IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.10.2019
COM(2019) 484 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar il-garanziji koperti mill-baġit ġenerali
Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2018
{SWD(2019) 379 final}
Werrej
1.Introduzzjoni
2.Operazzjonijiet garantiti mill-baġit tal-UE u mekkaniżmi ta’ kriżi taż-żona tal-euro mhux koperti mill-baġit tal-UE
2.1Self mogħti mill-Unjoni Ewropea b’objettivi makroekonomiċi
2.2Self b’objettivi mikroekonomiċi
2.3Il-finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) ta’ operazzjonijiet f’pajjiżi li mhumiex Stati Membri (“finanzjament estern tal-BEI”) koperti b’garanziji tal-UE (ELM).
2.4Il-finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (“FEI”) ta’ operazzjonijiet fl-Istati Membri koperti mill-garanziji tal-UE - Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)
2.5Mekkaniżmi ta’ mmaniġġar tal-kriżijiet li mhumiex koperti mill-baġit tal-UE
3.Evoluzzjoni tal-operazzjonijiet garantiti
3.1Operazzjonijiet immaniġġati direttament mill-Kummissjoni
3.1.1Il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (il-MESF)
3.1.2Faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti (BOP)
3.1.3Self ta’ Assistenza Makrofinanzjarja (MFA)
3.1.4Self mill-Euratom
3.2L-evoluzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament estern tal-BEI
4.Riskji koperti mill-baġit tal-UE
4.1Definizzjoni ta’ riskju
4.2Kompożizzjoni totali tar-riskju
4.3Riskju annwali kopert mill-baġit tal-UE
4.3.1Skopertura tal-Istat Membru
4.3.2Skopertura ta’ pajjiż terz
5.Attivazzjoni u pagament ta’ garanziji
5.1Dejn mhux kopert mill-Fond ta’ Garanzija għal Azzjoni Esterna (self tal-Euratom lill-Istati Membri, l-EFSM u l-BoP)
5.1.1Pagamenti mir-riżorsi ta’ flus
5.1.2Pagamenti mill-baġit tal-UE
5.2Sejħiet fuq il-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni u rkupri (ELM, MFA u self Euratom lil Pajjiżi terzi)
5.3Evoluzzjoni tal-Fond
6.Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)
7.Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD)
7.1Dwar il-Garanzija tal-EFSD
7.2Il-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD
1.Introduzzjoni
L-objettiv ta’ dan ir-rapport huwa li jiġu mmonitorjati r-riskji tal-kreditu sostnuti mill-baġit tal-UE li jirriżultaw mill-garanziji mogħtija u mill-operazzjonijiet ta’ għoti b’self implimentati direttament mill-Unjoni Ewropea jew indirettament permezz tal-garanzija mogħtija għall-proġetti ta’ finanzjament tal-BEI barra l-Unjoni.
Dan ir-rapport jitressaq skont l-Artikolu 149 tar-Regolament Finanzjarju preċedenti
li kien għadu applikabbli għal parti mill-2018. Għalhekk, dan ir-rapport dwar il-garanziji tal-baġit tal-UE u r-riskji korrispondenti għas-sena 2018 huwa sottomess għall-aħħar darba u se jiġi ssostitwit bl-iskema ta’ rapportar futura prevista fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid.
Ir-rapport huwa strutturat kif ġej: It-taqsima 2 tfakkar il-karatteristiċi ewlenin tal-operazzjonijiet garantiti mill-baġit tal-UE; diversi mekkaniżmi ta’ mmaniġġar tal-kriżijiet addizzjonali oħra, li ma jimplikaw l-ebda riskju għall-baġit tal-UE, huma ppreżentati wkoll. It-taqsima 3 tispjega l-evoluzzjoni tal-operazzjonijiet garantiti. It-taqsima 4 tenfasizza r-riskji ewlenin koperti mill-baġit tal-UE. It-taqsima 5 tiddeskrivi l-attivazzjoni tal-garanziji u l-evoluzzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (“il-Fond”)
filwaqt li t-taqsima 6 tiddeskrivi l-evoluzzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS).
Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD) jikkumplimenta dan ir-rapport b’sett ta’ tabelli u noti ta’ spjegazzjoni dettaljati. Huwa jipprovdi wkoll analiżi makroekonomika tal-pajjiżi li jibbenefikaw minn self u/jew garanziji tal-UE, li jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-iskopertura tal-Fond.
2.Operazzjonijiet garantiti mill-baġit tal-UE u mekkaniżmi ta’ kriżi taż-żona tal-euro mhux koperti mill-baġit tal-UE
Ir-riskji koperti mill-baġit tal-UE jirriżultaw minn varjetà ta’ operazzjonijiet ta’ għoti b’self u ta’ garanziji li jistgħu jinqasmu f’erba’ kategoriji:
2.1Self mogħti mill-Unjoni Ewropea b’objettivi makroekonomiċi
Tali self jikkonsisti minn (1) self ta’ Assistenza Makrofinanzjarja
(“MFA”) lil pajjiżi terzi, (2) self għall-Bilanċ tal-Pagamenti (“BOP”) li jagħti appoġġ lill-Istati Membri li ma jużawx l-euro li qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti u (3) self mogħti skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (“EFSM”)
li jagħti appoġġ lill-Istati Membri kollha li jkunu qed jiffaċċjaw, jew huma mhedda serjament minn diffikultajiet ekonomiċi finanzjarji serji kkawżati minn avvenimenti eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tagħhom. Dawn huma attivati flimkien ma’ appoġġ finanzjarju mogħti mill-Fond Monterarju Internazjonali (FMI).
2.2Self b’objettivi mikroekonomiċi
Din l-intestatura tirreferi għal self mill-Euratom
. Il-faċilità ta’ self tal-Euratom tista’ tintuża:
•
[fl-Istati Membri]: l-investimenti f’impjanti tal-enerġija nukleari u f’installazzjonijiet industrijali fiċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari
u
•
[f’ċerti pajjiżi mhux membri]: investimenti sabiex tittejjeb is-sikurezza u l-effiċjenza tal-impjanti tal-enerġija nukleari li jeżistu jew li huma taħt kostruzzjoni, kif ukoll proġetti ta’ dekummissjonar
.
2.3Il-finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) ta’ operazzjonijiet f’pajjiżi li mhumiex Stati Membri (“finanzjament estern tal-BEI”) koperti b’garanziji tal-UE
(ELM).
Skont il-Mandat ta’ Self Estern (ELM), l-UE tipprovdi garanzija mill-baġit tal-UE biex tippermetti lill-BEI iżid is-self tiegħu lil hinn mill-UE b’appoġġ għall-politiki tal-UE. L-ELM jappoġġa l-attività tal-BEI fil-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni, fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fl-Asja, fl-Amerika Latina u fl-Afrika t’Isfel. Fil-perjodu ELM attwali (2014-2020), il-baġit tal-UE qed jiggarantixxi sa EUR 32,3 biljun ta’ operazzjonijiet tal-BEI. Fl-14 ta’ Marzu 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni (UE) 2018/412 li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-ELM b’mod partikolari biż-żieda tal-limitu massimu tal-ELM attwali minn EUR 27 biljun għal EUR 32,3 biljun. Dan ir-rieżami jżid objettiv ġdid ta’ reżiljenza ekonomika fit-tul tar-refuġjati, migranti, komunitajiet ospitanti u ta’ tranżitu u komunitajiet ta’ oriġini bħala tweġiba strateġika għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.
Il-garanzija tal-UE lill-BEI tkopri r-riskji ta’ natura sovrana u ta’ natura politika b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu mwettqa barra mill-Unjoni bħala appoġġ għall-objettivi tal-politika esterna tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-BEI jiffinanzja operazzjonijiet ta’ investiment barra l-Unjoni fejn jieħu r-riskju huwa stess, kif ukoll attivitajiet taħt mandati speċifiċi bħal f’pajjiżi AKP.
