Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0089

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (09405/2019 – C9-0010/2019 – 2019/0099(NLE))

ĠU C 255, 29.6.2021, p. 80–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/80


P9_TA(2019)0089

L-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (09405/2019 – C9-0010/2019 – 2019/0099(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 255/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09405/2019),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0010/2019),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-futur tar-relazzjonijiet AKP-UE wara l-2020 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2011 dwar il-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Cotonou),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0050/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Solomon.

(1)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 2.

(2)  ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 19.


Top