |
0,8 % |
0,9 % |
0,9 % |
0 |
-15,7 % |
-2,4 % |
||||||
|
Total |
22 |
-9,7 % |
-2,1 % |
|||||||||
Sors: Il-Fondazzjoni tal-IFRS
Appendiċi 3 — Diżaggregazzjoni tal-finanzjament tal-2018 tal-EFRAG
|
KONTRIBUZZJONIJIET 000 EUR |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2018 |
2017 |
2016 |
|
Organizzazzjonijiet ta' Partijiet Konċernati Ewropej |
|
|
|
|
Accountancy Europe |
300 |
300 |
300 |
|
BUSINESSEUROPE |
125 |
125 |
125 |
|
INSURANCE EUROPE |
75 |
75 |
75 |
|
European Banking Federation (EBF) |
75 |
75 |
75 |
|
European Savings and Retail Banking Group (ESBG) |
75 |
75 |
75 |
|
European Association of Co-operative Banks (EACB) |
75 |
75 |
75 |
|
European Federation of Accountants and Auditors for SMEs (EFAA) |
25 |
25 |
25 |
|
European Federation of Financial Analysts Societies (EFFAS) |
15 |
15 |
15 |
|
Total |
765 |
765 |
765 |
|
Organizzazzjonijiet Nazzjonali |
|
|
|
|
Franza |
350 |
350 |
350 |
|
il-Ġermanja |
350 |
350 |
350 |
|
ir-Renju Unit |
350 |
350 |
350 |
|
l-Italja |
290 |
290 |
290 |
|
l-Iżvezja |
100 |
100 |
100 |
|
id-Danimarka |
50 |
50 |
50 |
|
in-Netherlands |
50 |
50 |
50 |
|
Spanja |
50 |
50 |
0 |
|
il-Lussemburgu |
10 |
15 |
15 |
|
Total |
1600 |
1605 |
1555 |
|
Il-Kummissjoni Ewropea 16 |
2885 |
2593 |
2432 |
|
KONTRIBUZZJONIJIET TOTALI |
5250 |
4963 |
4752 |
Sors: EFRAG
Appendiċi 4 : Informazzjoni dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fl-EFRAG fil-31 ta’ Diċembru 2018
|
Grupp |
Perċentwal ta’ rġiel |
Perċentwal ta’ nisa |
Perċentwal mill-Ewropa Ċentrali u mil-Lvant |
L-għadd ta’ nazzjonalitajiet |
|
Bord tal-EFRAG |
76 % |
24 % |
0 % |
|
|
TEG tal-EFRAG |
87 % (mill-1 ta’ April 2019 81 %) |
13 % (mill-1 ta’ April 2019 19 %) |
6 % (mill-1 ta’ April 2019 0 %) |
10 (mill-1 ta’ April 2019 8) |
|
Il-gruppi ta’ ħidma u l-Bordijiet Konsultattivi tat-TEG tal-EFRAG |
79 % |
21 % |
2 % |
Bejn 6 u 14 |
|
Grupp ta’ Tmexxija tal-Laboratorju Ewropew |
59 % |
41 % |
12 % |
13 |
|
Task Force għall-Proġetti tal-Laboratorju Ewropew |
52 % |
48 % |
13 % |
13 |
Sors: EFRAG
Appendiċi 5
Diversifikazzjoni tal-Baġit tal-PIOB
Fl-2012, il-PIOB wettaq eżerċizzju ta’ ġbir ta’ fondi b’koordinazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Monitoraġġ u l-IFAC. B’konsegwenza ta’ dan, fis-snin ta' wara, il-PIOB kiseb bażi ta’ finanzjament diversifikata li tinkludi sorsi oħra minbarra l-IFAC. Fl-2018, il-PIOB irċieva kontribuzzjonijiet li ammontaw għal EUR 1 636 302 mill-kontributuri li ġejjin:
·Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti: EUR 1 135 302
·Kummissjoni Ewropea: EUR 331 000
·Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) EUR 100 000
·Kunsill għar-Rapportar Finanzjarju: EUR 40 000
·Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali: EUR 30 000
Anness
Valutazzjoni interim tal-programm
1.Sommarju eżekuttiv
Dan l-anness jirrappreżenta valutazzjoni interim tal-programm ta’ finanzjament għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rapportar finanzjarju u tal-awditjar. Huwa jivvaluta l-progress tal-programm lejn l-objettivi tiegħu matul il-perjodu 2014-2019.
Jivvaluta l-pertinenza u l-koerenza kumplessiva tal-Programm, l-effettività tal-eżekuzzjoni tiegħu u l-effettività kumplessiva u individwali tal-programm ta’ ħidma tal-benefiċjarji f’termini tal-ilħuq tal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament 258/2014 biex jittejbu l-kundizzjonijiet għal funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jiġi appoġġjat l-iżvilupp trasparenti u indipendenti ta’ standards internazzjonali tar-rapportar finanzjarju u tal-awditjar.
Il-valutazzjoni ssib li l-programm ta’ finanzjament ikkontribwixxa għall-objettiv maħsub matul il-perjodu li qed jiġi rieżaminat u jibqa’ kemm rilevanti fid-dawl tal-bidliet fil-qafas Ewropew għar-rapportar korporattiv kif ukoll konsistenti ma’ prijoritajiet politiċi oħrajn segwiti mill-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-valutazzjoni interim tidentifika wkoll sfidi ġodda li tfaċċaw bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli, li se jirrikjedu skrutinju aktar strett tal-impatti fuq is-sostenibbiltà bħala parti mill-attivitajiet ta’ approvazzjoni tal-EFRAG. Dan biex jikkumpensa għall-fatt li l-Fondazzjoni tal-IFRS tillimita l-kunsiderazzjonijiet tagħha fuq l-istipular tal-istandards IFRS għar-rapportar tal-prestazzjoni finanzjarja mingħajr valutazzjoni obbligatorja tal-impatt usa’ tal-IFRS fuq l-ekonomija, jew is-sostenibbiltà.
Il-valutazzjoni interim tosserva li dan l-objettiv politiku ġdid diġà wessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ approvazzjoni u ta’ riċerka tal-EFRAG li reċentement wettaq żewġ proġetti ad hoc kbar fuq talba tal-Kummissjoni sabiex jivvaluta l-konsegwenzi tal-istandards IFRS fuq l-investmenti ta’ ekwità fit-tul u jidentifika t-titjib possibbli sabiex titrawwem il-perspettiva fit-tul fl-imġiba tal-investiment. Fir-rigward tal-PIOB, is-servizzi tal-Kummissjoni jiġbdu l-attenzzjoni dwar il-ħtieġa li wieħed jasal għal bażi ta’ fondi aktar diversifikata.
Bħala konklużjoni, is-Servizzi tal-Kummissjoni sabu li l-kofinanzjament attwali tal-UE, s’issa, laħaq l-aspettattivi u għandu jitkompla fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss tal-2021-2027. Dan għandu jiżgura b’mod speċjali finanzjament xieraq biex l-EFRAG ikun jista’ jwettaq il-missjoni addizzjonali ġdida tiegħu dwar is-sostenibbiltà.
2.Daħla
2.1.Għan tal-valutazzjoni interim
L-Artikolu 9(8) tar-Regolament 258/2014 jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-kisbiet tal-Programm tal-Unjoni biex tappoġġja attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rapportar finanzjarju u tal-awditjar għall-perjodu 2014-2020. Ir-rapport għandu jivvaluta mill-inqas il-pertinenza u l-koerenza kumplessiva tal-programm, l-effettività tal-eżekuzzjoni tiegħu u l-effettività kumplessiva u individwali tal-programmi ta’ ħidma tal-benefiċjarji fl-appoġġ għall-iżvilupp trasparenti u indipendenti ta’ standards internazzjonali tar-rapportar finanzjarju u tal-awditjar.
2.2.Il-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-awditjar u r-rapportar finanzjarju
Il-programm qed jikkofinanzja l-attivitajiet ta’ tliet organizzazzjonijiet: il-Fondazzjoni għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (Fondazzjoni tal-IFRS), il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju (EFRAG) u l-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB). Huwa jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi politiċi tal-Unjoni fir-rigward tar-rapportar finanzjarju u tal-awditjar. Il-Fondazzjoni tal-IFRS tiżviluppa standards internazzjonali tar-rapportar finanzjarju (IFRSs) permezz tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) tagħha, filwaqt li l-EFRAG jipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea parir ta’ approvazzjoni dwar standards ġodda jew modifikati u jimmonitorja l-attivitajiet tal-istipular tal-istandards imwettqa mill-IASB biex jiżgura li jiġu ssalvagwardjati l-interessi Ewropej. Il-PIOB iwettaq sorveljanza ta’ tliet Bordijiet tal-Istipular tal-Istandards appoġġjati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) fl-oqsma tal-awditjar u l-assigurazzjoni, l-edukazzjoni u l-etika.
Fil-qasam tar-rapportar finanzjarju, il-programm jikkomplementa r-Regolament tal-IAS, li jirrikjedi li kumpaniji b’titoli elenkati f’suq regolat tal-UE jħejju r-rapporti finanzjarji kkonsolidati tagħhom skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.
