EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0476

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża

COM/2018/476 final - 2018/0254 (COD)

Brussell,XXX

COM(2018) 476

2018/0254(EMPTY)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2018) 345}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet

Il-kuntest ġeopolitiku tal-UE nbidel b’mod drammatiku f’dawn l-aħħar għaxar snin. Is-sitwazzjoni fir-reġjuni ġirien tagħha mhix stabbli u qed tesperjenza ambjent kumpless u impenjattiv li fih qed ifeġġ theddid ġdid, bħal attakki ċibernetiċi u ibridi, u qed jerġgħu jitfaċċaw sfidi aktar konvenzjonali.

Iċ-ċittadini tal-UE u l-mexxejja politiċi tagħhom jaqblu li l-UE jenħtieġ terfa’ aktar responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tagħha. Fid-dikjarazzjoni konġunta tal-25 ta’ Marzu 2017 f’Ruma, il-mexxejja ta’ 27 Stat Membru u l-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea ddikjaraw li l-Unjoni se ssaħħaħ is-sigurtà u d-difiża komuni tagħha, u trawwem industrija tad-difiża aktar kompetittiva u integrata.

Id-difiża Ewropea qed iġġarrab ċerti ineffiċjenzi sinifikanti tas-suq marbuta ma’ ekonomiji ta’ skala mhux sfruttati (frammentazzjoni tas-swieq nazzjonali b’xerrej uniku) u duplikazzjoni tar-riżorsi fil-livell nazzjonali. Id-domanda tiġi kważi esklussivament mill-Istati Membri, iżda l-baġits tad-difiża tagħhom, b’mod partikolari għar-riċerka u l-iżvilupp (R&D), kellhom tnaqqis importanti fl-aħħar 10 snin. Minkejja l-indikazzjonijiet pożittivi riċenti b’rabta mal-istabilizzazzjoni u ż-żidiet fil-finanzjament tad-difiża nazzjonali, għad hemm bżonn aktar sforzi sinifikanti biex tiġi massimizzata l-effiċjenza ta’ dawn l-investimenti. Fl-istess ħin, żdiedu l-ispejjeż tat-tagħmir tad-difiża u b’mod partikolari tar-riċerka u l-iżvilupp filwaqt li l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp u fit-tagħmir tad-difiża baqgħet limitata. Fl-2015, 16 % biss tat-tagħmir tad-difiża ġie akkwistat b’akkwist kollaborattiv Ewropew, jiġifieri ferm ’il bogħod mill-valur referenzjarju kollettiv ta’ 35 % kif miftiehem fil-qafas tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA). Hu stmat li s-sehem tal-kollaborazzjoni Ewropea fil-fażi aktar bikrija tar-riċerka fid-difiża kien 7.2 % biss, imqabbel mal-valur referenzjarju ta’ 20 %.

Dawn ix-xejriet huma riflessi fid-diffikultajiet li jġarrab is-settur, li huma sostanzjali b’rabta mar-riċerka fid-difiża u l-proġetti tal-iżvilupp fid-difiża. L-iżvilupp tal-prototipi hi partikolarment għalja u hemm riskju importanti ta’ falliment. Barra minn hekk, biex jixxejjen l-hekk imsejjaħ “wied tal-mewt” bejn ir-riċerka u l-iżvilupp hemm diversi riskji tekniċi u finanzjarji sinifikanti li l-Istati Membri individwali ma jistgħux jieħdu waħedhom.

Is-settur hu frammentat ferm bejn il-fruntieri nazzjonali, b’diversi duplikazzjonijiet u l-ineffiċjenzi konsegwenti fir-rigward tan-nuqqas ta’ kisba ta’ ekonomiji ta’ skala u tagħlim. Minkejja l-kombinazzjoni ta’ żieda fl-ispejjeż u l-istaġnar jew it-tnaqqis fil-baġits tad-difiża, l-ippjanar, l-infiq fir-riċerka u l-iżvilupp, u l-akkwist u l-manutenzjoni tat-tagħmir baqgħu fil-biċċa l-kbira kwistjonijiet tal-Istati Membri individwali, bi ftit li xejn koperazzjoni bejniethom. Is-sitwazzjoni attwali mhix sostenibbli u l-iżvilupp ta’ sistema tad-difiża kbira tal-ġenerazzjoni li jmiss qed kulma jmur titbiegħed milli titwettaq minn Stati Membri individwali.

Dan in-nuqqas ta’ koperazzjoni bejn l-Istati Membri jkompli jdgħajjef il-kapaċità tal-industrija tad-difiża tal-UE milli ssostni l-kapaċitajiet industrijali u teknoloġiċi meħtieġa biex tippriżerva l-awtonomija strateġika tal-UE u tissodisfa l-ħtiġijiet tas-sigurtà attwali u futuri tagħha. Minħabba din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni ħadet għadd ta’ inizjattivi li jappoġġaw aktar koperazzjoni fil-qasam tad-difiża.

Fit-7 ta’ Ġunju 2017, bi qbil mad-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni li tniedi l-Fond Ewropew għad-Difiża 1 , li jikkonsisti minn żewġ partijiet għar-riċerka u għall-kapaċitajiet. Mal-Komunikazzjoni nhemżet proposta leġiżlattiva għal Regolament li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP) permezz tal-parti għall-kapaċitajiet.

Ġie propost approċċ b’żewġ stadji, li jinvolvi:

perjodu ta’ test inizjali skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 li matulu tittieħed Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża li tappoġġa r-riċerka kollaborattiva fil-qasam tad-difiża, filwaqt li l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża propost se jikkofinanzja proġetti kollaborattivi tal-iżvilupp, u

fond apposta fil-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 li jżid il-finanzjament għar-riċerka kollaborattiva fi prodotti u teknoloġiji innovattivi tad-difiża u għall-istadji sussegwenti taċ-ċiklu tal-iżvilupp, inkluż l-iżvilupp ta’ prototipi.

Din il-proposta għandha l-għan li twaqqaf il-Fond Ewropew għad-Difiża fil-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.

Il-Fond Ewropew għad-Difiża hu strument li jrawwem il-kompetittività u l-innovattività tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea u b’hekk jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-UE. Dan għandu l-għan li jħeġġeġ programmi koperattivi li ma jkunux possibbli mingħajr il-kontribuzzjoni tal-UE u, b’appoġġ għall-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp, jipprovdi l-inċentivi meħtieġa biex jixprunaw il-koperazzjoni f’kull stadju taċ-ċiklu industrijali.

Se jitħeġġu b’mod partikolari, proġetti kollaborattivi li jkollhom parteċipazzjoni transfruntiera sinifikanti min-naħa tal-intrapriżi żgħar u medji. Dan jiżgura li l-Fond jibqa’ miftuħ għal benefiċjarji mill-Istati Membri kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom u l-post fejn jinsabu fl-Unjoni.

Din il-proposta tipprevedi data tal-applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u qed tiġi ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit li beħsiebu jirtira mill-Unjoni Ewropea u mill-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Filwaqt li r-riċerka fil-qasam tad-difiża hija fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”), id-dispożizzjonijiet korrispondenti speċifiċi għar-riċerka fil-qasam tad-difiża, bħall-għanijiet, ir-regoli tal-parteċipazzjoni, il-mekkaniżmi ta’ forniment huma speċifikati f’din il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi Fond Ewropew għad-Difiża.

Biex tiżgura l-koerenza u l-kumplimentarjetà fil-promozzjoni tal-interessi tad-difiża tal-Unjoni, permezz tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-Kummissjoni se taħdem biex tiżgura sinerġiji ma’ inizjattivi oħra tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp ċivili, bħalma huma s-sigurtà u ċ-ċibersigurtà, il-kontrolli mal-fruntieri, il-gwardji kostali, it-trasport marittimu u l-ispazju.

B’mod partikolari jenħtieġ jinkisbu sinerġiji ma’:

– il-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa b’enfasi fuq l-applikazzjonijiet ċivili ħalli r-riċerka u l-iżvilupp ċivili jibbenefikaw mir-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża, u viċiversa;

– il-programm spazjali tal-Unjoni, b’mod partikolari l-komponenti tiegħu, il-Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita (GOVSATCOM), appoġġ għal Sorveljanza u Insegwiment fl-Ispazju (SST) u Copernicus. Dan jista’ jsir l-aktar jekk tkun żgurata l-kompatibbiltà teknika meta l-proġetti jużaw il-kapaċitajiet tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satelliti (GNSS) u ta’ GOVSATCOM. Dan jista’ jsir ukoll jekk jiġu żviluppati sensuri aġġornati, pjattaformi tal-iskambju għal data klassifikata, applikazzjonijiet ibbażati fuq data jew informazzjoni u servizzi mogħtija bil-komponenti tal-programm spazjali;

– inizjattivi tal-UE fil-qasam taċ-ċibersigurtà, bħal dawk imħabbra fil-Komunikazzjoni Konġunta dwar iċ-ċibersigurtà 2 . B’mod partikolari, jenħtieġ li ċ-ċentru ta’ kompetenza fiċ-ċibersigurtà li għandu jitwaqqaf jaħdem biex isawwar sinerġiji bejn id-dimensjonijiet ċivili u tad-difiża taċ-ċibersigurtà. Dan jista’ jappoġġa b’mod attiv lill-Istati Membri u lil atturi rilevanti oħrajn billi jipprovdi pariri, jaqsam l-għarfien espert u jiffaċilita l-kollaborazzjoni fir-rigward tal-proġetti u l-azzjonijiet kif ukoll meta mitlub mill-Istati Membri biex jaġixxi bħala meniġer tal-proġett b’rabta ma’ azzjonijiet permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża;

– l-azzjonijiet identifikati fl-aġenda tar-riċerka kkoordinata fis-sigurtà militari ċivili u fit-trasport marittimu; u

– programmi rilevanti oħra tal-UE fil-qasam tas-sigurtà, bħall-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri.

L-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża se ssir b’koordinazzjoni mill-qrib ma’ attivitajiet tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà fil-qasam tad-difiża, inkluż tal-Għodod Finanzjarji, ħalli jkomplu jiġu ffaċilitati aktar l-iżvilupp u l-akkwiżizzjoni konġunti tal-kapaċitajiet tad-difiża. B’mod partikolari, l-għodod ta’ finanzjament għall-akkwiżizzjoni tal-kapaċitajiet iservu ta’ referenza volontarja għall-Istati Membri li jixtiequ jakkwistaw b’mod konġunt prodotti u teknoloġija żviluppati bl-appoġġ tal-Fond Ewropew għad-Difiża.

Se jkun hemm rabtiet mill-qrib bejn il-Fond u l-proġetti implimentati fil-qafas ta’ koperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) fid-difiża. Jekk jitqiesu eliġibbli, il-proġetti tal-PESCO se jingħataw “bonus tal-PESCO”, fil-forma ta’ rata ogħla ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni jenħtieġ tkun mistiedna tinvolvi ruħha fil-proċedimenti tal-proġetti ħalli tkun kkonsultata u b’hekk tgħin fil-valutazzjoni tal-eliġibilità possibbli ta’ dawn il-proġetti permezz tal-Fond.

Il-Fond se jqis il-pjan tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet (CDP) tal-UE li jidentifika l-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża u r-rieżami annwali kkoordinat tal-UE dwar id-difiża (CARD), li fost l-oħrajn isegwi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet u jidentifika opportunitajiet ġodda għal koperazzjoni. F’dan il-kuntest, jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll attivitajiet rilevanti mwettqa mill-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u sħab oħrajn meta l-attivitajiet ikunu jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u ma jeskludu lill-ebda Stat Membru milli jipparteċipa.

Il-Fond iqis wkoll l-attivitajiet tad-difiża implimentati permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, strument estrabaġitarju propost barra mill-qafas finanzjarju pluriennali.

Il-kombinazzjoni ta’ appoġġ orjentat lejn il-proġetti fil-forma ta’ finanzjament mill-EDF, flimkien ma’ finanzjament imfassal tajjeb u mmirat fis-settur tad-difiża tista’ tagħti kontribut qawwi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur u jiġu indirizzati d-dgħufijiet, b’mod partikolari għall-benefiċċju tal-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja innovattivi. Il-garanziji baġitarji jistgħu jkunu mod fiskalment effiċjenti li jindirizza r-riskji fil-katina tal-provvista tas-sottokuntratturi involuti fi proġetti ffinanzjati mill-Fond. Is-settur tad-difiża ġie propost bħala settur eliġibbli għall-appoġġ permezz ta’ garanziji baġitarji mill-Fond InvestEU, li jifforma qafas ġenerali u transsettorjali li jappoġġa l-investiment f’diversi oqsma ta’ politika, mirfud b’garanziji baġitarji tal-UE. Din il-proposta tipprevedi wkoll il-possibbiltà ta’ taħlit ta’ appoġġ mill-Fond ma’ finanzjament sostnut mill-Fond InvestEU.

L-azzjonijiet tal-Fond jenħtieġ jintużaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat, u b’valur miżjud Ewropew ċar. Dan jiżgura konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Fond u r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li jevita distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-Fond Ewropew għad-Difiża għandu l-għan li jrawwem il-kompetittività u l-innovattività tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea billi jappoġġa l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn id-difiża. Dan hu bbażat fuq it-Titoli “L-industrija” u “Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju” (l-Artikoli 173, 182, 183 u 188) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

L-Artikolu 173 tat-TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika għal azzjonijiet immirati biex fost l-oħrajn iħeġġu ambjent favorevoli għall-iżvilupp ta’ impriżi madwar l-Unjoni, b’mod partikolari l-SMEs, b’mod li jiffavorixxi l-koperazzjoni bejn l-impriżi u jrawwem sfruttar aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Peress li l-Fond Ewropew għad-Difiża għandu l-għan li jrawwem il-kompetittività u l-innovattività tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea billi jappoġġa l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn id-difiża, l-għan u l-kontenut tiegħu jiġġustifikaw l-għażla tal-Artikolu 173 tat-TFUE bħala l-bażi ġuridika. Azzjonijiet tar-riċerka orjentati lejn id-difiża huma wkoll parti integrali mill-Fond Ewropew għad-Difiża. L-għan u l-kontenut tagħhom jiġġustifikaw ukoll l-Artikolu 182 tat-TFUE bħala bażi ġuridika addizzjonali.

B’konformità mat-TFUE, l-attivitajiet kollha tar-riċerka għandhom ikunu koperti minn programm qafas multiannwali tar-riċerka. L-att bażiku tal-programm qafas multiannwali tar-riċerka u l-innovazzjoni, Orizzont Ewropa wara l-2020, jinkludi d-dispożizzjonijiet meħtieġa li jistabbilixxu r-rabtiet bejn il-programmi speċifiċi stabbiliti minnu dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża u li jimplimentaw Orizzont Ewropa (iffukat fuq l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ċivili).

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti tar-riċerka fil-qasam tad-difiża u l-allokazzjoni baġitarja tiegħu huma stipulati fl-abbozz attwali tar-Regolament dwar il-Fond Ewropew għad-Difiża, li jiddefinixxi wkoll ir-regoli ta’ parteċipazzjoni għar-riċerka fil-qasam tad-difiża. L-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża jixħtu enfasi esklussiva fuq l-applikazzjonijiet tad-difiża.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Fi żmienna, il-garanzija tas-sigurtà tfisser li jiġi indirizzat it-theddid li ma jafx bi fruntieri. L-ebda pajjiż ma jista’ jindirizza dan it-theddid waħdu. L-Unjoni jeħtieġ terfa’ iżjed responsabbiltà biex tipproteġi l-interessi u l-valuri tagħha u l-istil ta’ ħajja Ewropew, b’mod kumplimentari u id f’id mal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO).