Bil-ħsieb li tiġi appoġġata l-azzjoni esterna tal-Unjoni, u biex il-BEI ikun jista’ jiffinanzja investimenti barra mill-Unjoni mingħajr ma jaffettwa l-affidabbiltà kreditizja tal-BEI, il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu barra mill-Unjoni jibbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE.
Il-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni
Il-finanzjament estern garantit tal-BEI, is-self tal-MFA u tal-Euratom lil pajjiżi terzi ilhom mill-1994 jiġu koperti mill-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni (“il-Fond”), filwaqt li s-self tal-BOP, tal-EFSM u tal-Euratom lill-Istati Membri jiġi kopert direttament mill-baġit tal-UE.
Il-Fond ikopri inadempjenzi fuq self u garanziji fuq self mogħtija lil Stati mhux Stati Membri tal-UE jew għal proġetti fi Stati mhux Stati Membri tal-UE. Ġie stabbilit:
·
biex jipprovdi “riżerva ta’ likwidità” sabiex ikun evitat li wieħed jirrikorri għall-baġit tal-UE kull darba li jkun hemm inadempjenza jew pagament tard fuq self garantit; u
·
biex joħloq strument ta’ dixxiplina baġitarja billi jistabbilixxi qafas finanzjarju għall-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar il-garanziji ta’ self mill-UE u mill-BEI lil pajjiżi terzi
.
Jekk pajjiżi terzi jsiru Stati Membri, is-self marbut ma’ dawn il-pajjiżi ma jibqax kopert mill-Fond u r-riskju jkollu jiġġarrab direttament mill-baġit tal-UE. Il-Fond hu fornut mill-baġit tal-UE u jrid jinżamm f’ċertu perċentwal tal-ammont pendenti tas-self jew tal-garanziji fuq is-self koperti mill-Fond. Dan il-perċentwal, magħruf bħala r-rata fil-mira, bħalissa huwa ta’ 9 %. Jekk ir-riżorsi tal-Fond ma jkunux biżżejjed, il-baġit tal-UE jipprovdi l-fondi neċessarji. L-assi tal-Fond huma ġestiti mill-BEI.
2.4Il-finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (“FEI”) ta’ operazzjonijiet fl-Istati Membri koperti mill-garanziji tal-UE - Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)
Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) huwa l-qafas tal-pjan ta’ investiment għall-Ewropa, immirat lejn it-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività fit-tul fl-Unjoni Ewropea.
Il-Garanzija tal-UEtkopri l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment iffirmati mill-BEI taħt il-parti ewlenija tat-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni (“IIW”), u mill-FEI taħt it-Tieqa għall-SMEs (“SMEW”) u s-sottotieqa ta’ investiment ta’ SME / MidCap tal-IIW. Parti mill-operazzjonijiet ġenerali tal-FEIS hija koperta mill-Garanzija tal-UE filwaqt li parti oħra titwettaq b’riskju proprju tal-Grupp tal-BEI.
Il-BEI u l-FEI huma responsabbli li jivvalutaw u jimmonitorjaw ir-riskju tal-operazzjonijiet individwali u jirrapportaw lura lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Fond ta’ Garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FG tal-FEIS)
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament FEIS, il-FG tal-FEIS għandu jikkostitwixxi riżerva ta’ likwidità li minnha jitħallas il-BEI fil-każ li ssir eżerċitazzjoni fuq il-Garanzija tal-UE. B’konformità mal-Ftehim dwar il-FEIS bejn l-UE u l-BEI, is-sejħiet jitħallsu mill-FG tal-FEIS jekk l-ammont tagħhom ikun akbar mill-fondi għad-dispożizzjoni tal-BEI fil-kont tal-FEIS. Il-Kont tal-FEIS, immaniġġjat mill-BEI, ġie stabbilit għall-għan li jinġabar id-dħul u l-ammonti rkuprati tal-UE li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-FEIS taħt il-Garanzija tal-UE u, sa fejn iwassal il-bilanċ disponibbli, għall-pagament ta’ sejħiet taħt il-Garanzija tal-UE.
Il-Fond ta’ Garanzija għandu jinżamm f’ċertu perċentwal (l-Ammont fil-Mira) tal-ammont totali tal-obbligi taħt il-Garanzija tal-UE, li bħalissa huwa 35 %. B’hekk, ir-riżerva ta’ likwidità hija maħsuba biex tipprovdi marġni ta’ sikurezza xieraq filwaqt li tevita li l-baġit tal-Unjoni jiġi espost għal sejħiet għal pagament ta’ garanzija f’daqqa, li jistgħu jinvolvu tnaqqis fl-infiq jew emendi baġitarji. Għalhekk, hija tikkontribwixxi għall-prevedibbiltà tal-qafas baġitarju.
Il-FG tal-FEIS jiġi fornut progressivament, b’kont meħud taż-żieda fl-iskopertura li ġġarrab il-Garanzija tal-UE.
Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament FEIS, ir-riżorsi tal-FG tal-FEIS huma ġestiti direttament mill-Kummissjoni u investiti f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba skont regoli prudenzjali xierqa.
Il-BEI u l-FEI huma responsabbli li jivvalutaw u jimmonitorjaw ir-riskju tal-operazzjonijiet individwali appoġġati mill-Garanzija tal-UE. Abbażi ta’ dan ir-rapportar u suppożizzjonijiet koerenti u prudenti dwar l-attività futura, il-Kummissjoni tiżgura l-adegwatezza tal-ammont fil-mira u tal-livell tal-FG tal-FEIS rieżaminat. B’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament FEIS, il-BEI u l-FEI rrapurtaw lura lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri f’Marzu 2019.
Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament FEIS, ir-rapport annwali tal-BEI lill-Parlament Ewropew u lill Kunsill għandu jkun fih informazzjoni speċifika dwar ir-riskju aggregat assoċjat mal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jsiru skont il-FEIS kif ukoll dwar is-sejħiet għal pagament ta’ garanzija.
2.5Mekkaniżmi ta’ mmaniġġar tal-kriżijiet li mhumiex koperti mill-baġit tal-UE
Bħala parti mit-tweġiba għall-kriżi, ġew stabbiliti diversi mekkaniżmi oħra li, madankollu, ma jimplikaw l-ebda riskju għall-baġit tal-UE u huma msemmija biss hawn taħt għall-għan ta’ kompletezza:
- il-Faċilità tas-Self għall-Greċja (GLF) li hija ffinanzjata permezz ta’ self bilaterali mill-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro lill-Greċja u mmaniġġjata ċentralment mill-Kummissjoni.
- Il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF): L-EFSF inħolqot mill-Istati Membri taż-żona tal-euro bħala mekkaniżmu ta’ salvataġġ temporanju f’Ġunju 2010 sabiex tipprovdi assistenza finanzjarja lil Stati Membri taż-żona tal-euro fil-qafas ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku. It-Trattat li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ salvataġġ permanenti, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2012. Mill-1 ta’ Lulju 2013, l-EFSF qed tkompli bil-programmi fis-seħħ tagħha għall-Greċja (flimkien mal-FMI u xi Stati Membri) kif ukoll għall-Irlanda u għall-Portugall (flimkien mal-FMI, xi Stati Membri u l-UE/EFSM) iżda ma għadhiex involuta fi programmi ta’ finanzjament jew ftehimiet ta’ faċilità ta’ self ġodda.
- Il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES): Il-MES huwa komponent importanti tal-istrateġija komprensiva tal-UE maħsuba biex tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro billi jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri taż-żona tal-euro li jkunu qed jesperjenzaw jew ikunu mhedda minn diffikultajiet ta’ finanzjament. Dan huwa organizzazzjoni intergovernattiva skont id-dritt internazzjonali pubbliku, ibbażat fil-Lussemburgu, b’kapaċità effettiva ta’ għoti ta’ self ta’ EUR 500 biljun.
3.Evoluzzjoni tal-operazzjonijiet garantiti
|
Din it-taqsima tispjega l-evoluzzjoni tal-operazzjonijiet garantiti; l-ewwel ta’ dawk immaniġġati direttament mill-Kummissjoni u t-tieni, ta’ dawk immaniġġati mill-BEI.
Tabella 1: Ammonti pendenti totali koperti mill-baġit tal-UE fil-It-Tnejn, 31 ta’ Diċembru 2018, (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
|
Kapital Pendenti
|
Imgħax Dovut
|
Total
|
%
|
|
Stati Membri*
|
|
|
|
|
|
Euratom
|
152.9
|
0.5
|
153.4
|
0.2%
|
|
Bilanċ tal-Pagamenti
|
1,700.0
|
33.9
|
1,733.9
|
2.1%
|
|
Il-BEI
|
1,141.0
|
9.0
|
1,150.0
|
1.4%
|
|
L-EFSM
|
46,800.0
|
600.0
|
47,400.0
|
57.5%
|
|
Subtotal tal-Istati Membri**
|
49,793.9
|
643.3
|
50,437.2
|
61.2%
|
|
Pajjiżi Terzi***
|
|
|
|
|
|
MFA
|
4,360.7
|
26.8
|
4,387.6
|
5.3%
|
|
Euratom
|
100.0
|
0.5
|
100.5
|
0.1%
|
|
BEI****
|
27,395.2
|
147.6
|
27,542.8
|
33.4%
|
|
Subtotal tal-pajjiżi terzi
|
31,855.9
|
174.9
|
32,030.9
|
38.8%
|
|
Total
|
81,649.9
|
818.2
|
82,468.1
|
100%
|
|
*
Dan ir-riskju hu kopert direttament mill-baġit tal-UE. Dan jinkludi wkoll is-self tal-Euratom u tal-BEI li ngħata lil Pajjiżi tal-Istati Membri qabel l-adeżjoni tagħhom mal-UE.
**
Dawn iċ-ċifri ma jinkludux operazzjonijiet tal-FEIS, fejn EUR 15.8 biljun ġew żborżati sad-data tar-rapportar.
***
Ir-riskju kopert mill-Fond huwa limitat għal EUR 18-il biljun minħabba l-limitazzjonijiet tal-garanziji mogħtija lill-BEI taħt kull wieħed mill-mandati ta’ self estern (ELM) (ara t-taqsima 2.1.3 - Garanziji mogħtija lill-BEI tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal assoċjat).
****
Huwa inkluż is-self surrogat lill-UE wara l-inadempjenzi tas-Sirja u ta’ Enfidha (it-Tuneżija) fuq self mill-BEI (ammont: EUR 502.02 miljun inkluż kapital pendenti, l-imgħax dovut u l-penali). Dan is-self ġie kompletament indebolit fir-Rapporti Finanzjarji tal-UE tal-2015, tal-2016, tal-2017 u tal-2018.
|
It-Tabelli A1, A2a, A2b u A3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni jagħtu informazzjoni iktar iddettaljata dwar dawn l-ammonti pendenti, b’mod partikolari f’termini tal-limitu massimu, tal-ammonti żborżati u tar-rati ta’ garanzija kkonċernati.
3.1Operazzjonijiet immaniġġati direttament mill-Kummissjoni
Is-sostenn finanzjarju għall-pajjiżi terzi kif ukoll għall-Istati Membri fil-forma ta’ self bilaterali ffinanzjati mis-swieq kapitali bil-garanzija tal-baġit tal-UE jingħata mill-Kummissjoni permezz ta’ bosta atti legali tal-Kunsill jew tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, skont l-objettivi segwiti. Il-konsistenza tas-sostenn finanzjarju lil pajjiżi terzi mal-objettivi kumplessivi tal-politika ta’ azzjoni esterna tal-UE hija żgurata mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà megħjuna mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).
B’hekk, sabiex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-għoti b’self deċiżi mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissellef fondi mis-swieq tal-kapital kemm f’isem l-Unjoni Ewropea kif ukoll f’isem l-Euratom. L-għoti u t-teħid b’self jitwettqu bħala operazzjonijiet spalla ma’ spalla għax dan jiżgura li l-baġit tal-UE ma jieħu l-ebda riskju marbut mar-rata tal-imgħax jew mal-kambju. It-teħid b’self pendenti huwa pariġġat b’għoti ta’ self pendenti.
Tabella 1b Operazzjonijiet tal-UE fl-2018 (f’miljuni ta’ EUR)
Tabella 2: Operazzjonijiet ġodda ta’ għoti u teħid b’self (iggarantiti mill-baġit tal-Unjoni) ippjanati għall-2019 u l-2020 (f’miljuni ta’ EUR)
3.1.1Il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (il-MESF)
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9/10 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill ECOFIN ippreveda volum tal-mekkaniżmu ta’ EUR 60 biljun
. Barra minn hekk, l-Istati Membri taż-żona tal-euro kienu lesti biex jikkumplimentaw dawn ir-riżorsi jekk ikun meħtieġ. L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 407/2010 jillimita l-ammont pendenti ta’ self jew ta’ linji ta’ kreditu li għandhom jingħataw lill-Istati Membri għall-marġni disponibbli skont il-limitu tar-riżorsi proprji tagħhom għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
Wara d-deċiżjonijiet tal-Kunsill li tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Irlanda (sa EUR 22.5 biljun) u lill-Portugall (sa EUR 26 biljun), l-iżborżi laħqu EUR 22.5 biljun lill-Irlanda u EUR 24.3 biljun lill-Portugall (il-EUR 1.7 biljun li fadal ma ġewx mitluba mill-Gvern Portugiż). Għalhekk, l-EFSM fadallu kapaċità ta’ EUR 13.2 biljun sabiex ikun jista’ jipprovdi assistenza ulterjuri, jekk din tkun meħtieġa.
F’April 2013, il-Grupp tal-Euro/ECOFIN iddeċieda li jżid il-maturità massima medja ponderata tas-self tal-EFSM minn 12,5-il sena għal 19,5-il sena, u b’hekk joffri possibbiltà lill-pajjiżi benefiċjarji biex jitolbu għall-estensjoni tal-maturitajiet tas-self sal-2026 (segment b’segment).
Żviluppi matul l-2018
L-Irlanda
Talba biex jitwal is-self tal-EFSM ta’ EUR 3.4 biljun - żborżat lill-Irlanda f’Marzu 2011 u li kien dovut fl-4 ta’ April 2018 - waslet mingħand l-Irlanda fis-27 ta’ Novembru 2017. Is-self ġie ffinanzjat mill-ġdid matul l-ewwel kwart tal-2018 f’żewġ tranżazzjonijiet b’maturitajiet f’April 2025 (EUR 2.4 biljun) u April 2033 (EUR 1 biljun).
Barra minn hekk, talba addizzjonali biex jitwal is-self tal-EFSM ta’ EUR 500 miljun żborżat lill-Irlanda f’Ottubru 2011 u li huwa dovut fl-4 ta’ Ottubru 2018 waslet mingħand l-Irlanda fit-tieni kwart tal-2018. Is-self ġie ffinanzjat mill-ġdid f’Ġunju 2018 billi żdied il-bond eżistenti b’maturità f’April 2033 (EUR 500 miljun).
Wara l-estensjonijiet tal-maturità b’7 snin (EUR 2.4 biljun) u bi 15-il sena (EUR 1.5 biljun) fil-Q1/2018 u l-Q2/2018, il-maturità medja ponderata tas-self tal-EFSM lill-Irlanda issa hija ta’ 17.1 snin.
Il-Portugall
Talba biex jitwal is-self tal-EFSM ta’ EUR 600 miljun żborżat lill-Portugall f’Ottubru 2011 u li huwa dovut fl-4 ta’ Ottubru 2018 waslet mingħand il-Portugall fit-tieni kwart tal-2018. Is-self ġie ffinanzjat mill-ġdid f’Ġunju 2018 billi żdied il-bond eżistenti b’maturità f’April 2033 (EUR 600 miljun).
Wara l-estensjoni tal-maturità bi 15-il sena (EUR 600 miljun) fil-Q2/2018, il-maturità medja ponderata tas-self tal-EFSM lill-Portugall issa hija ta’ 15.3 snin.
3.1.2Faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti (BOP)
L-assistenza finanzjarja tal-UE fuq terminu medju permezz tal-faċilità tal-BOP ġiet riattivata fl-aħħar tal-2008 biex tgħin lill-Ungerija u sussegwentement lil-Latvja u lir-Rumanija biex jerġgħu jistabbilixxu l-fiduċja fis-suq għal impenn totali ta’ EUR 14.6 biljun, li minnhom ġew żborżati EUR 13.4 biljun.
Żviluppi matul l-2018
Ir-Rumanija ħallset lura żewġ porzjonijiet ta’ self ta’ EUR 1.2 biljun f’April 2018 u EUR 150 miljun f’Ottubru 2018. L-ammont pendenti ta’ self tal-BOP b’hekk naqas minn EUR 3.05 biljun għal EUR 1.7 biljun fl-2018.
Fil-31 ta’ Diċembru 2018, il-faċilità tal-BOP kien fadlilha kapaċità ta’ EUR48.3 biljun minn limitu massimu globali ta’ EUR 50 biljun, biex tipprovdi aktar assistenza, jekk din tkun meħtieġa.
3.1.3Self ta’ Assistenza Makrofinanzjarja (MFA)
Bħala regola ġenerali, id-deċiżjonijiet tal-MFA huma meħuda mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (l-Artikolu 212 tat-TFUE). Madankollu, il-Kunsill jista’ jadotta d-deċiżjoni fuq proposta mill-Kummissjoni meta s-sitwazzjoni f’pajjiż terz tkun teħtieġ għajnuna finanzjarja urġenti (l-Artikolu 213 tat-TFUE). Dik il-proċedura ntużat fit-tieni pakkett MFA għall-Ukrajna fl-2014.
Żviluppi matul l-2018
Il-Georgia
Fit-18 ta’ April 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jipprovdu aktar MFA ta’ mhux aktar minn EUR 45 miljun lill-Georgia (MFA II), li tikkonsisti f’element ta’ għotja ta’ EUR 10 miljun u self ta’ EUR 35 miljun.
L-ewwel porzjon ta’ self ta’ EUR 15-il miljun (mill-EUR 35 miljun) tat-tieni programm tal-Georgia (MFA II) ġie żborżat
f’Diċembru 2018.
L-Ukrajna
Fl-4 ta’ Lulju 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jipprovdu aktar MFA ta’ mhux aktar minn EUR 1 biljun lill-Ukrajna (MFA IV), li tikkonsisti f’żewġ porzjonijiet ta’ EUR 500 miljun kull wieħed bil-ħsieb li tiġi appoġġata l-aġenda tal-Ukrajna għall-istabbilizzazzjoni ekonomika u r-riforma sostantiva.
L-ewwel porzjon ta’ EUR 500 miljun tar-raba’ programm tal-Ukrajna (MFA IV) ġie żborżat f’Diċembru 2018.
Ir-Repubblika tal-Moldova
Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jipprovdu assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova ta’ EUR 100 miljun (sa EUR 60 miljun jingħataw bħala self u sa EUR 40 miljun f’għamla ta’ għotjiet).
Din l-operazzjoni hija attwalment sospiża minħabba nuqqas ta’ konformità mal-prekundizzjonijiet politiċi.
Informazzjoni addizzjonali
Fir-rigward tar-ripagamenti, tħallsu lura EUR 55.73 miljun mill-pajjiżi benefiċjarji: L-Albanija (EUR 1.8 miljun), il-Bożnija-Ħerzegovina (EUR 4 miljun), il-Maċedonja ta’ Fuq (EUR 5.6 miljun), il-Montenegro (EUR 1.10 miljun) u s-Serbja (EUR 43.23 miljun).
L-ammont pendenti ta’ self tal-MFA żdied minn EUR 3.9 biljun għal EUR 4.4 biljun bejn il-31 ta’ Diċembru 2017 u l-31 ta’ Diċembru 2018. Self lill-Ukrajna jirrappreżenta 76 % tal-iskopertura totali tal-MFA.
3.1.4Self mill-Euratom
Is-self tal-Euratom lill-Istati Membri jew f’ċerti pajjiżi eliġibbli li mhumiex membri (bħalissa l-Federazzjoni Russa, l-Armenja, l-Ukrajna) għandu limitu massimu ta’ EUR 4 biljun, li minnhom diġà ġew żborżati madwar 92 %. EUR 326 miljun jibqgħu taħt id-Deċiżjoni tal-EUR 4 biljun.
L-Ukrajna
Self ta’ EUR 300 miljun lill-Ukrajna ddedikat għat-titjib fis-sikurezza ta’ faċilitajiet nukleari eżistenti ngħata permezz tad-Deċiżjoni COM tal-24/06/2013. Is-self se jiġi pprovdut f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERŻ, li b’mod parallel se jipprovdi self ieħor ta’ EUR 300 miljun.
Dan is-self jibbenefika minn garanziji mill-Istat li jkopru 100 % tal-ammonti pendenti fi tmiem is-sena. L-ewwel porzjon tal-Euratom ta’ EUR 50 miljun ġie żborżat f’Mejju 2017 u t-tieni porzjon tal-Euratom ta’ EUR 50 miljun ġie żborżat f’Ġunju 2018.
Il-Bulgarija u r-Rumanija
Self ta’ EUR 212.5 miljun ingħata lill-Bulgarija fil-forma ta’ faċilità ta’ aktar minn valuta waħda għall-immodernizzar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Kozloduy (Unitajiet 5 u 6). Il-ftehim dwar is-self iffirmat bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-AEZ “Kozloduy” EAD ġie ffirmat fid-29 ta’ Mejju 2000. Fil-31 ta’ Diċembru 2018, l-ammont pendenti kien ta’ EUR 33.8 miljun.
Self ta’ EUR 223.5 miljun ingħata lir-Rumanija fil-forma ta’ faċilità ta’ aktar minn valuta waħda għat-tlestija tal-Unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari Cernavoda. Il-ftehim dwar is-self iffirmat bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u Societatea Nationala Nuclearelectrica S.A. ġie ffirmat fil-11 ta’ Ġunju 2004. Fil-31 ta’ Diċembru 2018, l-ammont pendenti kien ta’ EUR 119.1 miljun.
Mill-1 ta’ Jannar 2007, meta l-Bulgarija u r-Rumanija saru Stati Membri, ir-riskju pendenti ta’ dawn l-operazzjonijiet kien kopert direttament mill-Baġit tal-UE u mhux aktar mill-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni.
3.2L-evoluzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament estern tal-BEI
Żviluppi matul l-2018
Skont il-mandat ELM tal-BEI li jkopri l-perjodu mill-2014 sal-2020, ammont totali ta’ EUR 17.64 biljun kien ġie ffirmat fil-31 ta’ Diċembru 2018, li minnu EUR 5.77 biljun biss ġew żborżati f’dik id-data, u dan ħalla kapital pendenti ta’ EUR 5.41 biljun (ara t-Tabella A3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal). Għal aktar informazzjoni dwar il-pajjiżi koperti mill-mandati tal-BEI, ara t-Tabelli A1, A3 u A4 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal.