Il-programm għandu pakkett finanzjarju ta’ EUR 57 007 000 għall-perjodu 2014-2020, imqassam kif ġej:
§Il-Fondazzjoni tal-IFRS: EUR 31 632 000
§EFRAG: EUR 23 134 000
§PIOB: EUR 2 241 000
Il-finanzjament huwa pprovdut lit-tliet benefiċjarji permezz ta’ għotjiet operattivi li huma implimentati permezz ta’ ġestjoni diretta bi programmi ta’ ħidma annwali.
2.3.Objettivi tal-programm
Fil-qasam tar-rapportar finanzjarju, l-objettivi operattivi ewlenin deskritti fil-premessi tar-Regolament 258/2014 li jistabbilixxi l-programm jinkludu:
§L-iżgurar tal-komparabbiltà u t-trasparenza tal-kontijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni kollha;
§It-trawwim tal-konverġenza tal-istandards tal-kontabbiltà użati internazzjonalment bl-objettiv aħħari li jintlaħaq sett wieħed ta’ standards tal-kontabbiltà;
§L-iżgurar li l-interessi tal-Unjoni jitqiesu b’mod adegwat fil-proċess internazzjonali għall-istipular tal-istandards. Dawk l-interessi għandhom jinkludu l-kunċett ta’ prudenza, iż-żamma tar-rekwiżit ta’ stampa vera u ġusta u jqisu l-impatt tal-istandards fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija.
§Żieda fl-indipendenza finanzjarja tal-benefiċjarji mis-settur privat u minn sorsi ad hoc, biex b’hekk tiżdied il-kapaċità u l-kredibbiltà tagħhom.
§Sorveljanza tal-proċess li jwassal għall-adozzjoni ta’ Standards Internazzjonali tal-Awditjar u attivitajiet oħra ta’ interess pubbliku tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti.
§It-trawwim tat-trasparenza u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess għall-istipular tal-istandards u l-proċess ta’ approvazzjoni 17 .
2.4.Implimentazzjoni tal-Programm tal-Unjoni
Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-kontenut tal-programmi ta’ ħidma tal-Programm tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġja attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-awditjar u tar-rapportar finanzjarju.
Madankollu, skont il-kostituzzjoni tal-Fondazzjoni tal-IFRS, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għandu diskrezzjoni sħiħa fl-iżvilupp u t-twettiq tal-aġenda teknika tiegħu soġġett għall-konsultazzjoni mal-Fiduċjarji u mal-Kunsill Konsultattiv tal-Fondazzjoni u għat-twettiq ta’ konsultazzjoni pubblika kull ħames snin. Dan jimplika li l-Kummissjoni Ewropea tista’ biss issegwi l-programm ta’ ħidma stabbilit mill-IASB.
Kull sena, il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm tal-Unjoni kif ukoll l-użu tal-għotjiet mogħtija, billi:
(I)Tħejji rapporti annwali dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-IFRS għall-benefiċjarji, l-EFRAG u l-PIOB u
(II)Tieħu deċiżjonijiet finanzjarji annwali, li jipprovdu valutazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-benefiċjarji bbażati fuq ir-regoli dettaljati stabbiliti mill-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (“ir-Regolament Finanzjarju”),
3.Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni interim
Il-valutazzjoni interim tindirizza l-mistoqsijiet li ġejjin skont l-Artikolu 9.8 tar-Regolament 258/2014:
·Effettività: kemm kellhom suċċess il-programm kumplessiv u l-programm ta’ ħidma ta’ kull benefiċjarju individwali fil-kisba jew fil-progress lejn l-objettivi tagħhom?
·Pertinenza: l-objettivi tal-programm għadhom rilevanti, kemm f’termini ta’ kompletezza (ħtiġijiet ġodda), jew ta’ preċiżjoni (bidliet fi, jew għajbien ta’ ħtiġijiet)?
·Koerenza: sa liema punt il-programm huwa konsistenti ma’ politiki oħra tal-UE, jew hemm xi inkonsistenzi bejn l-attivitajiet imwettqa mill-benefiċjarji?
Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq is-sorsi ta’ data li ġejjin:
·rapporti annwali kif ukoll dokumenti ta’ sostenn li l-benefiċjarji jipprovdu lill-Kummissjoni Ewropea fuq bażi annwali;
·id-data u l-input miġbura mill-Kummissjoni fid-diversi laqgħat tal-Bord Superviżorju, fejn il-Kummissjoni tipparteċipa bħala osservatur, biex jiġu diskussi u ċċarati kwistjonijiet ta’ finanzjament;
·ir-rapporti finanzjarji u r-rapporti tal-awditur tal-benefiċjarji;
·saru żjarat fil-postijiet tat-tliet benefiċjarji sabiex jiġu vverifikati s-sistemi u l-kontrolli finanzjarji.
·kontroll li ser isir tal-idoneità tal-qafas tal-UE għar-rapportar pubbliku mill-kumpaniji fl-2019
·evalwazzjoni tar-Regolament 1606/2002 (“ir-Regolament tal-IAS”) fl-2015 18
·evalwazzjoni ex-ante tal-Programm tal-Unjoni fl-2012 19 .
Approċċ
Din il-valutazzjoni ssegwi r-rekwiżiti tal-Artikolu 9.8 tar-Regolament 258/2014. Din tkopri l-perjodu mill-2014 sal-2019, iżda mhux il-perjodu li jifdal (jiġifieri sal-aħħar tal-2020).
Ir-rapport jadotta approċċ retrospettiv. Din ma tqisx alternattivi ta’ politika possibbli. Dan sar bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt li tappoġġja l-Proposta tal-Kummissjoni għal Programm għas-Suq Uniku 2021-2027 20 .
4.Ir-riżultati tal-valutazzjoni
4.1.L-effettività tal-programm kumplessiv
Filwaqt li fir-rapporti annwali tal-Kummissjoni jingħataw valutazzjonijiet dettaljati tal-progress, din it-taqsima għandha l-għan li tipprovdi għarfien dwar jekk l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-IFRS, l-EFRAG u l-PIOB baqgħux jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm matul il-perjodu evalwat.
Sejbiet ewlenin
Il-programm ta’ finanzjament ippermetta li t-tliet benefiċjarji jiżviluppaw standards li jtejbu t-trasparenza u l-komparabbiltà tal-informazzjoni finanzjarja dwar l-istrumenti finanzjarji, ir-rikonoxximent tad-dħul u l-kuntratti ta’ lokazzjoni. Il-proġett li għaddej “Komunikazzjoni Aħjar” tal-Fondazzjoni tal-IFRS huwa eżempju biex titjieb aktar il-komparabbiltà billi tissaħħaħ il-konsistenza fid-definizzjoni ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u fil-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji.
Il-programm ikkontribwixxa għall-aċċettazzjoni globali tal-IFRS bħala sett ta’ referenza ta’ standards tal-kontabbiltà ta’ kwalità għolja.
L-EFRAG ipprovda lill-Kummissjoni Ewropea parir ta’ approvazzjoni kwalitattiv dwar standards ġodda jew modifikati u jimmonitorja l-attivitajiet tal-istipular tal-istandards, imwettqa mill-IASB biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi Ewropej. F’dak ir-rigward il-programm tal-Unjoni kkontribwixxa għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-EFRAG li jwettaq valutazzjonijiet tal-impatt fl-UE kollha tal-konsegwenzi ekonomiċi usa’ ta’ standards IFRS ġodda.
Fir-rigward tal-indipendenza finanzjarja tal-benefiċjarji, id-diversifikazzjoni tal-finanzjament tagħhom żiedet il-kredibbiltà u l-kapaċità teknika tagħhom. Madankollu, l-objettiv li jiġu żgurati reġimi nazzjonali ta’ finanzjament proporzjonati mal-prodott domestiku gross ta’ pajjiż biex tiġi ffinanzjata l-Fondazzjoni tal-IFRS ma ntlaħaqx. L-implimentazzjoni tar-riforma ta’ Maystadt wessgħet il-kostitwenza tal-EFRAG u kkontribwixxiet għal koordinazzjoni aħjar bejn il-partijiet ikkonċernati Ewropej fil-qasam tar-rapportar finanzjarju.
Il-benefiċjarji IFRSF u EFRAG implimentaw regoli robusti ta’ proċessi dovuti u jinsabu fit-triq it-tajba biex jistabbilixxu reġistri ta’ trasparenza.
Fir-rigward tal-PIOB, l-għotja tal-UE għenet biex tattira sponsors pubbliċi oħra u biex jiġi żgurat livell minimu ta’ indipendenza mill-IFAC u l-professjoni tal-awditjar.
4.2.Effettività individwali tal-benefiċjarji
Il-Fondazzjoni tal-IFRS
4.2.1.Kisbiet ewlenin tal-Fondazzjoni tal-IFRS
Wara konsultazzjoni pubblika, il-Programm ta’ Ħidma 2015-2020 stabbilit mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà jimmira li jtejjeb u jappoġġja l-implimentazzjoni tal-istandards eżistenti u jsaħħaħ il-mod kif l-informazzjoni tiġi ddivulgata fir-rapporti finanzjarji. Matul il-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2018, il-Fondazzjoni tal-IFRS ħarġet erba’ standards ewlenin inklużi: l-IFRS 15 - Dħul minn Kuntratti ma’ Klijenti, l-IFRS 9 - Strumenti Finanzjarji, l-IFRS 16 - Lokazzjonijiet u l-IFRS 17 - Kuntratti tal-Assigurazzjoni. Barra minn hekk, f’Diċembru 2018, fuq il-bażi tat-tassonomija miżmuma mill-Fondazzjoni tal-IFRS, il-Kummissjoni Ewropea adottat l-Istandard Tekniku Regolatorju dwar l-ispeċifikazzjoni ta’ format uniku Ewropew għar-rapportar elettroniku (ESEF) li mill-2020 ’il quddiem jirrikjedi li l-emittenti tat-titoli elenkati f’suq regolat tal-UE jħejju r-Rapporti Finanzjarji tagħhom f’format iXBRL.
4.2.2.Kemm kienet effettiva l-Fondazzjoni tal-IFRS biex tikseb jew tagħmel progress lejn l-objettivi intenzjonati s’issa?
Sejbiet ewlenin
L-iżgurar tal-komparabbiltà u tat-trasparenza tal-kontijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni kollha
Ir-rapport tal-2015 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament Nru 1606/2002 (ir-“Regolament tal-IAS”), ikkonkluda li l-introduzzjoni tal-IFRS fl-Unjoni Ewropea żiedet it-trasparenza tar-rapporti finanzjarji permezz ta’ kwalità u divulgazzjonijiet imtejba u wasslet għal komparabbiltà akbar bejn ir-rapporti finanzjarji fl-industriji u bejniethom.
Matul il-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2018, il-Fondazzjoni tal-IFRS ħarġet standards ewlenin u segwiet proġetti ta’ riċerka mfassla biex itejbu l-komparabbiltà u t-trasparenza tar-rapporti finanzjarji tal-IFRS.
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma’ klijenti nħareġ f’Mejju 2014 u ġie emendat fl-2015 sabiex jipprovdi kjarifiki addizzjonali u jiffaċilita l-implimentazzjoni operattiva tiegħu. L-istandard inizjali ġie żviluppat b’mod konġunt mal-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti bil-għan li jiġi ssimplifikat mudell wieħed għar-rikonoxximent tad-dħul applikabbli għall-kuntratti kollha mal-klijenti u jiġu ċċarati r-rekwiżiti tal-istandards preċedenti IAS 8 Dħul u IAS 11 Kuntratti tal-kostruzzjoni billi tiġi introdotta gwida addizzjonali għall-implimentazzjoni. L-istandard ilu applikabbli fl-Ewropa mill-1 ta’ Jannar 2018 u huwa mistenni li jsaħħaħ il-komparabbiltà bejn l-IFRS u l-GAAP tal-Istati Uniti filwaqt li jtejjeb l-implimentazzjoni konsistenti mill-kumpaniji permezz tal-gwida għall-implimentazzjoni.
L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji huwa mfassal biex itejjeb it-trattament kontabilistiku tal-istrumenti tas-self u biex jiżgura rikonoxximent f’waqtu tat-telf ta’ kreditu mistenni billi jiġi implimentat mudell ta’ indeboliment li jħares ’il quddiem. Dan għandu wkoll l-għan li jallinja aħjar ir-rekwiżiti tal-kontabbiltà għall-iħħeġġjar mal-prattiki tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kumpaniji filwaqt li jtejjeb ukoll id-divulgazzjonijiet. Dan huwa mistenni li jnaqqas l-informazzjoni mhux skont il-GAAP u li jtejjeb it-trasparenza dwar l-użu ta’ strumenti finanzjarji għall-fini tal-mitigazzjoni tar-riskji. L-istandard huwa applikabbli għal perjodu annwali li jibda wara l-1 ta’ Jannar 2018.
L-IFRS 16 Kuntratti ta’ Lokazzjoni jespandi b’mod sinifikanti l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratti ta’ lokazzjoni li għalihom huwa meħtieġ rikonoxximent separat tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-lokazzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-lokatorju. L-istandard ġie mfassal bil-għan li tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-ingranaġġ finanzjarju bejn il-kumpaniji u t-trasparenza tal-flussi tal-flus li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ lokazzjoni. L-applikazzjoni obbligatorja fl-Ewropa bdiet fl-1 ta’ Jannar 2019.
L-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni għandhom l-għan li jipprovdu trattament kontabilistiku armonizzat għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u b’hekk itejbu b’mod sinifikanti l-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji bejn il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. L-istandard jirrikjedi wkoll l-użu ta’ stimi attwali u r-rikonoxximent f’waqtu ta’ telf mistenni bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza dwar l-assigurazzjoni u r-riskji finanzjarji inkorporati fil-kuntratti tal-assigurazzjoni. Dan għandu wkoll l-għan li jissimplifika mudell għar-rikonoxximent tad-dħul simili għall-IFRS 15 sabiex titjieb il-komparabbiltà inkroċata bejn l-industriji.
Finalment bħala parti mill-proġett ta’ Komunikazzjoni Aħjar, il-Fondazzjoni tal-IFRS qiegħda tqis titjib possibbli għall-preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji tal-IFRS sabiex titjieb il-komparabbiltà tal-indikaturi tal-prestazzjoni. Konsultazzjoni pubblika li tispjega l-proposti tal-IASB hija mistennija fl-2019.
Għalhekk, is-servizzi tal-Kummissjoni jivvalutaw li l-attivitajiet tal-istipular tal-istandards tal-Fondazzjoni tal-IFRS ikkontribwixxew għat-titjib tat-trasparenza u l-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji u b’hekk saħħew il-funzjonament effiċjenti tas-suq kapitali tal-UE.
It-trawwim tal-konverġenza tal-istandards tal-kontabbiltà użati internazzjonalment bl-objettiv aħħari li jintlaħaq sett wieħed ta’ standards tal-kontabbiltà
Mill-2014 sal-2018, l-użu u l-aċċettazzjoni internazzjonali tal-IFRS baqgħu jiżdiedu, bi tletin ġurisdizzjoni ġodda, prinċipalment mill-Afrika, li bdew jirrikjedu l-użu tal-IFRSs. L-istħarriġ tal-2018 li twettaq mill-Fondazzjoni tal-IFRS dwar l-użu tal-Istandards IFRS madwar id-dinja jenfasizza li minn 166 ġurisdizzjoni mistħarrġa, 87 % jirrikjedu l-użu tal-IFRS mill-inqas għall-kumpaniji li huma akkontabbli għall-pubbliku. Madankollu, xi swieq kapitali kbar (il-Ġappun, l-Istati Uniti) ma jirrikjedux l-IFRS iżda sempliċiment jippermettuhom għal emittenti nazzjonali jew barranin filwaqt li ġurisdizzjonijiet ewlenin oħrajn bħaċ-Ċina u l-Indja implimentaw biss programm ta’ konverġenza tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà lejn l-IFRS li jista’ ma jiżgurax konsistenza sħiħa mal-istandards kif maħruġa mill-IASB. Barra minn hekk, għalkemm il-programm konġunt tal-istipular tal-istandards bejn l-IASB u l-FASB kiseb konverġenza sostanzjali fuq ir-rikonoxximent tad-dħul u l-kuntratti ta’ lokazzjoni, ma baqax jintuża għall-istrumenti finanzjarji u għall-kuntratti tal-assigurazzjoni.
B’konsegwenza ta’ dan, minkejja xi limitazzjonijiet, il-programm tal-Unjoni kkontribwixxa għall-aċċettazzjoni internazzjonali tal-IFRS bħala mudell ta’ referenza dinji għar-rapportar finanzjarju.
L-iżgurar li l-interessi tal-Unjoni jitqiesu b’mod adegwat fil-proċess tal-istipular tal-istandards internazzjonali. Dawk l-interessi għandhom jinkludu l-kunċett ta’ prudenza, iż-żamma tar-rekwiżit ta’ stampa vera u ġusta u jqisu l-impatt tal-istandards fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija.
Skont il-kostituzzjoni tal-Fondazzjoni tal-IFRS, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għandu diskrezzjoni sħiħa fl-iżvilupp u t-twettiq tal-aġenda teknika tiegħu soġġett għall-konsultazzjoni tal-Fiduċjarji u tal-Kunsill Konsultattiv tal-Fondazzjoni u għat-twettiq ta’ konsultazzjoni pubblika kull ħames snin. L-Unjoni Ewropea hija rrappreżentata fil-Fondazzjoni tal-IFRS biss bħala membru tal-Bord ta’ Monitoraġġ u bħala osservatur tal-Kunsill Konsultattiv tal-Istandards li jimplika li ma għandha l-ebda influwenza diretta fl-għażliet tal-istipular tal-istandards.
B’konsegwenza ta’ dan, l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati Ewropej għandhom jiġu rrapportati skont il-proċeduri stabbiliti fil-Manwal ta’ Proċess Dovut (DPH) tal-Fondazzjoni tal-IFRS, li jirrikjedi b’mod speċjali li l-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà jikseb għarfien dwar l-effetti probabbli tal-proposti tiegħu għall-istipular tal-istandards u jippubblika analiżi tal-effetti għal kull abbozz ta’ espożizzjoni jew standard finali. Madankollu, ir-rekwiżiti tal-Manwal ta’ Proċess Dovut jiffokaw fuq it-titjib fir-rapportar finanzjarju u fuq il-valutazzjoni tal-kostijiet probabbli tal-konformità kemm għall-utenti kif ukoll għal dawk li jippreparaw, b’hekk ma jkoprux l-impatti usa’ tal-IFRS fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-ekonomija, jew is-sostenibbiltà.
