Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DC0435

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati kkonferiti lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem

COM/2019/435 final

Brussell, 27.9.2019

COM(2019) 435 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati kkonferiti lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem


Werrej

1.    Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem    

1.1.    Introduzzjoni    

1.2.    Bażi ġuridika    

1.3.    Eżerċizzju tad-delega    

1.4.    Konklużjonijiet    

2.    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel    

2.1.    Introduzzjoni    

2.2.    Bażi ġuridika    

2.3    Eżerċizzju tad-delega    

2.4.    Konklużjonijiet    

3.    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam ma’ ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-Konsum mill-bniedem    

3.1.    Introduzzjoni    

3.2.    Bażi ġuridika    

3.3.    Eżerċizzju tad-delega    

3.4.    Konklużjonijiet    

4.    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman    

4.1.    Introduzzjoni    

4.2.    Bażi ġuridika    

4.3.    Eżerċizzju tad-delega    

4.4.    Konklużjonijiet    

5.    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem    

5.1.    Introduzzjoni    

5.2.    Bażi ġuridika    

5.3.    Eżerċizzju tad-delega    

5.4.    Konklużjonijiet    

1.Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem

1.1.Introduzzjoni

Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 tistabbilixxi definizzjonijiet u regoli komuni fir-rigward tal-kompożizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura, l-imballaġġ u t-tikkettar ta’ prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata.

L-Artikolu 5 tad-Direttiva jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex temenda t-Taqsimiet C u D tal-Anness I bl-iskop li jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti.

1.2.Bażi ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 6(2). Skont dik id-dispożizzjoni, is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-18 ta’ Novembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

1.3.Eżerċizzju tad-delega

Il-Kummissjoni ma adottat l-ebda att delegat skont l-Artikolu 5 peress li l-Kummissjoni ma identifikat l-ebda ħtieġa li temenda t-Taqsimiet C u D tal-Anness I. Il-Kummissjoni mhix beħsiebha tuża s-setgħa fil-futur qrib, iżda ma jistax jiġi eskluż li dan se jkun meħtieġ.

1.4.Konklużjonijiet

L-għoti tas-setgħa ma ntużax, għaliex ma kien hemm l-ebda obbligu legali u lanqas xi ħtieġa li tintuża. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li s-setgħat se jkunu meħtieġa fil-futur.

2.Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel

2.1.Introduzzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE 2 tistabbilixxi definizzjonijiet u regoli komuni dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni ewlenija dwar it-tikkettar ta’ l-għasel.

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm prattiki kummerċjali ġusti u li jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi u li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti metodi rilevanti ta’ analiżi, l-Artikolu 4(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 6, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-parametri kwantitattivi relatati ma’ dan li ġej:

(a)    il-kriterju ta’ ‘primarjament’ fir-rigward tal-oriġini minn fjuri jew ħxejjex tal-għasel kif imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(2)(b); kif ukoll,

(b)    il-kontenut minimu tat-trab tad-dakra fl-għasel iffiltrat wara t-tneħħija ta’ materjal organiku jew inorganiku estranju, msemmi fil-punt 2(b)(viii) tal-Anness I.

2.2.    Bażi ġuridika 

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 6(2). Skont dik id-dispożizzjoni, is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-23 ta’ Ġunju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

2.3 Eżerċizzju tad-delega

Il-Kummissjoni ma adottat l-ebda att delegat skont l-Artikolu 4(2) peress li l-Kummissjoni ma identifikat l-ebda ħtieġa. Il-Kummissjoni mhix beħsiebha tuża s-setgħa fil-futur qrib, iżda ma jistax jiġi eskluż li dan se jkun meħtieġ.

2.4.Konklużjonijiet

L-għoti tas-setgħa ma ntużax, għaliex ma kien hemm l-ebda obbligu legali u lanqas xi ħtieġa li tintuża. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li s-setgħat se jkunu meħtieġa fil-futur.

3.Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam ma’ ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-Konsum mill-bniedem

3.1.Introduzzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE 3 tistabbilixxi regoli dwar il-kundizzjonijiet ta’ manifattura u kummerċjalizzazzjoni relatati ma’ ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

L-Artikolu 4 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex temenda l-Parti B tal-Anness bl-iskop li jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti.