Għall-mandati ta’ self estern tal-BEI ta’ qabel, ara t-Tabella A3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal.
Inadempjenzi fuq pagamenti tal-imgħax u ripagamenti ta’ self mill-Gvern Sirjan komplew fl-2018. Il-BEI talab lill-Fond ta’ Garanzija biex ikopri dawn l-inadempjenzi (ara l-paragrafu 5.2 hawn taħt).
L-ammonti pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2018 għad-diversi faċilitajiet imsemmija f’din it-taqsima huma ppreżentati fit-Tabella 1.
4.Riskji koperti mill-baġit tal-UE
4.1Definizzjoni ta’ riskju
Ir-riskju merfugħ mill-baġit tal-UE ġej mill-ammont ta’ kapital u ta’ imgħax pendenti fir-rigward tal-operazzjonijiet garantiti.
Għall-fini ta’ dan ir-rapport, jintużaw żewġ metodi għall-evalwazzjoni tar-riskji merfugħa mill-baġit tal-UE (direttament jew indirettament permezz tal-Fond):
–“Ir-riskju totali kopert” huwa bbażat fuq is-somma tal-ammont totali tal-kapital pendenti għall-operazzjonijiet ikkonċernati f’data speċifika, inkluż l-imgħax dovut.
–L-approċċ baġitarju ddefinit bħala “ir-riskju annwali merfugħ mill-baġit tal-UE” huwa bbażat fuq il-kalkolu tal-ammont massimu ta’ pagamenti annwali dovuti li l-UE jkollha tħallas f’sena finanzjarja jekk wieħed jassumi li l-pagamenti kollha tas-self garantit ikunu inadempjenti
.
4.2Kompożizzjoni totali tar-riskju
Sal-2010 ir-riskju massimu f’termini ta’ ammonti pendenti totali koperti kien prinċipalment marbut ma’ self mogħti lill-pajjiżi terzi. Mill-2011 ‘l hawn, il-kriżi finanzjarja affettwat b’mod qawwi l-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri u dan wassal għal żieda fl-attività tas-self tal-UE biex issostni l-ħtiġijiet ta’ finanzjament sovran fl-Istati Membri.
Bħala konsegwenza ta’ dan, il-kompożizzjoni tar-riskju nbidlet. Fil-31 ta’ Diċembru 2018, 61.2 % tal-ammont pendenti totali jirrigwarda operazzjonijiet tat-teħid ta’ self marbuta ma’ self lill-Istati Membri li huwa kopert direttament mill-baġit tal-UE (imqabbla ma’ 45 % fil-31.12.2010).
4.3Riskju annwali kopert mill-baġit tal-UE
B’referenza għas-self pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2018 (ara t-Tabella 1 hawn fuq) l-ammont massimu li l-UE jkollha tħallas matul is-sena 2019 (direttament jew permezz tal-Fond) - jekk wieħed jassumi li s-self garantit kollu jkun inadempjenti - huwa ta’ EUR 6 337 miljun. Dan jirrappreżenta l-pagamenti tal-kapital u tal-imgħax mis-self garantit dovut fl-2019, jekk wieħed jassumi li s-self inadempjenti ma jaċċellerax (għad-dettalji ara t-Tabella A4 fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal).
4.3.1Skopertura tal-Istat Membru
Fl-2019, l-UE se terfa’ riskju annwali massimu marbut mal-operazzjonijiet mal-Istati Membri (SM) ta’ EUR 2 953.1 miljun (46.6 % tar-riskju annwali totali). Dan ir-riskju jikkonċerna:
(a) self tal-BEI u/jew self tal-Euratom mogħti qabel l-adeżjoni tal-SM mal-UE;
(b) is-self mogħti fil-faċilità tal-BOP, u
(c) is-self mogħti fl-iskema EFSM.
Tabella 2: Klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont ir-riskju annwali merfugħ mill-baġit tal-UE fl-2019 (f’miljuni ta’ EUR)
|
L-ikklassifikar
|
Il-pajjiż
|
Self
|
Riskju annwali massimu
|
Il-piż ta’ riskju tal-pajjiż fir-rigward tar-riskju annwali tal-SM
|
Il-piż tal-pajjiż fir-rigward tar-riskju annwali totali tal-2019 (SM u mhux SM)
|
|
1
|
Ir-Rumanija
|
a+b)
|
1,188.58
|
40.2%
|
18.8%
|
|
2
|
Il-Portugall
|
c)
|
584.84
|
19.8%
|
9.2%
|
|
3
|
Il-Latvja
|
a+b)
|
524.04
|
17.7%
|
8.3%
|
|
4
|
L-Irlanda
|
c)
|
518.98
|
17.6%
|
8.2%
|
|
5
|
Il-Bulgarija
|
a)
|
54.85
|
1.9%
|
0.9%
|
|
6
|
Il-Kroazja
|
a)
|
34.11
|
1.2%
|
0.5%
|
|
7
|
Il-Polonja
|
a)
|
18.90
|
0.6%
|
0.3%
|
|
8
|
Is-Slovakkja
|
a)
|
13.40
|
0.5%
|
0.2%
|
|
9
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
a)
|
12.62
|
0.4%
|
0.2%
|
|
10
|
Il-Litwanja
|
a)
|
2.74
|
0.1%
|
0.0%
|
|
Total
|
|
|
2,953.1
|
100.0%
|
46.6%
|
4.3.2Skopertura ta’ pajjiż terz
Fl-2019, il-Fond se jerfa’ riskju annwali massimu marbut mal-iskopertura għal pajjiżi terzi ta’ EUR 3 383.8 miljun (53.4 % tar-riskju annwali totali). Ir-riskju marbut mal-pajjiżi terzi jirrigwarda s-self tal-BEI, self tal-MFA u tal-Euratom (id-dettalji huma inklużi fit-Tabella A2b tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal). Il-Fond ikopri s-self garantit li jikkonċerna lil pajjiżi terzi b’dati ta’ maturità li jestendu sal-2042.
Il-pajjiżi li qegħdin fl-ewwel 10 postijiet (minn 46 li mhumiex Stat Membru) huma kklassifikati hawn taħt skont ripagamenti dovuti fl-2019. Huma jirrappreżentaw EUR 2 864.50 miljun jew 84.7 % tar-riskju annwali relatat ma’ pajjiżi terzi merfugħ mill-Fond għall-2019. Il-qagħda ekonomika ta’ dawk il-pajjiżi hija analizzata u diskussa fil-punt 3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal. L-affidabbiltà kreditizja, kif ivvalutata mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni hija wkoll indikata fit-tabella ta’ kull pajjiż.
