This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019AP0296
European Parliament legislative resolution of 27 March 2019 on the proposal for a Council directive laying down the general arrangements for excise duty (recast) (COM(2018)0346 — C8-0381/2018 — 2018/0176(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS))
ĠU C 108, 26.3.2021, p. 310–310
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/310 |
P8_TA(2019)0296
Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)
(2021/C 108/33)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0346), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0381/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-22 ta' Frar 2019 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0117/2019), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |