Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0669

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2018

COM/2018/669 final

Brussell, 4.10.2018

COM(2018) 669 final

2018/0340(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2018


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-proposta tikkonċerna abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) li jridu jitħallsu mill-Istati Membri fl-2018.

Il-11-il FEŻ u fondi oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħin (jiġifieri t-Tmien, id-Disa' u l-10 FEŻ) huma ġestiti skont il-ġabra ta' regoli li ġejja:

- Il-Ftehim ta' Sħubija kurrenti bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra ("il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE") kif emendat l-aħħar 1 ,

- Il-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 2 (il-11-il “Ftehim Intern” tal-FEŻ),

- Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 3 ("ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ").

Id-dokumenti msemmijin hawn fuq jinkludu impenji pluriennali mill-Istati Membri biex jappoġġaw finanzjarjament it-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-Istati Membri għat-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji predeterminati. Il-kontribuzzjonijiet regolari huma xprunati minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.

Għaldaqstant, uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern 4 il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-11-il FEŻ iridu jiġu approvati permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill adottata b'maġġoranza kwalifikata.

Skont l-Artikolu 21(7) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, l-ammont ġestit mill-Kummissjoni u l-ammont ġestit mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huma speċifikati separatament.

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il-FEŻ, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u ħlasijiet skont l-istrumenti li jġestixxi.

F'konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, is-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti disponibbli minn FEŻ preċedenti, wieħed wara l-ieħor. Għall-Kummissjoni, l-ammonti kollha mill-FEŻ preċedenti diġà ntużaw, is-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet f’din il-proposta għalhekk jirrigwardaw ammonti taħt il-11-il FEŻ.

F'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li Stat Membru li jonqos milli jħallas il-pagament parzjali tal-kontribuzzjoni dovut sal-iskadenza jkun jeħtieġlu jħallas l-imgħax fuq l-ammont li ma jkunx ħallas; l-arranġamenti għall-pagament tal-imgħax huma speċifikati fl-istess Artikolu.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.

Proporzjonalità

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.

Għażla tal-istrument

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.

2018/0340 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2018

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 5 ("il-Ftehim Intern"), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp ("ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ") 6 , u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta sal-10 ta' Ottubru 2018 li tispeċifika (a) l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2018, (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2018, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti fl-istrumenti li jġestixxi.

(3)L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għalhekk jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont il-11-il FEŻ għall-fondi imsejħa mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2018/965, fid-9 ta' Lulju 2018, wara proposta mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni biex jiġi ffissat l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2018 għal EUR 4 250 000 000 għall-Kummissjoni Ewropea, u għal EUR 250 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment 7 .

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2018 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3
(2)    ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(3)    ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17-38
(4)    Il-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(5)    ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(6)    ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17-38
(7)    ĠU L 172, 9.7.2018, p. 4-5.
Top

Brussell, 4.10.2018

COM(2018) 669 final

ANNESS

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2018


ANNESS

STATI MEMBRI

Skema tal-10 FEŻ %

Skema tal-11-il FEŻ %

It-tielet ħlas parzjali tal-2018 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-11-il FEŻ

L-10 FEŻ

IL-BELĠJU

3.53

3.24927

29,243,430.00

0.00

29,243,430.00

IL-BULGARIJA

0.14

0.21853

1,966,770.00

0.00

1,966,770.00

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0.51

0.79745

7,177,050.00

0.00

7,177,050.00

ID-DANIMARKA

2.00

1.98045

17,824,050.00

0.00

17,824,050.00

IL-ĠERMANJA

20.50

20.57980

185,218,200.00

0.00

185,218,200.00

L-ESTONJA

0.05

0.08635

777,150.00

0.00

777,150.00

L-IRLANDA

0.91

0.94006

8,460,540.00

0.00

8,460,540.00

IL-GREĊJA

1.47

1.50735

13,566,150.00

0.00

13,566,150.00

SPANJA

7.85

7.93248

71,392,320.00

0.00

71,392,320.00

FRANZA

19.55

17.81269

160,314,210.00

0.00

160,314,210.00

IL-KROAZJA

0.00

0.22518

2,026,620.00

0.00

2,026,620.00

L-ITALJA

12.86

12.53009

112,770,810.00

0.00

112,770,810.00

ĊIPRU

0.09

0.11162

1,004,580.00

0.00

1,004,580.00

IL-LATVJA

0.07

0.11612

1,045,080.00

0.00

1,045,080.00

IL-LITWANJA

0.12

0.18077

1,626,930.00

0.00

1,626,930.00

IL-LUSSEMBURGU

0.27

0.25509

2,295,810.00

0.00

2,295,810.00

L-UNGERIJA

0.55

0.61456

5,531,040.00

0.00

5,531,040.00

MALTA

0.03

0.03801

342,090.00

0.00

342,090.00

IN-NETHERLANDS

4.85

4.77678

42,991,020.00

0.00

42,991,020.00

L-AWSTRIJA

2.41

2.39757

21,578,130.00

0.00

21,578,130.00

IL-POLONJA

1.30

2.00734

18,066,060.00

0.00

18,066,060.00

IL-PORTUGALL

1.15

1.19679

10,771,110.00

0.00

10,771,110.00

IR-RUMANIJA

0.37

0.71815

6,463,350.00

0.00

6,463,350.00

IS-SLOVENJA

0.18

0.22452

2,020,680.00

0.00

2,020,680.00

IS-SLOVAKKJA

0.21

0.37616

3,385,440.00

0.00

3,385,440.00

IL-FINLANDJA

1.47

1.50909

13,581,810.00

0.00

13,581,810.00

L-IŻVEZJA

2.74

2.93911

26,451,990.00

0.00

26,451,990.00

IR-RENJU UNIT

14.82

14.67862

132,107,580.00

0.00

132,107,580.00

TOTAL TAL-EU-28

100.00

100.00

900,000,000.00

0.00

900,000,000.00

Top