IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.7.2019
COM(2019) 356 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
dwar l-applikazzjoni fl-2018 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019DC0356
REPORT FROM THE COMMISSION on the application in 2018 of Regulation (EC) No 1049/2001 regarding public access to European Parliament, Council and Commission documents
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni fl-2018 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni fl-2018 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
COM/2019/356 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.7.2019
COM(2019) 356 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
dwar l-applikazzjoni fl-2018 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
Werrej
Introduzzjoni
I.Aġenda għal Trasparenza Iktar Mifruxa
II.Aċċess għad-dokumenti
1.Ir-Reġistri u s-Siti tal-Internet
2.Il-kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001
3.L-Analiżi tal-Applikazzjonijiet għall-Aċċess
3.1.L-għadd ta’ applikazzjonijiet (ara l-Anness – Tabelli 3 u 4)
3.2.Sehem ta’ applikazzjonijiet għal kull Direttorat Ġenerali/Servizz tal-Kummissjoni Ewropea (l-Anness – Tabella 5)
3.3.Profil soċjali u okkupazzjonali tal-applikanti (Anness – Tabella 6)
3.4.L-oriġini ġeografika tal-applikanti (Anness – Tabella 7)
4.L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta' Aċċess
4.1.Tipi ta’ aċċess mogħti (Anness – Tabelli 8 u 9)
4.2.L-eċċezzjonijiet invokati għad-dritt ta' aċċess (Anness – Tabella 10)
4.2.1.L-istadju inizjali
4.2.2.Stadju konfermatorju
5.Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew
6.Stħarriġ Ġudizzjarju
6.1.Il-Qorti tal-Ġustizzja
6.2.Il-Qorti Ġenerali
6.2.1.Kjarifiki ta’ xi regoli proċedurali
6.2.2.Kjarifiki ta’ xi regoli proċedurali
6.2.3.Kjarifiki dwar l-interazzjoni tar-Regolament ma’ strumenti oħra
6.3.Kawżi pendenti ġodda quddiem il-Qorti
Konklużjonijiet
Introduzzjoni
Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea ħadet passi importanti biex twettaq b’mod proattiv l-impenn qawwi tagħha favur aktar trasparenza u responsabbiltà, sabiex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fil-proċessi tal-istituzzjonijiet tal-UE.
Pedament importanti fil-qafas ta’ dan l-impenn huwa t-trawwim mill-Kummissjoni Ewropea tal-eżerċizzju effettiv taċ-ċittadini tad-dritt tagħhom ta’ aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE 1 .
Dan id-dritt hu mnaqqax fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, fl-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE u fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2 .
L-Artikolu 17(1) tar-Regolament imsemmi jistipula li kull istituzzjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament għas-sena preċedenti.
Ir-rapport annwali preżenti għas-sena 2018 jiġbor l-ewwel nett fil-qosor l-inizjattivi ta’ trasparenza usa’ tal-Kummissjoni Ewropea (Infra I ). It-tieni, ir-rapport jidentifika x-xejriet ewlenin u l-karatteristiċi tat-talbiet għal aċċess għad-dokumenti ppreżentati fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kif ukoll it-tweġibiet rispettivi tagħhom mill-istituzzjoni. Ir-rapport janalizza wkoll id-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati Ewropej, u l-kostatazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament mill-Kummissjoni Ewropea (Infra II).
I.Aġenda għal Trasparenza Iktar Mifruxa
Fid-determinazzjoni riżoluta qawwija tagħha biex tqarreb liċ-ċittadini lejn il-proċess tagħha ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tesplora b’mod kostanti metodi u miżuri ġodda biex tinkiseb aktar trasparenza.
Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea wettqet sforzi mmirati biex tkompli ssaħħaħ it-trasparenza tal-attivitajiet ewlenin kollha tagħha, li jvarjaw minn tfassil ta’ liġijiet u implimentazzjoni ta’ politika għal kuntatti mal-partijiet interessati u mal-lobbisti. Hawnhekk issa hawn ftit eżempji li jispjegaw din il-ħidma fuq firxa wiesgħa.
Regolamentazzjoni Aħjar
F’konformità mal-għan li jkun hemm aktar trasparenza fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-isforzi li ilhom għaddejjin biex it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE joqrob lejn iċ-ċittadini, il-Kummissjoni Ewropea kkontribwiet b’mod attiv fl-2018 għat-tkabbir tar-Reġistru Interistituzzjonali tal-Atti Delegati mniedi fl-12 ta’ Diċembru 2017 3 .
Il-Kummissjoni appoġġat ukoll l-isforzi li qegħdin isiru biex il-proċedura leġiżlattiva ssir aktar trasparenti u aċċessibbli permezz ta’ titjib, fost oħrajn, fil-EUR-Lex u billi jiġi segwit il-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (bħall-bażi tad-data leġiżlattiva konġunta). Il-portal il-ġdid “Semma’ Leħnek” tal-Kummissjoni Ewropea jipprovdi punt uniku ta’ dħul ibbażat fuq l-internet għaċ-ċittadini u l-partijiet interessati biex jitgħallmu dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni fit-tfassil tal-politika u biex iħallu l-kummenti, il-fehmiet u informazzjoni oħra tagħhom.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni Ewropea wettqet eżerċizzju ta’ rendikont tal-politiki tagħha ta’ regolamentazzjoni aħjar matul l-2018. Il-konklużjonijiet tal-eżerċizzju ġew ippreżentati f’Komunikazzjoni f’April 2019, li identifikat oqsma għal aktar titjib 4 .
Ir-Regolament il-ġdid dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-Istituzzjonijiet u l-Korpi tal-UE
Fl-2018, it-trasparenza kompliet tiġi elevata bħala prinċipju ta’ gwida taħt ir-regoli l-ġodda tal-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE.
L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 5 tirrappreżenta pass vitali ieħor ’il quddiem fl-iżvilupp ta’ qafas komprensiv tal-UE li jiżgura t-trasparenza.
Ir-Regolament (UE) 2018/1725, li daħal fis-seħħ fl-11 ta’ Diċembru 2018, jinkludi sezzjoni sħiħa ddedikata għat-trasparenza. Fi ħdan dan il-qafas, it-trasparenza teħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jipproċessaw id-data personali b’mod trasparenti, billi jipprovdu informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-ipproċessar ta’ data personali lill-individwi kkonċernati f’forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u aċċessibbli faċilment.
Ir-Regolament il-ġdid isaħħaħ b’mod konsiderevoli d-drittijiet tal-individwi bħala suġġetti tad-data. Skont ir-regoli tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE mhux biss għandhom jiżguraw konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, iżda huma wkoll responsabbli biex juru din il-konformità.
Il-Kodiċi ta’ Kondotta l-ġdid għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea
Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea adottat b’mod formali Kodiċi ta’ Kondotta ġdid għall-Membri tagħha. 6 Il-kodiċi l-ġdid daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2018. Huwa jissostitwixxi l-Kodiċi ta’ Kondotta preċedenti għall-Kummissarji tal-20 ta’ April 2011.
Il-Kodiċi fih karatteristiċi maħsuba għaż-żieda fit-trasparenza fir-rigward tal-Kummissarji f’oqsma speċifiċi. Il-kodiċi jipprovdi għal regoli speċifiċi dwar il-laqgħat esterni tal-Kummissarji. Għaldaqstant
7
, il-Kummissarji u l-membri tal-Kabinett tagħhom jiltaqgħu biss ma’ organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom li jkunu reġistrati fir-Reġistru ta’ Trasparenza
8
. Barra minn hekk, il-fatt li tali laqgħat ikunu saru jrid jiġi ppublikat
9
.
Il-Kodiċi l-ġdid jintroduċi wkoll dispożizzjoni ġdida li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea se tippubblika ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għal kull Kummissarju kull xahrejn 10 . L-ewwel pubblikazzjoni ta’ din ix-xorta saret fl-aħħar ta’ Frar 2018 u l-ispejjeż ta’ kull Kummissarju minn dak iż-żmien ’l hawn kienu ppubblikati b’mod proattiv kull xahrejn.
Barra minn hekk, u f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta l-ġdid, id-dikjarazzjonijiet il-ġodda tal-interessi tal-Kummissarji kollha issa huma ppubblikati fl-istess ħin f’verżjoni PDF iffirmata fuq is-sit web rispettiv ta’ kull Kummissarju u hemm verżjoni li tinqara mill-magni fuq is-sit web Europa 11 .
Fl-aħħar nett, fi spirtu ta’ trasparenza u responsabbiltà, il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tippubblika rapporti annwali dwar l-applikazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta l-ġdid.
Minn perspettiva aktar ġenerali, it-trasparenza rigward l-etika tal-Kummissarji u tal-ex Kummissarji hija żgurata permezz ta’ paġna web dedikata fuq Europa 12 .
Ir-Reġistru tat-Trasparenza
Ir-Reġistru ta’ Trasparenza kompla jikber b’mod stabbli, u f’Diċembru 2018 kien jinkludi aktar minn 11 900 entrata: 5 000 aktar milli meta l-President Juncker beda l-mandat tiegħu, u b’2 762-il entità ġdida li ssieħbu matul is-sena 13 . Ir-reġistranti kollha huma firmatarji ta’ Kodiċi ta’ Kondotta komuni, sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker.
L-isforzi biex titjieb il-kwalità ġenerali tad-data li tinsab fir-Reġistru ta’ Trasparenza intensifikaw fl-2018 u nkisbu riżultati tanġibbli. Żdiedet karatteristika ġdida awtomatikament li tipprovdi lista ta’ kull laqgħa li l-entitajiet reġistrati kellhom ma’ Kummissarji, membri tal-Kabinett tagħhom jew Diretturi Ġenerali sa minn Diċembru 2014. Saru sensiela ta’ attivitajiet ta’ taħriġ intern u attivitajiet ta’ komunikazzjoni esterna mmirati biex iqajmu kuxjenza dwar ir-Reġistru ta’ Trasparenza u jippromwovu l-użu tiegħu.
Komplew id-diskussjonijiet bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Ftehim Interistituzzjonali biex ir-Reġistru tat-Trasparenza jsir obbligatorju.
Madankollu ma ntlaħaq l-ebda ftehim biex il-laqgħat bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u r-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess isiru bil-kundizzjoni li ssir reġistrazzjoni fir-Reġistru ta’ Trasparenza – punt li huwa meqjus kruċjali mill-Kummissjoni. L-istituzzjoni għalhekk ħeġġet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jesploraw l-għażliet li jippermettulhom li japplikaw ir-regola “l-ebda reġistrazzjoni, l-ebda laqgħa”.
It-trasparenza tal-Brexit tal-UE
Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea kompliet twettaq l-impenn tagħha li tiżgura ammont massimu ta’ ftuħ fir-rigward tan-negozjati mingħajr preċedent li jikkonċernaw l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE 14 .
Il-livell bla preċedent ta’ trasparenza milħuq mill-Kummissjoni Ewropea kien tali li ġie mfaħħar mill-Ombudsman Ewropew, hekk kif għalqet l-inizjattiva strateġika tagħha ta’ sentejn dwar in-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. L-Ombudsman Ewropew ikkonkludiet li, minbarra prattika amministrattiva tajba, il-livell għoli ta’ trasparenza żied il-leġittimità tan-negozjaturi tal-UE u kkontribwixxa biex tinżamm l-unità tal-Unjoni Ewropea 15 .
B’mod ġenerali, mill-2017 sal-2018, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat b’mod proattiv fuq is-sit web tagħha aktar minn 100 dokument ta’ negozjar sabiex tiżgura l-iskrutinju pubbliku u l-inklużività tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati. Dawn id-dokumenti segwew il-progress tan-negozjati u ppermettew lill-pubbliku jsegwi l-verżjonijiet tad-dokumenti kif kienu qegħdin jevolvu.