L-isforzi biex ikun issodisfat il-livell ta’ ambizzjoni tal-UE fis-sigurtà u fid-difiża (kif approvat mill-Kunsill Ewropew fl-2016) jikkontribwixxu għal dan il-għan. Biex tkun imħejjija għat-theddid tal-ġejjieni u tħares liċ-ċittadini tagħha, l-Unjoni jeħtieġ issaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha. B’hekk hemm bżonn jiġu żviluppati teknoloġiji ewlenin f’oqsma kritiċi u kapaċitajiet strateġiċi ħalli tkun żgurata t-tmexxija teknoloġika. L-uniku mod biex jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni hu b’aktar koperazzjoni fil-livelli kollha.

L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-koperazzjoni biex tkun tista’ tgħin ħalli jiżdiedu kemm jista’ jkun ir-riżultati u l-kwalità tal-investiment tal-Istati Membri fid-difiża. Il-Fond Ewropew għad-Difiża se joħloq valur miżjud tal-UE billi jinċentiva l-iżvilupp u r-riċerka konġunti dwar prodotti u teknoloġiji fil-qasam tad-difiża biex tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, u dan iservi ta’ kontribut għall-awtonomija operazzjonali tal-Unjoni.

Id-deċiżjonijiet dwar l-investimenti tad-difiża u l-programmi tal-iżvilupp fil-qasam tad-difiża jibqgħu l-prerogattiva u r-responsabbiltà tal-Istati Membri. L-Unjoni ma tistax u ma għandhiex tagħmel tajjeb għal-livelli baxxi ta’ investimenti tal-Istati Membri fil-qasam tad-difiża. Iżda tista’ tikkumplimenta, tingrana u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tagħhom fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża biex tkun qed tappoġġa l-industrija tad-difiża tal-Ewropa u twieġeb għall-isfidi tas-sigurtà. Dan jevita d-duplikazzjoni, jippermetti użu aktar effiċjenti tal-flus tal-kontribwenti, itejjeb l-interoperabbiltà tat-tagħmir tad-difiża, inaqqas il-frammentazzjoni kemm jista’ jkun u jixpruna l-kompetittività u l-innovazzjoni tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea.

Proporzjonalità

L-approċċ ta’ politika propost hu proporzjonat mal-iskala u l-gravità tal-problemi identifikati, jiġifieri n-nuqqas ta’ koperazzjoni transfruntiera, u l-ħtieġa ta’ appoġġ għall-kompetittività tal-industrija Ewropea u għal riċerka u żvilupp kollaborattivi fid-difiża. Dan jirrispetta l-limiti ta’ intervent possibbli tal-Unjoni skont it-Trattati.

L-inizjattiva hi limitata għall-miri li l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu biżżejjed weħidhom u fejn l-UE hi mistennija tagħti sehemha aħjar. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu tal-implimentazzjoni propost imħaddem fil-livell Ewropew għandu l-għan li jillimita l-ispejjeż finanzjarji u amministrattivi.

Għażla tal-istrument

Il-Kummissjoni tipproponi Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi stabbilit il-Fond. Dan hu l-aktar strument legali xieraq għax Regolament biss, li jkollu dispożizzjonijiet legali applikabbli direttament, jista’ jipprovdi l-grad ta’ uniformità meħtieġa biex jitwaqqaf u jitħaddem programm ta’ finanzjament tal-Unjoni bil-għan li jappoġġa settur industrijali madwar l-Ewropa.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-programmi stabbiliti permezz tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali ilhom fis-seħħ għal żmien limitat u għaldaqstant ma joffrux opportunitajiet importanti ta’ tagħlim u esperjenza li jistgħu jitqiesu waqt it-tħejjija ta’ dan il-programm.

F’April 2017 tnediet l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża (PADR) b’baġit totali ta’ EUR 90 miljun fuq tliet snin. Fl-2018 ġew iffirmati l-ewwel ftehimiet tal-għotjiet u għalhekk din l-azzjoni diġà bdiet tagħti l-ewwel riżultati konkreti; madankollu il-proġetti kollha għadhom għaddejjin.

L-applikanti għas-sejħiet tal-2017 ikopru żona ġeografika wiesgħa: Applikaw entitajiet minn 25 Stat Membru tal-UE u min-Norveġja, inkluż għadd kbir ta’ applikanti uniċi: 187 b’kollox. Fost il-proġetti magħżula għall-finanzjament hemm parteċipanti minn 17-il Stat Membru tal-UE. Fejn jidħol it-tip tal-applikanti, il-proposti jinkludu s-settur privat, kemm industrija kbira u żgħira, SMEs, korpi pubbliċi u ċentri taċ-riċerka u universitajiet. Il-parteċipazzjoni tal-SMEs hi ta’ 30 % f’dawn il-proposti, filwaqt li l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża ma timponix regoli stretti dwar il-parteċipazzjoni tal-SMEs. Din ir-rata ta’ parteċipazzjoni mill-SMEs inżammet fil-proġetti magħżula għall-finanzjament b’parteċipazzjoni ta’ 32 % tal-SMEs b’valur baġitarju ta’ 14 %. Din id-data turi li s-sejħiet tal-ewwel sena tal-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża kellhom rispons tajjeb u attiraw interess qawwi mis-settur. Minn dan ir-rata tajba ta’ rispons, bħala konklużjoni preliminari jista’ jingħad li ġew indirizzati s-suġġetti rilevanti tad-difiża u ġġeneraw l-interess tas-settur.

Ir-Regolament propost dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża għall-2019-2020 se jalloka baġit ta’ EUR 500 miljun. Il-koleġiżlaturi laħqu ftehim ta’ kompromess fit-22 ta’ Mejju 2018. Il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża jenħtieġ ikun qed jopera mill-1 ta’ Jannar 2019.

Il-ftehim ta’ kompromess li sar wera r-rieda politika tal-koleġiżlaturi biex jaqblu malajr dwar il-baġit, l-istruttura u l-modalitajiet tal-implimentazzjoni ta’ programm għall-kofinanzjament tal-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża.

Din l-inizjattiva leġiżlattiva tinvolvi ż-żieda ta’ dawn iż-żewġ inizjattivi eżistenti permezz tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020. Abbażi tal-esperjenza tal-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża u tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża u abbażi ta’ valutazzjoni dwar il-punt safejn hi allinjata l-istruttura taż-żewġ programmi, ġie propost Fond wieħed. Dan se jagħti lok għal razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Biex il-partijiet ikkonċernati kollha jkunu jistgħu jikkummentaw, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa (OPC) bejn it-13 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2018 dwar il-Fond Ewropew għad-Difiża, bħala parti minn eżerċizzju usa’ ta’ konsultazzjoni dwar l-oqsma kollha ta’ politika koperti mill-baġit tal-UE għall-2021-2027. Matul din il-konsultazzjoni tressqu diversi dokumenti ta’ pożizzjoni fil-portal fuq l-internet.

Intlaħqu bosta gruppi tal-partijiet ikkonċernati, inkluż dawk milquta direttament mill-Fond, bħall-Industrija u l-istituzzjonijiet tar-riċerka u dawk li għandhom xi jgħidu dwar is-suġġett, iżda mhux il-benefiċjarji diretti bħaċ-ċittadini u l-NGOs. Uħud minn dawn tal-aħħar ikkritikaw l-inizjattiva minn perspettiva etika. Filwaqt li l-proposta tqis it-tħassib tagħhom kif xieraq (pereżempju rigward l-etika u l-ħtieġa ta’ konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali), il-Kummissjoni qed teżerċita d-dritt ta’ inizjattiva tagħha biex twieġeb l-appell taċ-ċittadini tal-UE u tal-mexxejja politiċi tagħhom għal appoġġ lill-industrija tad-difiża tal-UE u għal aktar sigurtà.

Il-partijiet ikkonċernati affettwati direttament jappoġġaw l-inizjattiva. Dawn ikkumentaw dwar is-suġġetti li jridu jiġu ffinanzjati u għamlu suġġerimenti dwar l-istruttura tal-Fond u l-arranġamenti tal-finanzjament. Il-punti ewlenin kienu kif ġej:

jenħtieġ issir enfasi fuq il-prijoritajiet tar-riċerka u l-iżvilupp għal żmien medju u fit-tul (spinta teknoloġika u innovazzjoni rivoluzzjonarja) bil-ħsieb li s-settur jikseb kompetittività fit-tul u joħloq kapaċitajiet tal-ogħla livell. Il-prijoritajiet tal-Fond jenħtieġ jiġu ddefiniti mal-Istati Membri fil-kuntest tal-programmi ta’ ħidma annwali/multiannwali.

l-istruttura tal-Fond jenħtieġ tirrifletti approċċ ħolistiku mmexxi mill-kapaċitajiet li jkopri ċ-ċiklu kollu tat-teknoloġija u abbażi ta’ Regolament uniku. L-arranġamenti dettaljati taż-żewġ partijiet jenħtieġ jiġu allinjati kemm jista’ jkun;

il-partijiet ikkonċernati, b’mod unanimu jikkunsidraw li r-regoli dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPR) jenħtieġ jiġu adattati għad-difiża. Organizzazzjonijiet tar-riċerka appellaw għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-parteċipanti kollha tal-proġett, mhux biss dawk mill-industriji kbar;

dwar ir-rati ta’ finanzjament, il-partijiet ikkonċernati kienu tal-fehma li r-rati ta’ finanzjament jenħtieġ li jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur. L-istituzzjonijiet tar-riċerka talbu kontribuzzjonijiet finanzjarji akbar għar-riċerka, sa 100 %, u li jkopru l-ispejjeż indiretti relatati mal-infrastrutturi. Ir-rapport minn Grupp ta’ Personalitajiet dwar l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża (ir-Rapport tal-Grupp ta’ Personalitajiet) 3 ta parir li jenħtieġ ikun kopert persentaġġ akbar ta’ spejjeż indiretti;

fir-rigward tal-forom ta’ appoġġ finanzjarju, ir-rispondenti ssuġġerew li jitqiesu alternattivi għal kofinanzjament mill-Istati Membri, eżempju permezz ta’ akkwist prekummerċjali (PCP) u operazzjonijiet ta’ taħlit immexxija permezz tal-Fond InvestEU f’każijiet ta’ spin-offs ċivili jew relatati ma’ faċilitajiet tal-ittestjar.

Għarfien espert estern

Il-Kummissarju responsabbli għas-suq intern, l-industrija, l-intraprenditorija u l-SMEs laqqa’ grupp ta’ 16-il persuna ta’ livell għoli li huma attivi fil-qasam tad-difiża (mill-industrija, organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-Parlament Ewropew u parlamenti nazzjonali, u istituti ffukati fuq il-politika) biex jagħtu konsulenza esterna fi żmien qasir u fit-tul dwar il-politika tar-riċerka fid-difiża. Wara taħdidiet u konsultazzjonijiet regolari, f’Jannar 2016 dan il-grupp ippubblika r-rapport imsejjaħ European Defence Research – the case for an EU-funded R&T programme 4 .

Dan il-Grupp għen biex tissawwar l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża (PADR) imnedija f’April 2017 u ta pariri strateġiċi fuq l-aspirazzjonijiet fit-tul għal riċerka marbuta mad-difiża ffinanzjata mill-UE.

Valutazzjoni tal-impatt

B’konformità mal-prattiki tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar, il-proposta hi appoġġata b’Valutazzjoni tal-Impatt. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju indipendenti eżamina r-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt fil-11 ta’ April 2018 u ta opinjoni pożittiva. Il-Bord jirrakkomanda li tiġi ċċarata l-bażi ġuridika tal-inizjattiva u ċertu rduppjar potenzjali mar-riċerka ffinanzjata mill-Programm speċifiku ta’ Orizzont Ewropa, li tiġi aġġustata d-deskrizzjoni tal-mekkaniżmi tal-implimentazzjoni biex ikun jista’ jitħaddem approċċ aktar selettiv, u li jiġi ġġustifikat aħjar il-mod propost ta’ ġestjoni diretta għall-Fond. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ġie emendat f’dan is-sens, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord. It-Taqsima 3.2.1 tal-Valutazzjoni tal-Impatt ġiet aġġornata għalkollox b’konformità mal-ewwel rakkomandazzjoni. Il-formulazzjoni tat-Taqsima 2.4 ttejbet u issa tispjega b’mod ċar id-distinzjoni bejn il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa fir-rigward tal-applikazzjonijiet ċivili. Biex tispjega aħjar id-distinzjoni u l-vantaġġi u d-dgħjufijiet tal-alternattivi differenti, inbidlet il-formulazzjoni tat-Taqsima 4.1, u nbidlet ukoll il-valutazzjoni tal-alternattivi fit-Taqsima 4.2 biex issa tinkludi l-possibbiltà li, skont il-każ u meta xieraq, jiġu implimentati xi miżuri ispirati mil-loġika tal-Alternattiva 3. Fl-aħħar nett, it-Taqsima 4.1.1 tinkludi formulazzjoni speċifika biex jiġi ġġustifikat il-mod ta’ ġestjoni diretta.

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt jispjega l-problemi u l-kawżi tal-problemi sottostanti li wasslu lill-Kummissjoni biex tipproponi l-inizjattiva. Dawn għandhom x’jaqsmu ma’ tnaqqis fl-infiq nazzjonali għad-difiża u fi nfiq mhux koordinat li jwasslu għal ineffiċjenzi u tnaqqis fid-disponibbiltà tat-tagħmir tad-difiża għal livelli kritiċi. Ir-rapport sab ukoll li n-nuqqas ta’ innovazzjoni fil-qasam tad-difiża hu problematiku, u li t-tnaqqis fil-livelli ta’ koperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp fid-difiża u l-investimenti fit-tagħmir qed ixekkel il-kapaċità tal-Unjoni li tiżviluppa teknoloġiji u sistemi ġodda tad-difiża. Id-domanda frammentata hi riflessa f’organizzazzjoni ineffiċjenti fuq in-naħa tal-provvista, inkluż duplikazzjonijiet sinifikanti, skali żgħar tal-produzzjoni u katini tal-provvista industrijali mibnija l-aktar fuq bażi nazzjonali. Dan kollu llimita l-interoperabbiltà tat-tagħmir tad-difiża u wassal biex jintilfu ekonomiji ta’ skala.

Skont ir-rapport, il-Fond jgħin biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni billi jalloka EUR 13-il biljun għar-riċerka kollaborattiva u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet orjentati lejn id-difiża biex l-Unjoni ssir waħda mill-akbar investituri fir-riċerka tad-difiża fl-UE u se jaqdi r-rwol ta’ katalist biex jidderieġi mill-ġdid l-infiq individwali lejn il-proġetti koperattivi tal-iżvilupp tal-UE permezz ta’ rekwiżiti tekniċi komuni li jindirizzaw il-prijoritajiet tal-UE.

Ir-rapport ivvaluta tliet alternattivi fir-rigward tal-istruttura tal-Fond u l-mekkaniżmi tal-implimentazzjoni li permezz tagħhom il-problemi jkunu jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod:

Bl-Alternattiva 1 jinżammu ż-żewġ programmi tal-ittestjar attwali separati skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 iżda l-livelli tal-infiq jiżdiedu b’aktar minn sitt darbiet;

Bl-Alternattiva 2 jiddaħħlu flessibbiltà addizzjonali u miżuri ta’ simplifikazzjoni. Jiġi stabbilit Fond uniku għal ippjanar integrat għar-riċerka u għall-iżvilupp permezz ta’ regoli armonizzati tal-parteċipazzjoni. L-Alternattiva 2 tqis it-tħassib tal-partijiet ikkonċernati li l-livelli ta’ finanzjament tal-ispejjeż indiretti huma baxxi wisq fil-metodoloġija applikata fix-xenarju bażi. Jenħtieġ jiġu rikonoxxuti l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur, inkluż id-dipendenza fuq xerrej wieħed u l-limitazzjonijiet importanti biex jisfruttaw kummerċjalment ir-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn id-difiża. L-Alternattiva 2 iddaħħal ċerta flessibbiltà biex ikunu jistgħu jiġu koperti l-ispejjeż indiretti. Jiddaħħlu wkoll miżuri ta’ simplifikazzjoni bħal għotjiet fil-forma ta’ somom f’daqqa; u

Bl-Alternattiva 3 jiddaħħlu rekwiżiti aktar stretti, jiġifieri l-approċċ ibbażat fuq l-inċentivi u l-bonuses jinbidel b’approċċ aktar preskrittiv immirat biex jindirizza l-problemi identifikati b’mod aktar intrużiv ħalli r-riżultati jinkisbu aktar malajr. Approċċ preskrittiv bħal dan jimplika wkoll riskji sinifikanti, speċjalment fir-rigward tal-użu u b’hekk jillimita l-kapaċità tal-Fond li jilħaq l-għanijiet tiegħu.