3.2.Bażi ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 5(2). Skont dik id-dispożizzjoni, is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-18 ta’ Novembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.3.Eżerċizzju tad-delega

Il-Kummissjoni ma adottat l-ebda att delegat skont l-Artikolu 5 peress li l-Kummissjoni ma identifikat l-ebda ħtieġa li temenda l-Parti B tal-Anness. Il-Kummissjoni mhix biħsiebha tuża s-setgħa fil-futur qrib, iżda ma jistax jiġi eskluż li dan se jkun meħtieġ.

3.4.Konklużjonijiet

L-għoti tas-setgħa ma ntużax, għaliex ma kien hemm l-ebda obbligu legali u lanqas xi ħtieġa li tintuża. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li s-setgħat se jkunu meħtieġa fil-futur.

4.Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman

4.1.Introduzzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE 4 tistabbilixxi regoli komuni li jirregolaw il-kompożizzjoni, l-użu ta’ deskrizzjonijiet riżervati, l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura u t-tikkettar tal-meraq tal-frott u ta’ ċerti prodotti simili.

L-Artikolu 7 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Parti I tal-Anness I u tal-Anness II, sabiex l-Annessi jinġiebu f’konformità mal-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u biex jittieħed kont tal-progress tekniku.

4.2.Bażi ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 7a(2). Skont dik id-dispożizzjoni, is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-28 ta’ Ottubru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

4.3.Eżerċizzju tad-delega

Il-Kummissjoni adottat att delegat wieħed abbażi tal-Artikolu 7 sabiex tieħu kont tal-progress tekniku: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2014 5 . Dan l-att delegat immodifika l-punt 3 tal-Parti II tal-Anness I li jirregola t-trattamenti u s-sustanzi awtorizzati biex jawtorizzaw il-proteini tal-pjanti li ġejjin mill-qamħ, mill-piżelli jew mill-patata għal kjarifika tal-meraq.

F’konformità mal-fehim komuni dwar l-atti delegati 6 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti dwar is-Swieq Agrikoli, b’mod partikolari dwar aspetti li jaqgħu taħt ir-Regolament dwar OKS Unika. Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1040/2014 fil-25 ta’ Lulju 2014 u r-Regolament ġie nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi oġġezzjoni għar-Regolament ta’ Delega. Wara l-iskadenza tax-xahrejn, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2014 ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 288 tat-2 ta’ Ottubru 2014 u daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Ottubru 2014.

Bħalissa l-Kummissjoni m’għandhiex l-intenzjoni li tuża l-għoti ta’ setgħa, sakemm ma jkunx meħtieġ għall-progress tekniku fil-futur.

4.4.Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni eżerċitat b’mod korrett is-setgħat delegati tagħha. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li s-setgħat se jkunu meħtieġa fil-futur.

5.Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem

5.1.Introduzzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE 7 tistabbilixxi definizzjonijiet u regoli komuni li jirregolaw il-kompożizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura u t-tikkettar tal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u l-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa.

L-Artikolu 5 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati biex temenda l-Anness II u l-Parti B tal-Anness III bl-iskop li jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti.

5.2.Bażi ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 6(2). Skont din id-dispożizzjoni, is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-18 ta’ Novembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

5.3.Eżerċizzju tad-delega

Il-Kummissjoni ma adottat l-ebda att delegat skont l-Artikolu 5 peress li l-Kummissjoni ma identifikat l-ebda ħtieġa li temenda l-Anness II jew il-Parti B tal-Anness III. Il-Kummissjoni mhix beħsiebha tuża s-setgħa fil-futur qrib, iżda ma jistax jiġi eskluż li dan se jkun meħtieġ.

5.4.Konklużjonijiet

L-għoti tas-setgħa ma ntużax, għaliex ma kien hemm l-ebda obbligu legali u lanqas xi ħtieġa li tintuża. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li s-setgħat se jkunu meħtieġa fil-futur.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-Rapport.

(1)      Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ĠU L 197, 3.8.2000, p. 19
(2)      Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).
(3)      Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam ma’ ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53
(4)      Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman, ĠU L 010, 12.1.2002, p. 58
(5)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2014 tal-25 ta’ Lulju 2014 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman li tadatta l-Anness I tagħha għall-progress tekniku, ĠU L 288, 2.10.2014, p. 1
(6)      Fehim Komuni dwar l-Atti Delegati mill-2011 (mhux ippubblikat).
(7)      Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem, ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67
Top