Fir-riflessjoni dwar din il-ħidma bla preċedent, il-Kap Negozjatur tal-Kummissjoni Ewropea, M. Barnier għaraf li tali trasparenza kienet dovuta “liċ-ċittadini, in-negozji, ir-reġjuni u dawk kollha affettwati mid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE”. Kienet “iċ-ċavetta biex setgħu jinbnew pożizzjonijiet ċari, b’saħħithom u magħquda mas-27 Stat Membru u mal-Parlament.”
Trasparenza addizzjonali: Proġetti pilota u inizjattivi
Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea esplorat proġetti pilota innovattivi addizzjonali mfassla għal aktar trasparenza. Pereżempju, f’April 2018, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni Ewropea nieda proġett pilota li għandu l-għan li jżid it-trasparenza tal-attivitajiet tiegħu. Fi ħdan il-qafas tal-proġett, id-dokumenti elettroniċi dwar il-pestiċidi u l-bijoċidi li jiġu (kompletament jew parzjalment) divulgati wara talba skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jiġu ppubblikati online. Għalhekk, tali dokumenti mhumiex aktar mibgħuta fiżikament lill-applikanti individwali li jkunu għamlu t-talba, iżda minflok dawn jirċievu hyperlink għal paġna web.
Din il-paġna web maħluqa speċifikament għall-pubblikazzjoni ta’ dokumenti li huma divulgati skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 hija aċċessibbli għal kulħadd 16 , u b’hekk id-dokumenti rilaxxati jsiru disponibbli minnufih għall-pubbliku ġenerali u l-applikant.
Il-proġett pilota huwa mistenni li jitkompla wkoll fl-ewwel nofs tal-2019.
Fl-2018, it-trasparenza u l-involviment mal-pubbliku baqgħu karatteristiċi essenzjali fi ħdan il-politika dwar il-kummerċ sabiex jiġu żgurati d-demokrazija, il-fiduċja pubblika u r-responsabbiltà. Fil-qafas tal-impenn tal-Kummissjoni Ewropea għat-trasparenza li sar fl-istrateġija kummerċjali l-ġdida tal-UE “Kummerċ għal Kulħadd”, fl-2018 il-Kummissjoni Ewropea kompliet tippubblika fuq sit web dedikat it-testi tan-negozjati kif ukoll l-aħħar rapporti ta’ diskussjoni dwar il-ftehimiet kummerċjali eżistenti tal-UE u n-negozjati kummerċjali li għaddejjin ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE 17 .
Element importanti ieħor ta’ komunikazzjoni mas-soċjetà ċivili huwa l-hekk imsejjaħ proċess ta’ “Valutazzjoni tal-Impatt għas-Sostenibbiltà”. Din l-għodda speċifika għall-kummerċ ġiet żviluppata biex tappoġġa n-negozjati kummerċjali. Hija mmexxija minn konsulenti esterni indipendenti li jipprovdu analiżi tal-impatti potenzjali ekonomiċi, soċjali, fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq l-ambjenti tal-ftehimiet kummerċjali potenzjali. Il-valutazzjoni tal-impatt tas-sostenibbiltà hija parteċipattiva ħafna.
Barra minn hekk, fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea kompliet torganizza inizjattivi u azzjonijiet fil-qafas tal-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”. Dan il-programm stabbilit għall-perjodu 2014-2020 huwa strument importanti li jħeġġeġ liċ-ċittadini tal-UE biex ikunu infurmati aħjar, jieħdu sehem fid-dibattitu u jaqdu rwol aktar b’saħħtu fl-iżvilupp tal-UE.
Barra minn hekk, fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tirrevedi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej irċeviet il-kunsens politiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Prijorità politika tal-Kummissjoni Juncker, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija mod uniku u innovattiv għaċ-ċittadini biex isawru l-Ewropa billi jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel proposta leġiżlattiva ladarba tiġbor miljun firma. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini rriformata se tkun aktar faċli biex tintuża sabiex tippromwovi parteċipazzjoni demokratika aktar qawwija fil-livell tal-Unjoni Ewropea.
Bħala konklużjoni, fl-2018 il-Kummissjoni Ewropea kompliet tippubblika firxa wiesgħa ta’ informazzjoni u dokumenti b’mod proattiv u faċli għall-utent. Fl-istess ħin, l-istituzzjoni fittxet b’mod kostanti li tesplora għodod ġodda mfassla biex tkompli żżid it-trasparenza tal-attivitajiet globali tagħha u tinvolvi liċ-ċittadini fil-proċess demokratiku. L-eżempji msemmija hawn fuq jikkostitwixxu biss ftit każijiet li jillustraw l-isforzi tal-istituzzjoni biex tagħti spinta lit-trasparenza fit-tifsira wiesgħa tagħha.
II.Aċċess għad-dokumenti
Id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti, stabbilit fl-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament 1049/2001 fl-2018 baqa’ bħala wieħed mill-pedamenti tal-aġenda ta’ trasparenza tal-Kummissjoni Ewropea.
Id-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet huwa relatat man-natura demokratika ta’ dawk l-istituzzjonijiet 18 . Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jirrifletti l-intenzjoni espressa fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat tal-UE li jiġi mmarkat stadju ġdid fil-proċess tal-ħolqien ta’ unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ u kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin 19 . Dan l-għan huwa mtenni fl-Artikolu 10 tat-Trattat tal-UE.
Fi ħdan dan il-qafas, fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet aċċess għal firxa wiesgħa ta’ dokumenti fil-pussess tagħha, wara talbiet speċifiċi ppreżentati skont ir-Regolament. Dan l-aċċess ikkomplementa l-pubblikazzjoni proattiva mill-istituzzjoni ta’ minjiera ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni fuq id-diversi reġistri u paġni web tagħha.
Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali dwar kif il-Kummissjoni Ewropea implimentat ir-Regolament fis-sena 2018. Ir-rapport hu bbażat fuq data statistika li hija miġbura fil-qosor fl-Anness 20 .
L-istatistiki jirriflettu l-għadd ta’ applikazzjonijiet riċevuti fl-2018 u t-tweġibiet ipprovduti għalihom. Huma jipprovdu wkoll data aktar preċiża fir-rigward tal-istatistika miksuba għas-snin preċedenti, wara korrezzjonijiet ta’ kodifikazzjoni regolari sussegwenti 21 .
Bħal fis-snin preċedenti, l-istatistika ma tirriflettix l-għadd ta’ dokumenti mitluba jew (parzjalment) divulgati, li kienu ħafna aktar numerużi. Filwaqt li l-applikanti jistgħu jitolbu aċċess għal dokument wieħed, jiġri li aktar sikwit dawn jitolbu aċċess għal għadd kbir ta’ dokumenti, jew saħansitra għal fajls sħaħ dwar suġġett speċifiku jew proċedura speċifika.
Fil-qosor, l-istatistika turi li d-dokumenti mitluba ġew divulgati kompletament jew parzjalment f’aktar minn 80% tas-6 912-il każ fl-istadju inizjali, u ngħata aċċess usa’ jew saħansitra sħiħ fi kważi 41% tal-288 każ analizzat fl-istadju konfermatorju. Id-data mhux biss tikkonferma l-ftuħ tal-Kummissjoni Ewropea, iżda wkoll l-importanza tad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti bħala parti mill-politika ġenerali dwar it-trasparenza tal-istituzzjoni.
Riżorsi
Fil-Kummissjoni Ewropea, it-trattament tal-aċċess inizjali għad-dokumenti mitluba jiġi ttrattat fuq bażi deċentralizzata mid-diversi Direttorati Ġenerali u servizzi tal-Kummissjoni. Kull Direttorat Ġenerali u servizz jinnomina mill-inqas espert legali wieħed għal dan il-kompitu, li jaġixxi bħala “koordinatur tal-aċċess għad-dokumenti”.
Skont id-daqs tas-servizz u l-għadd ta’ talbiet li jaslu, il-“koordinaturi tal-aċċess għad-dokumenti” jiġu normalment assistiti minn xi persunal ta’ appoġġ u huma fdati bil-koordinazzjoni tal-abbozz tat-tweġibiet mal-unitajiet inkarigati mill-oqsma ta’ politika sottostanti.
It-talbiet konfermatorji jiġu ttrattati mis-Segretarjat Ġenerali, sabiex jiġi żgurat rieżami amministrattiv indipendenti tat-tweġiba mogħtija fl-istadju inizjali.
Tim speċifiku fi ħdan l-Unità għat-Trasparenza tas-Segretarjat-Ġenerali, Ġestjoni tad-Dokumenti u l-Aċċess għad-Dokumenti, ikun iddedikat esklussivament għall-kompitu li jiżgura l-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi tar-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Huwa magħmul minn diversi amministraturi tal-każijiet u persunal ta’ appoġġ amministrattiv. Minbarra r-responsabbiltà tagħha li tirrevedi t-tweġibiet inizjali, l-Unità tipprovdi gwida orizzontali, taħriġ u pariri lid-Direttorati Ġenerali u s-servizzi kollha tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament. Hija timmaniġġja wkoll is-sistema tal-IT madwar il-Kummissjoni Ewropea kollha li tittratta t-talbiet inizjali u konfermatorji għall-aċċess għad-dokumenti, li bħalissa qiegħda tiġi mmodernizzata.
L-għadd dejjem jikber ta’ applikazzjonijiet ġodda għall-aċċess għal dokumenti mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u t-talba għal aktar trasparenza fil-qasam tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi umani u tal-IT lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li jkun hemm trattament effiċjenti tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti u jinkisbu l-aħjar riżultati għaċ-ċittadini.
1.Ir-Reġistri u s-Siti tal-Internet
Fl-2018, żdiedu 19 582 dokument ġdid mar-reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni 22 (ara l-Anness – Tabella 1), li jaqgħu taħt il-kategoriji C, COM, JOIN, OJ, PV, SEC jew SWD 23 .
Fl-2018, is-sit web “Aċċess għad-Dokumenti” fuq Europa 24 rreġistra 6 458 viżitatur u 8 652 paġna li ġiet ikkonsultata (ara l-Anness – Tabella 2) 25 .
Iż-żewġ pjattaformi għadhom għodda ta’ tiftix utli li jippermettu liċ-ċittadini jipparteċipaw aktar mill-qrib u attivament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u fil-politika dwar l-aċċess għad-dokumenti.
2.Il-kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jipprovdi li l-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw prattiki amministrattivi tajba sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess garantit mir-Regolament. L-Artikolu 15(2) jorganizza wkoll l-istabbiliment ta’ kumitat interistituzzjonali biex jeżamina l-aħjar prattiki, jindirizza kunflitti possibbli u jiddiskuti żviluppi futuri dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.
Skont iż-żewġ dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, fl-2018, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea komplew jorganizzaw laqgħat tekniċi regolari fuq livell amministrattiv. Fil-qafas ta’ dawn il-laqgħat, l-istituzzjonijiet jaqsmu l-esperjenzi, jiżviluppaw l-aħjar prattiki u jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fid-dawl tal-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
3.L-Analiżi tal-Applikazzjonijiet għall-Aċċess
3.1.L-għadd ta’ applikazzjonijiet (ara l-Anness – Tabelli 3 u 4)
Kif muri mill-graff ta’ hawn taħt, fl-2018, l-għadd ta’ applikazzjonijiet inizjali laħaq 6 912. Din iċ-ċifra tirrifletti żieda impressjonanti ta’ madwar 9,5 % meta jsir tqabbil mal-2017 u kważi 10 % fi tqabbil mal-2014 26 . Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet 7 257 tweġiba inizjali, imqabbla ma’ 6 716 fl-2017, li jindika żieda ta’ kważi 7,5 %.
Fost dawn it-tweġibiet inizjali, 6 117 inħarġu fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (meta mqabbel ma’ 5 181 fl-2017). Dan l-għadd juri żieda ta’ madwar 15,3 % f’sena waħda.
Ta’ min jinnota li rikjesta waħda tista’ tikkonċerna diversi dokumenti u konsegwentement tista’ twassal għal diversi risposti differenti. Min-naħa l-oħra f’xi każijiet, diversi rikjesti jistgħu jinġabru flimkien u jagħtu lok għal risposta waħda biss. In-numru ta’ “risposti mogħtija”, kif estratt mill-bażi ta’ data, jinkludi t-tipi kollha ta’ segwiti pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea, li jestendu minn:
-it-tweġibiet mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (inkluż fejn ma jinżammux dokumenti); sa
-it-tweġibiet ipprovduti taħt oqfsa legali differenti (minħabba l-kontenut tal-applikazzjoni jew l-istatus tal-applikant 27 , eċċ.); jew saħansitra
-għeluq wara nuqqas mill-applikanti li jipprovdu l-kjarifiki mitluba jew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti proċedurali.
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet konfermatorji li jitolbu rieżami mill-Kummissjoni Ewropea, ta’ tweġibiet inizjali li jirrifjutaw kompletament jew parzjalment l-aċċess, l-għadd tagħhom kien ta’ 318 , li jirrifletti żieda ta’ kważi 4,4 % meta mqabbel mal-2017. Id-data tikkonferma x-xejra ta’ żieda kostanti osservata sa mill-2016. L-għadd ta’ tweġibiet konfermatorji bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 żdied b’mod sinifikanti b’madwar 10 %, minn 259 fl-2017 għal 288 fl-2018 28 . Madankollu, iż-żieda f’dawn it-tweġibiet mill-2014 hija ta’ madwar 5,6 %, kif turi l-grafika ta’ hawn taħt.
3.2.Sehem ta’ applikazzjonijiet għal kull Direttorat Ġenerali/Servizz tal-Kummissjoni Ewropea (l-Anness – Tabella 5)
Fl-2018, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari 29 rċieva l-ogħla proporzjon ta’ applikazzjonijiet inizjali (11 %), segwit mis-Segretarjat Ġenerali (6,7 %) 30 , u mid-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs 31 (6,5 %).
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali 32 (6.4 %), id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni 33 (5,9 %), u d-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport 34 (5,2 %) kienu l-uniċi servizzi oħra li rċevew aktar minn 5 % tal-applikazzjonijiet inizjali kollha kull wieħed.
SG
SJ
COMM
EPSC
TF50
BUDG
HR
DIGIT
IAS
OLAF
ECFIN
GROW
COMP
EMPL
AGRI
MOVE
ENER
ENV
CLIMA
RTD
CNECT
JRC
MARE
FISMA
REGIO
TAXUD
EAC
SANTE
HOME
JUST
TRADE
NEAR
DEVCO
ECHO
ESTAT
SCIC
DGT
OP
FPI
OIB
EPSO
Kull wieħed mid-dipartimenti l-oħra tal-Kummissjoni Ewropea rrappreżenta 5 % jew inqas mill-applikazzjonijiet inizjali kollha.
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet konfrmatorji riċevuti mis-Segretarjat Ġenerali, l-ogħla proporzjon kien relatat mar-risposti inizjali pprovduti mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (13,8 % meta mqabbel ma’ 19,7 % fl-2017), segwit mis-Segretarjat Ġenerali (kważi 8,5 %), u d-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (kważi 7,9 %).
It-tweġibiet inizjali ta’ tliet dipartimenti oħra tal-Kummissjoni Ewropea ffurmaw is-suġġett ta’ aktar minn 5 % tal-applikazzjonijiet konfermatorji kollha (id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija 35 , u d-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi 36 ).
It-tweġibiet inizjali pprovduti mill-bqija tad-dipartimenti tal-Kummissjoni Ewropea kienu jgħoddu għal inqas minn 5 % tat-talbiet għal rieżami konfermatorju kull wieħed.
SG
SJ
COMM
EPSC
TF50
BUDG
HR
DIGIT
IAS
OLAF
ECFIN
GROW
COMP
EMPL
AGRI
MOVE
ENER
ENV
CLIMA
RTD
CNECT
JRC
MARE
FISMA
REGIO
TAXUD
EAC
SANTE
HOME
JUST
TRADE
NEAR
DEVCO
ECHO
ESTAT
SCIC
DGT
OP
FPI
OIB
EPSO
3.3.Profil soċjali u okkupazzjonali tal-applikanti (Anness – Tabella 6)
L-applikanti jistgħu jindikaw fuq il-formola tal-applikazzjoni tas-sit web Europa, il-profil soċjali/okkupazzjonali tagħhom billi jagħżlu waħda mid-disa’ kategoriji li ġejjin: ċittadin, akkademiku, avukat, ġurnalist, organizzazzjoni mhux governattiva, kumpanija, Membru tal-Parlament Ewropew, awtoritajiet subnazzjonali jew tal-Istati Membri 37 . Għal finijiet ta’ statistika, il-profil ta’ “ċittadini” jkopri l-applikanti li indikaw il-profil tagħhom bħala tali, flimkien mal-applikanti li ma jkunux għażlu xi kategorija soċjali/okkupazzjonali.
Fl-2018, il-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet inizjali oriġinaw, bħal fis-snin preċedenti miċ-ċittadini. Din il-kategorija ta’ applikant fil-fatt ippreżentat madwar 42,2 % tat-talbiet.
It-tieni post fost l-aktar applikanti prolifiċi ma kienx għadu okkupat mill-akkademiċi bħal fl-2017, iżda minn kumpaniji, li ammontaw għal kważi 16,7 % tal-applikazzjonijiet inizjali. Tal-bidu spiċċaw niżlu fit-tielet post (b’madwar 10,6 %), segwiti mill-qrib mid-ditti legali u l-ġurnalisti (b’madwar 10,1 % kull wieħed).
Il-maġġoranza tal-applikazzjonijiet konfermatorji fl-2018 oriġinaw minn ċittadini, li ammontaw għal kważi 36,2 % ta’ tali applikazzjonijiet (meta mqabbla ma’ 24,7 % fl-2017). L-organizzazzjonijiet mhux governattivi laħqu t-tieni pożizzjoni, billi ssottomettew għadd kbir ta’ applikazzjonijiet konfermatorji, li jammontaw għal mhux inqas minn 17,3 % fl-2018 (meta mqabbla ma’ 13,2 % fl-2017). It-tielet pożizzjoni hija okkupata minn professjonisti legali li ssottomettew aktar minn 15,4 % tal-applikazzjonijiet konfermatorji. Il-ġurnalisti ukoll żiedu bil-qawwija l-għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji tagħhom, biex qabżu għar-raba’ kategorija l-aktar attiva fl-2018, u kienu jammontaw għal 15,1 % tal-applikazzjonijiet konfermatorji (meta mqabbla ma’ 7,2 % fl-2017). Dawn kienu segwiti mill-bogħod mill-kumpaniji (li jammontaw għal kważi 7,9 % ta’ dawn l-applikazzjonijiet), Membri tal-Parlament Ewropew (5 %), istituzzjonijiet akkademiċi u gruppi ta’ riflessjoni (2,8 %), u l-Istati Membri (0,3 %).
3.4.L-oriġini ġeografika tal-applikanti (Anness – Tabella 7)
Fir-rigward tat-tqassim ġeografiku tal-applikazzjonijiet inizjali , il-Belġju, ir-Renju Unit u l-Ġermanja baqgħu, bħal fl-2017, it-tliet pajjiżi ewlenin li minnhom joriġinaw il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti. Tabilħaqq, madwar 51,3 % tal-applikazzjonijiet inizjali oriġinaw minn dawn it-tliet pajjiżi fl-2018. B’mod aktar speċifiku, l-akbar proporzjon ta’ applikazzjonijiet inizjali baqa’ joriġina minn applikanti li jgħixu jew huma bbażati fil-Belġju (madwar 32,9 %, meta mqabbel ma’ madwar 25,7 % fl-2017).
It-tieni ġie r-Renju Unit li minnu oriġinaw aktar minn 9,2 % tal-applikazzjonijiet inizjali. Dan l-ammont jindika tnaqqis sinifikanti meta mqabbel mal-2017, fejn ir-Renju Unit kien jirrappreżenta s-sors ta’ kważi 15,2 % tal-applikazzjonijiet inizjali.
It-tielet kienet il-Ġermanja, li minnha oriġinaw kważi 9,2 % tal-applikazzjonijiet inizjali (meta mqabbel ma’ kważi 12 % fl-2017).
Fir-raba’ post ġiet Franza (b’6,9 % tal-applikazzjonijiet inizjali), segwita mill-qrib min-Netherlands (6,5 %), Spanja (kważi 5.9 %) u l-Italja (5,7 %).
L-applikazzjonijiet li oriġinaw mill-21 Stat Membru li jifdal kienu jirrappreżentaw inqas minn 3 % għal kull Stat Membru. Id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kompla jiġi eżerċitat ukoll minn applikanti li jirrisjedu jew li għandhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom f’pajjiżi terzi. L-applikazzjonijiet inizjali tagħhom baqgħu stabbli, u kienu jammontaw għal aktar minn 5,3 % tal-applikazzjonijiet inizjali kollha (ammont simili ġie rreġistrat fl-2017, jiġifieri kważi 5 %).
Rigward it-tqassim ġeografiku tal-applikazzjonijiet konfermatorji, l-akbar proporzjon ġie fil-wisa’, bħal fis-snin ta’ qabel, minn applikanti fil-Belġju (b’żieda netta b’aktar minn 45,9 % ta’ tali applikazzjonijiet, meta mqabbel ma’ kważi 3,.6 % fl-2017), segwit mill-Ġermanja u n-Netherlands (it-tnejn madwar 8,5 %). Ir-Renju Unit, l-Italja (it-tnejn li huma 6,6 % kull wieħed) u Franza (4,4 %) kienu l-uniċi Stati Membri oħra li minnhom oriġinaw iktar minn 4 % tal-applikazzjonijiet.
L-applikazzjonijiet li oriġinaw mill-21 Stat Membru li jifdal kienu jirrappreżentaw 2,5 % jew inqas kull wieħed. Finalment, l-applikazzjonijiet mingħand applikanti li jirresjedu jew li għandhom uffiċċju reġistrat f’pajjiżi terzi rrappreżentaw kważi 2,2 % tal-applikazzjonijiet kollha (meta mqabbel ma’ 3,6 % fl-2017).
4.L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta' Aċċess
Id-dritt ta’ aċċess previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 huwa soġġett għal numru ta’ eċċezzjonijiet speċifiċi, li huma stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament. Kull rifjut, kemm jekk komplet jew parzjali, għandu jkun ġustifikat taħt mill-inqas waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet.
4.1.Tipi ta’ aċċess mogħti (Anness – Tabelli 8 u 9)
Fl-2018, ingħata aċċess sħiħ jew parzjali għal dokumenti f’aktar minn 80,2 % tal-każijiet fl-istadju inizjali (li wera, b’dan, tnaqqis żgħir mill-2017, fejn kien laħaq 82 %).
Bl-istess mod, il-perċentwal ta’ tweġibiet pożittivi bis-sħiħ naqas bi ftit minn 61,8 % fl-2017 għal 59,4 % fl-2018. Bl-istess mod, il-perċentwal ta’ tweġibiet pożittivi parzjali żdied bi ftit (minn 20,3 % fl-2017 għal aktar minn 20,8 % fl-2018).
B’mod parallel, it-tnaqqis żgħir konsistenti fil-perċentwali ta’ aċċess irrifjutat kompletament, li deher mill-2016, kompla (madwar 15,8 % tal-applikazzjonijiet totali kontra inqas minn 18 % u 19 %, rispettivament fl-2017 u l-2016).