Tabella 3: Klassifikazzjoni tal-10 pajjiżi terzi bl-ogħla skopertura skont ir-riskju annwali merfugħ mill-baġit tal-UE fl-2019 (f’miljuni ta’ EUR)
|
L-ikklassifikar
|
Il-pajjiż
|
Riskju annwali massimu
|
Il-piż tal-pajjiż fir-rigward tar-riskju annwali tal-pajjiżi terzi
|
Il-piż tal-pajjiż fir-rigward tar-riskju annwali totali tal-2019 (SM u mhux SM)
|
|
1
|
It-Turkija
|
977.50
|
28.9%
|
15.4%
|
|
2
|
L-Eġittu
|
739.28
|
21.8%
|
11.7%
|
|
3
|
It-Tuneżija
|
279.98
|
8.3%
|
4.4%
|
|
4
|
Il-Marokk
|
260.06
|
7.7%
|
4.1%
|
|
5
|
Is-Serbja
|
187.00
|
5.5%
|
3.0%
|
|
6
|
L-Ukrajna
|
161.05
|
4.8%
|
2.5%
|
|
7
|
Il-Bożnija-Ħerzegovina
|
73.41
|
2.2%
|
1.2%
|
|
8
|
Il-Libanu
|
64.53
|
1.9%
|
1.0%
|
|
9
|
L-Afrika t’Isfel
|
62.76
|
1.9%
|
1.0%
|
|
10
|
Il-Panama
|
58.94
|
1.7%
|
0.9%
|
|
Total (l-ewwel 10)
|
|
2,864.50
|
84.7%
|
45.2%
|
5.Attivazzjoni u pagament ta’ garanziji
5.1Dejn mhux kopert mill-Fond ta’ Garanzija għal Azzjoni Esterna (self tal-Euratom lill-Istati Membri, l-EFSM u l-BoP)
L-Artikolu 323 tat-TFUE jiddikjara li “l-mezzi finanzjarji jkunu disponibbli biex jippermettu li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta’ partijiet terzi”. Għalhekk, il-qafas leġiżlattiv tal-UE u l-proċeduri fis-seħħ jiżguraw li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli b’mod obbligatorju għall-baġit tal-UE l-mezzi finanzjarji meħtieġa sabiex l-Unjoni dejjem tissodisfa l-obbligi legali tagħha.
B’hekk l-UE għandha fis-seħħ ħafna saffi ta’ mekkaniżmi ta’ sikurezza b’saħħithom biex tiżgura li dejjem se tħallas lura lill-mutwanti tagħha stess fil-ħin u bis-sħiħ. Kull wieħed mill-mekkaniżmi ta’ sikurezza ewlenin fih innifsu jkun biżżejjed biex jiżgura li r-rimborżi jsiru.
5.1.1Pagamenti mir-riżorsi ta’ flus
Il-baġit tal-UE b’mod provviżorju jkopri s-servizz ta’ dejn f’dati ta’ skadenza f’każ li d-debitur jonqos milli jħallas lura s-self tiegħu lill-UE fil-ħin. Il-Kummissjoni tagħmel użu mir-riżorsi ta’ flus tagħha biex tevita d-dewmien u kwalunkwe kost li jirriżulta meta hija twettaq l-operazzjonijiet ta’ self tagħha
.
Filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-maġġoranza ta’ nefqiet isseħħ matul l-ewwel tliet xhur ta’ kull sena, it-tifdija tad-dejn hija strutturata għax-xhur ta’ warajhom kif ukoll għall-bidu ta’ kull xahar meta l-bilanċi tal-flus ikunu l-ogħla.
5.1.2Pagamenti mill-baġit tal-UE
F’każ ta’ inadempjenza minn Stat Membru
u jekk ir-riżorsi proprji tal-UE jkunu insuffiċjenti, il-Kummissjoni tista’ tuża r-riżorsi disponibbli tal-baġit tal-UE u tipprijoritizza r-ripagament ta’ djun fuq nefqiet oħrajn mhux obbligatorji. Skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 609/2014, jekk dan ma jkunx biżżejjed, il-leġiżlazzjoni tal-UE tobbliga lill-Istati Membri biex jipprovdu kontribuzzjonijiet addizzjonali meħtieġa biex jitħallas lura d-dejn u jiġi bbilanċjat il-baġit, sa massimu ta’ 1.20 % tal-ING tal-UE. Jekk ikun hemm il-bżonn, il-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu b’mod indipendenti mis-sehem tagħhom għall-baġit tal-UE.
Minħabba li ma kienx hemm inadempjenzi mill-Istati Membri matul is-sena 2018, ma ntalbet l-ebda approprjazzjoni.
5.2Sejħiet fuq il-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni u rkupri (ELM, MFA u self Euratom lil Pajjiżi terzi)
Fil-każ ta’ pagament tardiv mill-benefiċjarju ta’ self lill-pajjiżi terzi mogħti jew garantit mill-UE, il-Fond ta’ Garanzija jissejjaħ biex ikopri l-inadempjenza fi żmien tliet xhur mit-talba.
Għas-self ELM, l-ammonti eżerċitati mill-BEI jinġibdu mill-kont tal-Fond ta’ Garanzija wara awtorizzazzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni. Meta l-UE tagħmel pagament skont il-Garanzija tal-UE, hija tkun surrogata fid-drittijiet u r-rimedji tal-BEI
. Għal self tal-Euratom u tal-MFA, jekk id-dewmien fil-pagament jilħaq tliet xhur wara d-data dovuta, il-Kummissjoni tiġbed mill-Fond biex tkopri l-inadempjenza u biex tirriforni t-teżor tagħha.
Fil-kuntest tal-ELM, il-proċedimenti ta’ rkupru jitwettqu mill-BEI f’isem l-UE fir-rigward tal-ammonti surrogati
.
Self mill-BEI għal proġetti fis-Sirja
Sa minn Diċembru 2011, il-BEI esperjenza inadempjenzi fuq ċerti pagamenti ta’ mgħax u ripagamenti ta’ self mill-Gvern Sirjan. Minħabba li t-talbiet għall-pagament uffiċjali baqgħu ma rnexxewx, il-BEI għamel talba lill-Fond ta’ Garanzija f’Mejju 2012. L-evoluzzjoni tas-sejħiet li tikkorrispondi għal self inadempjenti fis-Sirja hija ppreżentata fit-Tabella 4a.
Tabella 4a: Sejħiet fuq il-Fond ta’ Garanzija minħabba self inadempjenti fis-Sirja (f’miljuni ta’ EUR)
|
Sena (Ġbid mill-kont tal-FG fi)
|
Għadd ta’ sejħiet imħallsa
|
Ammont tal-pagamenti parzjali dovuti
|
Penali u l-imgħaxijiet dovuti
|
Ammont irkuprat
|
Total
|
|
2012
|
2
|
24.0
|
0.0
|
2.1
|
21.8
|
|
2013
|
8
|
59.3
|
1.4
|
0.0
|
60.7
|
|
2014
|
8
|
58.7
|
1.5
|
0.0
|
60.2
|
|
2015
|
8
|
58.7
|
1.5
|
0.0
|
60.2
|
|
2016
|
12
|
103.8
|
2.4
|
0.0
|
106.2
|
|
2017
|
13
|
56.1
|
0.2
|
0.0
|
56.3
|
|
2018
|
12
|
55.7
|
0.1
|
0.0
|
55.7
|
|
Total
|
63
|
416.17
|
7.03
|
2.1
|
421.1
|
Fil-31 ta’ Diċembru 2018, il-kapital totali ta’ self garantit pendenti relatat mas-Sirja kien jammonta għal EUR 555 miljun tal-kapital, bis-self finali jimmatura fl-2030.
TAV Tunisie S.A. (Ajruport ta’ Enfidha)
Fl-2016, il-BEI sejjaħ il-garanzija tal-UE taħt il-mandat ta’ self estern fir-rigward ta’ self lil TAV Tunisie S.A. (l-ajruport ta’ Enfidha).
Fil-15 ta’ Jannar 2018, EUR 0.14 miljun irkuprati mill-Ajruport ta’ Enfidha ġew ikkreditati lill-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni. Dan l-ammont kien diġà rikonoxxut bħala assi (riċevibbli) fil-karta tal-bilanċ tal-31 ta’ Diċembru 2017.
Is-sejħiet fuq il-Fond li jikkorrispondu għal self inadempjenti għal TAV Tunisie S.A. (l-ajruport ta’ Enfidha) jinsabu fit-Tabella 4b.