Wara li tqabblu l-alternattivi, ir-rapport jirrakkomanda l-Alternattiva 2 għax din timmassimizza s-sinerġiji, tintroduċi simplifikazzjoni, u l-approċċ ibbażat fuq l-inċentivi hu inqas riskjuż mill-approċċ preskrittiv tal-Alternattiva 3. L-Alternattiva 2 tkun l-aħjar mod li jiżgura l-Fond:

tippromwovi l-integrazzjoni u ssaħħaħ il-kompetittività globali tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea;

tappoġġa l-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża fl-Unjoni billi tkun katalista għall-programmi ta’ koperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp f’oqsma ta’ teknoloġiji ewlenin tad-difiża; dan jenħtieġ iwassal għal programmi kollaborattivi ta’ segwitu ta’ investiment fil-qasam tad-difiża li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-kapaċitajiet futuri tal-Istati Membri u jsaħħu l-iżvilupp tal-kapaċitajiet futuri permezz ta’ aktar koperazzjoni; u

tiżgura valur miżjud tal-UE minħabba l-kapaċità tiegħu (mingħajr ma jieħu post l-isforzi nazzjonali) li jikkoordina firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati li jvarjaw minn Ministeri tad-Difiża (bħala klijenti esklussivi) għal industriji tad-difiża (bħala fornituri uniċi tal-prodotti tad-difiża) ħalli jinkisbu riżultati għal ġid ta’ kulħadd.

Simplifikazzjoni u flessibbiltà

Approċċ integrat: Fond Ewropew għad-Difiża li jkopri l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp ħalli jkun jista’ jitħaddem appoġġ integrat u msaħħaħ b’mod reċiproku, u b’hekk ikun evitat ir-riskju li jintilfu r-riżultati tar-riċerka minħabba nuqqas ta’ appoġġ kontinwu għal aktar żvilupp u ttestjar tat-teknoloġija. Dan isaħħaħ l-użu ta’ prodotti u teknoloġiji appoġġati mill-finanzjament tal-Unjoni. Barra minn hekk, b’Fond integrat aktar flessibbli jkunu jistgħu jingħataw forom addizzjonali ta’ appoġġ meta relevanti, inkluż permezz tal-akkwist pubbliku prekummerċjali. B’hekk ikunu jistgħu jiġu identifikati s-soluzzjonijiet tas-suq li joffru l-aħjar valur għall-flus biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-Unjoni b’rabta mar-riċerka u l-iżvilupp tad-difiża.

Titqies in-natura speċifika tar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tad-difiża: id-disinn u l-istruttura tal-Fond Ewropew għad-Difiża ħadu mill-esperjenza tal-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża u l-proposta għal Regolament dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, ir-rispons tal-partijiet ikkonċernati u s-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt u b’mod partikolari fuq il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur fejn l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati normalment jiffinanzjaw kompletament l-ispiża kollha tar-riċerka u l-iżvilupp, meta wieħed iqis ir-restrizzjonijiet biex jiġu sfruttati r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp. Il-Fond għad-Difiża jippermetti l-flessibbiltà meħtieġa biex ikunu koperti l-ispejjeż indiretti, u fl-istess ħin jipprovdi miżuri fis-seħħ li jiżguraw li ma jingħata l-ebda kumpens żejjed.

L-azzjonijiet tal-Fond implimentati tul il-fażi tal-iżvilupp huma interkonnessi fis-sod mal-istrateġiji u l-proċessi tal-ippjanar u tal-akkwiżizzjoni tal-Istati Membri, inkluż il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom għal proġetti multinazzjonali tal-armamenti. Għalhekk, hu importanti li l-Istati Membri jkunu involuti fid-deċiżjonijiet tal-għoti għal azzjonijiet tal-iżvilupp skont ir-regoli tal-komitoloġija.

Ir-rati ta’ finanzjament għall-iżvilupp ta’ prototipi u azzjonijiet fl-istadji sussegwenti tal-iżvilupp se jkunu aktar baxxi minn dawk għal azzjonijiet oħra qabel il-fażi tal-prototipi. Dan jippermetti li jingħataw inċentivi xierqa li jappoġġaw it-tnedija ta’ proġetti kollaborattivi fl-iżvilupp tal-prototipi filwaqt li jitqies is-sehem importanti tal-finanzjament tal-Istati Membri f’dan il-qasam.

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni fil-Fond Ewropew għad-Difiża se jikkunsidraw in-natura speċifika tas-settur tad-difiża, b’mod partikolari fejn jidħlu l-ħtieġa stretta ta’ sigurtà tal-informazzjoni, il-ġestjoni tar-riżultati tal-azzjoni, eċċ.

Se tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni xierqa tan-negozji żgħar, permezz ta’ rati ta’ finanzjament ogħla ħalli titħeġġeġ il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-intrapriżi żgħar u medji fi proġetti kollaborattivi.

Użu estensiv ta’ għodod ibbażati fuq l-outputs (somom f’daqqa uniċi u rati fissi għall-għotjiet) jevita l-kontrolli ex post tal-kontijiet fuq l-ispejjeż eliġibbli u ċerta kumplessità possibbli tal-kontrolli (approvazzjoni tas-sigurtà). B’mod partikolari, meta l-Unjoni tkun qed iżżid parti żgħira ma’ baġit provviżorju li diġà approvaw l-Istati Membri (appoġġ għall-iżvilupp ta’ prototipi), l-għotja tal-Unjoni tieħu l-għamla ta’ somma f’daqqa unika li titħallas malli l-Istati Membri jaċċettaw il-kisbiet tanġibbli. Bħala regola, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni trid titħallas fir-rigward tal-kisbiet tanġibbli. Dan se jiffaċilita l-ġestjoni tal-Fond, inaqqas l-ispejjeż ta’ ġestjoni u jillimita r-rata tal-erruri.

Il-Kummissjoni se timplimenta l-Fond Ewropew għad-Difiża b’ġestjoni diretta biex timmassimizza l-effikaċja u l-effiċjenza fit-twettiq. L-Istati Membri se jiġu involuti mill-qrib fl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża.

Drittijiet fundamentali

It-titjib fis-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE jissalvagwardja d-drittijiet fundamentali tagħhom.

L-attivitajiet iffinanzjati se jkunu konformi mal-impenji tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali u l-applikazzjonijiet kollha għall-finanzjament se jiġu eżaminati minn esperti etiċi.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-allokazzjoni baġitarja proposta għall-2021-2027 hi ta’ EUR 13 000 000 000 (bi prezzijiet attwali), li minnha:

EUR 4 100 000 000 għal azzjonijiet tar-riċerka;

EUR 8 900 000 000 għal azzjonijiet tal-iżvilupp.

L-impatt fuq il-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali f’termini ta’ baġit u riżorsi umani meħtieġa hu mogħti fid-dettall fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża mal-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tistabbilixxi r-riżorsi meħtieġa mid-dipartimenti tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Fond. Soġġett għal konferma tal-kosteffiċjenza permezz ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, il-fond jista’ jitmexxa minn Aġenzija Eżekuttiva tal-Kummissjoni.

Qed tiġi proposta skema ta’ monitoraġġ li tappoġġa r-rappurtar dwar il-prestazzjoni u l-evalwazzjoni. Ir-riżultati se jkunu disponibbli b’mod progressiv. L-informazzjoni tal-monitoraġġ se tkun relatata ma’:

l-indikaturi tal-inputs (eż. l-għadd u t-tipi ta’ proġetti) fis-snin bikrin;

l-indikaturi tal-outputs f’nofs il-perjodu tal-programmazzjoni (u skont it-tul tal-proġetti);

l-indikaturi tar-riżultati (eż. akkwist sussegwenti mill-Istati Membri, u privattivi) fi stadju aktar tard tal-Fond,.

L-evalwazzjonijiet se jsiru skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 5 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u l-politika eżistenti jenħtieġ li jkunu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-alternattivi għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fil-prattika abbażi tal-indikaturi/miri tal-programm u analiżi dettaljata tal-grad sa fejn il-programm jista’ jitqies rilevanti, effettiv, effiċjenti, li jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE, u koerenti ma’ politiki oħrajn tal-UE. Dawn se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex jiġu identifikati xi nuqqasijiet/problemi jew xi potenzjal għal aktar titjib tal-azzjonijiet jew tar-riżultati tagħhom u biex jgħinu ħalli jkun massimizzat l-isfruttament/l-impatt tagħhom.

Ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli u sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni, se ssir evalwazzjoni interim tal-Fond dwar l-implimentazzjoni tiegħu, fl-istess waqt mal-evalwazzjonijiet ex post tal-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża, u tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża.

Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni finali fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni meta ħafna mill-proġetti jkunu tlestew.

Integrazzjoni tal-azzjoni klimatika

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 tistabbilixxi mira aktar ambizzjuża għall-integrazzjoni tal-klima fil-programmi kollha tal-UE, flimkien ma’ mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-UE li tikkontribwixxi għall-għanijiet klimatiċi. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-Fond biex tintlaħaq din il-mira ġenerali se tiġi segwita permezz ta’ sistema ta’ markaturi klimatiċi tal-UE fil-livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż bl-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali.

Biex tappoġġa l-isfruttament sħiħ tal-potenzjal tal-Fond Ewropew għad-Difiża li jikkontribwixxi għall-għanijiet klimatiċi, il-Kummissjoni se tipprova tidentifika l-azzjonijiet rilevanti matul il-proċessi tat-tħejjija, tal-implimentazzjoni, tar-rieżami u tal-evalwazzjoni tal-Fond.

Data tal-applikazzjoni

Din il-proposta tipprovdi għal data tal-applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021.

2018/0254 ([…])

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 182(4), l-Artikolu 183 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Fil-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża adottat fit-30 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkumplimenta, tingrana u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali tad-difiża li jwieġbu għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà, u li trawwem industrija Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva, innovattiva u effiċjenti. B’mod partikolari, hu propost li jitnieda Fond Ewropew għad-Difiża (“il-Fond”) biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u fl-iżvilupp konġunt ta’ prodotti u teknoloġija tad-difiża, biex b’hekk jitrawmu s-sinerġiji u l-kosteffikaċja, u jkunu promossi x-xiri u l-manutenzjoni konġunti tal-Istati Membri tat-tagħmir tad-difiża. Dan il-Fond jikkumplimenta l-finanzjament nazzjonali diġà użat għal dan il-għan u jenħtieġ jaġixxi bħala inċentiv għall-Istati Membri biex jikkoperaw u jinvestu aktar fid-difiża. Il-Fond iwieżen il-koperazzjoni tul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġija tad-difiża.

(2)Il-Fond jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża li tkun b’saħħitha, kompetittiva u innovattiva u li taħdem id f’id mal-inizjattivi tal-Unjoni għal Suq Ewropew tad-Difiża aktar integrat u, b’mod partikolari, iż-żewġ Direttivi 6 dwar l-akkwist u dwar it-trasferimenti fl-UE fis-settur tad-difiża adottati fl-2009.

(3)Jenħtieġ jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża b’approċċ integrat u li jikkontribwixxi biex jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Fond jenħtieġ jimmira li jsaħħaħ il-kompetittività, l-innovazzjoni, l-effiċjenza u l-awtonomija tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u b’hekk jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni billi jappoġġa l-koperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u bejn l-intrapriżi, iċ-ċentri tar-riċerka, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-universitajiet, fil-fażi tar-riċerka u fil-fażi tal-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża. Biex jinkisbu soluzzjonijiet aktar innovattivi u suq intern miftuħ, il-Fond jenħtieġ jappoġġa l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-intrapriżi żgħar u medji u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja tad-difiża.

(4)Il-fażi tar-riċerka hi element kruċjali għax din tikkundizzjona l-kapaċità tal-industrija Ewropea u l-awtonomija tal-industrija Ewropea biex tiżviluppa prodotti u l-indipendenza tal-Istati Membri bħala utenti finali tad-difiża. Il-fażi tar-riċerka marbuta mal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża tista’ tinkludi riskji sinifikanti, b’mod partikolari marbuta mal-livell baxx ta’ maturità u t-tfixkil ta’ teknoloġiji. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi wkoll riskji u spejjeż sinifikanti li jxekklu l-isfruttament ulterjuri tar-riżultati tar-riċerka u jħallu impatt ħażin fuq il-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni.

(5)Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġax riċerka bażika pura, għax minflok din jenħtieġ jappoġġawha skemi oħra; iżda dan jista’ jinkludi riċerka bażika orjentata lejn id-difiża li aktarx tifforma l-bażi tas-soluzzjoni għall-problemi jew possibbiltajiet magħrufa jew mistennija.

(6)Il-Fond jista’ jappoġġa l-azzjonijiet relatati ma’ prodotti u teknoloġiji ġodda u aġġornati, meta l-użu tal-informazzjoni diġà eżistenti li hemm bżonn biex titwettaq l-azzjoni għall-aġġornament ma tkunx soġġetta għal restrizzjoni min-naħa ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati jew min-naħa ta’ entitajiet tal-pajjiżi terzi mhux assoċjati. Meta japplikaw għall-finanzjament tal-Unjoni, l-entitajiet legali jenħtieġ jipprovdu l-informazzjoni rilevanti biex jiġi stabbilit in-nuqqas ta’ restrizzjonijiet. Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni, il-finanzjament tal-Unjoni ma għandux ikun possibbli.

(7)Biex ikun żgurat li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jiġu rrispettati fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-azzjonijiet marbuta ma’ prodotti jew teknoloġiji li l-użu, l-iżvilupp jew il-produzzjoni tagħhom ikunu pprojbiti mid-dritt internazzjonali ma għandhomx jirċievu finanzjament mill-Fond. F’dan ir-rigward, l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet relatati ma’ prodotti jew teknoloġiji ġodda tad-difiża, bħal dawk li huma speċifikament imfassla biex iwettqu attakki letali, mingħajr il-kontroll uman fuq id-deċiżjonijiet dwar l-attakki, jenħtieġ li wkoll ikunu soġġetti għall-iżviluppi fid-dritt internazzjonali.

(8)Id-diffikultà biex jinstab qbil dwar rekwiżiti konsolidati tal-kapaċitajiet tad-difiża u speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi komuni xxekkel il-kollaborazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u l-entitajiet legali bbażati fi Stati Membri differenti. In-nuqqas ta’ dawn ir-rekwiżiti, speċifikazzjonijiet u standards wassal għal aktar frammentazzjoni fis-settur tad-difiża, kumplessità teknika, dewmien u spejjeż eżaġerati u inqas interoperabbiltà. Jenħtieġ li l-ftehim fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni jkun prerekwiżit għal azzjonijiet li jinvolvu livell ogħla ta’ maturità teknoloġika. Anki l-attivitajiet tal-Istati Membri li jwasslu għal rekwiżiti komuni tal-kapaċitajiet tad-difiża u studji ta’ appoġġ kif ukoll azzjonijiet immirati biex jappoġġaw il-ħolqien ta’ definizzjoni komuni ta’ speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi jenħtieġ ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-Fond.

(9)Peress li l-għan tal-Fond hu li jappoġġa l-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jingrana u jikkumplimenta l-attivitajiet kollaborattivi tar-riċerka u t-teknoloġija fil-qasam tad-difiża u jnaqqas ir-riskji fil-fażi tal-iżvilupp tal-proġetti koperattivi, jenħtieġ li l-azzjonijiet relatati mar-riċerka u l-iżvilupp ta’ prodotti jew teknoloġija tad-difiża jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża, inkluż l-interoperabbiltà tagħhom.

(10)Peress li l-Fond għandu l-għan, b’mod partikolari, li jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-entitajiet legali u l-Istati Membri madwar l-Ewropa kollha, jenħtieġ li azzjoni tkun eliġibbli għal finanzjament biss jekk issir b’koperazzjoni ma’ mill-inqas tliet Stati Membri u/jew pajjiżi assoċjati differenti. Jenħtieġ li mill-inqas tlieta minn dawn l-entitajiet legali eliġibbli stabbiliti f’mill-anqas żewġ Stati Membri u/jew pajjiżi assoċjati differenti ma jkunux ikkontrollati effettivament, direttament jew indirettament, mill-istess entità jew ma jkunux jikkontrollaw lil xulxin. Biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Fond jista’ jappoġġa akkwist prekummerċjali konġunt (PCP).

(11)Skont [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont deċiżjoni ġdida fuq l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE 7 ,] l-entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) jenħtieġ ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Fond u għal arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-OCT hu marbut.

(12)Billi l-Fond għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività, l-effiċjenza u l-awtonomija tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, jenħtieġ li fil-prinċipju, għall-appoġġ, ikunu eliġibbli biss entitajiet stabbiliti fl-Unjoni jew fil-pajjiżi assoċjati u li mhumiex soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet tal-pajjiżi terzi mhux assoċjati. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni ta’ interessi essenzjali tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jenħtieġ li l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi li jintużaw mill-benefiċjarji u mis-sottokuntratturi tagħhom fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond ma jkunux jinsabu fit-territorju ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati.

(13)F’ċerti ċirkostanzi, jekk ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-azzjoni, jenħtieġ ikun possibbli li tingħata deroga mill-prinċipju li l-benefiċjarji u s-sottokuntratturi tagħhom ma jenħtieġx ikunu soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet tal-pajjiżi terzi mhux assoċjati. F’dik il-perspettiva, l-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni li huma kkontrollati minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entità tal-pajjiżi terzi mhux assoċjati jistgħu jkunu eliġibbli jekk ikunu jissodisfaw kundizzjonijiet rilevanti u stretti relatati mal-interessi tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni ta’ dawn l-entitajiet ma tmurx kontra l-għanijiet tal-Fond. Il-benefiċjarji jenħtieġ jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi li jridu jintużaw fl-azzjoni.

(14)Jekk xi konsorzju jkun jixtieq jieħu sehem f’azzjoni eliġibbli u l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tkun se tieħu l-għamla ta’ għotja, il-konsorzju jenħtieġ jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala koordinatur li jkun il-punt ewlieni ta’ kuntatt.

(15)Jekk xi azzjoni ta’ żvilupp appoġġata mill-Fond tkun ġestita minn meniġer tal-proġett maħtur mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi assoċjati, qabel ma toħroġ il-pagament lill-benefiċjarju, il-Kummissjoni jenħtieġ tinforma lill-meniġer tal-azzjoni ħalli dan ikun jista’ jiżgura li l-benefiċjarji rrispettaw l-iskadenzi. F’ċerti ċirkostanzi, il-meniġer tal-proġett jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-progress tal-azzjoni lill-Kummissjoni ħalli din tkun tista’ tivvalida jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet biex tipproċedi bil-ħlas.

(16)Biex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati huma vijabbli finanzjarjament, il-benefiċjarji jenħtieġ juru li l-ispejjeż tal-azzjoni li mhux koperti mil-finanzjament tal-Unjoni huma koperti minn mezzi oħra ta’ finanzjament.

(17)Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom aċċess għal tipi differenti ta’ arranġamenti finanzjarji għall-iżvilupp u l-akkwist konġunti tal-kapaċitajiet tad-difiża. L-Għodod Finanzjarji li żviluppat il-Kummissjoni jenħtieġ jipprovdu tipi differenti ta’ arranġamenti li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw biex jindirizzaw l-isfidi għall-iżvilupp u l-akkwist kollaborattivi minn perspettiva ta’ finanzjament. L-użu ta’ dawn l-arranġamenti finanzjarji jista’ jħeġġeġ iżjed it-tnedija ta’ proġetti kollaborattivi fil-qasam tad-difiża u jżid l-effiċjenza tal-infiq għad-difiża, inkluż għal proġetti appoġġati permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża.

(18)Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-industrija tad-difiża, fejn id-domanda tiġi kważi esklussivament mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, li jikkontrollaw ukoll kull akkwiżizzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji relatati mad-difiża, inkluż l-esportazzjonijiet, il-funzjonament tas-settur tad-difiża hu uniku u ma jimxix mar-regoli konvenzjonali u l-mudelli ta’ negozju li jirregolaw swieq aktar tradizzjonali. Għalhekk l-industrija ma tistax tiffinanzja hi stess proġetti sostanzjali tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża, u normalment l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati jiffinanzjaw l-ispiża kollha tar-riċerka u l-iżvilupp. Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Fond, b’mod partikolari biex jinċentiva l-koperazzjoni bejn kumpaniji minn Stati Membri u pajjiżi assoċjati differenti, u filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża, jenħtieġ li l-azzjonijiet li jseħħu qabel il-fażi tal-iżvilupp tal-prototipi jkunu koperti sat-totalità tal-ispejjeż eliġibbli.

(19)Il-fażi tal-prototipi hi fażi kruċjali fejn normalment l-Istati Membri jew il-pajjiżi assoċjati jiddeċiedu dwar l-investiment konsolidat tagħhom u jibdew il-proċess tal-akkwiżizzjoni tal-prodotti jew tat-teknoloġiji tad-difiża futuri tagħhom. Minħabba f’hekk, f’dan l-istadju speċifiku, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati jaqblu fuq l-impenji meħtieġa, inkluż il-qsim tal-ispejjeż u s-sjieda tal-proġett. Biex tkun żgurata l-kredibbiltà tal-impenn tagħhom, jenħtieġ li normalment l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni permezz tal-Fond ma tkunx taqbeż l-20 % tal-ispejjeż eliġibbli.

(20)Għall-azzjonijiet ta’ wara l-fażi tal-prototipi, jenħtieġ ikun previst finanzjament sa 80 %. Dawn l-azzjonijiet li huma eqreb it-tlestija tal-prodotti u t-teknoloġija jaf xorta jkunu jinvolvu spiża sostanzjali.

(21)Il-partijiet ikkonċernati fis-settur tad-difiża qed iġarrbu spejjeż indiretti speċifiċi, bħalma huma l-ispejjeż għas-sigurtà. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati qed jaħdmu f’suq speċifiku fejn, mingħajr domanda min-naħa tax-xerrejja, ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp bħal fis-settur ċivili. Għaldaqstant hu ġustifikat li titħalla tiġi applikata rata fissa ta’ 25 % kif ukoll il-possibbiltà, abbażi ta’ proġett, biex jintalbu l-ispejjeż indiretti kkalkulati skont il-prattiki tal-kontabbiltà tas-soltu tal-benefiċjarji, jekk dawn il-prattiki jkunu aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali skont skemi ta’ finanzjament nazzjonali komparabbli, li kienu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu li jaċċetta spejjeż indiretti eliġibbli lil hinn mir-rata fissa ta’ 25 % fil-programm ta’ ħidma jew fis-sejħa għal proposti.

(22)Biex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati jikkontribwixxu għall-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża Ewropea, hu importanti li l-Istati Membri diġà juru li beħsiebhom jakkwistaw konġuntament il-prodott finali jew jużaw it-teknoloġija, b’mod partikolari permezz ta’ akkwist transfruntier konġunt, fejn l-Istati Membri jorganizzaw flimkien il-proċeduri tal-akkwist tagħhom b’mod partikolari bl-użu ta’ korp ċentrali tal-akkwisti.

(23)Jenħtieġ li l-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni ssir b’mod koerenti mal-interessi ta’ siġurtà u ta’ difiża tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kontribut tal-azzjoni għal dawk l-interessi u għall-prijoritajiet tar-riċerka u tal-kapaċità fid-difiża maqbula mill-Istati Membri, iservi bħala kriterju tal-għoti. Fi ħdan l-Unjoni, in-nuqqasijiet komuni tar-riċerka u tal-kapaċitajiet tad-difiża huma identifikati fil-qafas tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) b’mod partikolari permezz tal-Aġenda Strateġika Globali tar-Riċerka (OSRA) u l-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP). Proċessi oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) u l-Koperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti billi jidentifikaw u jaħtfu opportunitajiet għal koperazzjoni msaħħa ħalli jiġi ssodisfat il-livell ta’ ambizzjoni tal-UE b’rabta mas-sigurtà u d-difiża. Meta xieraq, anki l-prijoritajiet reġjonali u internazzjonali, inkluż dawk fil-kuntest tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO), jistgħu jiġu kkunsidrati, diment li dawn ikunu konformi mal-prijoritajiet tal-Unjoni u ma jwaqqfu lill-ebda Stat Membru jew pajjiż assoċjat milli jipparteċipa, filwaqt li jqisu wkoll li jenħtieġ tkun evitata d-duplikazzjoni bla bżonn.

(24)L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati fil-kuntest tal-Koperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni jenħtieġ jiżguraw koperazzjoni msaħħa bejn l-entitajiet legali fi Stati Membri differenti b’mod kontinwu u b’hekk jikkontribwixxu direttament għall-għanijiet tal-Fond. Għalhekk, jekk jintgħażlu, jenħtieġ li dawn il-proġetti jkunu eliġibbli għal rata ogħla ta’ finanzjament.

(25)Il-Kummissjoni se tqis l-attivitajiet l-oħra ffinanzjati permezz tal-programm qafas Orizzont Ewropa ħalli tevita duplikazzjoni bla bżonn u tiżgura l-qsim ta’ ideat bejn ir-riċerka ċivili u tad-difiża.

(26)Iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża qed kulma jmur isiru sfidi aktar importanti u l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jagħrfu l-ħtieġa li jiġu stabbiliti sinerġiji bejn l-azzjonijiet taċ-ċiberdifiża fl-ambitu tal-Fond u tal-inizjattivi tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà, bħal dawk imħabbra fil-Komunikazzjoni Konġunta dwar iċ-ċibersigurtà. B’mod partikolari, jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali tat-Teknoloġija u tar-Riċerka fiċ-Ċibersigurtà li se jitwaqqaf, jaħdem biex jibni sinerġiji bejn id-dimensjonijiet ċivili u tad-difiża taċ-ċibersigurtà. Dan jista’ jappoġġa b’mod attiv lill-Istati Membri u lil atturi rilevanti oħrajn billi jipprovdi pariri, jaqsam l-għarfien espert u jiffaċilita l-kollaborazzjoni fir-rigward tal-proġetti u l-azzjonijiet kif ukoll meta mitlub mill-Istati Membri biex jaġixxi bħala meniġer tal-proġett b’rabta mal-Fond Ewropew għad-Difiża.

(27)Jenħtieġ ikun żgurat approċċ integrat billi jingħaqdu l-attivitajiet koperti bl-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża li nediet il-Kummissjoni skont it-tifsira tal-Artikolu [58(2)(b)] tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament Finanzjarju”) u l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża stabbilit bir-Regolament (KE) Nru... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u billi jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni, jinħoloq sett aktar koerenti ta’ strumenti, jiżdied l-impatt ekonomiku, kollaborattiv u innovattiv, filwaqt li jkunu evitati d-duplikazzjonijiet bla bżonn u l-frammentazzjoni. B’dan l-approċċ integrat, il-Fond jikkontribwixxi wkoll għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka fil-qasam tad-difiża u jkopri d-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp, filwaqt li jqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża, u jippromwovi l-għamliet kollha ta’ innovazzjoni, inkluż l-innovazzjoni rivoluzzjonarja meta falliment possibbli jenħtieġ jiġi aċċettat.

(28)L-għanijiet ta’ politika ta’ dan il-Fond jiġu indirizzati wkoll bi strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji permezz tal-parti(jiet) ta’ politika [...] tal-Fond InvestEU.

(29)Is-sostenn finanzjarju jenħtieġ jintuża biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali b’mod proporzjonat, u jenħtieġ li l-azzjonijiet ma jidduplikawx jew jeskludu l-finanzjament privat jew joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni tas-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ ikollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(30)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ iqis l-użu ta’ somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-ispejjeż unitarji, kif ukoll il-finanzjament li mhux marbut mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

(31)Il-Kummissjoni jenħtieġ tistabbilixxi programm ta’ ħidma annwali jew multiannwali b’konformità mal-għanijiet tal-Fond. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-assistenza ta’ kumitat tal-Istati Membri waqt il-ħolqien tal-programm ta’ ħidma. L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tingħata l-istatus ta’ osservatur fil-kumitat ħalli dan jibbenefika mill-għarfien espert tagħha fis-settur tad-difiża. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-qasam tad-difiża, anki s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ jassisti lill-kumitat tal-Istati Membri.

(32)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma u għall-għoti tal-finanzjament lil azzjonijiet magħżula tal-iżvilupp. B’mod partikolari, waqt l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet tal-iżvilupp, jenħtieġ jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża, b’mod partikolari r-responsabilità tal-Istati Membri u/jew tal-pajjiżi assoċjati għall-ippjanar u l-proċess tal-akkwiżizzjoni. Dawn is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) [Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] 8 .

(33)Biex jingħata appoġġ lil suq intern miftuħ, jenħtieġ titqies ukoll il-parteċipazzjoni ta’ SMEs transfruntieri u ta’ kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja transfruntieri, bħala membri ta’ konsorzji jew bħala sottokuntratturi.

(34)Il-Kummissjoni jenħtieġ tagħmel ħilitha biex iżżomm djalogu mal-Istati Membri u mal-industrija biex tiżgura s-suċċess tal-Fond.

(35)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Fond Ewropew għad-Difiża li jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza ewlieni, skont it-tifsira tal-[ftehim interistituzzjonali l-ġdid] bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-koperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda 9 , għall-Parlament Ewropew u għal-Kunsill waqt il-proċedura baġitarja annwali.

(36)Ir-Regolament Finanzjarju japplika għall-Fond, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(37)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki tar-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għax ir-rispett għall-istat tad-dritt hu prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u finanzjament tal-UE effettiv.

(38)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 11 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 12 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 13 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ jiġu protetti b’miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod skorrett, u meta xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post ħalli jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 . Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(39)Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-koperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. F’dan ir-Regolament jenħtieġ tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(40)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm bżonn li dan il-programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-Regolament fil-prattika. Il-Kummissjoni jenħtieġ twettaq evalwazzjoni interim sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Fond u evalwazzjoni finali fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, li jeżaminaw l-attivitajiet finanzjarji fir-rigward tar-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja u, sa fejn possibbli f’dak il-mument, ir-riżultati u l-impatt. Jenħtieġ li dan ir-rapport janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fi proġetti sostnuti mill-Fond kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fil-katina tal-valur globali. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tipproponi emendi għal dan ir-Regolament biex tirreaġixxi għal żviluppi possibbli waqt l-implimentazzjoni tal-Fond.

(41)Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Fond se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-għanijiet klimatiċi L-azzjonijiet rilevanti jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni nofsana tiegħu.