Fl-2018, madwar 41,7 % tat-tweġibiet inizjali kkontestati minn applikazzjonijiet konfermatorji ġew ikkonfermati fl-istadju konfermatorju (meta mqabbel ma’ 52,9 % fl-2017). Perċentwal simili (40,6 %) tat-tweġibiet inizjali inqalbu kompletament jew parzjalment (kontra madwar 47,1 % fl-2017).
4.2.L-eċċezzjonijiet invokati għad-dritt ta' aċċess 38 (Anness – Tabella 10)
4.2.1.L-istadju inizjali
Fl-2018, il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu 39 baqgħu l-aktar eċċezzjoni użata ta’ spiss mill-Kummissjoni Ewropea għal rifjut (sħiħ jew parzjali) tal-aċċess fl-istadju inizjali. Din ġiet invokata f’34,5 % tar-rifjuti, meta mqabbla ma’ kważi 31,4 % fl-2017. Bħal fis-snin preċedenti, ammont kbir minn dawk ir-rifjuti rriżultaw mill-ħtieġa li jiġu mgħottija l-ismijiet tal-membri tal-persunal mhux superjuri jew tar-rappreżentanti tal-partijiet terzi li jidhru fid-dokumenti, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-protezzjoni tad-data applikabbli.
It-tieni eċċezzjoni l-aktar invokata tikkonċerna l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali 40 . Din l-eċċezzjoni kienet tiddependi fuq aktar minn 15,4 % tar-rifjuti (parzjali jew sħaħ) 41 .
L-eċċezzjoni mmirata biex tipproteġi l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jkun għaddej 42 , segwiet mill-qrib, fit-tielet post, li ntużat f’aktar minn 15,1% tal-każijiet 43 .
Il-Kummissjoni Ewropea bbażat ruħha wkoll fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-awditi 44 , għalkemm f’inqas minn 12,7 % tat-tweġibiet negattivi (sħaħ jew parzjali) tagħha (meta mqabbla ma’ kważi 17,7 % fl-2017). It-tnaqqis kostanti iżda kostanti rifless mid-data, juri użu aktar limitat ta’ din l-eċċezzjoni mill-istituzzjoni.
L-użu relattiv tal-eċċezzjoni li tipproteġi s-sigurtà pubblika 45 żdied notevolment (minn 5,4 % fl-2017 għal kważi 8,8 % fl-2018).
L-eċċezzjoni li tipprovdi għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali 46 ġiet invokata fi kważi 5,8 % tat-tweġibiet inizjali negattivi meta mqabbla ma’ 4 % fl-2017 u 3,4 % fl-2016, u b’hekk uriet żieda żgħira iżda kostanti fl-użu tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.
L-eċċezzjonijiet li fadal previsti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ġew invokati mill-istituzzjoni f’inqas minn 4 % kull waħda, meta rrifjutat l-aċċess, parzjali jew totali, għal dokumenti mitluba fl-istadju inizjali.
4.2.2.Stadju konfermatorju
L-aktar raġuni komuni invokata ta’ spiss biex jiġi kkonfermat rifjut (sħiħ jew parzjali) tal-aċċess kienet, bħal fl-2017, il-protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-awditi (30,6 % fl-2018 meta mqabbel ma’ kważi 35 % fl-2017).
L-eċċezzjoni li tipproteġi l-privatezza u l-integrità tal-individwu ġiet fit-tieni post (25 %, meta mqabbla ma’ kważi 26,1 % fl-2017). L-eċċezzjoni li tipproteġi l-interessi kummerċjali kienet invokata inqas ta’ spiss (12,5 % fl-2018, meta mqabbla ma’ 13,2 % fl-2017), u dan ipoġġiha fit-tielet post u tikkonferma t-tnaqqis kostanti fl-użu tagħha osservat mill-2016 (fejn ġie invokat f’ 15,9 % taċ-ċaħdiet ta’ konferma).
L-eċċezzjoni li tipproteġi l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni ġiet fir-raba’ pożizzjoni b’perċentwal ta’ 12,9 % (inklużi kważi 10,8 % għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddej bħalissa). Din iċ-ċifra turi li l-eċċezzjoni tidher li tiġi invokata b’mod inqas konsistenti (peress li l-użu tagħha diġà naqas minn madwar 12,2 % fl-2017 u 20,2 % fl-2016).
L-eċċezzjonijiet li jipproteġu l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali u s-sigurtà pubblika rispettivament ġew fost il-ħames l-aktar invokati mill-istituzzjoni (li tammonta għal 5,6 % ta’ kull waħda).
5.Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew
Fl-2018, l-Ombudsman Ewropew għalaq 29 ilment kontra t-trattament mill-Kummissjoni Ewropea ta’ talbiet għal aċċess għad-dokumenti 47 . Il-maġġoranza l-kbira ta’ dawn l-ilmenti (jiġifieri, 22) ingħalqu mingħajr ma nstabu każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina 48 . B’paragun, f’dawn l-aħħar sentejn, l-Ombudsman Ewropew kien għalaq għadd iżgħar ta’ lmenti, (jiġifieri 25 fl-2017 u 21 fl-2016), iżda ngħalaq numru simili (sitta għal dawk is-sentejn) b’kummenti ulterjuri jew kritiċi 49 .
Fl-2018, l-Ombudsman Ewropew fetaħ 29 inkjesta ġdida fejn l-aċċess għad-dokumenti kien jew il-parti prinċipali jew il-parti sussidjarja tal-ilment, meta mqabbel ma’ 25 fl-2017 u 12 fl-2016.
Dawn l-istatistiċi jikkonfermaw iż-żieda sinifikanti osservata sa mill-2017 fir-rigward tan-numru ta’ inkjesti ġodda 50 , u tirrifletti l-importanza dovuta mogħtija mill-Ombudsman Ewropew għal dan il-qasam speċifiku ta’ attività.
Tali importanza tkompli tiġi spjegata mill-fatt li minn Frar 2018 ‘l hawn, l-Ombudsman Ewropew nieda l-hekk imsejħa ‘proċedura rapida’ ġdida għall-aċċess għall-ilmenti li jikkonċernaw id-dokumenti. Skont din il-proċedura l-ġdida, l-Ombudsman Ewropew impenjat ruħha li tieħu deċiżjonijiet dwar jekk tistax tiftaħ inkjesta fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, u deċiżjonijiet dwar inkjesti dwar “l-aċċess għal dokumenti” fi żmien 40-il jum ta’ xogħol minn meta tkun irċeviet l-ilmenti 51 .
6.Stħarriġ Ġudizzjarju
Fl-2018, il-Qrati tal-UE komplew jiżviluppaw, fil-qafas ta’ diversi proċedimenti ġudizzjarji, il-korp ta’ ġurisprudenza diġà konsiderevoli li għandu x’jaqsam mal-aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-UE. Din il-ġurisprudenza li għadha kemm ġiet iġġenerata se tkompli tiggwida l-prattika tal-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
6.1.Il-Qorti tal-Ġustizzja
Fl-2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tat biss sentenza ewlenija waħda f’appell dwar id-dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, fejn il-Kummissjoni Ewropea kienet parti fil-proċedimenti, meta fl-2017 kienet tat tmienja.
Din is-sentenza ngħatat fil-qafas tal-każ ClientEarth vs il-Kummissjoni 52 . Dan huwa sinifikanti peress li jiċċara l-ambitu tal-kunċett ta’ “dokumenti leġiżlattivi”, li jirrikjedi limitu usa’ ta’ ftuħ.
Filwaqt li tirrikonoxxi l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea teħtieġ spazju għad-deliberazzjoni sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwar l-għażliet ta’ politika li għandhom isiru u l-proposti potenzjali li għandhom jiġu ppreżentati, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li d-dokumenti mfassla fil-kuntest ta’ valutazzjoni tal-impatt jikkwalifikaw bħala dokumenti leġiżlattivi. Konsegwentement, il-Qorti sostniet li tali dokumenti ma jistgħux jiġu protetti taħt preżunzjoni ġenerali kontra d-divulgazzjoni pubblika li tirriżulta mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, speċjalment meta jkun fihom informazzjoni ambjentali 53 .
Il-Qorti tal-Ġustizzja kompliet tenfasizza li n-natura provviżorja unika tad-dokumenti ma tistax tiġġustifika per se l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, mingħajr ebda eżami speċifiku u individwali 54 .
6.2.Il-Qorti Ġenerali
Fl-2018, il-Qorti Ġenerali tat 27 sentenza li jinvolvu l-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Il-Kummissjoni Ewropea kienet parti fil-proċedimenti f’26 minnhom u intervjeniet f’waħda minnhom. Fil-maġġoranza l-kbira ta’ dawn il-każijiet, ipprevaliet il-pożizzjoni tal-istituzzjoni.
Mis-27 każ imsemmi hawn fuq, sitta biss minnhom irriżultaw fl-annullament (parzjali) tad-deċiżjoni tal-istituzzjoni kkontestata 55 , li waħda minnhom oriġinat mill-Parlament.
Barra minn hekk, fost il-ħames każijiet li jinvolvu annullament (parzjali) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, erbgħa minnhom biss kienu jinvolvu rifjuti (parzjali) tal-istituzzjoni li tagħti aċċess għal xi dokumenti. Is-sentenza l-oħra ta’ annullament (parzjali) kienet tikkonċerna deċiżjoni pożittiva tal-istituzzjoni li tagħti aċċess pubbliku għal xi dokumenti, li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li hija protetta taħt qafas legali differenti.
Barra minn hekk, 19 minn dawn il-każijiet irriżultaw fit-twarrib sħiħ jew parzjali tal-azzjoni kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Fi tliet każijiet, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li tingħata deċiżjoni u f’każ wieħed 56 , l-azzjoni għall-annullament tal-Kummissjoni Ewropea saret inammissibbli. Fl-aħħar nett, każ ieħor kien jikkonsisti f’ordni ta’ tneħħija mir-Reġistru.
Fil-qafas ta’ dan il-korp ta’ ġurisprudenza żviluppat fl-2018, il-Qorti Ġenerali ċċarat kwistjonijiet li jvarjaw minn aspetti proċedurali għal punti aktar sostantivi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001.
6.2.1.Kjarifiki ta’ xi regoli proċedurali
Fir-rigward tar-regoli proċedurali, il-Qorti Ġenerali tenniet il-kostatazzjoni tagħha li tweġiba inizjali skont it-tifsira tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament mhijiex azzjonabbli fil-prinċipju, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali: meta tkun ivvizzjata b’difett bħan-nuqqas li applikant jiġi informat dwar il-mezzi ta’ rimedju li għandu jew fejn din tkun tikkostitwixxi l-pożizzjoni definittiva tal-istituzzjoni 57 .
Id-deċiżjoni konfermatorja biss hija kapaċi tipproduċi effetti legali li jkunu kapaċi jaffettwaw l-interessi tal-applikant u, għalhekk, li tkun is-suġġett ta’ azzjoni għal annullament skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 58 .
Fil-qafas tad-deċiżjoni konfermatorja, in-nuqqas li l-applikant jiġi infurmat bir-rimedji legali disponibbli kontriha, ma jikkostitwix ksur ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali li jistgħu jwasslu għall-annullament tagħha, fejn nuqqas bħal dan ma għandu l-ebda effett fuq is-sitwazzjoni legali tal-applikant. Dan huwa l-każ fejn l-applikant ikun jista’ jaċċerta x’kienu dawk ir-rimedji u jressaq azzjoni għal annullament kontra d-deċiżjoni konfermatorja kkontestata, minkejja n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar ir-rimedji legali disponibbli fih 59 . Barra minn hekk, l-istituzzjoni tista’, fi kwalunkwe stadju tal-ipproċessar ta’ applikazzjoni, inkluż għall-ewwel darba, tidentifika dokumenti ulterjuri potenzjalment relatati mat-talba 60 .