Fl-2013, il-Fondazzjoni tal-IFRS waqqfet korp konsultattiv (il-Grupp Konsultattiv għall-Analiżi tal-Effetti) biex jgħin lill-IASB isaħħaħ il-metodoloġija tiegħu għall-analiżi tal-effetti. F’dak ir-rigward, sar xi progress fl-“Analiżi tal-Effetti” u dan appoġġja l-ħruġ tal-IFRS 16 Lokazzjonijiet, li qies speċifikament it-tħassib ekonomiku dwar l-impatt tal-istandard fuq il-kost tas-self għall-kumpaniji, patti ta’ dejn (billi kkapitalizza fuq is-sejbiet minn studju mwettaq mill-EFRAG), ir-rekwiżiti kapitali regolatorji tal-banek u l-aċċess għall-finanzjament għal kumpaniji iżgħar. Fl-2019, il-Fondazzjoni tal-IFRS nediet konsultazzjoni pubblika bħala parti mir-rieżami tal-Manwal ta’ Proċess Dovut tagħha li jissuġġerixxi li għandu jiġi ċċarat li l-Analiżi tal-Effetti għandha tkun espliċitament inkorporata fil-proċess kollu tal-istipular tal-istandards tal-IASB u tqis il-benefiċċji probabbli ta’ standards IFRS ġodda fuq l-istabbiltà finanzjarja fit-tul. Madankollu, hija ma tirrikjedix li l-Bord jivvaluta l-konsegwenzi ekonomiċi usa’ possibbli jew konsegwenzi oħrajn ta’ bidla fir-rapportar finanzjarju.
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta, f’Marzu 2018, l-IASB ħareġ il-Qafas Kunċettwali rivedut għar-Rapportar Finanzjarju li jipprovdi gwida mhux vinkolanti lill-Bord fl-iżvilupp tal-Istandards IFRS. Għalkemm mhux approvat mill-Unjoni Ewropea, il-Qafas Kunċettwali jiddefinixxi l-karatteristiċi kwalitattivi ta’ informazzjoni finanzjarja utli u għalhekk jipprovdi sfond kunċettwali li jwassal għall-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta. Il-qafas rivedut jiċċara li l-informazzjoni pprovduta għandha tgħin lill-utenti biex jivvalutaw l-amministrazzjoni tal-maniġment tar-riżorsi ekonomiċi ta’ entità u jispeċifika li l-eżerċizzju tal-prudenza (definit bħala l-eżerċizzju ta’ kawtela meta jsiru ġudizzji f’kundizzjonijiet ta’ inċertezza) jappoġġja l-fedeltà tar-rapportar finanzjarju.
Żieda fl-indipendenza finanzjarja tal-benefiċjarji mis-settur privat u minn sorsi ad hoc, biex b’hekk tiżdied il-kapaċità u l-kredibbiltà tagħhom.
|
L-evoluzzjoni tar-riżorsi tal-Fondazzjoni tal-IFRS |
|||||
|
Ammonti f’miljuni ta’ GBP |
2018 |
2017 |
2016 |
2015 |
2014 |
|
Kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta |
22,0 |
25,1 |
24,1 |
21,3 |
22,6 |
|
Dħul minn pubblikazzjonijiet |
8,6 |
6,6 |
6,1 |
5,8 |
5,5 |
|
Introjtu nett |
2,9 |
8,7 |
3,2 |
2,7 |
3,7 |
|
Kontribuzzjonijiet minn ditti internazzjonali tal-kontabbiltà |
5,4 |
8,7 |
7,7 |
7,0 |
6,4 |
|
Għadd medju tal-ħaddiema |
142 |
134 |
137 |
139 |
136 |
|
Diżaggregazzjoni tal-finanzjament tal-Fondazzjoni tal-IFRS |
|
||||||
|
Kontributuri finanzjarji |
2018 |
2017 |
2016 |
2015 |
2014
|
||
|
Ditti internazzjonali tal-kontabbiltà |
24,0 % |
34,7 % |
31,3 % |
33,0 % |
28,5 % |
||
|
Kummissjoni Ewropea |
18,5 % |
16,5 % |
15,6 % |
15,4 % |
13,6 % |
||
|
Stati Membri tal-UE (eskluż ir-Renju Unit) |
13,6 % |
12,4 % |
11,9 % |
12,6 % |
12,7 % |
||
|
Ir-Renju Unit |
3,6 % |
3,5 % |
3,5 % |
4,1 % |
3,8 % |
||
|
Total tal-Unjoni Ewropea |
35,8 % |
32,4 % |
31,0 % |
32,2 % |
30,2 % |
||
|
L-Asja/ l-Oċeanja |
32,7 % |
25,6 % |
29,0 % |
25,2 % |
24,5 % |
||
|
Kontinent Amerikan |
6,1 % |
5,8 % |
6,6 % |
7,9 % |
15,0 % |
||
|
L-Afrika |
0,6 % |
0,5 % |
1,2 % |
0,9 % |
0,8 % |
||
|
Oħrajn |
0,8 % |
0,9 % |
0,9 % |
0,8 % |
1,0 % |
||
Il-finanzjament tal-Fondazzjoni tal-IFRS jinkiseb primarjament permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji minn ġurisdizzjonijiet (normalment determinati bħala perċentwal tal-prodott domestiku gross) u minn ditti internazzjonali tal-kontabbiltà. Dan il-mekkaniżmu jiġġenera volatilità fid-dħul tal-Fondazzjoni. B’hekk l-istabbiltà tal-kontribuzzjonijiet totali rrapportati bejn l-2014 u l-2018 toskura tnaqqis sinifikanti tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Uniti (minn 15 % fl-2014 għal 6,1 % tal-finanzjament totali fl-2018) li parzjalment paċut minn żieda fl-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea (minn 13,5 għal 18,5 %) u miċ-Ċina (minn 8 sa 11 %). Matul il-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2018, il-Fondazzjoni rrapportat b’mod kostanti qligħ pożittiv u b’hekk saħħet il-pożizzjoni finanzjarja tagħha b’riżerva akkumulata ta’ GBP 21 miljun. Hija żiedet ukoll b’mod sinifikanti d-dħul tagħha ġġenerat minnha stess mill-attivitajiet ta’ pubblikazzjoni u ta’ liċenzjar. Madankollu, għadha tiddependi fuq il-kontribuzzjonijiet min-netwerks internazzjonali tal-kontabbiltà biex tikseb pożizzjoni finanzjarja bilanċjata.
Titrawwem it-trasparenza u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess għall-istipular tal-istandards u tal-proċess tal-approvazzjoni
Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-2015 li jappoġġja r-rapport dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament Nru 1606/2002 rigward l-applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità, sab li l-Fondazzjoni tal-IFRS topera taħt proċeduri żviluppati sew u trasparenti fir-rigward tal-attivitajiet tagħha ta’ stipular ta’ standards 21 . Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri hija spjegata fir-rapport annwali mill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-IFRS. Reviżjoni sinifikanti tal-Manwal ta’ Proċess Dovut tal-Fondazzjoni ġiet adottata fi Frar 2013.
Matul il-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2018, ir-rekwiżiti ta’ proċess dovut baqgħu sostanzjalment l-istess. Madankollu, l-IASB temm it-tieni u t-tielet rieżamijiet tiegħu ta’ wara l-implimentazzjoni tal-Istandards IFRS bl-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji u l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust. Ir-rieżamijiet enfasizzaw xi sfidi ta’ implimentazzjoni li joriġinaw mill-IFRS 3 speċjalment fir-rigward tal-kumplessità tal-kontabbiltà tal-avvjament kif ukoll xi tħassib dwar ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fl-IFRS 13. Dawk is-sejbiet bħalissa huma indirizzati permezz ta’ proġetti ta’ riċerka mmirati inklużi fil-pjan ta’ ħidma tal-Fondazzjoni. Fl-2017, il-Fiduċjarji tal-Fondazzjoni tal-IFRS ikkummissjonaw studju estern dwar il-perċezzjoni tal-fondazzjoni mill-partijiet ikkonċernati. Ir-riżultati enfasizzaw valutazzjoni qawwija għall-indipendenza u għat-trasparenza tagħha 22 .
Fir-rigward tar-reġistri ta’ trasparenza, minn Diċembru 2019 il-Fondazzjoni tal-IFRS se tippubblika reġistru ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati kull tliet xhur. Ir-reġistru se jkopri l-involvimenti kollha ta’ aktar minn 30 minuta tal-Membri tal-Bord tal-IASB ma’ partijiet esterni.