(42)Billi l-Fond jappoġġa biss il-fażijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża, fil-prinċipju l-Unjoni jenħtieġ ma jkollhiex sjieda jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPRs) fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji li jirriżultaw mill-azzjonijiet iffinanzjati, diment li l-assistenza tal-Unjoni ma tkunx mogħtija permezz tal-akkwist. Madankollu, għall-azzjonijiet tar-riċerka, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati interessati jenħtieġ ikunu jistgħu jużaw ir-riżultati tal-azzjonijiet iffinanzjati u jieħdu sehem fl-iżvilupp koperattiv ta’ segwitu u għalhekk jenħtieġ ikunu permessi derogi minn daj il-prinċipju.

(43)Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni la jkun jaffettwa t-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża fi ħdan l-Unjoni skont id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 , u lanqas ma jaffettwa l-esportazzjonijiet ta’ prodotti, tagħmir jew teknoloġiji.

(44)L-użu ta’ informazzjoni kuntestwali sensittiva jew l-aċċess minn individwi mhux awtorizzati għal riżultati sensittivi ġġenerati mill-proġetti tar-riċerka jistgħu jħallu impatt ħażin fuq l-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri. B’hekk it-trattament tad-data kunfidenzjali u tal-informazzjoni klassifikata jenħtieġ ikun regolat bil-liġi rilevanti kollha tal-Unjoni, inkluż ir-regoli interni tal-Istituzzjonijiet, bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 16 .

(45)Biex ikun possibbli li jiġu ssupplimentati jew emendati l-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt, meta meqjus meħtieġ, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Hu importanti b’mod partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(46)Il-Kummissjoni jenħtieġ timmaniġġa l-Fond u tagħti attenzjoni xierqa lir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b’mod partikolari l-informazzjoni klassifikata u sensittiva.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

APPLIKABBLI GĦAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP

KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (“il-Fond”).

Ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-Fond, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta’ dan il-finanzjament.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet sostnuti mill-baġit tal-UE, inkluż dawk fil-faċilitajiet ta’ finanzjament imħallat skont l-Artikolu [2(6)] tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom mhux rimborżibbli ta’ appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE ma’ form rimborżabbli ta’ appoġġ mingħand istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u investituri;

(2)kontroll” tfisser il-kapaċità li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali b’mod dirett jew indirett permezz ta’ entità legali intermedja waħda jew aktar;

(3)azzjoni ta’ żvilupp” tfisser kwalunkwe azzjoni li tikkonsisti primarjament minn attivitajiet orjentati lejn id-difiża fil-fażi tal-iżvilupp, li tkopri prodotti u teknoloġiji ġodda u l-aġġornament ta’ dawk eżistenti, għajr il-produzzjoni jew l-użu tal-armi;

(4)teknoloġija rivoluzzjonarja għad-difiża” tfisser teknoloġija li l-applikazzjoni tagħha tista’ tibdel b’mod radikali l-kunċetti u l-kondotta tal-affarijiet tad-difiża;

(5)strutturi ta’ ġestjoni eżekuttiva” tfisser korp jew korpi, maħtura skont il-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-għanijiet u d-direzzjoni ġenerali tal-entità legali, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid tad-deċizjonijiet maniġerjali;

(6)entità legali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u li meta taġixxi f’isimha stess tista’ teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu [197(2)(c)] tar-Regolament Finanzjarju;

(7)kumpanija b’kapitalizzazzjoni medja” tfisser intrapriża li mhix intrapriża mikro, żgħira u medja (“SME”), kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 17 u li jkollha għadd ta’ impjegati sa 3 000 impjegat, fejn l-għadd ta’ persunal jiġi kkalkolat skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tat-Titolu I tal-Anness ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni;

(8)akkwist pubbliku prekummerċjali” tfisser l-akkwist ta’ servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp li jinvolvu l-qsim tar-riskji u l-benefiċċji skont il-kundizzjonijiet tas-suq, u l-iżvilupp kompetittiv f’fażijiet, fejn hemm separazzjoni ċara tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp akkwistati mill-iskjerament ta’ volumi kummerċjali ta’ prodotti finali;

(9)meniġer ta’ proġett” tfisser kwalunkwe awtorità kontraenti stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat, stabbilita minn Stat Membru jew pajjiż assoċjat jew minn grupp ta’ Stati Membri u/jew pajjiżi assoċjati biex timmaniġġa proġetti multinazzjonali ta’ armament b’mod permanenti jew fuq bażi ad hoc;

(10)benefiċjarju” tfisser kwalunkwe entità legali li tirċievi finanzjament minn dan il-Fond;

(11)azzjoni tar-riċerka” tfisser kwalunkwe azzjoni li tikkonsisti minn attivitajiet tar-riċerka ffukati esklussivament fuq l-applikazzjonijiet tad-difiża;

(12)riżultati” tfisser kwalunkwe effett tanġibbli jew intanġibbli tal-azzjoni, bħal data, għarfien jew informazzjoni, bi kwalunkwe forma jew natura, sew jekk jista’ jitħares jew le, kif ukoll kwalunkwe dritt marbut miegħu, inkluż drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(13)rapport speċjali” tfisser kisba tanġibli speċifika ta’ azzjoni tar-riċerka li tiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-azzjoni, tagħti informazzjoni estensiva fuq il-prinċipji bażiċi, l-għanijiet, l-eżiti reali, il-proprjetajiet bażiċi, it-testijiet imwettqa, il-benefiċċji potenzjali, l-applikazzjonijiet tad-difiża potenzjali u l-mogħdija tal-isfruttament mistenni tar-riċerka.

(14)prototip tas-sistema” tfisser mudell ta’ prodott jew teknoloġija li jista’ juri l-prestazzjoni f’ambjent operazzjonali;

(15)pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux membru tal-Unjoni;

(16)pajjiż terz mhux assoċjat” tfisser pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat skont l-Artikolu 5;

(17)entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat” tfisser entità legali stabbilita f’pajjiż terz mhux assoċjat jew li jkollha l-istrutturi ta’ ġestjoni eżekuttiva tagħha f’pajjiż terz mhux assoċjat.

Artikolu 3
L-għanijiet tal-Fond

1.L-għan ġenerali tal-Fond hu li jrawwem il-kompetittività, l-effiċjenza u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija Ewropea tad-difiża, billi jappoġġa azzjonijiet kollaborattivi u koperazzjoni transfruntiera bejn entitajiet legali mal-Unjoni kollha, inkluż l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, kif ukoll li jrawwem sfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja industrijali, u b’hekk jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni. Il-Fond jenħtieġ jikkontribwixxi wkoll għal-libertà tal-azzjoni tal-Unjoni u tal-awtonomija tagħha, b’mod partikolari f’termini teknoloġiċi u industrijali.

2.Il-Fond għandu jkollu dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)jappoġġa proġetti tar-riċerka kollaborattivi li jistgħu jixprunaw b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-kapaċitajiet futuri, ħalli tiġi massimizzata l-innovazzjoni u jiġu introdotti prodotti u teknoloġiji ġodda tad-difiża, inkluż dawk rivoluzzjonarji;

(b)jappoġġa proġetti tal-iżvilupp kollaborattivi ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża li huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża maqbula b’mod komuni mill-Istati Membri fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, u b’hekk jikkontribwixxi biex tiżdied l-effiċjenza fin-nefqa fuq id-difiża fl-Unjoni, jinkisbu ekonomiji ta’ skala akbar, jonqos ir-riskju ta’ duplikazzjoni bla bżonn u b’hekk tonqos il-frammentazzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża madwar l-Unjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, il-Fond iwassal għal aktar interoperabbiltà bejn il-kapaċitajiet tal-Istati Membri.

Artikolu 4
Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 13 000 000 000 bi prezzijiet attwali.

2.Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

(a)sa EUR 4 100 000 000 għal azzjonijiet tar-riċerka;

(b)sa EUR 8 900 000 000 għal azzjonijiet tal-iżvilupp.

3.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond, bħall-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar evalwazzjoni, inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

4.Sa 5 % tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw teknoloġiji rivoluzzjonarji fil-qasam tad-difiża.

5.Meta jitolbu dan, ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-Fond. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi b’mod dirett skont l-Artikolu [62(1)(a)] tar-Regolament Finanzjarju. Meta possibbli, dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 5
Pajjiżi assoċjati

Il-Fond għandu jkun miftuħ għall-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA) li huma membri fiż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

Artikolu 6
Appoġġ għal teknoloġiji rivoluzzjonarji fil-qasam tad-difiża

1.Il-Kummissjoni għandha tagħti finanzjament permezz ta’ konsultazzjonijiet miftuħa u pubbliċi dwar l-oqsma ta’ intervent definiti fil-programmi ta’ ħidma.

2.Fuq bażi ta’ każ b’każ, il-Kummissjoni tista’ ssib l-aktar forma xierqa ta’ finanzjament biex tiffinanzja soluzzjonijiet innovattivi.

Artikolu 7
Etika

1.Azzjonijiet imwettqa permezz tal-Fond għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti.

2.Il-proposti għandhom jiġu skrinjati b’mod sistematiku biex jiġu identifikati dawk l-azzjonijiet li jqajmu kwistjonijiet etiċi kumplessi jew serji, ħalli ssirilhom valutazzjoni tal-etika. L-iskrinjar u l-valutazzjonijiet etiċi għandha tagħmilhom il-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ esperti fl-etika tad-difiża. Il-Kummissjoni għandha kemm jista’ jkun tiżgura t-trasparenza tal-proċeduri tal-etika.

3.L-entitajiet li jieħdu sehem fl-azzjoni għandhom jiksbu l-approvazzjonijiet kollha jew dokumenti obbligatorji oħra mingħand il-kumitati tal-etika lokali u nazzjonali rilevanti jew mingħand korpi oħrajn bħall-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, qabel ma jinbdew l-attivitajiet rilevanti. Dawn id-dokumenti għandhom jinżammu f’fajl u jingħataw lill-Kummissjoni.

4.Meta xieraq, il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli tal-etika waqt l-implimentazzjoni tal-azzjoni. Għal kwistjonijiet serji jew kumplessi ta’ etika, il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli bl-għajnuna ta’ esperti fl-etika tad-difiża.

5.L-azzjonijiet li mhumiex aċċettabbli etikament jistgħu jiġu miċħuda jew imwaqqfin fi kwalunkwe mument.

KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 8
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-UE

1.Il-Fond għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju.

2.Il-Fond jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe forma minn dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Dan jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji fi ħdan l-operazzjonijiet ta’ taħlit.

Artikolu 9
Finanzjament kumulattiv, kumplimentari u kkombinat

1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Fond, diment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. Ir-regoli ta’ kull programm/Fond tal-Unjoni li jikkontribwixxi għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

2.L-azzjonijiet li ngħataw iċ-ċertifikazzjoni Siġill ta’ Eċċellenza, jew li huma konformi ma’ dawn il-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

(a)ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti permezz tal-Fond;

(b)ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c)ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati skont dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji,

ikunu jistgħu jirċievu l-appoġġ tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Fond ta’ Koeżjoni, tal-Fond Soċjali Ewropew jew tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u skont l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], diment li dawn l-azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.

KAPITOLU III
GĦOTJIET

Artikolu 10
Entitajiet eliġibbli

1.L-applikanti u s-sottokuntratturi tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament, diment li dawn ikunu stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat, ikollhom strutturi ta’ ġestjoni eżekuttiva tagħhom fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat u ma jkunux ikkontrollati minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat.

2.B’deroga mill-paragrafu 1, applikant stabbilit fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat u kkontrollat minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat jista’ jkun eliġibbli għall-finanzjament jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-azzjoni u diment li l-parteċipazzjoni tiegħu ma tirriskjax l-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, is-sejħa għal proposti għandha titlob lill-applikant biex jipprovdi informazzjoni li turi b’mod partikolari li:

(a)il-kontroll fuq l-applikant mhux se jkun eżerċitat b’mod li jillimita b’xi mod il-kapaċità tiegħu li jwettaq u jlesti l-azzjoni;

(b)l-aċċess minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati għal informazzjoni sensittiva klassifikata u mhux klassifikata relatata mal-azzjoni se jkun evitat; u l-persuni involuti fl-azzjoni se jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali maħruġa minn Stat Membru jew minn pajjiż assoċjat;

(c)ir-riżultati tal-azzjoni għandhom jibqgħu fi ħdan il-benefiċjarju u ma għandhomx ikunu suġġetti għal kontrolli jew restrizzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet oħra ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati matul l-azzjoni u għal perjodu speċifiku wara t-tlestija tiegħu;

3.L-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi kollha użati fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom ikunu jinsabu fit-territorju tal-Unjoni jew ta’ pajjiżi assoċjati. Barra minn hekk, meta jkunu qed iwettqu azzjoni eliġibbli, il-benefiċjarji u s-sottokuntratturi tagħhom għandhom jikkoperaw biss ma’ entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat u li ma jkunux ikkontrollati minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati.

4.B’deroga mill-paragrafu 3, il-benefiċjarji u s-sottokuntratturi tagħhom involuti fl-azzjoni jistgħu jużaw l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi tagħhom li jinsabu jew li jinżammu fit-territorju ta’ pajjiż terz mhux assoċjat, jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni u diment li din ma tirriskjax is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Bl-istess kundizzjonijiet, meta jkunu qed iwettqu azzjoni eliġibbli, il-benefiċjarji u s-sottokuntratturi tagħhom jistgħu jikkoperaw ma’ entità stabbilita f’pajjiż terz mhux assoċjat. L-ispejjeż relatati mal-użu ta’ dawn l-infrastrutturi, il-faċiliitajiet, l-assi jew ir-riżorsi, u ma’ din il-koperazzjoni ma għandhomx ikunu eliġibbli permezz ta’ dan il-Fond.

5.Biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, is-sejħa għal proposti jew il-ftehim tal-għotja għandhom jispeċifikaw aktar kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu relatati, b’mod partikulari mad-dispożizzjonijiet dwar is-sjieda tar-riżultati tal-azzjoni u l-aċċess għal informazzjoni sensittiva klassifikata u mhux klassifikata u mal-garanziji fuq is-sigurtà tal-provvista.

6.L-applikanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

7.L-applikazzjonijiet li jeżiġu l-verifiki skont il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 4 jistgħu jitressqu biss bi qbil mal-Istat Membru jew mal-pajjiż assoċjat fejn ikun stabbilit l-applikant.

8.F’każ ta’ bidla waqt l-implimentazzjoni ta’ azzjoni li tista’ toħloq dubju dwar l-issodisfar ta’ dawk il-kriterji u l-kundizzjonijiet, il-benefiċjarju għandu jinforma lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tivvaluta jekk dawk il-kriterji u l-kundizzjonijiet għadhomx issodisfati u tindirizza l-impatt potenzjali fuq il-finanzjament tal-azzjoni.

9.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sottokuntratturi huma s-sottokuntratturi li għandhom relazzjoni kuntrattwali diretta ma’ benefiċjarju, sottokuntratturi oħra li huma allokati mill-inqas 10 % tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni, kif ukoll sottokuntratturi li jistgħu jitolbu aċċess għal informazzjoni klassifikata skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 biex iwettqu l-azzjoni.

Artikolu 11
Azzjonijiet eliġibbli

1.Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.Il-Fond għandu jappoġġa azzjonijiet li jkopru prodotti u teknoloġiji ġodda u aġġornati, meta l-użu tal-informazzjoni diġà eżistenti li hemm bżonn biex isir l-aġġornament ma jkunx soġġett direttament jew indirettament għal restrizzjoni minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati.

3.Azzjoni eliġibbli għandha tkun relatata ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)attivitajiet immirati biex joħolqu, jirfdu u jtejbu għarfien ġdid u teknoloġija ġdida fid-difiża li jistgħu jħallu effetti sinifikanti fil-qasam tad-difiża;

(b)attivitajiet immirati biex iżidu l-interoperabbiltà u r-reżiljenza, inkluż il-produzzjoni u l-qsim siguri tad-data, tinkiseb ħakma ta’ teknoloġiji kritiċi tad-difiża, tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u jkun jista’ jsir sfruttament effettiv tar-riżultati għal prodotti u teknoloġiji tad-difiża;

(c)studji, bħal studji ta’ fattibilità li jeżaminaw il-fattibbiltà ta’ teknoloġija, prodott, proċess, servizz, soluzzjoni jew statistika, ġodda jew imtejba, dwar l-industrija tad-difiża u proġetti pilota dwar il-ġbir tad-data;

(d)id-disinn ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża kif ukoll id-definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li skonthom ikun ġie żviluppat dan id-disinn u li jistgħu jinkludu testijiet parzjali għal tnaqqis tar-riskju f’ambjent industrijali jew rappreżentattiv;

(e)l-iżvilupp ta’ mudell ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża, li jkunu jistgħu juru l-prestazzjoni tal-element waqt li jkun qed jitħaddem (prototip ta’ sistema);

(f)l-ittestjar ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża;

(g)l-ikkwalifikar ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża. L-ikkwalifikar hu l-proċess kollu li juri li d-disinn ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża jkun jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati. Dan il-proċess jipprovdi evidenza oġġettiva li turi liema rekwiżiti partikolari ta’ disinn ġew issodisfati;

(h)iċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża. Iċ-ċertifikazzjoni hu l-proċess li skontu l-awtorità nazzjonali tiċċertifika li l-prodott, il-komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew it-teknoloġija tad-difiża huma konformi mar-regolamenti applikabbli;

(i)l-iżvilupp ta’ teknoloġiji jew assi li jżidu l-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża;

(j)attivitajiet ta’ disseminazzjoni, avvenimenti ta’ netwerking u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni.

4.Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 27, l-azzjoni għandha titwettaq bil-koperazzjoni ta’ mill-inqas tliet entitajiet legali li jkunu stabbiliti f’mill-anqas tliet Stati Membri u/jew pajjiżi assoċjati differenti. Tul l-implimentazzjoni kollha tal-azzjoni, mill-inqas tlieta minn dawn l-entitajiet legali eliġibbli stabbiliti f’mill-anqas żewġ Stati Membri u/jew pajjiżi assoċjati differenti ma għandhomx ikunu kkontrollati effettivament, direttament jew indirettament, mill-istess entità jew ma għandhomx ikunu jikkontrollaw lil xulxin.

5.Il-paragrafu 4 ma għandux japplika għall-azzjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (j) tal-paragrafu 3 u għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

6.L-azzjonijiet għall-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji li l-użu, l-iżvilupp jew il-produzzjoni tagħhom hu pprojbit mil-liġi internazzjonali applikabbli, ma għandhomx ikunu eliġibbli.

Artikolu 12
Il-proċedura tal-għażla u tal-għoti

1.Jistgħu jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lil entitajiet legali identifikati fil-programm ta’ ħidma skont l-Artikolu [195(e)] tar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-Kummissjoni għandha tagħti l-finanzjament għal azzjonijiet magħżula wara kull sejħa jew wara l-applikazzjoni tal-Artikolu [195(e)] tar-Regolament Finanzjarju.

3.Għall-għoti ta’ finanzjament għal azzjonijiet tal-iżvilupp, il-Kummissjoni għandha taġixxi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 28.

Artikolu 13
Kriterji tal-għoti

1.Kull proposta għandha tiġi vvalutata skont dawn il-kriterji li ġejjin:

(a)il-kontribut għall-eċċellenza jew il-potenzjal rivoluzzjonarju fil-qasam tad-difiża b’mod partikolari billi jintwera li r-riżultati mistennija tal-azzjoni proposta jippreżentaw vantaġġi sinifikanti fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji eżistenti,

(b)il-kontribut għall-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku tal-industrija Ewropea tad-difiża, b’mod partikolari billi jintwera li l-azzjoni proposta tinkludi kunċetti u approċċi innovattivi jew ġodda, titjib teknoloġiku ġdid promettenti għall-futur jew l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji jew kunċetti li qatt qabel ma jkunu ġew applikati fis-settur tad-difiża;

(c)il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija tad-difiża Ewropea, b’mod partikolari bil-ħolqien ta’ opportunitajiet għal swieq ġodda u bi tkabbir mgħaġġel tal-kumpaniji mal-Unjoni kollha;

(d)il-kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni b’konformità mal-prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 u, meta xieraq, ma’ ftehimiet koperattivi reġjonali u internazzjonali;

(e)il-kontribut għall-ħolqien ta’ koperazzjoni transfruntiera ġdida bejn l-entitajiet legali, b’mod partikolari l-SMEs stabbiliti fl-Istati Membri u/jew fil-pajjiżi assoċjati għajr dawk fejn huma stabbiliti l-entitajiet fil-konsorzju li mhumiex SMEs;

(f)il-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-azzjoni.

2.Skont il-punt (d) tal-paragrafu 1, jistgħu jitqiesu prijoritajiet reġjonali u internazzjonali, b’mod partikolari biex tkun evitata d-duplikazzjoni bla bżonn, u diment li dawn ikunu jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u ma jkunux jeskludu l-parteċipazzjoni ta’ xi Stat Membru.

Artikolu 14
Rata ta’ kofinanzjament

1.Il-Fond jista’ jiffinanzja sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli ta’ azzjoni, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament.

2.B’deroga mill-paragrafu 1:

(a)għall-azzjonijiet definiti fl-Artikolu 11(3)(e), l-assistenza finanzjarja tal-Fond ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni,

(b)għall-azzjonijiet definiti fl-Artikolu 11(3)(f) sa (h), l-assistenza finanzjarja tal-Fond ma għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni.

3.Għall-azzjonijiet tal-iżvilupp, ir-rata ta’ finanzjament għandha tiżdied f’dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)azzjoni żviluppata fil-kuntest tal-Koperazzjoni Strutturata Permanenti kif stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017, tista’ tibbenefika minn rata ta’ finanzjament miżjuda b’10 punti perċentwali addizzjonali;

(b)konsorzju għandu jibbenefika minn rata ta’ finanzjament miżjuda b’punti perċentwali ekwivalenti għall-persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli totali allokati lill-SMEs stabbiliti fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat differenti minn dawk li fihom huma stabbiliti l-membri tal-konsorzju li mhumiex SMEs;

(c)konsorzju għandu jibbenefika minn rata ta’ finanzjament miżjuda b’punti perċentwali ekwivalenti għal kwart tal-persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli totali allokati lill-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja stabbiliti fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat differenti minn dawk li fihom huma stabbiliti l-membri fil-konsorzju li mhumiex SMEs jew kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;

(d)iż-żieda ġenerali fir-rata ta’ finanzjament ta’ azzjoni ma għandhiex taqbeż it-30 punt perċentwali.

Artikolu 15
Kapaċità finanzjarja

B’deroga mill-Artikolu [198] tar-Regolament Finanzjarju:

(a)il-kapaċità finanzjarja għandha tiġi verifikata biss għall-koordinatur u biss jekk il-finanzjament mitlub mingħand l-Unjoni jkun daqs jew iżjed minn EUR 500 000. Madankollu, jekk ikun hemm raġunijiet biex tiġi ddubitata l-kapaċità finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti l-oħra jew tal-koordinaturi taħt il-livell limitu msemmi fl-ewwel sentenza;

(b)il-kapaċità finanzjarja la għandha tiġi verifikata fir-rigward ta’ entitajiet legali li l-vijabbiltà tagħhom tkun garantita minn Stat Membru, u lanqas għandha tiġi verifikata fir-rigward ta’ universitajiet.

(c)jekk il-kapaċità finanzjarja hi garantita strutturalment minn entità legali oħra, il-kapaċità finanzjarja ta’ din tal-aħħar għandha tiġi verifikata.

Artikolu 16
Spejjeż indiretti

1.L-ispejjeż eliġibbli indiretti għandhom jiġu determinati bl-applikazzjoni ta’ rata fissa ta’ 25 % tal-ispejjeż eliġibbli diretti totali, li ma jkunux jinkludu l-ispejjeż eliġibbli diretti għas-sottokuntrattar, l-appoġġ finanzjarju lill-partijiet terzi u kwalunkwe spiża unitarja jew somom f’daqqa li jinkludu spejjeż indiretti.

2.Meta xieraq, l-ispejjeż indiretti eliġibbli lil hinn mir-rata fissa ta’ 25 % jistgħu jiġu determinati skont il-prattiki tas-soltu kontabilistiċi tal-ispejjeż tal-benefiċjarju abbażi tal-ispejjeż indiretti reali, diment li dawn il-prattiki kontabilistiċi tal-ispejjeż ikunu aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali permezz ta’ skemi ta’ finanzjament komparabbli skont l-Artikolu [185] tar-Regolament Finanzjarju u kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 17
L-użu ta’ somma f’daqqa unika jew kontribuzzjoni li mhix marbuta mal-ispejjeż

1.Għall-għotjiet mogħtija għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3)(e) u għal azzjonijiet oħra fejn l-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati jkunu qed jiffinanzjaw il-parti l-kbira tal-baġit, il-Kummissjoni tista’ tuża:

(a)kontribuzzjoni li mhix marbuta mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu [180(3)] tar-Regolament Finanzjarju u abbażi tal-kisba tar-riżultati mkejlin b’referenza għal tappi preċedenti stabbiliti jew permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni; jew

(b)somma f’daqqa unika kif imsemmi fl-Artikolu [182] tar-Regolament Finanzjarju u abbażi tal-baġit proviżorju tal-azzjoni li diġà approvaw l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati kofinanzjaturi.

2.L-ispejjeż indiretti għandhom ikunu inklużi fis-somma f’daqqa.

Artikolu 18
Akkwist prekummerċjali

1.L-Unjoni tista’ tappoġġa l-akkwist prekummerċjali billi tagħti għotja lil awtoritajiet kontraenti jew lil entitajiet kontraenti kif definit fid-Direttivi 2014/24/UE 18 , 2014/25/UE 19 u 2009/81/KE 20 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li b’mod konġunt qed jakkwistaw servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża jew qed jikkoordinaw il-proċeduri tal-akkwist tagħhom.

2.Il-proċeduri tal-akkwist għandhom ikunu:

(a)konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(b)jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta’ kuntratti multipli fi ħdan l-istess proċedura (akkwisti minn diversi sorsi);

(c)jipprevedu l-għoti tal-kuntratti lill-offerta/i li joffru l-aqwa valur għall-flus.

Artikolu 19
Fond ta’ Garanzija

Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn benefiċjarji, u għandhom jitqiesu bħala garanzija biżżejjed skont ir-Regolament Finanzjarju. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti [fl-Artikolu X] tar-Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija].

KAPITOLU IV
FOROM OĦRA TA’ FINANZJAMENT TAL-UNJONI

Artikolu 20
Kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-akkwist u l-premjijiet

Meta meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà meħtieġa li japplikaw għall-akkwist jew il-premjijiet iffinanzjati mill-Fond. Għal dak il-għan, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li l-benefiċjarji jkunu stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiżi assoċjati, jimpenjaw ruħhom li jwettqu attivitajiet rilevanti fl-Unjoni u li ma jkunux ikkontrollati effettivament minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti relatati mal-akkwist jew il-premju, kif applikabbli, u għandu japplika ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-kuntratt riżultanti.

Artikolu 21
Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit deċiżi skont dan il-Fond għandhom jiġu implimentati skont [ir-Regolament dwar InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

APPLIKABBLI GĦAR-RIĊERKA

Artikolu 22
Sjieda tar-riżultati

1.Is-sjieda tar-riżultati tal-azzjonijiet għandha tkun tal-benefiċjarji li ġġenerawhom. Meta l-entitajiet legali jiġġeneraw riżultati b’mod konġunt, u meta l-kontribut rispettiv tagħhom ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, jew ma tkunx tista’ ssir seperazzjoni ta’ dawn ir-riżultati konġunti, l-entitajiet legali għandu jkollhom sjieda konġunta tar-riżultati.

2.Jekk l-assistenza tal-Unjoni tingħata fil-forma ta’ akkwist pubbliku, is-sjieda tar-riżultati għandha tkun tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom drittijiet tal-aċċess għar-riżultati, mingħajr ħlas, meta jitolbu dan b’mod espliċitu.

3.Jekk ikun ġustifikat, il-ftehim tal-għotja jista’ jeżiġi li r-riżultati tal-azzjonijiet li jirċievu appoġġ mill-Fond ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi restrizzjoni jew kontroll, direttament jew indirettament, permezz ta’ entità legali intermedjarja waħda jew aktar, inkluż f’termini ta’ trasferiment ta’ teknoloġija minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat.

4.Jekk ikun ġustifikat, il-ftehim tal-għotja għandu jistabbilixxi d-dritt tal-Kummissjoni li tkun notifikata u li toġġezzjona għat-trasferiment tas-sjieda tar-riżultati jew għall-għoti ta’ liċenzja għar-riżultati lil pajjiż terz mhux assoċjat jew lil entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat. Dawn it-trasferimenti ma għandhomx imorru kontra l-interessi tad-difiża u tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jew kontra l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament stabbiliti fl-Artikolu 3.

5.L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom drittijiet tal-aċċess għar-rapport speċjali ta’ proġett li rċieva finanzjament tal-Unjoni. Dawn id-drittijiet tal-aċċess għandhom jingħataw mingħajr il-ħlas ta’ royalty u jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u lill-pajjiżi assoċjati, wara li jkun żgurat li fis-seħħ hemm obbligi xierqa tal-kunfidenzjalità.

6.L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati għandhom jużaw ir-rapport speċjali biss għal finijiet relatati mal-użu mill-forzi armati jew il-forzi tas-sigurtà jew tal-intelligence tagħhom, jew għal finijiet relatati mal-użu għalihom, inkluż fi ħdan il-qafas tal-programmi koperattivi tagħhom. Mingħajr ma jkun limitat għalihom, użu bħal dan għandu jinkludi l-istudju, l-evalwazzjoni, il-valutazzjoni, ir-riċerka, id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, it-titjib, il-modifika, il-manutenzjoni, it-tiswija, ir-rinnovament u l-aċċettazzjoni tal-prodotti u ċ-ċertifikazzjoni, l-operazzjoni, it-taħriġ, ir-rimi u servizzi oħra tad-disinn u l-użu tal-prodott, kif ukoll il-valutazzjoni u l-abbozzar ta’ rekwiżiti tekniċi għall-akkwist.

7.Il-benefiċjarji għandhom jagħtu aċċess lill-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni għar-riżultati tagħhom mingħajr il-ħlas ta’ royalty, għal finijiet debitament ġustifikati ta’ żvilupp, implimentazzjoni u monitoraġġ tal-politiki jew tal-programmi tal-Unjoni. Dawn id-drittijiet tal-aċċess għandhom ikunu limitati għal użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv.

8.Fil-ftehimiet u fil-kuntratti tal-għotjiet għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sjieda, id-drittijiet tal-aċċess u l-liċenzjar fir-rigward tal-akkwist prekummerċjali biex ikun żgurat l-użu massimu tar-riżultati u jkun evitat kull żvantaġġ inġust. L-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom mill-inqas drittijiet tal-aċċess għar-riżultati, mingħajr il-ħlas ta’ royalty, biex jużawhom għalihom stess, u għandu jkollhom id-dritt li jagħtu, jew li jitolbu lill-benefiċjarji biex jagħtu, liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi biex jisfruttaw ir-riżultati b’kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli mingħajr id-dritt ta’ subliċenzjar. L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati kollha għandu jkollhom aċċess għar-rapport speċjali mingħajr il-ħlas ta’ royalty. Jekk kuntrattur jonqos milli jisfrutta kummerċjalment ir-riżultati tul perjodu partikolari wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, dan għandu jittrasferixxi kwalunkwe sjieda tar-riżultati lill-awtoritajiet kontraenti.

TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

APPLIKABBLI GĦALL-IŻVILUPP

Artikolu 23
Kriterji addizzjonali tal-eliġibbiltà

1.Meta applikabbli, il-konsorzju għandu juri li l-ispejjeż li fadal ta’ azzjoni eliġibbli li mhumiex koperti mill-appoġġ tal-Unjoni se jiġu koperti b’mezzi oħra ta’ finanzjament, bħal kontribuzzjonijiet mingħand l-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati jew kofinanzjament mingħand entitajiet legali.

2.Fejn jidħlu l-azzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 11, l-azzjoni għandha tkun ibbażata fuq rekwiżiti armonizzati tal-kapaċitajiet maqbula b’mod konġunt mill-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati.

3.Għal azzjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (h) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 11, il-konsorzju għandu juri permezz ta’ dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali li:

(a)mill-inqas żewġ Stati Membri u/jew pajjiżi assoċjati beħsiebhom jakkwistaw il-prodott finali jew jużaw it-teknoloġija b’mod koordinat, inkluż l-akkwist konġunt;

(b)L-azzjoni hija bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni miftehma b’mod konġunt bejn l-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati li jikkofinanzjaw l-azzjoni.

Artikolu 24
Kriterji addizzjonali tal-għoti

Minbarra l-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 13, il-programm ta’ ħidma jista’ wkoll jikkunsidra:

(a)il-kontribut għal żieda fl-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża, inkluż il-kosteffikaċja u l-potenzjal għal sinerġiji fil-proċess tal-akkwist u tal-manutenzjoni u fil-proċessi tar-rimi;

(b)il-livell ta’ koperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-azzjoni eliġibbli.

Artikolu 25
Sjieda tar-riżultati

1.L-Unjoni la għandu jkollha sjieda ta’ prodotti jew teknoloġiji li jirriżultaw mill-azzjoni tal-iżvilupp u lanqas ma għandu jkollha xi dritt tal-proprjetà intellettwali relatat mar-riżultati tal-azzjoni.

2.Ir-riżultati tal-azzjonijiet li jirċievu appoġġ mill-Fond ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli jew restrizzjonijiet mill-pajjiżi terzi mhux assoċjati jew mill-entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati, direttament jew indirettament, permezz ta’ entità legali intermedjarja waħda jew aktar, inkluż f’termini ta’ trasferiment tat-teknoloġija.

3.Fir-rigward tar-riżultati ġġenerati mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata bi kwalunkwe trasferiment ta’ sjieda jew għoti ta’ liċenzji lil pajjiżi terzi mhux assoċjati. Dawn it-trasferiment ta’ sjieda jew l-għoti ta’ liċenzji la għandhom imorru kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jew kontra l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament stabbiliti fl-Artikolu 3, altrimenti għandu jingħata rimborż tal-finanzjament mogħti mill-Fond.

4.B’deroga mill-paragrafu 1, meta l-assistenza tal-Unjoni tingħata fil-forma ta’ akkwist pubbliku, l-Unjoni għandu jkollha s-sjieda tar-riżultati u l-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom id-dritt, mingħajr ħlas, għal liċenzja mhux esklussiva biex jużaw ir-riżultati meta jitolbu dan bil-miktub.

Artikolu 26
Informazzjoni tal-meniġer tal-proġett

Jekk xi meniġer tal-proġett jinħatar mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, il-Kummissjoni għandha tmexxi bil-ħlas lill-benefiċjarji wara li tinforma lill-meniġer tal-proġett.

TITOLU IV
GOVERNANZA, MONITORAĠĠ,

EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 27
Programmi ta’ ħidma

1.Il-Fond għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali jew multiannwali stabbiliti skont l-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, meta applikabbli, l-ammont ġenerali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 28.

Artikolu 28
Il-kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għandha tiġi mistiedna bħala osservatur biex tagħti l-fehmiet u l-għarfien espert tagħha. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi mistieden ukoll biex jassisti.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 29
Esperti indipendenti

1.Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti biex jassistu fl-evalwazzjoni ta’ proposti skont l-Artikolu [237] tar-Regolament Finanzjarju. Tista’ taħtar ukoll esperti indipendenti biex jagħtuha pariri jew jassistuha fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa.

2.L-esperti indipendenti għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni identifikati u magħżula permezz ta’ sejħiet għal espressjonijiet tal-interess indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal Ministeri għad-Difiża u aġenziji subordinati, istituti tar-riċerka, universitajiet, assoċjazzjonijiet tan-negozji jew intrapriżi tas-settur tad-difiża, ħalli tiġi stabbilita lista ta’ esperti. B’deroga mill-Artikolu [237] tar-Regolament Finanzjarju, din il-lista ma għandhiex issir pubblika.

3.L-esperti indipendenti għandu jkollhom l-awtorizzazzjoni xierqa tas-sigurtà maħruġa minn Stat Membru.

4.Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 28 għandu jiġi infurmat kull sena dwar il-lista ta’ esperti.

5.L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom.

Artikolu 30
Applikazzjoni tar-regoli dwar informazzjoni klassifikata

1.Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)kull Stat Membru jew pajjiż assoċjat għandu jiżgura li r-regolamenti nazzjonali tiegħu dwar is-sigurtà joffru grad ta’ protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea li jkun ekwivalenti għal dak li jagħtu r-regoli dwar is-sigurtà stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE 21 u li jagħtu r-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE 22 ;

(b)L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar ir-regolamenti nazzjonali dwar is-sigurtà msemmija fil-punt (a);

(c)il-persuni fiżiċi residenti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati u l-persuni ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati jistgħu jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-UE fir-rigward tal-Fond biss meta dawn ikunu soġġetti, f’dawk il-pajjiżi, għal regolamenti dwar is-sigurtà li jiżguraw grad ta’ protezzjoni li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal dak li jagħtu r-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 u li jagħtu r-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE. L-ekwivalenza tar-regolamenti dwar is-sigurtà applikati f’pajjiż terz jew f’organizzazzjoni internazzjonali għandha tiġi definita fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, li jinkludi kwistjonijiet tas-sigurtà industrijali jekk ikunu rilevanti, li jiġi konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali b’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-TFUE u billi jitqies l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2013/488/UE;

(d)mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE u għar-regoli li jirregolaw il-qasam tas-sigurtà industrijali kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, persuna fiżika jew persuna ġuridika, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jista’ jingħatalhom aċċess għal informazzjoni klassifikata tal-UE meta jitqies meħtieġ fuq bażi ta’ każ b’każ, skont in-natura u l-kontenut ta’ din l-informazzjoni, il-ħtieġa għall-għarfien tal-benefiċjarju u l-grad ta’ vantaġġ għall-Unjoni.

2.Meta l-azzjonijiet ikunu jinvolvu, jeħtieġu u/jew jinkludu informazzjoni klassifikata, il-korp rilevanti ta’ finanzjament għandu jispeċifika fid-dokumenti tas-sejħa għal proposti/offerti, il-miżuri u r-rekwiżiti meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà ta’ din l-informazzjoni fil-livell meħtieġ.

3.Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni sensittiva bejn il-Kummissjoni, il-benefiċjarji u, meta applikabbli, l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema tal-iskambju elettroniku.

Artikolu 31
Monitoraġġ u rappurtar

1.L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-progress tal-Fond biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.

2.Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex temenda l-Anness ħalli tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi meta meqjus meħtieġ u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.

3.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod regolari l-implimentazzjoni tal-Fond u tirrapporta kull sena dwar il-progress li jkun sar. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa tal-monitoraġġ.

4.Is-sistema tar-rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Fond tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti tar-rapportar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni.

Artikolu 32
Evalwazzjoni tal-Fond

1.L-evalwazzjonijiet għandhom isiru fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.L-evalwazzjoni interim tal-Fond għandha ssir malli jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Fond, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Fond. Ir-rapport tal-evalwazzjoni interim se jinkludi, b’mod partikolari, valutazzjoni tal-governanza tal-Fond, ir-rati ta’ implimentazzjoni, ir-riżultati tal-għoti tal-proġetti, inkluż l-involviment tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u l-grad tal-parteċipazzjoni transfruntiera tagħhom, u l-finanzjament mogħti skont l-Artikolu [195] tar-Regolament Finanzjarju sal-31 ta’ Lulju 2024. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti għal kwalunkwe emenda xierqa għal dan ir-Regolament.

3.Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-31 ta’ Diċembru 2031, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-implimentazzjoni tal-Fond. Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jinkludi r-riżultati tal-implimentazzjoni u, sa fejn possibbli f’mument partikolari, l-impatt tal-Fond. Ir-rapport, imsejjes fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri, mal-pajjiżi assoċjati u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, għandu jevalwa b’mod partikolari l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera, inkluż tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, fil-proġetti implimentati permezz tal-Fond kif ukoll l-integrazzjoni tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fil-katina tal-valur globali. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini tal-benefiċjarji u, meta possibbli, id-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ġġenerati.

4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, mehmużin mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 33
Awditi

L-awditjar tal-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettaq minn persuni jew entitajiet, inkluż minn dawk li mhumiex imqabbda mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, għandu jifforma l-bażi tal-assigurazzjoni kumplessiva skont l-Artikolu [127] tar-Regolament Finanzjarju. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha teżamina l-kontijiet tad-dħul u l-ħruġ kollha tal-Unjoni skont l-Artikolu 287 tat-TFUE.

Artikolu 34
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-Fond permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew permezz ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fil-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Artikolu 35
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

TITOLU V
ATTI DELEGATI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 36
Atti delegati

1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 31 għal perjodu taż-żmien mhux determinat li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 31 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tkun effettiva mill-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

4.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 37

Revoka

6.Ir-Regolament (UE) Nru …/…. (il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża) huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 38
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont [ir-Regolament dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża] kif ukoll l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża, li għandu jibqa’ japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.Il-pakkett finanzjarju tal-Fond jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Fond u l-miżuri adottati permezz tal-predeċessuri tiegħu, [ir-Regolament dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża] kif ukoll l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża.

3.Jekk meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 4, ħalli tkun tista’ ssir il-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 39
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

   1.1.    Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

   1.2.    Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

   1.3.    Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

   1.4.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

   1.5.    Durata u impatt finanzjarju

   1.6.    Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI

   2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

   2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

   2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

   3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)

   3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa 

   3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

   3.2.2.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   3.2.3.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

   3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża għall-perjodu 2021-2027

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Sigurtà u Difiża

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 23  għall-parti tal-Fond Ewropew għad-Difiża ddedikata għar-riċerka applikata fid-difiża

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti għall-parti tal-Fond Ewropew għad-Difiża ddedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet fid-difiża

 fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża hi bbażata fuq l-Artikolu 173 tat-TFUE (l-industrija) u fuq l-Artikolu 182 tat-TFUE (ir-riċerka). L-għan ġenerali tal-Fond hu li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża.

Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għad-Difiża jippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi programm ta’ finanzjament, implimentat l-aktar permezz ta’ għotjiet mogħtija wara sejħa annwali għal proposti u skont il-programmi ta’ ħidma adottati bi proċedura ta’ komitoloġija.

Għandu jitħejja sett sħiħ ta’ proċeduri (finanzjarji, legali, tal-IT; għall-ipproċessar ta’ informazzjoni sensittiva), dokumenti u formoli, imsejsa fuq l-esperjenza miksuba tul l-implimentazzjoni tal-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża (2016-2018) u l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (2019-2020).

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante):

Bħalissa l-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża qed jitmexxew kważi esklussivament fil-livell nazzjonali u l-fażijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp huma l-aktar riskjużi. Minħabba l-iskarsezzi fir-riżorsi tal-baġit nazzjonali, dawn il-fażijiet sempliċiment mhumiex iffinanzjati f’ħafna mill-Istati Membri u b’hekk jispiċċaw jiddependu fuq prodotti disponibbli fis-suq u fuq il-fornituri tagħhom.

Is-settur Ewropew tad-difiża qed iġarrab livell baxx ta’ investiment u hu kkaratterizzat minn frammentazzjoni tul il-fruntieri nazzjonali li twassal għal duplikazzjonijiet persistenti. Barra minn hekk, minn ħarsa lejn l-industriji tad-difiża tal-UE, joħorġu fid-dieher nuqqasijiet li kulma jmur qed jiżdiedu, teknoloġiji li qed jeqdiemu, u nuqqas ta’ programmi ġodda, l-aktar il-programmi kollaborattivi. Il-koperazzjoni transfruntiera tista’ tgħin biex jingħarfu l-effetti ta’ skala billi jonqsu d-duplikazzjonijiet u tagħti lok li jsir l-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji meħtieġa.

Minbarra dan, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni u koerenza bejn l-Istati Membri hu sors ta’ żvantaġġ kompetittiv għall-industrija Ewropea tad-difiża fil-konfront tal-kontropartijiet internazzjonali tagħha, filwaqt li jibqa’ sors ewlieni ta’ spejjeż għall-baġit nazzjonali u joħloq xkiel sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-Politika tas-Sigurtà u tad-Difiża Komuni (PSDK).

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex post):

Azzjoni fil-livell tal-Unjoni se tagħti valur miżjud għax tħeġġeġ aktar il-koperazzjoni tad-difiża industrijali b’inċentivi pożittivi għall-innovazzjoni, inkluż f’teknoloġiji b’effetti rivoluzzjonarji, għall-proġetti tar-riċerka applikata fid-difiża, u għall-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża li ma jistgħux jitwettqu fil-livell nazzjonali minħabba l-ispejjeż u r-riskji assoċjati.

Bl-appoġġ tal-Unjoni Ewropea, l-industrija tad-difiża se tkun tista’ talloka l-fondi meħtieġa għall-proġetti li ħafna drabi jkunu lil hinn mill-mezzi ta’ pajjiż wieħed: in-natura ta’ dawn il-proġetti u l-ispejjeż tagħhom jeżiġu koperazzjoni transnazzjonali.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni li r-Regolament se jkun qed jeżiġi legalment, se jixprunaw lill-Istati Membri u lill-industrija tad-difiża tagħhom lejn standards komuni, u dawn iwasslu għal kollaborazzjoni aħjar u aktar effiċjenti.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-azzjoni pilota, l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża, u l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża għall-parti tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet, huma programmi simili għall-azzjonijiet proposti: l-esperjenza miksuba minn dawn il-programmi, b’mod partikolari dwar il-mod ta’ governanza, se tintuża biex tiddefinixxi l-mekkaniżmu ta’ ġestjoni u ta’ segwitu tal-Fond Ewropew għad-Difiża.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

Għandhom jinbnew sinerġiji ma’ programmi oħra tar-riċerka u tal-innovazzjoni implimentati minn Direttorati oħra tal-Kummissjoni Ewropea:

– il-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għad-Difiża jistgħu jibbenefikaw mir-riżultati tar-riċerka ċivili u b’użu doppju ffinanzjati permezz ta’ Orizzont Ewropa, pereżempju fid-dominji tat-trasport bl-arju u fuq l-ilma.

– effett reċiproku hu mistenni wkoll meta l-proġetti ffinanzjati minn Orizzont Ewropa jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-riżultati tal-proġetti appoġġati mill-Fond Ewropew għad-Difiża: din tixhed l-esperjenza tal-Istati Uniti tal-Amerka permezz tal-Aġenzija għall-Proġetti tar-Riċerka Avvanzata fid-Difiża (DARPA) li turi li r-riżultati tal-proġetti tad-difiża huma ta’ ġid għas-settur ċivili. Il-Fond Ewropew għad-Difiża jista’ jħalli, fost l-oħrajn, impatt fuq id-dominji tat-trasport, tal-komunikazzjoni u tal-enerġija.