Filwaqt li l-istituzzjoni ma tistax b’mod leġittimu tiġi kkritikata għall-għoti ta’ aċċess għal dokumenti fuq il-bażi ta’ applikazzjoni allegatament impreċiża mingħajr ma tkun talbet lill-applikant jiċċara l-applikazzjoni tiegħu, ma tistax, madankollu, tirrifjuta talba bħala mhux preċiża biżżejjed mingħajr ma l-ewwel tkun talbet lill-applikant biex jipprovdi aktar kjarifiki 61 .
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li l-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, huma intiżi biss biex jiżguraw l-ipproċessar fil-pront ta’ applikazzjonijiet għal aċċess għal dokumenti 62 .
Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali tenniet li n-nuqqas ta’ konformità mal-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma jiddivestix l-istituzzjoni mis-setgħa li tadotta deċiżjoni u ma tikkostitwix raġuni valida li tiġġustifika l-annullament tagħha 63 .
Tali konklużjoni ma għandha l-ebda effett fuq il-fatt li, b’kuntrast, il-limitu ta’ żmien stabbilit għall-bidu ta’ azzjoni għal annullament huwa obbligatorju u jwassal għall-inammissibbiltà tal-proċedimenti introdotti wara l-iskadenza tiegħu 64 .
Il-Qorti Ġenerali tenniet ukoll li d-dikjarazzjoni minn xi istituzzjoni dwar in-nuqqas ta’ dokumenti eżistenti , tgawdi mill-preżunzjoni ta’ legalità 65 . Barra minn hekk, il-legalità tad-deċiżjoni tal-istituzzjoni trid tiġi vvalutata skont l-elementi tal-fatti u l-liġi eżistenti fiż-żmien tal-adozzjoni tagħha 66 , u għalhekk, ma jistgħux jitqajmu fl-istadju ġudizzjarju argumenti ġodda dwar il-legalità tagħha 67 .
Fir-rigward tad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet li għandha tiġi pprovduta mill-istituzzjoni, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li tista’ tkun tikkonsisti minn deskrizzjoni tan-natura u l-kontenut tad-dokumenti miċħuda, il-kuntest li fih jkunu tfasslu, u r-raġunijiet għar-rifjut 68 .
L-iskop tad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet huwa li jiġi żvelat b’mod ċar u mhux ekwivoku r-raġunament segwit mill-istituzzjoni sabiex l-applikant ikun jista’ jaċċerta r-raġunijiet għaliha u biex il-qorti kompetenti tkun tista’ teżerċita s-setgħa ta’ rieżami tagħha 69 .
Għalhekk, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet hija adegwata meta tippermetti lill-applikant jifhem u jaċċerta, l-ewwel nett, jekk id-dokument mitlub fil-fatt jaqax fl-isfera koperta mill-eċċezzjoni li ntużat u, it-tieni, jekk il-ħtieġa għal protezzjoni relatata ma’ dik l-eċċezzjoni hijiex ġenwina 70 .
L-istituzzjoni għalhekk mhix obbligata tipprovdi ġustifikazzjoni speċifika għal kull aspett tal-valutazzjoni li fuqha jkun ibbażat dak ir-raġunament 71 , jew li tidħol fil-fatti u l-punti tal-liġi rilevanti kollha 72 , u tista’ tipprovdi raġunijiet għal kull kategorija ta’ dokumenti 73 .
Barra minn hekk, ir-referenza f’deċiżjoni għar-raġunijiet li jinsabu f’deċiżjoni preċedenti kkomunikata lill-applikant tista’ tkun biżżejjed f’xi każijiet 74 .
Rigward il-valutazzjoni tal-aċċess parzjali, il-Qorti Ġenerali tenniet li din għandha titwettaq fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Għalhekk, għandu jingħata aċċess parzjali jekk l-għan tal-istituzzjoni meta tirrifjuta l-aċċess għal xi dokument ikun jista’ jinkiseb sempliċiment billi jitgħattew il-partijiet li jistgħu jagħmlu ħsara lill-interess pubbliku li jrid jiġi protett 75 .
Mhuwiex f’idejn l-istituzzjoni li tiddetermina dak li hu sinifikanti jew bla sinifikat għall-applikant 76 . Għaldaqstant, l-istituzzjoni hija obbligata li tiżvela partijiet minn dokumenti li jikkwalifikaw bħala “purament deskrittivi”, sakemm ma jkunx fihom xi pożizzjoni legali jew strateġika li taqa’ taħt l-eċċezzjonijiet imsemmija minn din tal-aħħar 77 . Madankollu, mhuwiex meħtieġ aċċess parzjali fejn jirriżulta li dan iwassal biex id-dokument jitneħħilu l-kontenut kważi kollu 78 .
Fir-rigward tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri minn fejn ikunu joriġinaw id-dokumenti, il-Qorti Ġenerali fakkret li dan ir-rekwiżit mhuwiex neċessarju fejn b’mod ovvju tkun tapplika eċċezzjoni waħda 79 . Madankollu, fil-qafas tal-imsemmija konsultazzjoni, valutazzjoni prima facie tal-oġġezzjonijiet tal-Istati Membri hija suffiċjenti u l-istituzzjoni ma għandhiex bżonn twettaq valutazzjoni eżawrjenti ta’ dawn tal-aħħar 80 .
Madankollu, l-Istat Membru ma għandux dritt ġenerali u mingħajr kundizzjoni tal-veto, sa dak il-punt fejn ikun obbligat jipprovdi motivazzjoni xierqa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 81 .
Ta’ min jinnota f’dan ir-rigward li Stat Membru, għall-kuntrarju ta’ partijiet terzi oħra, jista’ jinvoka l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni sabiex jitlob li din tal-aħħar tirrifjuta l-aċċess għal dokument li joriġina minnu 82 . Barra minn hekk, sabiex ikun intitolat li jippreżenta oġġezzjoni, Stat Membru, li jkun l-awtur tad-dokument inkwistjoni, mhux obbligat li jagħmel talba formali speċifika minn qabel 83 .
Quddiem dan l-isfond, id-deċiżjoni tal-istituzzjoni m’għandhiex sempliċiment tirreġistra l-fatt li l-Istat Membru kkonċernat ikun oġġezzjona għall-iżvelar tad-dokument mitlub, iżda tistabbilixxi wkoll ir-raġunijiet ippreżentati minn dak l-Istat Membru biex juri li tapplika waħda mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess previst skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 84 .
Ta’ min jinnota wkoll li Stat Membru jista’ jqajjem kwalunkwe motiv li jista’ jqajjem dubji dwar il-legalità ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni, bħala korollarju tad-dritt tal-Istat Membru kkonċernat għal rimedju effettiv kif previst fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE 85 .
Madankollu, fir-rigward tad-deċiżjoni li tagħti aċċess għal dokumenti, Stat Membru ma jistax jiddependi fuq irregolaritajiet proċedurali li jikkonċernaw it-trattament tal-istituzzjoni ta’ applikazzjonijiet inizjali jew konfermatorji, inklużi limiti ta’ żmien li kienu introdotti biss għall-benefiċċju tal-applikant 86 .
Il-Qorti Ġenerali kkonfermat ukoll li l-ksur tad-dmir ta’ kooperazzjoni dovut mill-istituzzjoni lil Stat Membru f’dan il-kuntest, jista’ jaffettwa l-legalità tad-deċiżjoni tal-istituzzjoni li tagħti aċċess għal dokumenti li joriġinaw minn dak l-Istat Membru 87 .
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja m’għandhiex ġurisdizzjoni biex toħroġ ordni ta’ inġunzjoni fil-qafas tal-analiżi tagħha tal-legalità ta’ Att skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Quddiem dan l-isfond, ma tistax timponi fuq l-istituzzjoni d-deċiżjoni li jingħata aċċess għad-dokumenti mitluba 88 .
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-ġurisprudenza preċedenti tagħha, li skontha ma għadx hemm il-ħtieġa li tagħti sentenza dwar xi azzjoni għall-annullament ta’ deċiżjoni negattiva, ladarba l-istituzzjoni, mingħajr ma tirtira formalment id-deċiżjoni kkontestata, tadotta deċiżjoni pożittiva ġdida li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba, u b’hekk tissodisfa t-talba tal-applikant b’mod sħiħ 89 .
6.2.2.Kjarifiki ta’ xi regoli proċedurali
Fl-2018, il-Qorti Ġenerali indirizzat ukoll diversi regoli sostantivi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Fir-rigward tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali 90 , f’diversi każijiet, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet il-marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni li għandha l-istituzzjoni fil-qafas tagħha 91 .
Tali diskrezzjoni wiesgħa hija dovuta għan-natura partikolarment sensittiva u essenzjali tal-interessi protetti u l-ħtieġa li l-istituzzjoni teżerċita attenzjoni partikolari fl-adozzjoni ta’ deċiżjoni, li min-natura tagħha hija kumplessa u delikata 92 .
Skont il-Qorti Ġenerali, marġni ta’ diskrezzjoni daqshekk wiesgħa mogħtija lill-istituzzjoni hija konsistenti mal-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament 93 .
Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-eċċezzjoni għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali hija għalhekk soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja limitata tal-legalità, li hija limitata għall-verifika tal-konformità mar-regoli proċedurali u l-obbligu li tiġi dikjarata l-motivazzjoni, l-eżattezza tal-istqarrija tal-fatti, u n-nuqqas ta’ xi żball manifest ta’ valutazzjoni jew użu ħażin ta’ setgħat 94 .
Il-Qorti Ġenerali enfasizzat ukoll in-natura obbligatorja tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali, li, għall-kuntrarju ta’ eċċezzjonijiet oħra previsti fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ma tistax titwarrab minn kwalunkwe interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni tad-dokumenti mitluba 95 .
Fil-qafas tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu 96 , il-Qorti Ġenerali fakkret li l-kunċett tal-privatezza jinkludi data personali f’kuntest professjonali 97 . Data personali dwar il-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE għalhekk, fil-prinċipju, hija protetta b’din l-eċċezzjoni, irrispettivament minn xi “dritt tal-interpellanza tal-impjegat taċ-ċivil” 98 .
Il-Qorti Ġenerali enfasizzat li, fi kwalunkwe każ, tali dritt ma għandux jiġi eżerċitat fil-qafas tal-mekkaniżmi ta’ aċċess għad-dokumenti pprovduti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 99 . Il-Qorti Ġenerali kkonfermat ukoll li d-drittijiet ta’ protezzjoni tar-reputazzjoni u tal-unur ta’ individwu kienu partijiet inerenti mid-dritt tal-privatezza 100 .
Ir-reputazzjoni ta’ entità, irrispettivament min-natura pubblika jew privata tagħha, hija wkoll intitolata għal xi protezzjoni, għalkemm fl-ambitu tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali 101 . Fil-qafas ta’ din l-eċċezzjoni, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li impriża privata inkarigata b’missjoni ta’ interess pubbliku tista’ tkun intitolata għall-protezzjoni tar-reputazzjoni tagħha bħala parti mill-interessi kummerċjali tagħha, sakemm ir-reputazzjoni ta’ kwalunkwe operatur attiv f’xi suq tkun essenzjali għat-twettiq tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha fis-suq 102 .
Il-Qorti Ġenerali tenniet ukoll li impriża tal-istat tista’ titqies li għandha interessi kummerċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2), l-ewwel inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 103 .
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li informazzjoni kummerċjali sensittiva pprovduta minn impriżi lill-Kummissjoni Ewropea, bħal data li tappartjeni lill-istrateġiji kummerċjali tagħhom sabiex jikkonformaw mal-qafas regolatorju, tista’ tiġi protetta bħala “interessi kummerċjali” 104 .
Barra minn hekk, il-protezzjoni ta’ tali interessi, (b’mod simili għad-dritt tal-privatezza u l-integrità tal-individwu) tista’ possibbilment tiġi invokata għal perjodu itwal mill-perjodu massimu ta’ 30 snin stipulat mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 rigward l-eċċezzjonijiet l-oħra għad-divulgazzjoni pubblika 105 .