EFRAG
4.2.3.Kisbiet ewlenin tal-EFRAG
Mill-2014 sal-2018, l-EFRAG implimenta r-riforma interna tiegħu f’konformità mar-rakkomandazzjoni mir-rapport Maystadt ta’ Ottubru 2013, li tlestiet f’Lulju 2016 bil-ħatra ta’ Jean-Paul Gauzes bħala President tal-Bord tal-EFRAG. L-EFRAG kompla jwettaq ukoll valutazzjonijiet ta’ approvazzjoni dwar jekk l-IFRS jissodisfawx il-kriterji tekniċi tar-Regolament tal-IAS, inkluż il-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta, u saħħaħ ukoll il-valutazzjoni tiegħu dwar jekk ir-rekwiżiti ta’ rapportar finanzjarju ġodda jew proposti jwasslux għall-ġid pubbliku. B’mod partikolari, ta’ min isemmi l-kisbiet ewlenin li ġejjin:
·Ix-xogħol tal-EFRAG dwar il-parir ta’ approvazzjoni dwar l-IFRS 17 Kuntratti tal-assigurazzjoni sostnut minn analiżi tal-impatt fil-fond li tikkonsisti minn studju ta’ każ estensiv ma’ 11-il assiguratur; studju ta’ każ simplifikat ma’ 49 assiguratur; u sensibbilizzazzjoni tal-utent;
·parir ta’ approvazzjoni dwar l-IFRS 16 Lokazzjonijiet fl-2017;
·l-analiżi tal-impatt tal-EFRAG (bħala proġett pilota) tad-Dokument ta’ Diskussjoni tal-IASB Strumenti Finanzjarji b’Karatteristiċi ta’ Ekwità (FICE);
·Proġett ta’ Riċerka dwar il-konsegwenzi tal-IFRS 9 dwar investimenti ta’ terminu twil, u
·l-istabbiliment ta’ Laboratorju Ewropew f’Settembru 2018 biex fl-attivitajiet tiegħu u l-implikazzjoni tiegħu fl-iżviluppi fir-rapportar korporattiv, iqis id-diġitalizzazzjoni u ż-żoni finanzjarji sostenibbli.
Fl-2019, sal-lum, il-programm ta’ ħidma tal-EFRAG kien motivat l-aktar mill-aġenda tal-istipular ta’ standards tal-IASB. L-attività ta’ approvazzjoni tal-EFRAG tibqa’ importanti, speċjalment fid-dawl tad-deċiżjoni tal-IASB li jqis emendi fl-IFRS 17 li tirrikjedi li l-EFRAG joħroġ ittra ta’ kummenti dwar l-emendi filwaqt li jqis l-implikazzjonijiet fuq l-abbozz tiegħu ta’ parir dwar l-approvazzjoni tal-istandard. Barra minn hekk, iżomm il-kontribut attiv tiegħu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar Tkabbir Sostenibbli billi jwettaq l-attivitajiet ta’ riċerka tiegħu dwar it-trattament kontabilistiku tal-istrumenti ta’ ekwità bil-għan li jiġu identifikati trattamenti kontabilistiċi alternattivi possibbli għall-kejl tal-valur ġust ta’ portafolli ta’ strumenti ta’ ekwità u tat-tip ekwità. Fl-aħħar nett, l-EFRAG isegwi mill-qrib l-attivitajiet ta’ riċerka tal-IASB fir-rigward tal-avvjament u l-indeboliment, il-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji u r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni.
Il-Laboratorju Korporattiv Ewropew stabbilit fl-2018 se jistimola l-innovazzjoni fil-qasam tar-rapportar korporattiv fid-dawl tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli. Wara sejħa għall-kandidati f’Diċembru 2018, l-ewwel task force tal-proġett ġiet stabbilita u kienet operattiva fi Frar 2019.
4.2.4.Kemm kien effettiv l-EFRAG biex jikseb jew jagħmel progress lejn l-objettivi tiegħu s’issa?
Anke jekk diffiċli jissarraf kompletament f’indikaturi li jistgħu jitkejlu, il-progress tal-EFRAG huwa reali fit-twettiq tal-mandat tiegħu li jipprovdi pariri rrispettati lill-Kummissjoni Ewropea u jirrappreżenta l-opinjoni Ewropea dwar ir-rapportar finanzjarju fl-arena internazzjonali.
Sejbiet ewlenin
L-iżgurar tal-interessi tal-Unjoni
Meta wieħed iħares lejn il-kwalità u l-influwenza tar-riżultati li nkisbu s’issa mill-EFRAG, hemm indikazzjonijiet tal-kwalità għolja tal-attivitajiet imwettqa. F’dawn l-aħħar ħames snin, l-EFRAG għamel valutazzjonijiet pubbliċi sħaħ tajbin u analiżijiet tal-impatt dwar standards ewlenin. Ix-xogħol ta’ riċerka tal-EFRAG kien essenzjali għall-parti tal-kontribut tal-Ewropa għall-iżvilupp tal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà billi jitqiesu l-prijoritajiet tal-partijiet ikkonċernati. Matul l-aħħar għaxar snin, l-EFRAG ippubblika aktar minn 700 dokument biex itejjeb l-IFRS. Il-partijiet ikkonċernati kkonfermaw il-valur u l-effettività tal-EFRAG.
L-influwenza tal-UE fuq l-istipular tal-istandards tal-IASB
Il-kwalità tal-proċess dovut tal-EFRAG sostnut mill-aġenda ta’ riċerka tiegħu bbażata fuq l-evidenza, l-impenn tiegħu għall-konsultazzjoni u r-rispons tiegħu għall-proġetti kollha tal-IASB sa mill-bidu nett komplew iżidu l-influwenza tiegħu fid-dibattitu dwar ir-Rapportar Finanzjarju Internazzjonali matul il-perjodu vvalutat. Lil hinn mill-kontributi fl-aġenda tal-IASB, l-EFRAG wettaq aktar xogħol fuq inizjattiva tiegħu stess u b’hekk ipprovda opportunità għal riflessjoni dwar id-direzzjoni futura tal-istipular tal-istandards u tar-rapportar finanzjarju. L-EFRAG irnexxilu jiżgura li ċ-ċirkostanzi Ewropej speċifiċi tqiesu kif xieraq qabel ma ttieħdu deċiżjonijiet ewlenin mill-IASB. Il-proġetti ta’ ħidma tal-EFRAG dwar l-immaniġġar tar-riskju dinamiku 23 u l-kontabbiltà għall-avvjament 24 huma illustrazzjonijiet tajbin tal-influwenza tal-EFRAG fuq l-IASB (minkejja li għadhom ma wasslux għal attivitajiet konkreti ta’ stipular ta’ standards mill-IASB).
Indipendenza tal-EFRAG
L-istruttura ta’ finanzjament tal-EFRAG hija bbażata fuq mudell ta’ finanzjament privat pubbliku bil-maġġoranza tal-kontribut li jiġi mill-KE. Fuq perjodu ta’ ħames snin, il-finanzjament tal-Kummissjoni Ewropea biss jinbidel xi ftit. Dan il-finanzjament huwa għal massimu ta’ 60 % tal-ispejjeż eliġibbli iżda l-kostijiet reali ddikjarati mill-EFRAG huma differenti kull sena u b’hekk il-finanzjament totali jinbidel. Il-kontribuzzjonijiet minn organizzazzjonijiet nazzjonali jammontaw għal madwar terz tal-finanzjament totali tal-EFRAG. Minn dan l-ammont, 82 % joħorġu minn erba’ Stati Membri iżda dawn ma wasslux għal influwenza dominanti fuq l-EFRAG. Kollox ma’ kollox, l-istruttura l-ġdida ta’ governanza u d-diversifikazzjoni tal-finanzjament tagħha li jirriżulta mir-riforma ta’ Maystadt ħadmu sew u rriżultaw f’żieda fil-kredibbiltà u fil-pożizzjoni mingħajr ma ġiet imfixkla l-indipendenza tal-organizzazzjoni.
Titrawwem it-trasparenza u titjieb il-governanza tal-EFRAG
Dan huwa qasam ta’ titjib kontinwu. Ir-riżultati ġenerali tal-azzjonijiet meħuda mill-EFRAG fir-rigward tat-trasparenza u l-governanza kienu pożittivi ħafna.
Sejbiet ewlenin
aIl-Bord tal-EFRAG laħaq il-konklużjonijiet kollha tiegħu abbażi ta’ kunsens mingħajr ma kien hemm bżonn li jirrikorri għall-votazzjoni b’maġġoranza.
aIt-trasparenza tal-proċess dovut pubbliku li kompla jiżviluppa.
aIl-kompożizzjoni aktar diversifikata tal-Bord tal-utenti kif ukoll tal-Bord tal-EFRAG u tat-TEG tal-EFRAG, kemm f’termini ta’ sfond ġeografiku kif ukoll dak professjonali tiżgura li ħafna perspettivi differenti jitqiesu adegwatament mill-EFRAG.
aRieżami tal-prestazzjoni u l-effettività tal-membri tiegħu stess taħt is-sorveljanza tal-Assemblea Ġenerali tal-EFRAG fuq bażi annwali wriet li, kollox ma’ kollox, l-istruttura ta’ governanza ħadmet sew.
aMa kien hemm l-ebda kwistjoni osservata fir-rigward ta’ kunflitti ta’ interess.
aIl-laqgħat kollha tal-Bord tal-EFRAG, tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi tal-EFRAG (TEG tal-EFRAG) u tal-Forum Konsultattiv ta’ Dawk li Jistipulaw l-Istandards tal-EFRAG (CFSS tal-EFRAG) isiru fil-pubbliku u ilhom jixxandru permezz ta’ webcast minn Marzu 2018.
aAġenda, sommarji tal-laqgħat u dokumenti ta’ sostenn tal-aġenda għal laqgħat importanti jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-EFRAG.
aL-EFRAG jippubblika abbozz tal-pożizzjonijiet għal konsultazzjonijiet pubbliċi, iwettaq testijiet fuq il-post u forom oħra ta’ analiżijiet tal-effetti, u jorganizza avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni.
·Madankollu, għad hemm żewġ riżervi:
origward il-kapaċità li tiġi kopruta l-firxa sħiħa tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati fl-Ewropa (pereżempju l-utenti ż-żgħar);
oreġistru ta’ trasparenza obbligatorju dwar il-laqgħat ma’ partijiet ikkonċernati esterni għadu ma ġiex stabbilit iżda kważi lest.
Il-PIOB
4.2.5.Kisbiet ewlenin tal-PIOB
Matul il-perjodu kollu, il-PIOB ħadem mill-qrib mal-bordijiet tal-istipular tal-istandards taħt is-sorveljanza tiegħu, it-tliet Gruppi Konsultattivi ta’ Konsulenza tagħhom, il-Bord Konsultattiv tal-Konformità u t-tmexxija tal-Kumitat Nominattiv u tal-IFAC. Il-kontribut kritiku mill-PIOB iffoka aħjar id-diskussjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali ġodda tal-awditjar u b’hekk ikkontribwixxa għal standards li jirrispondu aktar għall-interess pubbliku milli kieku kien ikun il-każ.
4.2.6.Kemm kien effettiv il-PIOB biex jikseb jew jagħmel progress lejn l-objettivi tiegħu s’issa?
L-għotja tal-UE lill-PIOB kienet essenzjali biex tiżgura livell minimu ta’ indipendenza vis-à-vis l-IFAC u l-professjoni tal-awditjar b’mod ġenerali.
4.3. L-objettivi tal-programm għadhom rilevanti, kemm f’termini ta’ kompletezza (ħtiġijiet ġodda), jew ta’ preċiżjoni (bidliet fi, jew għajbien ta’ ħtiġijiet)?
Sejbiet ewlenin
L-objettivi tal-programm jibqgħu fil-parti l-kbira validi għalkemm il-kisba ta’ sett wieħed ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà ma jidhirx li jista’ jintlaħaq aktar fit-terminu qasir u medju. Madankollu, is-Servizzi tal-Kummissjoni jivvalutaw li l-garanzija tal-aċċettazzjoni internazzjonali tal-Istandards IFRS tibqa’ ta’ benefiċċju għall-entitajiet li jixtiequ jiġbru l-kapital f’ġurisdizzjonijiet barranin jew li għandhom attivitajiet transfruntiera sinifikanti. Barra minn hekk, il-ħtieġa li tittejjeb l-effiċjenza tal-allokazzjoni tas-swieq kapitali għall-finanzjament tat-tkabbir sostenibbli tenfasizza li l-finanzjament fit-tul tal-EFRAG għandu jiġi aċċertat sabiex dan ikun jista’ jwettaq valutazzjonijiet ta’ sostenibbiltà tal-istandards IFRS u jrawwem l-aħjar prattiki fil-qasam tar-rapportar korporattiv u tal-informazzjoni extrafinanzjarja.
L-iżgurar tal-komparabbiltà u t-trasparenza tal-kontijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni;
Ir-rilevanza tal-programm ta’ finanzjament primarjament toħroġ mir-Regolament tal-IAS adottat fl-2002 bħala parti mill-Istrateġija għar-Rapportar Finanzjarju tal-UE. Il-Komunikazzjoni tal-2000 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew 25 enfasizzat li d-Direttivi dwar il-Kontabbiltà eżistenti ma kinux jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-kumpaniji li jixtiequ jiġbru l-kapital minn swieq tat-titoli pan-Ewropej jew internazzjonali minħabba d-diversità tal-approċċi tal-kontabbiltà bħala riżultat tal-opzjonijiet inkorporati fid-Direttivi dwar il-Kontabbiltà kif ukoll tal-livelli differenti ta’ infurzar madwar fl-UE kollha.
F’dak ir-rigward, l-evalwazzjoni tal-2015 tar-Regolament 1606/2002 (“ir-Regolament tal-IAS”), enfasizzat li l-IFRS għamlu s-swieq kapitali tal-UE aktar effiċjenti billi għamlu r-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji aktar trasparenti u aktar faċli biex jiġu mqabbla. Barra minn hekk, mill-2013 id-Direttivi dwar il-Kontabbiltà ma ġewx emendati filwaqt li skont ir-Regolament tal-IAS, l-UE adottat l-istandards IFRS ġodda, l-IFRS 15 Dħul minn kuntratti ma’ klijenti, l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji u l-IFRS 16 Lokazzjonijiet. B’konsegwenza ta’ dan, ir-rilevanza tal-istandard IFRS bħala sett wieħed ta’ standards tal-kontabbiltà għall-entitajiet elenkati f’suq regolat kompliet tiżdied meta mqabbla mad-Direttivi tal-Kontabbiltà. Għalhekk, is-servizzi tal-Kummissjoni jivvalutaw li l-objettivi tal-programm ta’ finanzjament Ewropew jibqgħu validi.
It-trawwim tal-konverġenza tal-istandards tal-kontabbiltà użati internazzjonalment mal-objettiv aħħari li jintlaħaq sett wieħed ta’ standards tal-kontabbiltà
Meta wieħed iqis il-limitazzjonijiet deskritti fit-taqsima preċedenti dwar l-effettività u speċjalment id-diskontinwità tal-programm konġunt għall-istipular tal-istandards bejn il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti, l-objettivi li jinkiseb sett wieħed ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà ma jidhrux li jistgħu jintlaħqu fil-futur prevedibbli. Madankollu, fl-2016, il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti ppermettiet madwar lil 525 emittent barrani (li minnhom madwar 125 emittent mill-UE 26 ) jippreżentaw ir-rapporti finanzjarji annwali mħejjija skont l-IFRS, u dan jikkontribwixxi għall-aċċettazzjoni internazzjonali tal-IFRS f’ġurisdizzjonijiet oħra. Barra minn hekk, l-objettiv li titrawwem il-konverġenza tal-istandards tal-kontabbiltà jibqa’ rilevanti għall-ġurisdizzjonijiet li għażlu li jikkonverġu b’mod sostanzjali l-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà tagħhom mal-IFRS, bħar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Għalhekk, is-Servizzi tal-Kummissjoni jirrikonoxxu li aktar progress fl-użu tal-IFRS x’aktarx li mhux se jseħħ fuq perjodu qasir. Madankollu, l-iżgurar tal-aċċettazzjoni internazzjonali tal-IFRS jibqa’ ta’ benefiċċju għall-kumpaniji tal-UE li jixtiequ jiġbru l-kapital f’ġurisdizzjonijiet barranin jew b’operazzjonijiet barranin sinifikanti f’ġurisdizzjonijiet li jirrikjedu jew li jawtorizzaw l-użu tal-IFRS.
L-iżgurar li l-interessi tal-Unjoni jitqiesu b’mod adegwat fil-proċess internazzjonali għall-istipular tal-istandards.
Dan l-objettiv politiku joħroġ direttament mill-għażla li tiġi ddelegata r-responsabbiltà għall-istabbiliment tar-rekwiżiti tar-rapportar finanzjarju lil organizzazzjoni mhux governattiva indipendenti mingħajr ma jingħata rendikont dirett lill-Unjoni Ewropea. Il-governanza tal-Fondazzjoni tal-IFRS tiddependi fuq tqassim strett tas-sħubija fil-Bord tal-Fiduċjarji u fil-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà abbażi ta’ kriterji ġeografiċi. Fl-2015, il-Fondazzjoni wettqet konsultazzjoni pubblika dwar id-distribuzzjoni ġeografika tal-governanza tagħha. Xi partijiet ikkonċernati inkluża l-Kummissjoni Ewropea argumentaw li s-sħubija għandha tirrifletti l-impenn li jiġu adottati l-IFRS u s-sehem relattiv fil-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Fondazzjoni. Madankollu, il-Fondazzjoni affermat mill-ġdid li s-sħubija għandha tkun rappreżentattiva tas-swieq kapitali dinjija u soġġetta għar-rekwiżiti tal-bilanċ ġeografiku biex tinżamm rappreżentanza ekwivalenti bejn l-Asja u l-Oċeanja, l-Ewropa u l-Amerika.
B’konsegwenza ta’ dan, meta jitqies in-nuqqas ta’ progress lejn l-istabbiliment ta’ struttura ta’ governanza li tirrifletti l-użu reali tal-IFRS mill-ġurisdizzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-finanzjament tal-Fondazzjoni, is-Servizzi tal-Kummissjoni jivvalutaw li l-objettiv politiku li tkun żgurata superviżjoni aktar xierqa tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni jibqa’ essenzjali kemm qabel l-adozzjoni kif ukoll matul il-proċess kollu għall-istipular tal-istandards. Dan jimplika b’mod speċjali li biex id-dibattitu dwar l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju jiġi influwenzat upstream, il-mandat tal-EFRAG jibqa’ pedament tal-programm bil-għan li jikkontribwixxi għall-istipular ta’ standards ibbażati fuq l-evidenza permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt kwantitattivi.
Żieda fl-indipendenza finanzjarja tal-benefiċjarji mis-settur privat u minn sorsi ad hoc, biex b’hekk tiżdied il-kapaċità u l-kredibbiltà tagħhom.
Matul il-perjodu kopert mill-valutazzjoni, il-Fondazzjoni tal-IFRS irrapportat b’mod kostanti profitti u riżervi akkumulati suffiċjenti biex ikopru ħmistax-il xahar ta’ spejjeż operattivi 27 . Hija żiedet ukoll id-dħul rikorrenti tagħha ġġenerat minnha stess mill-ftehimiet tal-liċenzji. Madankollu, il-Fiduċjarji tal-Fondazzjoni tal-IFRS ma kellhomx suċċess fl-implimentazzjoni ta’ skema ta’ kontribuzzjoni stabbli bbażata fuq il-prodott domestiku gross tal-ġurisdizzjonijiet. B’konsegwenza ta’ dan, il-maġġoranza tal-finanzjament tal-Fondazzjoni jkompli jiddependi fuq il-finanzjament annwali volontarju. Barra minn hekk, matul il-perjodu l-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti temmet l-appoġġ finanzjarju tagħha lill-Fondazzjoni, u b’hekk żiedet is-sehem relattiv tal-finanzjament min-netwerks internazzjonali tal-kontabbiltà, li kienu jirrappreżentaw kważi terz tal-finanzjament totali tal-Fondazzjoni bejn l-2015 u l-2017 u 24 % fl-2018 28 .
Fir-rigward tal-EFRAG, id-diversifikazzjoni tal-finanzjament tiegħu u l-istruttura ta’ governanza tiegħu li jirriżultaw mir-riforma Maystadt żiedu l-kredibbiltà tal-EFRAG bħala organizzazzjoni li taħdem fl-interess pubbliku Ewropew. S’issa kellhom impatt pożittiv fuq il-mod li bih l-EFRAG jinfluwenza l-IFRS. Illum, l-istruttura ta’ finanzjament tiegħu hija bbażata prinċipalment fuq il-kontribuzzjonijiet mill-UE u mill-organizzazzjonijiet nazzjonali li jirrappreżentaw 85 % tar-riżorsi finanzjarji tiegħu. Madankollu, bi Brexit u bl-irtirar potenzjali tar-regolatur tar-Renju Unit (FRC), l-indipendenza finanzjarja tal-EFRAG se ssir aktar rilevanti biex tiżgura l-kapaċità tiegħu li jwettaq il-mandat tiegħu.
Fir-rigward tal-PIOB, hemm diversifikazzjoni ta’ sorsi ta’ finanzjament, b’kontribuzzjoni sostanzjali mill-IFAC iżda taħt il-limitu ta’ żewġ terzi, kif stipulat fir-Regolament.
B’konsegwenza ta’ dan, b’mod ġenerali s-servizzi tal-Kummissjoni jivvalutaw li l-aċċertament tal-indipendenza finanzjarja tal-benefiċjarji tibqa’ objettiv rilevanti.
Sorveljanza tal-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u attivitajiet oħra ta’ interess pubbliku tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti.
Il-PIOB huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-proċess dovut tal-proċess għall-istipular tal-istandards internazzjonali fl-oqsma tal-awditjar u tal-assigurazzjoni, tal-edukazzjoni u tal-etika.
L-ISAs jintużaw - direttament jew indirettament - fl-Istati Membri kollha tal-UE. Hemm bżonn ta’ PIOB li jiffunzjona tajjeb biex jissorvelja l-bordijiet li jistipulaw l-istandards sabiex jiżgura li jiġu żviluppati standards ġodda, jew emendati, fl-interess pubbliku, jiġifieri li jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati, akkontabbli u trasparenti kif ukoll li jallinja l-prijoritajiet tal-professjoni tal-awditjar ma’ dawk tal-partijiet ikkonċernati kollha (inklużi l-investituri u utenti oħrajn tar-rapporti finanzjarji).
Titrawwem it-trasparenza u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess għall-istipular tal-istandards u l-proċess ta’ approvazzjoni.
Is-Servizzi tal-Kummissjoni jivvalutaw li l-iżgurar ta’ konsultazzjoni ġusta u trasparenti mal-partijiet ikkonċernati jibqa’ pedament tal-proċessi tal-istipular tal-istandards u tal-approvazzjoni biex jiġi żgurat li l-fehmiet mill-partijiet ikkonċernati Ewropej kollha jitqiesu b’mod adegwat fl-istadju kollu tal-proċess dovut tal-benefiċjarji.
Tfaċċaw ħtiġijiet ġodda?
Is-Servizzi tal-Kummissjoni identifikaw żewġ ħtiġijiet ewlenin ġodda rilevanti għall-Programm tal-Unjoni: id-domanda dejjem akbar għal aċċess elettroniku għall-informazzjoni finanzjarja u l-ħtieġa li tittejjeb l-effiċjenza tal-allokazzjoni tas-swieq kapitali għall-finanzjament tat-tkabbir sostenibbli.
It-talba għal aċċess elettroniku għall-informazzjoni finanzjarja
Fl-2013, id-Direttiva dwar it-Trasparenza ġiet emendata biex sal-1 ta’ Jannar 2020 tirrikjedi t-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji annwali f’format uniku tar-rapportar elettroniku bil-għan li jiġi ffaċilitat l-investiment transfruntier u biex l-investituri jkunu jistgħu jaċċessaw faċilment informazzjoni regolata. L-Istandard Tekniku Regolatorju dwar il-Format Elettroniku Uniku Ewropew ġie adottat fid-29 ta’ Mejju 2019 mill-Kummissjoni Ewropea u jistabbilixxi li t-tassonomija li għandha tintuża biex jiżdiedu r-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-IFRS għandha tkun estensjoni tat-tassonomija tal-IFRS miżmuma mill-Fondazzjoni tal-IFRS.
It-tassonomija tal-IFRS tirrifletti r-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni u divulgazzjoni tal-IFRS u tiġi aġġornata kull sena mill-Fondazzjoni. Wara konsultazzjoni pubblika li saret fl-2015, f’Ġunju 2016, il-Fiduċjarji ħarġu anness tal-Manwal ta’ Proċess Dovut tal-Fondazzjoni biex jirrifletti ż-żamma meħtieġa tat-tassonomija tal-IFRS. Huwa jipprevedi b’mod speċjali li l-aġġornamenti tat-tassonomija jitwettqu mal-adozzjoni ta’ standard ġdid, jew emenda, wara konsultazzjoni pubblika mnedija mhux aktar tard mill-pubblikazzjoni tal-istandard finali.
It-titjib tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tas-swieq kapitali għall-finanzjament tat-tkabbir sostenibbli
Matul il-perjodu meqjus mill-valutazzjoni, il-ftehim dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (2015) u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima (2016) poġġew it-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli fuq quddiem nett tal-aġenda politika, u kkontribwew għal fokus dejjem akbar fuq is-sostenibbiltà tan-negozji u l-investimenti. Dan imbagħad għamel enfasi fuq it-titjib tat-trasparenza korporattiva fuq il-kwistjoni tas-sostenibbiltà u qajjem tħassib ġdid dwar l-impatt tal-Istandards IFRS. B’mod speċjali, ir-rapport tal-2018 tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-finanzjament ta’ ekonomija Ewropea sostenibbli enfasizza li l-istandards IFRS jista' jkun li ma jwasslux għal investiment ta’ terminu twil.
B’konsegwenza ta’ dan, bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-2018 tagħha dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-EFRAG biex iqis titjib possibbli għat-trattament kontabilistiku tal-investimenti ta’ terminu twil fl-istrumenti ta’ ekwità u kkommettiet ruħha, li titlob valutazzjoni tal-impatt tal-istandards IFRS ġodda jew riveduti fuq l-investimenti sostenibbli, fejn xieraq. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tipprevjeni li t-trattamenti kontabilistiċi tal-IFRS jikkontribwixxu biex jiddiżinċentivaw l-allokazzjoni meħtieġa tal-finanzjament fuq terminu twil għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli.
Fl-2019, il-President tal-IASB enfasizza li l-Fondazzjoni tal-IFRS ma kinitx mgħammra sabiex tidħol fil-qasam tar-rapportar tas-sostenibbiltà u għandha tiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-informazzjoni finanzjarja tal-investituri. Madankollu huwa rrikonoxxa li l-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà jista’ jkollhom impatt fuq ir-rapportar finanzjarju u ssuġġerixxa li, meta jkun finanzjarjament materjali, il-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ reviżjoni sħiħa tad-Dikjarazzjoni dwar il-Prattika tal-Kummentarju tal-Maniġment. Id-dikjarazzjoni ta’ prattika tipprovdi gwida mhux vinkolanti dwar l-informazzjoni ta’ sfond li fiha jiġu interpretati r-rapporti finanzjarji. Dan jinkludi b’mod speċjali informazzjoni dwar l-istrateġija tal-kumpanija u tal-progress li sar lejn l-implimentazzjoni tagħha.
B’konsegwenza ta’ dan, id-deċiżjoni mill-IASB li ma jqisx l-impatti tas-sostenibbiltà fl-iżvilupp tal-Istandards IFRS timplika li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ approvazzjoni mwettqa mill-EFRAG se jitwessa’ sabiex jiġi żgurat li din id-dimensjoni tal-Ġid Pubbliku Ewropew tiġi ssalvagwardjata b’mod xieraq. F’dak ir-rigward, fl-2018, l-EFRAG diġà ħareġ żewġ pariri tekniċi dwar titjib possibbli fir-rekwiżiti tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji għal investimenti ta’ terminu twil fi strumenti ta’ ekwità u se jkompli jaħdem fuq trattamenti kontabilistiċi alternattivi possibbli għall-kejl tal-valur ġust ta’ ekwità u strumenti simili ta’ ekwità fil-futur.
Barra minn hekk, peress li l-attivitajiet tal-EFRAG fir-rigward ta’ rapportar ta’ informazzjoni mhux finanzjarja se jirrappreżentaw estensjoni loġika tal-mandat tiegħu fil-futur, dawn għandu jkollhom finanzjament adegwat. Għalhekk, ikun utli li l-Programm tas-Suq Uniku (SMP) futur, li jiddependi fuq in-negozjati tal-QFP li jmiss, jinkludi arranġamenti ta’ finanzjament flessibbli li jiżguraw li dawn l-attivitajiet ikunu koperti wkoll.
4.4.Sa liema punt il-programm kien konsistenti ma’ politiki oħra tal-UE jew hemm inkonsistenzi bejn l-attivitajiet imwettqa mill-benefiċjarji (Koerenza)?
Sejbiet ewlenin
L-attivitajiet tal-benefiċjarji huma konsistenti u konformi bis-sħiħ mal-objettiv tal-UE li ssaħħaħ l-Unjoni tas-Swieq Kapitali.
Konsistenza bejn l-attivitajiet imwettqa mill-benefiċjarji
Fil-qasam tar-rapportar finanzjarju, il-programm ta’ Finanzjament tal-UE huwa mfassal sabiex jiżgura l-promozzjoni ta’ sett uniku ta’ standards internazzjonali tar-rapportar finanzjarju u biex jissalvagwardja l-interessi taċ-ċittadini Ewropej u l-objettivi politiċi pubbliċi tal-UE. Il-konsistenza bejn dawn iż-żewġ objettivi potenzjalment kontradittorji għalhekk tiddependi fuq l-abbiltà tal-EFRAG li jaħdem mal-IASB kmieni kemm jista’ jkun fil-proċess tal-istipular tal-istandards sabiex jindirizza t-tħassib tal-partijiet ikkonċernati Ewropej. F’dak ir-rigward, ir-rapport jivvaluta li l-EFRAG kiseb suċċess fil-mandat tiegħu biex jinfluwenza fil-ħin lill-IASB qabel ma jiġi approvat standard ġdid. Madankollu, huwa jenfasizza wkoll li l-mandat tal-EFRAG jista’ jkun ta’ sfida dejjem akbar fil-ġejjieni minħabba li l-IASB ma jqisx b’mod espliċitu l-kwistjonijiet tas-sostenibbiltà fl-iżvilupp tal-Istandards IFRS u mhuwiex meħtieġ li jivvaluta sistematikament il-konsegwenzi tal-introduzzjoni ta’ standard ġdid tal-kontabbiltà lil hinn mit-titjib fir-rapportar finanzjarju u l-kostijiet probabbli tal-implimentazzjoni.
Abbażi tal-analiżi tagħna, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lid-differenza fil-fokus bejn il-kunċett ta’ “ġid pubbliku” usa’ tal-Unjoni stabbilit fir-Regolament tal-IAS u l-fokus aktar strett tal-IASB fuq it-titjib kwalitattiv tal-finanzi, speċjalment meta mqabbel mal-objettiv usa’ tat-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija aktar sostenibbli. Dan jista’ jiġġustifika ċerta flessibbiltà addizzjonali fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-Istandards IFRS maħruġa mill-IASB billi f’ċirkostanzi definiti tajjeb jippermetti li jiġu emendati dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ standard jew ta’ interpretazzjoni ġodda li jikkontradixxu l-objettivi politiċi usa’ tal-UE.
Konsistenza ma’ objettivi politiċi pubbliċi oħra
Fil-qasam tar-rapportar finanzjarju, il-programm tal-Unjoni huwa mfassal biex jikkomplementa r-Regolament tal-IAS u biex jiżgura li l-istandards ġodda tal-kontabbiltà maħruġa mill-Fondazzjoni tal-IFRS jissodisfaw il-kriterji tal-approvazzjoni qabel l-adozzjoni mill-Unjoni Ewropea. B’konsegwenza ta’ dan, huwa jikkontribwixxi wkoll indirettament għall-objettivi usa’ tas-salvagwardja tal-funzjonament effiċjenti u kosteffettiv tas-swieq kapitali tal-Unjoni u għat-tisħiħ tal-libertà tal-moviment tal-kapital fis-suq intern. Barra minn hekk, l-analiżi fit-taqsima dwar ir-rilevanza tenfasizza li l-programm jibqa’ kompletament konsistenti mal-arkitettura tal-oqfsa tal-UE għar-rapportar pubbliku minn kumpaniji, li hija bbażata fuq differenzazzjoni fundamentali bejn ir-rekwiżiti applikabbli għall-entitajiet elenkati u dawk mhux elenkati. Il-kisba u ż-żamma b’mod effettiv ta’ qafas armonizzat ta’ rapportar finanzjarju għall-kumpaniji orjentati lejn is-suq kapitali jibqgħu essenzjali biex jinħoloq suq integrat għas-servizzi finanzjarji fil-kuntest tal-Unjoni tas-Suq Kapitali.
L-eżistenza ta’ korp indipendenti ta’ sorveljanza tal-awditjar offra lill-investituri (u lill-pubbliku ġenerali) serħan il-moħħ dwar il-fatt li l-istandards tal-awditjar huma ta’ kwalità għolja u żviluppati fl-interess pubbliku. L-għotja tal-UE hija ġġustifikata bl-użu wiesa’ tal-istandards internazzjonali tal-awditjar tal-IAASB fl-Istati Membri tal-UE. Madankollu, minkejja xi progress inizjali u titjib fid-diversità fil-finanzjament tal-PIOB, il-fatt li l-għadd ta’ sponsors pubbliċi oħra baqa’ limitat u aktar reċentement saħansitra naqas bi ftit joħloq tħassib. Għalhekk tibqa’ sfida biex jiġi żgurat mudell ta’ finanzjament diversifikat għall-PIOB li jista’ jiddependi fuq il-finanzjament mhux biss mill-awdituri, iżda wkoll mill-utenti/investituri, mir-regolaturi u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex ikun sostenibbli fil-futur medju u fit-tul. Fl-istess ħin, mingħajr l-għajnuna kontinwa tal-UE u sponsors pubbliċi oħra, il-PIOB jerġa’ lura għas-sitwazzjoni ta’ qabel l-2010, meta kien finanzjarjament dipendenti kompletament fuq l-IFAC. Dan ikun pass serju lura, idgħajjef il-kredibbiltà tas-sistema kollha tal-governanza u tas-sorveljanza u jirriskja li jnaqqas il-fiduċja tal-pubbliku fl-istandards tal-awditjar tal-IAASB.
ĠU, L 105, 8.4.2014, p.1.
ĠU, L 129, 19.5.2017, p.24.
A8-0172/2016 Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS), tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju (EFRAG) u tal-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB)
Il-finanzjament ipprovdut mill-Unjoni Ewropea jappoġġja wkoll l-aġġornament f’waqtu tat-tassonomija tal-IFRS li min-naħa tagħha sservi bħala kontribut għall-Format Elettroniku Uniku Ewropew.
Premessa 7
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat 2016/0107/COD
Id-Direttiva 2014/95/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar
C/2017/4234
C/2019/4490
Mill-2015 il-Kummissjoni dwar is-Sigurtajiet u l-Kambji ma baqgħetx tikkontribwixxi aktar għall-finanzjament tal-Fondazzjoni tal-IFRS. Il-finanzjament mill-Istati Uniti jiġi biss minn kontribuzzjonijiet volontarji minn organizzazzjonijiet privati.
Should IFRS Standards be more “European”? Ir-rapport ta’ Philippe Maystadt – Ottubru 2013
IFAC huwa l-korp privat li jirrappreżenta l-kontabilisti u l-awdituri madwar id-dinja.
L-14-il Rapport Pubbliku tal-PIOB approvat fl-2018:
http://www.ipiob.org/media/files/attach/2018PIOB_Report.pdf
https://www.iosco.org/
https://www.iosco.org/about/monitoring_group/pdf/2018-05-31-Monitoring-Group-Summary-of-Feedback.pdf
Kontribuzzjonijiet ta’ għotja kif kienu fil-31 ta’ Lulju 2019 (proviżorju għall-kontribuzzjoni ta’ għotja tal-2018).
Il-Premessa 15 tar-Regolament 258/2014
COM (2015) 301 final
COM (2012) 782 final
SWD (2018) 320 final appendiċi 8
SWD (2015) 120 final paġna 58
Immaniġġjar Riskju Dinamiku – Il-banek kif jimmaniġġjaw ir-riskji tar-rati tal-imgħax? Jannar 2017
Test tal-avvjament għall-indeboliment : Jista’ jittejjeb? Dikjarazzjoni ta’ feedback ta’ Marzu 2018
COM (2000) 359 final
https://www.sec.gov/divisions/corpfin/internatl/foreigngeographic2015.pdf
Skont ir-rapporti finanzjarji tagħha tal-2018.
Dan it-tnaqqis fl-2018 jirriżulta b’mod sinifikanti minn arranġament ġdid tal-liċenzjar li jwassal għal rikonoxximent ta’ dħul mil-liċenzji minflok kontribuzzjoni finanzjarja volontarja