Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0389

P8_TA(2019)0389 Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) u li jemenda [r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament Eurodac]], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] (COM(2018)0480 – C8-0293/2018 – 2017/0352(COD)) P8_TC1-COD(2017)0352 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816

ĠU C 158, 30.4.2021, pp. 176–177 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/176


P8_TA(2019)0389

Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) u li jemenda [r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament Eurodac]], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] (COM(2018)0480 – C8-0293/2018 – 2017/0352(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 158/38)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0794) u l-proposta emendata (COM(2018)0480),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 74, il-punt (e) tal-Artikolu 78(2), il-punt (c) tal-Artikolu 79(2), il-punt (d) tal-Artikolu 82(1), l-Artikolu 85(1), il-punt (a) tal-Artikolu 87(2) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0293/2018),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018 (1),

—

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta’ Frar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0348/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 48.


P8_TC1-COD(2017)0352

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/818.)


Top