Fir-rigward tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tal-proċedimenti tal-qorti, il-Qorti Ġenerali tenniet li din tista’ tiġi invokata fir-rigward ta’ dokumenti li ma jkunux ġew imfassla b’mod speċifiku b’rabta mal-proċedimenti pendenti tal-qorti 106 .
Barra minn dan, il-Qorti Ġenerali saħqet li l-eċċezzjoni marbuta mal-pariri legali tista’ tapplika għall-pożizzjonijiet interni preliminari tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea, imfassal għall-iskop tad-djalogu politiku bejn l-istituzzjoni u r-rappreżentanti ta’ Stat Membru u Stat terz 107 .
Dan huwa l-każ partikolarment fejn il-pożizzjoni preparatorja tkun abbozzata f’kuntest ta’ urġenza, fir-rigward ta’ xi qasam ta’ ċerta sensittività politika qawwija. Fil-fatt, f’ċirkustanzi bħal dawn, id-divulgazzjoni fil-fatt timmina, b’mod prevedibbli, l-interess tal-istituzzjoni li tfittex u tirċievi konsulenza sinċiera, oġġettiva u komprensiva mid-dipartimenti varji tagħha sabiex tħejji l-pożizzjoni finali tagħha 108 .
Fir-rigward tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tal-iskop tal-investigazzjonijiet 109 , il-Qorti Ġenerali fakkret li l-kunċett ta’ “investigazzjoni” huwa kunċett awtonomu tal-liġi tal-UE. Għaldaqstant, għandu jiġi interpretat billi jitqiesu, fost affarijiet oħra, it-tifsira li ssoltu tingħatalu kif ukoll il-kuntest li fih iseħħ 110 .
B’hekk, proċedura strutturata u formalizzata tal-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li tiġbor u tanalizza informazzjoni sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tieħu pożizzjoni fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħha previsti mit-trattati għandha titqies bħala “investigazzjoni”.
Madankollu, proċedura bħal din mhux bilfors jeħtieġ li jkollha l-għan li tidentifika jew issegwi xi reat jew irregolarità. Il-kunċett ta’ “investigazzjoni” jista’ jkopri wkoll attività tal-Kummissjoni Ewropea intenzjonata biex jiġu stabbliti fatti sabiex tiġi vvaluta sitwazzjoni partikolari 111 .
Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ukoll li l-eċċezzjoni tista’ tibqa’ xierqa, bl-applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità, fid-dawl ta’ proċedura pilota tal-UE, minkejja s-sospensjoni temporanja (twila) tagħha, wara s-sottomissjoni ta’ talba għal deċiżjoni preliminari 112 .
Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni f’rabta mal-fajls dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-eżistenza ta’ preżunzjoni ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti li jinsabu fiha u kkjarifikat li tali preżunzjoni tapplika mhux biss fir-rigward ta’ individwi iżda wkoll f’investigazzjonijiet settorjali 113 . Il-fatt li d-dokumenti kkonċernati mhumiex immarkati bħala kunfidenzjali huwa irrilevanti f’dak ir-rigward 114 .
Fir-rigward tal-proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali tenniet il- “pożizzjoni speċjali (tagħha) fi ħdan is-sistema ta’ aċċess għal dokumenti” diġà rikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja 115 .
Il-Qorti Ġenerali b’hekk fakkret li l-karatteristiċi tal-proċedura ta’ ksur jipprekludu li tingħata trasparenza sħiħa, anki f’tali oqsma sensittivi bħal ma hu l-ambjent 116 .
Il-Qorti Ġenerali għalhekk ikkonfermat l-applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali tal-kunfidenzjalità fir-rigward tad-dokumenti li jiffurmaw parti mill-fajls dwar ksur 117 , irrispettivament mill-applikabbiltà ta’ kwalunkwe regolament speċifiku li jipprovdi għal qafas aktar restrittiv minn dak tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 118 . Tali preżunzjoni ġenerali teħles lill-istituzzjoni minn kwalunkwe żvelar parzjali 119 .
Fir-rigward tal-investigazzjonijiet li jirrigwardaw il-kartelli 120 , il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità rikonoxxuta fil-qafas tal-każistika preċedenti tapplika irrispettivament min-numru ta’ dokumenti koperti mit-talba għal aċċess, inkluż meta jkun dokument wieħed biss suġġett tat-talba 121 .
Il-Qorti Ġenerali enfasizzat f’dan ir-rigward, li dak li hu relevanti huwa kriterju kwalitattiv, jiġifieri jekk id-dokumenti jirrelatawx mal-istess proċediment, u mhux kriterju kwantitattiv (jew fi kliem ieħor in-numru ta’ dokumenti, akbar jew iżgħar, koperti mit-talba) għall-aċċess 122 .
Għalhekk, il-preżunzjoni ġenerali tal-kunfidenzjalità tapplika wkoll fir-rigward tal-werrej tal-fajl, minkejja l-karatteristika speċjali li dan ma għandux kontenut speċifiku tiegħu stess 123 .
Hemm erba’ raġunijiet ewlenin għal din il-preżunzjoni. L-ewwel nett, il-werrej jorganizza l-fajl relatat mal-proċediment in kwistjoni u għalhekk jifforma parti mill-ġabra ta’ dokumenti li jikkonċernaw dak il-proċediment. It-tieni, dan jelenka, isemmi u jidentifika d-dokumenti kollha fil-fajl. It-tielet, huwa dokument li, min-natura tiegħu, jirreferi għal, u b’hekk jirrifletti, id-dokumenti kollha fil-fajl kif ukoll ċerta informazzjoni dwar il-kontenut ta’ dawk id-dokumenti. Ir-raba’, huwa juri l-passi kollha meħuda mill-Kummissjoni Ewropea fil-proċediment tal-kartell. Konsegwentement, il-werrej tal-fajl tal-kartell jista’ jkun fih informazzjoni rilevanti u speċifika relatata mal-kontenut tal-fajl 124 .
F’dan l-isfond, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-kriterju sottostanti għall-applikazzjoni tal-preżunzjoni ġenerali tal-kunfidenzjalità huwa jekk id-dokument, li għalih jintalab l-aċċess, huwiex parti mill-fajl amministrattiv li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 125 .
Rigward l-eċċezzjoni għall-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Qorti Ġenerali ċċarat li l-ftehimiet provviżorji milħuqa bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni matul il-laqgħat tat-trilogu ma jaqgħux taħt preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni, irrispettivament minn jekk il-proċedura leġiżlattiva tkunx għadha għaddejja 126 .
Il-Qorti Ġenerali enfasizzat, madankollu, li l-istituzzjoni mhijiex prekluża milli tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti leġiżlattivi, inklużi t-trilogi, f’każijiet debitament ġustifikati fuq il-bażi tal-eċċezzjoni li tikkonċerna l-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Qorti Ġenerali fil-fatt innutat li din tal-aħħar ma teskludix il-proċess leġiżlattiv mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha 127 .
Fl-2018, il-Qorti Ġenerali kellha wkoll l-opportunità li tiċċara l-kunċett ta’ interess pubbliku prevalenti. Dan tal-aħħar għandu rwol kruċjali fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, sa fejn huwa suxxettibbli għal xi wħud mill-eċċezzjonijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut li jingħata aċċess għal dokumenti mitluba 128 .
F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali fakkret li sta għall-applikant li jkun qiegħed jitlob aċċess biex jistabbilixxi l-eżistenza tiegħu 129 . L-argumenti kollha f’dan ir-rigward għandhom jitqajmu mill-applikant, mhux aktar tard mill-istadju konfermatorju (qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ konferma mill-istituzzjoni). Wieħed ma jistax joqgħod fuq argumenti ġodda fl-istadju ġudizzjarju 130 .
Barra minn hekk, l-applikant li jistrieħ fuq xi interess pubbliku prevalenti li ma jistax jiġi miċħud, irid juri wkoll kif l-iżvelar tad-dokumenti mitluba jikkontribwixxi għall-protezzjoni ta’ tali interess f’dan il-każ 131 .
Il-Qorti Ġenerali tenniet ukoll li kunsiderazzjonijiet ġenerali bħal “interess fil-bini tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet governattivi tagħhom” 132 , jew “id-dritt tal-pubbliku li jiġi infurmat dwar il-ħidma tal-istituzzjonijiet” 133 ma jistgħux, waħedhom, jissostanzjaw l-eżistenza ta’ interess pubbliku prevalenti. Dan huwa partikolarment minnu f’oqsma fejn l-istituzzjoni tippubblika b’mod regolari stqarrijiet għall-istampa 134 .
Madankollu, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet li l-applikanti setgħu jistrieħu fuq il-prinċipju tat-trasparenza biex jissostanzjaw l-eżistenza ta’ interess pubbliku prevalenti, bil-kundizzjoni li juru kemm ikun “partikolarment urġenti” fil-każ trattat 135 .
Skont każistika stabbilita, il-prinċipju tat-trasparenza ma jġorrx, madankollu, l-istess piż skont jekk id-dokument mitlub ikunx relatat ma’ xi qasam leġiżlattiv jew amministrattiv tal-attività tal-istituzzjoni 136 .
Il-Qorti Ġenerali tenniet ukoll li l-kunċett ta’ “interess pubbliku prevalenti” huwa, min-natura tiegħu, oġġettiv u ġenerali. Għaldaqstant, kull interess li l-applikanti jista’ jkollhom biex jipproduċu evidenza dokumentarja quddiem qorti nazzjonali ma jirrappreżentax xi interess pubbliku prevalenti fi ħdan it-tifsira tar-Regolament. Tali interess jikkostitwixxi interess privat 137 . Il-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex tiġi strumentalizzata mill-applikanti b’mod li jinkiseb aċċess għal evidenza li ma tkunx disponibbli permezz ta’ mezzi oħra 138 .
L-applikanti huma għalhekk obbligati li jfittxu rimedji legali li huma rikonoxxuti mill-ordni legali nazzjonali u li jaderixxu mal-metodi għall-kisba ta’ evidenza li huma preskritti minn dik l-ordni legali 139 . Bl-istess mod, l-għan li tiġi vvalutata l-vijabbiltà tal-proċedimenti nazzjonali jikkostitwixxi wkoll interess privat 140 .
6.2.3.Kjarifiki dwar l-interazzjoni tar-Regolament ma’ strumenti oħra
Fl-2018, il-Qorti Ġenerali indirizzat ukoll il-kwistjoni tal-interazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma’ strumenti oħrajn speċifiċi.
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kkjarifikat l-ambiti rispettivi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tal-hekk imsejjaħ Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd 141 . Dan tal-aħħar isegwi objettiv differenti minn tal-ewwel: jiġifieri li tiġi żgurata sistema għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar li tiżgura l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd 142 .
Minħabba li l-ebda dispożizzjoni fiż-żewġ regolamenti ma tagħti espressament xi prijorità ta’ strument wieħed fuq l-ieħor, kull wieħed minn dawk ir-regolamenti għandu jkun applikat b’mod kompatibbli mal-ieħor u li jippermetti applikazzjoni konġunta koerenti 143 .
Konsegwentement, meta xi talba bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tfittex li tikseb aċċess għal dokumenti li jkun fihom xi data fi ħdan it-tifsira tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar li jolqtu l-kunfidenzjalità tad-data miġbura u skambjata fil-qafas tiegħu jsiru applikabbli fl-intier tagħhom 144 .
Dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux lex specialis li tidderoga mir-regoli ġenerali dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, iżda jipprovdu regoli speċifiċi li jiżguraw il-protezzjoni mtejba ta’ ċerta data 145 . Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-kunsens minn qabel tal-Istat Membru huwa kundizzjoni assoluta għall-iżvelar tad-data kkomunikata minn dak l-Istat Membru fil-qafas tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd 146 .