Tabella 4b: Sejħa fuq il-Fond ta’ Garanzija relatata ma’ TAV Tunisie S.A. (l-ajruport ta’ Enfidha) (f’miljuni ta’ EUR)
|
Sena ta’ ġbid
|
Għadd ta’ sejħiet imħallsa
|
Ammont tal-pagamenti parzjali dovuti
|
Penali u l-imgħax dovut32
|
Ammont irkuprat
|
Total
|
|
2016
|
1
|
4.63
|
0.03
|
0.00
|
4.65
|
|
2017
|
3
|
30.16
|
0.01
|
0.00
|
30.17
|
|
2018
|
0
|
0.0
|
0.0
|
0.14
|
-0.14
|
|
Total
|
4
|
34.78
|
0.04
|
0.14
|
34.68
|
Żviluppi li seħħew wara l-31 ta’ Diċembru 2018 (sat-30 ta’ Ġunju 2019)
Fi Frar u f’Marzu 2019, tħallsu b’kollox EUR 10.6 miljun f’żewġ sejħiet għal pagamenti inadempjenti tas-Sirja (EUR 3.2 miljun u EUR 7.4 miljun inklużi penali applikati mill-BEI).
5.3Evoluzzjoni tal-Fond
Skont ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni (“ir-Regolament tal-Fond ta’ Garanzija”)
, il-livell xieraq (ammont fil-mira), stabbilit għal 9 % tal-obbligazzjonijiet kapitali pendenti totali li jirriżultaw minn kull operazzjoni, flimkien mal-imgħax dovut. Jeżisti mekkaniżmu ta’ provvediment biex jiġi żgurat li l-ammont fil-mira jintlaħaq.
Fuq il-bażi tal-mekkaniżmu ta’ provvediment, il-baġit tal-UE ħallas EUR 137.8 miljun lill-Fond fi Frar 2018, filwaqt li fi Frar 2019, il-pagament rispettiv kien jammonta għal EUR 103.2 miljun.
Fil-31 ta’ Diċembru 2018, l-assi netti
tal-Fond kienu jammontaw għal EUR 2 608.84 miljun. Għalhekk, billi l-assi netti tal-Fond kienu aktar baxxi mill-ammont immirat (EUR 2,848.99 miljun), il-Fond ta’ Garanzija se jkun ipprovdut b’EUR 240.15 miljun fl-2020.
Għandu jsir rieżami li jivvaluta l-parametri ewlenin tal-Fond, b’mod partikolari l-ammont fil-mira, fil-mument tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mandat ta’ self estern tal-BEI. Għalhekk, evalwazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija twettqet minn kuntrattur estern filwaqt li tqies il-profil tar-riskju tal-fond u l-effettività tiegħu fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-finanzjament estern kopert mill-Fond u r-riskji relatati. Ir-rapport ġie ppreżentat f’Awwissu 2016 u l-konklużjoni ewlenija kienet li Rata fil-Mira ta’ 9 % għadha titqies bħala ottimali għal-livell ta’ riskju attwali tal-portafoll ta’ self, anke f’xenarju ta’ tnaqqis supplimentari fil-klassifikazzjoni tad-debituri prinċipali. Għalhekk, ir-Rata fil-Mira ta’ 9 % baqgħet kif inhi.
6.Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)
Il-FG tal-FEIS jiġi fornut progressivament, b’kont meħud taż-żieda fl-iskopertura li ġġarrab il-Garanzija tal-UE.
Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament FEIS, ir-riżorsi tal-FG tal-FEIS huma mmaniġġjati direttament mill-Kummissjoni u investiti b’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba skont regoli prudenzjali xierqa.
Il-BEI u l-FEI huma responsabbli li jivvalutaw u jimmonitorjaw ir-riskju tal-operazzjonijiet individwali appoġġati mill-Garanzija tal-UE. Abbażi ta’ dan ir-rapportar u suppożizzjonijiet koerenti u prudenti dwar l-attività futura, il-Kummissjoni tiżgura l-adegwatezza tal-ammont fil-mira u tal-livell tal-FG tal-FEIS rieżaminat. B’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament FEIS, il-BEI u l-FEI rrapurtaw lura lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri f’Marzu 2019.
Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament FEIS, ir-rapport annwali tal-BEI lill-Parlament Ewropew u lill Kunsill ikun fih informazzjoni speċifika dwar ir-riskju aggregat assoċjat mal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jsiru skont il-FEIS kif ukoll dwar is-sejħiet għal pagament ta’ garanzija.
Żviluppi matul l-2018
Mill-31 ta’ Diċembru 2018, it-total kumulat ta’ firem taħt il-FEIS ammonta għal EUR 53.6 biljun li kopra 28 Stat Membru, li minnhom EUR 39.1 biljun kienu ffirmati taħt it-Tieqa għall-Innovazzjoni (IIW) (407 operazzjoni) u EUR 14.5 biljun kienu ffirmati taħt it-tieqa għall-SMEs (SMEW) (470 operazzjoni). Kumplessivament, dan jirrappreżenta żieda sinifikanti meta mqabbel mal-2016, li fi tmiemha l-firem totali kienu jammontaw għal EUR 37.4 biljun.
Mill-31 ta’ Diċembru 2018, l-iskopertura pendenti żborżata kumplessiva koperta mill-Garanzija tal-UE kienet tammonta għal kważi EUR 15.8 biljun, minn EUR 10.1 biljun fl-2017.
L-iskopertura tal-baġit tal-UE għal pagamenti futuri possibbli skont il-Garanzija tal-UE f’termini ta’ operazzjonijiet iffirmati (żborżati u mhux żborżati) ammontat għal EUR 19.8 biljun.
L-iskopertura tal-garanzija tal-UE b’rabta mal-operazzjonijiet pendenti żborżati tal-FEIS mill-Grupp tal-BEI ammontat għal EUR 15.8 biljun, mill-31 ta’ Diċembru 2018, mill-impenn legali nett disponibbli
ta’ EUR 25.9 biljun iggarantit mill-UE. L-ammont ta’ EUR 15.8 biljun ġie mniżżel bħala obbligazzjoni kontinġenti fin-noti li jakkumpanjaw ir-rapporti finanzjarji tal-2018 tal-UE.
Skont it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni (IIW), l-iskoperturi żborżati pendenti koperti mill-Garanzija tal-UE kienu ta’ EUR 14.8 biljun, li minnhom EUR 14.2 biljun għal operazzjonijiet ta’ dejn u EUR 600 miljun għal operazzjonijiet tat-tip tal-ekwità.
Fl-2018, l-operazzjonijiet tal-FEIS, ġestiti mill-BEI fil-qafas tat-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni ġġeneraw dħul nett ta’ EUR 112.7 miljun għall-UE. Minn dan l-ammont, riċevibbli nett tal-Kummissjoni mill-BEI mill-31 ta’ Diċembru 2018 ta’ EUR 38.9 miljun
kien irreġistrat fir-rapporti finanzjarji tal-UE.
Mill-31 ta’ Diċembru 2018, taħt it-Tieqa għall-SMEs (SMEW), l-iskoperturi totali pendenti koperti mill-Garanzija tal-UE kienu ta’ EUR 995 miljun, li minnhom EUR 880 miljun għal operazzjonijiet ta’ garanzija u EUR 115 miljun għal operazzjonijiet ta’ ekwità.
Għall-operazzjonijiet tal-FEIS taħt it-Tieqa għall-SMEs (SMEW), il-kostijiet imġarrba tal-UE ta’ EUR 30.3 miljun fl-2018. Minn dan, it-tariffi amministrattivi tal-FEI ta’ EUR 21.9 miljun irreġistrati fir-rapporti finanzjarji tal-UE tal-2018 għandhom jitħallsu lill-FEI fit-30 ta’ Ġunju 2019 jew wara.
L-assi totali tal-FG tal-FEIS
kienu ta’ EUR 5 452 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2017. L-assi kienu magħmula mill-portafoll tat-titoli tal-investiment, ikklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ (EUR 5 000 miljun), il-bejgħ ta’ kuntratt forward tal-kambju FX USD b’valur nett attwali pożittiv, ikklassifikat bħala assi finanzjarji bil-valur ġust permezz ta’ surplus u defiċit (EUR 2 miljun), u flus u ekwivalenti ta’ flus (EUR 450 miljun).
Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija tal-FEIS
Approprjazzjoni baġitarja totali ta’ EUR 2 069 miljun ġiet impenjata fl-2018 b’rabta mal-proviżjonament tal-FG tal-FEIS. Minn dan l-ammont, approprjazzjoni baġitarja ta’ EUR 1 905 miljun ġiet allokata f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)307. Approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali għal ammont ta’ EUR 105 miljun saru disponibbli mil-linja tal-baġit “Riżervi għal Interventi Finanzjarji”. Finalment, ammont ta’ EUR 59 miljun ġie allokat bħala dħul assenjat.
Ammont totali ta’ EUR 2 014 miljun tħallas effettivament fil-FG tal-FEIS matul is-sena. Minn dan, il-parti l-kbira kienet ġejja minn approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-baġit ġenerali tal-UE, filwaqt li ammont ta’ EUR 59 miljun ġie rkuprat bħala dħul assenjat (EUR 53.4 miljun mid-dħul tal-FEIS u EUR 5.6 miljun mid-dħul tal-Fond ta’ Marguerite) u ammont ta’ EUR 154.9 miljun ġie ttrasferit bħala approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali fl-aħħar tas-sena baġitarja.
Is-sejħiet u l-użu tal-garanzija tal-UE
B’konformità mal-Artikolu 8.1(a) tal-Ftehim dwar il-FEIS, il-Garanzija tal-UE ntalbet għal ammont ta’ EUR 97.1 miljun li huma relatati ma’ operazzjoni inadempjenti taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni. B’konformità mal-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar il-FEIS, il-BEI inizjalment irkupra l-ammont ta’ EUR 18.6 miljun, li jnaqqas l-ammont li għandu jitħallas għal EUR 78.5 miljun. Is-sejħa tħallset mill-Kont tal-FEIS (EUR 17.7 miljun) u mill-FG tal-FEIS (EUR 60.8 miljun). Sussegwentement, l-ammont ta’ EUR 1.6 miljun ġie rkuprat. Fir-rigward ta’ din l-operazzjoni inadempjenti, il-BEI sejjaħ ammont ta’ EUR 1.0 miljun għall-kostijiet tal-irkupru u EUR 0.6 miljun għall-kostijiet amministrattivi li jistgħu jiġu rkuprati.
Fl-2018, tħallas ammont ta’ EUR 0.6 miljun lill-BEI għall-kostijiet ta’ finanzjament
u EUR 10.7 miljun għall-aġġustamenti fil-valur
.
Għal aktar informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija tal-FEIS, ara l-aħħar verżjoni tar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija tal-fond Ewropew għal investimenti strateġiċi u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (SWD) assoċjat.
7.Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD)
Fl-14 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet Pjan ta’ Investiment Estern (PIE) biex tinkoraġġixxi l-investiment fil-pajjiżi sħab tal-UE fl-Afrika u fir-reġjun tal-Viċinat tal-UE, biex issaħħaħ is-sħubijiet u tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, billi tgħin biex jiġu indirizzati ċerti kawżi oriġinali tal-migrazzjoni.
Parti mill-Pjan ta’ Investiment Estern (PIE) huwa l-Fond Ewropew ġdid għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) bħala mekkaniżmu ta’ finanzjament integrat li jappoġġa l-investimenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u s-settur privat. Billi jkun miftuħ għal firxa ta’ sħab ta’ implimentazzjoni, l-EFSD huwa kapaċi jikseb ħafna aktar investiment pubbliku u privat fil-pajjiżi fil-mira milli altrimenti kien ikun possibbli. Tinkludi:
-garanzija baġitarja u
-strumenti tat-taħlit.
Il-Leġiżlazzjoni EFSD daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2017.
7.1Dwar il-Garanzija tal-EFSD
Il-Garanzija tal-EFSD se tintuża biex tnaqqas ir-riskji għall-investiment fl-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab, b’hekk tgħin biex timmobilizza l-investiment, speċjalment dak minn sorsi privati.
Il-garanzija hija mfassla biex timmobilizza l-investiment privat b’valur ta’ EUR 1.54 biljun. Dan l-ammont ġie allokat għal 28 programm ta’ investiment propost, li huma mistennija li jiksbu sa EUR 17.5 biljun ta’ investiment sostenibbli f’pajjiżi sħab (ħafna minnu minn sorsi privati). Il-garanzija tista’:
-tattira finanzjament għal uħud mill-kapital inizjali (“ekwità” jew “kapital ta’ riskju”) li proġett jeħtieġ biex ikun jista’ jitnieda;
-isservi bħala garanzija (garanzija) biex tħallas lura parti minn self jekk il-mutwatarju jġarrab telf u inadempjenzi fuqu.
Programmi ta’ Investiment
Sa April 2018, numru ta’ istituzzjonijiet finanzjarji sħab (FIs) ipproponew aktar minn 40 programm ta’ investiment li jiswew aktar minn EUR 3.5 biljun biex ikopru l-Garanzija tal-EFSD taħt il-ħames oqsma ta’ prijorità għall-investiment (twieqi ta’ investiment), jiġifieri a) L-Enerġija Sostenibbli u l-Konnettività, b) L-intrapriżi Mikro, żgħar u ta’ daqs medju (“MSME”), c) L-Agrikoltura Sostenibbli, l-Imprendituri Rurali u n-Negozju Agrikolu, d) L-Ibliet Sostenibbli u e) id-Diġitali għall-Iżvilupp.
F’Ġunju u Novembru 2018, abbażi tal-proposti tal-FIs, l-UE finalment allokat EUR 1.54 biljun għal 28 garanzija.
NASIRA
L-ewwel ftehim dwar il-Garanzija tal-EFSD ġie ffirmat fit-18 ta’ Diċembru 2018 mas-Soċjetà Olandiża ta’ finanzjament lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi klassifikazzjoni ta’ A trippla għall-Faċilità għall-Kondiviżjoni tar-Riskji NASIRA.
L-FMO jistenna li NASIRA se toħloq u tappoġġa sa 800 000 impjieg u se tkun ta’ benefiċċju għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), persuni spostati internament, refuġjati, persuni rimpatrijati, nisa u żgħażagħ.
Għandhom jibdew negozjati paralleli multipli ma’ istituzzjonijiet finanzjarji sħab (FIs), u għadd sinifikanti minnhom huma mistennija li jiġu konklużi qabel tmiem l-2019.
7.2Il-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD
Il-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD għandu jikkostitwixxi riżerva ta’ likwidità li minnha għandhom jitħallsu l-kontropartijiet eliġibbli f’każ ta’ sejħa fuq il-Garanzija tal-EFSD wara l-konklużjoni tal-Ftehimiet dwar il-Garanzija ma’ kontropartijiet eliġibbli u f’konformità mad-dispożizzjonijiet korrispondenti, skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 2017/1601.
Ir-riżorsi tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD għandhom jiġu ġestiti direttament mill-Kummissjoni u investiti f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba taħt regoli prudenzjali xierqa.
Il-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD għandu jingħata kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) kif ukoll kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri u kontributuri oħra, u sorsi oħra ta’ dotazzjonijiet, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1601.
Ir-rata ta’ proviżjonament għandha tkun 50 % tal-obbligi totali tal-Garanzija tal-EFSD koperti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.