It-tieni, il-Qorti Ġenerali kkjarifikat il-mod kif jirrelataw ma’ xulxin ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u r-Regolament Aarhus 147 . Dan tal-aħħar jintroduċi fis-sistema ġenerali ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti, regoli dettaljati dwar l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali. Il-Qorti Ġenerali kkonfermat f’dan ir-rigward li r-Regolament Aarhus, li huwa intenzjonat biex japplika l-Konvenzjoni ta’ Aarhus għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax fil-qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 148 .
Il-kostatazzjoni tal-Qorti Ġenerali kienet ibbażata, fost l-oħrajn, fuq it-titolu tar-Regolament Aarhus li jirreferi speċifikament għall-”istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità Ewropea” (mingħajr ma tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni tagħha għal entitajiet oħra, bħall-istituzzjonijiet jew il-korpi taħt il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika) u l-preambolu tagħha li jirreferi għat-Trattat KE biss 149 . Tabilħaqq, il-miżuri adottati skont it-Trattat tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika mhumiex neċessarjament soġġetti għall-obbligi applikabbli fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, billi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Komunità Ewropea, issa l-Unjoni Ewropea, huma organizzazzjonijiet distinti stabbiliti minn trattati differenti, b’personalitajiet ġuridiċi separati 150 .
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li r-Regolament Aarhus ma għandu l-ebda inċidenza fuq l-applikabbiltà ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità fil-qafas ta’ investigazzjoni 151 . Dan l-istrument lanqas ma jimponi xi rekwiżit li jiġu interpretati b’mod restrittiv ir-raġunijiet għar-rifjut ta’ aċċess imsemmija fl-eċċezzjoni marbuta mal-investigazzjonijiet previsti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, fir-rigward ta’ dokumenti li jinkludu informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent 152 .
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali elaborat dwar id-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “informazzjoni relatata mal-emissjonijiet fl-ambjent” skont ir-Regolament Aarhus 153 . Dan il-kunċett huwa fil-qalba tad-dritt ta’ aċċess imtejjeb, peress li jwassal għall-preżunzjoni ta’ interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar (ħlief għal dokumenti li jappartjenu għal investigazzjonijiet u b’mod partikolari, ksur) 154 .
Għaldaqstant, il-kunċett ta’ “informazzjoni relatata mal-emissjonijiet fl-ambjent” ma tinkorporax l-informazzjoni kollha li tippreżenta rabta mal-emissjonijiet fl-ambjent 155 .
Għalhekk, l-informazzjoni dwar il-kwantità ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għal kull tunnellata ta’ prodotti manifatturati, filwaqt li għandha rabta mal-emissjonijiet fl-ambjent, ma tikkwalifikax bħala “informazzjoni relatata mal-emissjonijiet fl-ambjent” skont it-tifsira tar-Regolament ta’ Aarhus per se.
Tali informazzjoni dwar l-effiċjenza fl-emissjonijiet tal-karbonju ma ġietx meqjusa bħala informazzjoni relatata mal-emissjoni fl-ambjent minħabba li ma tippermettix lill-pubbliku li jkun jaf l-ammont totali rilaxxat b’mod effettiv (jew li huwa prevedibbli biżżejjed) fl-ambjent minn xi installazzjoni speċifika, jew il-kompożizzjoni kimika jew il-lokazzjoni ġeografika ta’ dawk l-emissjonijiet 156 .
Bl-istess mod, l-informazzjoni li tirrigwarda l-approvazzjoni ta’ xi sustanza attiva f’xi prodotti evalwati fil-livell tal-UE ma tirrelatax neċessarjament ma’ emissjonijiet li r-rilaxx tagħhom fl-ambjent huwa prevedibbli. L-użu, il-kundizzjonijiet għall-użu u l-kompożizzjoni tal-prodotti awtorizzati minn Stat Membru fit-territorju tiegħu jistgħu jkunu differenti ħafna. Għaldaqstant, tali data ma tikkwalifikax bħala “informazzjoni relatata mal-emissjonijiet fl-ambjent” skont it-tifsira tar-Regolament ta’ Aarhus 157 .
Bl-istess mod, dokumenti li jirriflettu opinjonijiet, apprezzamenti u proposti minn manifatturi tal-karozzi fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ xi sustanza partikolari ma jikkostitwixxux, bħala tali, informazzjoni relatata mal-emissjonijiet ambjentali skont it-tifsira tar-Regolament ta’ Aarhus 158 . Dan ikun il-każ b’mod partikolari, meta dawn id-dokumenti ma jkunux jiddettaljaw il-firxa u l-perjodu ta’ żmien tal-użu tas-sustanza, jew kif dawn tal-aħħar jikkontribwixxu għal riskju akbar ta’ emissjonijiet ambjentali 159 .
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni Ewropea segwiet b’attenzjoni l-iżviluppi tal-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej, u ħadet nota bir-reqqa tal-kjarifiki kollha msemmija hawn fuq, li kienu ngħataw fl-2018. B’mod partikolari, l-istituzzjoni żgurat li taġġusta l-prassi amministrattiva tagħha sabiex tirrispetta din tal-aħħar kull meta jkun meħtieġ. Għal din il-fini, bħal fis-snin preċedenti, is-Segretarjat Ġenerali regolarment organizza, flimkien mas-Servizz Legali, seminars biex jaġġorna l-persunal tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iżviluppi ewlenin reċenti tal-ġurisprudenza dwar l-aċċess għad-dokumenti.
6.3.Kawżi pendenti ġodda quddiem il-Qorti 160
Fl-2018, tressqu 11-il każ ġdid li kien jinvolvi l-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti Ġenerali skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 161 . B’mod parallel, ġew introdotti ħames appelli quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra sentenzi tal-Qorti Ġenerali, f’każijiet fejn il-Kummissjoni Ewropea kienet parti fil-proċedimenti 162 .
Konklużjonijiet
Fl-2018, id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti wara li tkun saret talba għalihom, kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea u fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, baqa' jkun strument importanti li permezz tiegħu l-Kummissjoni Ewropea tonora l-impenji tagħha favur it-trasparenza.
Ir-rati baxxi ta’ azzjonijiet u sentenzi ta’ annullament tad-deċiżjonijiet tagħha f’dak il-qasam, jidhru li juru li l-Kummissjoni Ewropea ġeneralment tilħaq bilanċ xieraq bejn id-dritt tal-aċċess u l-interessi l-oħra pubbliċi jew privati protetti skont l-eċċezzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Il-Kummissjoni Ewropea tibqa’ bil-bosta l-istituzzjoni tal-UE li tiġġestixxi l-akbar numru ta’ talbiet għall-aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Fl-2018, hija laħqet l-ogħla numru ta’ talbiet tagħha sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament fl-2001, wara li rċeviet mhux inqas minn 6 912 applikazzjoni inizjali. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-applikazzjonijiet kellhom x’jaqsmu ma’ firxa ta’ dokumenti, jekk mhux fajls sħaħ.
Minn naħa waħda, din iż-żieda fin-numru ta’ applikazzjonijiet u l-kumplessità tagħhom poġġew quddiem l-istituzzjoni dejjem aktar l-isfida diffiċli tar-rikonċiljazzjoni bejn il-prinċipju tat-trasparenza mal-prinċipju ta’ tfassil bilanċjat u effiċjenti tal-politika.
Min-naħa l-oħra, bla dubju ta’ xejn iż-żieda wasslet biex għadd kbir ta’ dokumenti jsiru disponibbli għall-pubbliku, soġġetti għal xi eċċezzjonijiet. Dawn id-dokumenti rrilaxxjati bdew jikkomplementaw l-ammont konsiderevoli ta’ informazzjoni u dokumenti, li huma diġà disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea bis-saħħa tal-politika tal-istituzzjoni li żżid b’mod kostanti l-pubblikazzjoni proattiva tagħha u l-impenn qawwi favur it-trasparenza.
Il-Kummissjoni Ewropea tilqa’ dan l-interess mill-pubbliku ġenerali li qiegħed jikber, iġġenerat mill-attivitajiet tagħha u twettaq kontinwament inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li b’mod proattiv jiżviluppaw it-trasparenza fil-proċessi tagħha ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.
Fl-2018, dan intwera, fost l-oħrajn, bid-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi ta’ Kondotta l-ġdid għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea u r-Regolament għall-protezzjoni tad-data personali, iżda wkoll bil-livell bla preċedent ta’ trasparenza fil-qafas tan-negozjati sensittivi tal-Brexit.
L-aħħar iżda mhux l-inqas, fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea sabet quddiemha sfida mifruxa ġdida għat-trasparenza li dejjem qiegħda tikber, jiġifieri d-diżinformazzjoni fuq l-internet. Id-diżinformazzjoni hija l-antiteżi tat-trasparenza. Għalhekk, l-istituzzjoni involviert ruħha mal-partijiet interessati kollha biex tiddefinixxi pjan ta’ azzjoni ċar, komprensiv u b’bażi wiesgħa 163 biex tindirizza l-firxa u l-impatt tagħha fl-Ewropa, sabiex tiżgura l-protezzjoni tal-valuri Ewropej u s-sistemi demokratiċi.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.7.2019
COM(2019) 356 final
ANNESS
tar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
dwar l-applikazzjoni fl-2018 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u u tal-Kummissjoni
|
Statistika marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 |
1.L-għadd ta’ dokumenti mniżżla fir-reġistru
|
C |
COM |
JOIN |
OJ |
PV |
SEC |
SWD |
Ammont totali |
|
|
2017 |
14 749 |
1 850 |
120 |
129 |
96 |
1 373 |
508 |
18 825 |
|
2018 |
15 297 |
2 123 |
82 |
120 |
76 |
1 366 |
518 |
19 582 |
2.Il-Konsultazzjoni tal-websajt dwar l-aċċess għad-dokumenti fuq is-server Europa
|
2018 1 |
VIŻITATURI |
PAĠNI KONSULTATI |
|
Ammont totali |
6 458 |
8 652 |
3.L-Għadd ta’ applikazzjonijiet inizjali riċevuti u ttrattati
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
|
|
Applikazzjonijiet irreġistrati |
6 227 |
6 752 |
6 077 |
6 255 |
6 912 |
|
Tweġibiet mogħtija 2 |
7 156 |
7 684 |
7 139 |
6 716 |
7 257 |
|
Ir-risposti mogħtija huma abbażi tar-Regolament (KE) 1049/2001 |
5 637 |
5 819 |
5 945 |
5 181 |
6 117 |
4.L-Għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji riċevuti u ttrattati
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
|
|
Applikazzjonijiet irreġistrati |
300 |
284 |
295 |
304 |
318 |
|
Tweġibiet mogħtija |
327 |
291 |
258 |
300 |
326 |
|
Ir-risposti mogħtija abbażi tar-Regolament (KE) 1049/2001 |
272 |
230 |
220 |
259 |
288 |
5.It-Tweġibiet mogħtija skont id-direttorat-ġenerali jew servizz
|
STADJU INIZJALI (%) |
STADJU KONFERMATORJU (%) |
||||
|
2017 |
2018 |
2017 |
2018 |
||
|
Is-Segretarjat Ġenerali – SG |
5,84 |
6,73 |
3,29 |
8,49 |
|
|
Is-Servizz Legali – SJ |
3,69 |
3,23 |
3,29 |
4,72 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni – DG COMM |
0,30 |
0,43 |
0,99 |
0 |
|
|
Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Strateġija Politika – EPSC |
0,05 |
0,04 |
0 |
0,32 |
|
|
Task Force għat-Tħejjija u għat-Tmexxija tan-Negozjati mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50 TUE – TF50 |
0,42 |
0,55 |
0,66 |
0,63 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit – DG BUDG |
0,50 |
0,81 |
0,33 |
0,31 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà inkluż l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu u l-Uffiċċji għall-Amministrazzjoni u l-Pagament ta’ Intitolamenti Individwali – DG HR OIL PMO |
4,17 |
1,95 |
2,96 |
3,46 |
|
|
Id-Direttorat-Ġenerali għall-Informatika – DG DIGIT |
1,31 |
0,54 |
0,33 |
0 |
|
|
Is-Servizz tal-Awditjar Intern – IAS |
0,10 |
0,16 |
0 |
2,20 |
|
|
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi 3 – OLAF |
0,37 |
0,27 |
0 |
0 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji – DG ECFIN |
0,90 |
0,95 |
0 |
0 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs – DG GROW |
6,31 |
6,52 |
7,89 |
6,60 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni – DG COMP |
9,86 |
5,86 |
19,74 |
13,84 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni – DG EMPL |
2,78 |
1,87 |
2,96 |
3,14 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali – DG AGRI |
2,01 |
3,17 |
0,33 |
2,20 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport – DG MOVE |
4,27 |
5,18 |
4,93 |
1,26 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – DG ENER |
2,67 |
2,69 |
2,30 |
2,20 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent – DG ENV |
3,95 |
4,96 |
2,96 |
3,77 |
|
|
Id-Direttorat-Ġenerali għall-Azzjoni dwar il-Klima – DG CLIMA |
1,52 |
1,50 |
1,64 |
1,57 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – DG RTD |
1,97 |
1,65 |
1,32 |
0,94 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni – DG CNECT |
2,33 |
2,58 |
5,92 |
5,66 |
|
|
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka – JRC |
0,19 |
0,26 |
1,00 |
0,32 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd – DG MARE |
1,42 |
1,35 |
0,99 |
1,89 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali – DG FISMA |
7,48 |
4,53 |
2,30 |
1,26 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana – DG REGIO |
1,73 |
2,24 |
0,66 |
1,26 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali – DG TAXUD |
4,86 |
6,42 |
5,92 |
3,77 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ l-Isport u l-Kultura – DG EAC |
0,46 |
1,50 |
0,99 |
0 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari – DG SANTE |
7,93 |
11,00 |
5,92 |
7,86 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni – DG HOME |
2,46 |
3,39 |
3,29 |
2,83 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi – DG JUST |
2,30 |
3,52 |
6,25 |
5,66 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ – DG TRADE |
4,24 |
4,37 |
1,32 |
3,15 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir – DG NEAR |
1,92 |
2,63 |
3,34 |
4,09 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp – DG DEVCO |
3,05 |
4,69 |
3,95 |
1,57 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropea – DG ECHO |
5,29 |
0,33 |
0,33 |
0,31 |
|
|
Eurostat – ESTAT |
0,13 |
0,12 |
0,66 |
0 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni – DG SCIC |
0,02 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni – DG DGT |
0,05 |
0,07 |
0 |
0 |
|
|
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – OP |
0,13 |
0,06 |
0 |
0 |
|
|
Is-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija 4 – FPI |
0,48 |
1,32 |
0 |
0,94 |
|
|
L-Uffiċċju tal-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell – OIB |
0,13 |
0,06 |
0 |
0 |
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal – EPSO |
0,42 |
0,49 |
1,32 |
3,77 |
|
|
Totali (%) |
100 |
100 |
100 |
100 |
|
6.Il-profil soċjali u professjonali tal-applikanti
|
STADJU INIZJALI (%) |
STADJU KONFERMATORJU (%) |
||||
|
2017 |
2018 |
2017 |
2018 |
||
|
Istituzzjoni akkademika/Grupp ta’ riflessjoni |
21,06 |
10,62 |
8,22 |
2,83 |
|
|
Kumpanija/assoċjazzjoni ta’ Negozju |
12,68 |
16,70 |
6,58 |
7,86 |
|
|
Ġurnalista |
5,18 |
10,07 |
7,24 |
15,09 |
|
|
Kumpanija ġuridika/avukat indipendenti |
12,87 |
10,07 |
36,18 |
15,41 |
|
|
MEP/assistent MEP |
0,99 |
0,95 |
3,95 |
5,03 |
|
|
Organizzazzjoni nongovernattiva (NGO) |
7,37 |
6,76 |
13,16 |
17,30 |
|
|
Stati Membri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 |
0,02 |
0,94 |
0 |
0,31 |
|
|
Awtorità (sub)nazzjonali |
0 |
1,72 |
0 |
0 |
|
|
Mhux speċifikat (Ċittadini) |
39,84 |
42,17 |
24,67 |
36,16 |
|
|
Totali (%) |
100 |
100 |
100 |
100 |
|
7.L-oriġini ġeografika tal-applikanti
|
STADJU INIZJALI (%) |
STADJU KONFERMATORJU (%) |
||||
|
2017 |
2018 |
2017 |
2018 |
||
|
L-Istati Membri tal-UE |
|||||
|
Il-Belġju |
25,68 |
32,86 |
30,59 |
45,91 |
|
|
Il-Bulgarija |
0,51 |
0,81 |
0,33 |
0,63 |
|
|
Iċ-Ċekja |
0,75 |
0,87 |
1,32 |
0,63 |
|
|
Id-Danimarka |
2,14 |
1,45 |
0,99 |
1,26 |
|
|
Il-Ġermanja |
11,96 |
9,17 |
14,14 |
8,49 |
|
|
L-Estonja |
0,43 |
0,09 |
0 |
0 |
|
|
L-Irlanda |
1,95 |
2,24 |
1,97 |
2,52 |
|
|
Il-Greċja |
1,41 |
0,91 |
2,96 |
0,63 |
|
|
Spanja |
5,85 |
5,89 |
8,22 |
2,52 |
|
|
Franza |
6,60 |
6,93 |
5,92 |
4,40 |
|
|
Il-Kroazja |
0,35 |
0,51 |
0 |
0,94 |
|
|
L-Italja |
6,41 |
5,70 |
6,25 |
6,60 |
|
|
Ċipru |
0,08 |
0,13 |
0,66 |
0 |
|
|
Il-Latvja |
0,13 |
0,27 |
0 |
0 |
|
|
Il-Litwanja |
0,21 |
0,33 |
0 |
0 |
|
|
Il-Lussemburgu |
0,85 |
0,69 |
0 |
0 |
|
|
L-Ungerija |
0,90 |
0,88 |
1,64 |
0,94 |
|
|
Malta |
0,22 |
0,26 |
0 |
0 |
|
|
In-Netherlands |
6,84 |
6,52 |
3,29 |
8,49 |
|
|
L-Awstrija |
1,07 |
1,30 |
2,30 |
1,57 |
|
|
Il-Polonja |
1,69 |
2,40 |
3,62 |
1,89 |
|
|
Il-Portugall |
0,75 |
0,84 |
2,30 |
0,31 |
|
|
Ir-Rumanija |
0,77 |
0,80 |
0,66 |
0,31 |
|
|
Is-Slovenja |
0,24 |
0,54 |
0 |
1,57 |
|
|
Is-Slovakkja |
0,35 |
0,52 |
0,33 |
0,94 |
|
|
Il-Finlandja |
0,40 |
1,19 |
0 |
0,31 |
|
|
L-Iżvezja |
0,91 |
1,33 |
0 |
0 |
|
|
Ir-Renju Unit |
15,17 |
9,23 |
8,55 |
6,60 |
|
|
Pajjiżi Terzi |
|||||
|
Pajjiżi Ewropej li mhumiex fl-UE |
1,57 |
2,17 |
2,96 |
1,57 |
|
|
L-Afrika |
0,16 |
0,26 |
0 |
0,31 |
|
|
L-Ażja |
0,50 |
1,14 |
0 |
0 |
|
|
L-Awstralja u n-New Zealand |
0,06 |
0,13 |
0 |
0 |
|
|
L-Amerka ta’ Fuq |
2,65 |
1,52 |
0,66 |
0,31 |
|
|
L-Amerika t’Isfel |
0,03 |
0,12 |
0 |
0 |
|
|
Sorsi mhux speċifikati 5 |
0,40 |
0 |
0,33 |
0 |
|
|
Totali (%) |
100 |
100 |
100 |
100 |
|
8.It-tip ta’ tweġibiet mogħtija fl-istadju inizjali
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
||||||
|
Le |
% |
Le |
% |
Le |
% |
Le |
% |
Le |
% |
|
|
Mogħti aċċess sħiħ |
4 096 |
72,77 |
4 003 |
68,79 |
3 622 |
60,93 |
3 201 |
61,78 |
3 633 |
59,39 |
|
Mogħti aċċess parzjali |
668 |
11,87 |
926 |
15,91 |
1 214 |
20,42 |
1 050 |
20,27 |
1 274 |
20,83 |
|
Aċċess rifjutat |
866 |
15,36 |
890 |
15,29 |
1 109 |
18,65 |
930 |
17,95 |
969 |
15,84 |
|
L-ebda dokumenti miżmuma |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
241 |
3,94 |
|
Ammont totali |
5 630 |
100 |
5 819 |
100 |
5 944 |
100 |
5 181 |
100 |
6117 |
100 |
9.It-tip ta’ tweġibiet mogħtija fl-istadju konfermatorju
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
||||||
|
Le |
% |
Le |
% |
Le |
% |
Le |
% |
Le |
% |
|
|
Reviżjoni sħiħa – Mogħti aċċess sħiħ |
51 |
18,75 |
22 |
9,57 |
11 |
5,00 |
14 |
5,40 |
19 |
6,60 |
|
Reviżjoni parzjali – Mogħti aċċess parzjali |
67 |
24,63 |
73 |
31,74 |
104 |
47,27 |
108 |
41,70 |
98 |
34,03 |
|
Konferma tar-risposta inizjali – Aċċess rifjutat |
154 |
56,62 |
135 |
58,70 |
105 |
47,73 |
137 |
52,90 |
120 |
41,67 |
|
L-ebda dokumenti miżmuma |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
51 |
17,70 |
|
Ammont totali |
272 |
100 |
230 |
100 |
220 |
100 |
259 |
100 |
288 |
100 |
10.Rifjut tal-aċċess skont l-eċċezzjoni applikata
|
Eċċezzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) 1049/2001 |
STADJU INIZJALI (%) |
STADJU KONFERMATORJU (%) |
|||
|
2017 |
2018 |
2017 |
2018 |
||
|
4.1(a) l-ewwel inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna s-sigurtà pubblika |
5,40 |
8,79 |
0,33 |
5,60 |
|
|
4.1(a) it-tieni inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna d-difiża u l-kwistjonijiet militari |
0,15 |
0,34 |
0 |
0,43 |
|
|
4.1(a) it-tielet inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali |
4,02 |
5,79 |
3,96 |
5,60 |
|
|
4.1(a) ir-raba’ inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna l-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-UE jew ta’ Stat Membru |
0,96 |
0,79 |
4,62 |
2,16 |
|
|
4.1(b) – Protezzjoni tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu |
31,36 |
34,50 |
26,07 |
25,00 |
|
|
4.2 l-ewwel inċiż – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali |
16,77 |
15,41 |
13,20 |
12,50 |
|
|
4.2 it-tieni inċiż – Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u tal-pariri ġuridiċi |
4,33 |
3,23 |
2,64 |
5,17 |
|
|
4.2 it-tielet inċiż – Protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet tal-investigazzjonijiet u tal-awditi |
17,65 |
12,74 |
34,98 |
30,60 |
|
|
4.3 l-ewwel subparagrafu — Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fejn s’issa għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni |
16,31 |
15,11 |
12,21 |
10,78 |
|
|
4.3 it-tieni subparagrafu – Proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet fejn diġà ttieħdet id-deċiżjoni (opinjonijiet għal użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari) |
2,11 |
1,95 |
1,98 |
2,16 |
|
|
4.4 u 4.5, – Rifjut minn Stat Membru jew minn parti terza 6 |
0,96 |
1,35 |
/ |
/ |
|
|
Total (%) |
100 |
100 |
100 |
100 |
|