Hu importanti li jkun żgurat li l-programmi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jiġu kkoordinati sew ħalli jinkisbu l-aqwa sinerġiji, filwaqt li r-redditu fuq l-investiment u l-koordinazzjoni jkunu żgurati għal koperazzjoni effettiva.



Durata u impatt finanzjarju

 durata limitata

   B’effett mill-1/01/2021 sal-31/12/2027

   Impatt finanzjarju mill-1/01/2021 sal-31/12/2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-1/01/2021 sal-31/12/2033 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 24  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

☑ mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ pajjiżi terzi mhux assoċjati jew il-korpi nominati minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tal-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

Il-Fond għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju.

Skont l-eżitu ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji futuri, il-biċċa l-kbira tal-baġit jista’ jiġi implimentat permezz ta’ delega lil aġenzija eżekuttiva 25 .

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

B’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament propost li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni se timmonitorja regolarment l-implimentazzjoni tal-programm u tirrapporta kull sena dwar il-progress li jkun sar billi teżamina l-attivitajiet finanzjarji u tivvaluta r-riżultati miksuba.

Bid-data miġbura, il-Kummissjoni tkun tista’ tirrapporta dwar il-progress li jkun sar skont l-Artikolu [38(3)(e) tar-Regolament 966/2012] u b’referenza għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3.2 tal-abbozz tar-Regolament.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Il-modi ta’ ġestjoni: Il-Kummissjoni beħsiebha timplimenta l-Fond Ewropew għad-Difiża b’ġestjoni diretta (inkluż permezz ta’ aġenziji eżekuttivi bħala l-alternettiva ppreferuta).

L-użu tal-ġestjoni diretta fil-parti l-kbira tal-baġit iddedikat għall-Fond Ewropew għad-Difiża jiċċara r-responsabbiltajiet (implimentazzjoni minn uffiċjali awtorizzanti), iqassar il-katina tat-twettiq (jonqos il-ħin tal-għoti u l-ħin tal-ħlas) u jnaqqas l-ispejjeż tal-implimentazzjoni (mingħajr tariffi tal-ġestjoni).

Finanzjament għall-mekkaniżmi tal-implimentazzjoni: L-għotjiet se jkunu l-istrument ewlieni tal-Fond Ewropew għad-Difiża, inkluż bħala appoġġ għall-akkwisti prekummerċjali mnedija mill-Istati Membri. Il-premjijiet jistgħu jintużaw għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja.

– Għotjiet: Ir-riċerka fil-qasam tad-difiża mhix iffinanzjata biżżejjed jew sempliċiment mhi ffinanzjata xejn fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp ftit għandhom possibbiltajiet ta’ rkupru mill-industrija (suq nazzjonali b’xerrej uniku, tnaqqis fil-baġit nazzjonali tad-difiża, possibbiltajiet ta’ esportazzjonijiet perikolużi). L-inċentivi għal riċerka tal-UE fid-difiża għandhom isiru permezz ta’ għotjiet li jkopru 100 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-istess loġika se tapplika, bħala regola, għall-iżvilupp ta’ azzjonijiet kollaborattivi (studji, ċertifikazzjoni komuni, eċċ.) u għall-appoġġ għall-akkwist prekummerċjali tal-Istati Membri, għajr għall-azzjonijiet tal-prototipar meta r-rata ta’ kofinanzjament tkun inqas (approċċ ta’ żieda ma’ li hemm, kofinanzjament minn 20 sa 50 %).

– il-premjijiet jistgħu jintużaw biex iħeġġu l-innovazzjoni rivoluzzjonarja minn varjetà ta’ partijiet ikkonċernati (universitajiet, SMEs, ċentri taċ-riċerka, eċċ.) biex joħorġu b’teknoloġiji ġodda jew bi mmuntar ġdid ta’ teknoloġiji eżistenti li jistgħu jissodisfaw xi ħtieġa tad-difiża. F’dan il-mudell, l-istima tal-ispejjeż hi diffiċli u l-premjijiet jidhru bħala għodda ekonomika meta mqabbla mal-għotjiet (ir-rebbieħ ikaxkar kollox).

Modalitajiet ta’ pagament: Kull meta possibbli, se jiġi deċiż l-użu ta’ għotjiet ibbażati fuq l-outputs, inkluż somom f’daqqa uniċi, biex jonqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża:

– ir-riżultati mistennija u l-kisbiet tanġibbli (dokumenti) korrispondenti se jiġu stabbiliti fil-ftehimiet tal-għotjiet biex jibdew il-proċessi tal-pagament u jkun jista’ jiġi approvat il-prefinanzjament;

– għal twettiq sodisfaċenti tar-riżultati mistennija u maqbula hemm bżonn il-kompetenzi ta’ partijiet terzi magħżula mill-Kummissjoni skont l-għarfien tekniku tagħhom. Il-pagament imbagħad isir skont rapport ta’ evalwazzjoni.

Strateġiji ta’ Kontroll

Kull meta possibbli fl-azzjonijiet implimentati b’ġestjoni diretta, il-Kummissjoni se tuża strumenti (akkwist, għotjiet, premjijiet) fejn l-ispejjeż eliġibbli jiġu stmati ex ante u rimborżati/imħallsa abbażi tal-kisbiet tanġibbli (ir-rapporti) li juru li r-riżultati mistennija kif definiti fil-ftehim tal-għotja (l-Annessi tekniċi) huma sodisfaċenti. Rikors estensiv għal somom f’daqqa u spejjeż unitarji maqbula ex ante jillimita r-rata tel-erruri għal inqas minn 2%.

Meta meħtieġ, il-valutazzjoni kwalitattiva tal-kisbiet tanġibbli se tiġi vvalutata minn esperti indipendenti mqabbda mill-Kummissjoni jew, f’każijiet speċifiċi (prototipi) mqabbda mill-meniġer tal-proġett magħżul mal-Istati Membri (allinjament tal-interessi).

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskji identifikati għall-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża huma:

Ir-Risju ta’ Dewmien: Il-ħruġ tal-iskeda, dewmien fl-implimentazzjoni.

Implimentazzjoni b’ġestjoni diretta għandha tnaqqas dan ir-riskju għax l-implimentazzjoni mill-Uffiċjali Awtorizzanti (inkluż l-Aġenziji Eżekuttivi) tqassar il-ħin tal-għoti (TTG) u l-ħin tal-ħlas (TTP) meta mqabbla mal-implimentazzjoni permezz ta’ delegat, peress li jkunu evitati dawn il-passi li ġejjin:

– in-negozjar, it-tħejjija u l-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Delega,

– l-iffirmar ta’ Ftehimiet dwar it-Trasferiment tal-Fondi annwali qabel ma l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament isiru disponibbli għad-delegat,

– il-ġestjoni finanzjarja ta’ Ftehimiet dwar it-Trasferiment tal-Fondi relatati

Riskju ta’ governanza u riskju ta’ non-approprjazzjoni:

– Nuqqas ta’ koperazzjoni bejn l-Istati Membri tul il-proċess tal-Komitoloġija.

Il-prattika żviluppata tul l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża, u l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, li tinvolvi l-Istati Membri fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma b’mod interattiv għandha tillimita r-riskju.

– Nuqqas ta’ attraenza tal-Fond Ewropew għad-Difiża fil-konfront tal-industrija nazzjonali, b’mod partikolari minħabba trattament mhux xieraq tal-informazzjoni sensittiva mill-Kummissjoni jew minħabba burokrazija żejda fil-modalitajiet tal-implimentazzjoni.

Se jitwaqqaf netwerk/sistema speċifika għall-iskambju tal-informazzjoni sensittiva u, meta meħtieġ, se jiġu sospiżi r-regoli tat-trasparenza għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq (informazzjoni klassifikata, il-protezzjoni tad-data personali, sigrieti industrijali). Għall-proċess tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet, il-Kummissjoni se tistrieħ fuq esperti indipendenti li se jkollhom approvazzjoni xierqa tas-sigurtà mogħtija minn Stat Membru. Il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm rotazzjoni adegwata ta’ dawn l-esperti.

Kull meta possibbli, il-Kummissjoni se tibbaża ruħha fuq il-prattiki tas-soltu tal-kontabbiltà tal-partijiet ikkonċernati permezz tal-ispejjeż unitarji.

Riskju finanzjarju:

– Spejjeż kbar tal-ġestjoni, b’mod partikolari spejjeż tal-kontrolli;

– Assorbiment b’baġit baxx (dewmien, nuqqas ta’ attraenza jew definizzjoni ħażina tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà);

– rata għolja tal-erruri minħabba spejjeż ineliġibbli u fehim ħażin tar-regoli finanzjarji tal-UE mill-benefiċjarji jew id-delegati.

Il-Kummissjoni tipprevedi li l-implimentazzjoni tal-Fond minn Uffiċjali Awtorizzanti (inkluż l-Aġenziji Eżekuttivi) permezz ta’ timijiet b’għadd biżżejjed ta’ persunal imħarreġ. Dan jiżgura għarfien tajjeb tar-regoli finanzjarji u kuntrattwali mit-tim tal-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża. Se jiġu organizzati sessjonijiet ta’ ħidma biex ikun żgurat li l-benefiċjarji jifhmu sew l-obbligi tagħhom tar-rappurtar u r-regoli finanzjarji applikabbli.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprevedi regoli ssimplifikati tal-finanzjament bi strumenti bbażati fuq l-outputs (eż. somon f’daqqa uniċi għal żieda mal-finanzjament li hemm (prototipi)), rata fissa għolja għall-ispejjeż indiretti (± 25 %). Fil-ftehimiet tal-għotjiet se jiddaħħlu l-outputs mistennija b’mod ċar u raġonevoli, skont liema pagamenti jsiru.

Dan għandu jillimita l-kontrolli ex post fuq l-inputs (fatturi, skedi), jixħet l-enfasi fuq l-outputs (id-dimostrazzjoni, il-prototipi, ir-rapport taċ-ċertifikazzjoni, eċċ.), u b’hekk inaqqas l-ispiża tal-kontrolli u r-rata tal-erruri.

Riskji Tekniċi: Diffikultajiet fi proġetti speċifiċi tal-iżvilupp (etika, IPRs); kwistjonijiet tekniċi; livell baxx ta’ prestazzjoni fejn jidħlu r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp.

Fil-mudell tal-ftehimiet tal-għotjiet għar-riċerka u l-iżvilupp se jiġu stabbiliti regoli ċari dwar l-IPR. Qabel l-għażla, l-applikazzjonijiet kollha għal għotjiet se jiġu eżaminati bir-reqqa minn Kumitat tal-Etika (esperti esterni) ħalli jkun żgurat li l-attivitajiet ikunu konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali. Għalkemm l-għażla tal-proġetti tal-iżvilupp se tkun ibbażata fuq probabbiltà raġonevoli ta’ produzzjoni (kofinanzjament meħtieġ mill-Istati Membri), in-nuqqas ta’ riżultati jew ir-riżultati fqar huma inerenti għall-attivitajiet tar-riċerka fejn id-dritt għal falliment għandu jiġi aċċettat.

Riskju reputazzjonali: id-diffikultajiet mistennija ma’ xi NGOs li jikkontestaw ir-raġunament tal-Fond Ewropew għad-Difiża u jikkontestaw l-implimentazzjoni tiegħu fil-livelli kollha.

Il-Kummissjoni tipprevedi attivitajiet tal-komunikazzjoni mmirati – inkluż rikors għal servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ kriżi – biex tiġġustifika l-eżistenza u l-funzjonament tal-Fond Ewropew għad-Difiża fil-livell tal-Unjoni.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju tal-erruri (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-baġit ewlieni tal-programm se jkollu ġestjoni diretta. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-għotjiet, l-ispejjeż kumplessivi tal-kontrolli tal-Fond mill-Kummissjoni huma stmati għal madwar 0,1 % tal-fondi relatati ġestiti.

Mil-lat ta’ rata/i tal-errur mistennija, l-għan hu li r-rata tal-errur tinżamm inqas mil-livell limitu ta’ 2 %. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-implimentazzjoni tal-programm b’ġestjoni diretta, b’persunal imħarreġ (tal-esperjenza u possibbilment ingaġġat bħala END) u b’timijiet b’għadd biżżejjed ta’ persunal immexxija minn uffiċjali awtorizzanti delegati, jekk tapplika regoli ċari u tagħmel użu sew ta’ strumenti bbażati fuq l-outputs, ir-rata tal-erruri tinżamm inqas mil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) hu kompetenti biex iwettaq investigazzjonijiet fuq l-operazzjonijiet appoġġati minn din l-inizjattiva.

Il-ftehimiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, inkluż il-ftehimiet konklużi ma’ entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jipprevedu s-sorveljanza u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew minn xi rappreżentant awtorizzat minnha, u awditjar mill-Qorti tal-Awdituri jew mill-OLAF, u jekk ikun meħtieġ anke fuq il-post. L-uffiċjali tal-Kummissjoni li għandhom l-approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa, jagħmlu żjarat fuq il-post.

Fl-aħħar nett, l-iskrutinju tal-Istati Membri fuq il-lista tal-proġetti magħżula u l-parteċipazzjoni ta’ xi Stati Membri bħala kofinanzjaturi tal-akbar proġetti se jillimitaw ir-riskju ta’ frodi kontra l-interessi tal-kontribwenti (allinjament tal-interessi bejn id-donaturi). Jekk l-enfasi tinxteħet fuq ir-riżultati bi strumenti bbażati fuq l-outputs, jiġu limitati l-irregolaritajiet.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
5 – Sigurtà u Difiża

Diff./mhux diff 26 .

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 27

mingħand il-pajjiżi kandidati 28

minn pajjiżi terzi mhux assoċjati

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

13.02.01 – Żvilupp tal-kapaċitajiet

Diff

IVA

LE

LE

LE

13.02.02 – Riċerka fid-difiża

Diff

IVA

LE

LE

LE

13.01.01 – Appoġġ amministrattiv

Mhux diff.

IVA

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

Sigurtà u Difiża

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

13.02.01 – Żvilupp tal-kapaċitajiet

Impenji

(1)

996.515

995.939

995.357

1,095.012

1,294.543

1,494.266

1,993.374

8,865.006

Pagamenti

(2)

252.448

446.251

583.628

810.579

981.440

1,214.568

1,409.358

3,166.735

8,865.006

13.02.02 – Riċerka fid-difiża

Impenji

(1)

498.257

497.970

497.679

497.733

597.482

697.324

797.349

4,083.794

Pagamenti

(2)

123.978

262.396

324.408

389.666

463.085

537.022

613.865

1,369.373

4,083.794

13.01.01 – Appoġġ amministrattiv  29  

Impenji = Pagamenti

(3)

5.228

6.091

6.964

7.255

7.975

8.410

9.277

51.200

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

1,500.000

1,500.000

1,500.000

1,600.000

1,900.000

2,200.000

2,800.000

13,000.000

Pagamenti

=2+3

381.654

714.738

915.000

1,207.500

1,452.500

1,760.000

2,032.500

4,536.108

13,000.000



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

5.768

6.631

7.711

8.002

8.722

9.156

10.024

56.014

Nefqa amministrattiva oħra

0.390

0.398

0.406

0.414

0.422

0.431

0.439

2.900

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

6.158

7.029

8.117

8.416

9.144

9.587

10.463

58.914

f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

1,506.158

1,507.029

1,508.117

1,608.416

1,909.144

2,209.587

2,810.463

13,058.914

Pagamenti

387.812

721.767

923.117

1,215.916

1,461.644

1,769.587

2,042.963

4,536.108

13,058.914

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

5.768

6.631

7.711

8.002

8.722

9.156

10.024

56.014

Nefqa amministrattiva oħra

0.390

0.398

0.406

0.414

0.422

0.431

0.439

2.900

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

6.158

7.029

8.117

8.416

9.144

9.587

10.463

58.914

Barra mill-INTESTATURA 7 30
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

5.228

6.091

6.964

7.255

7.975

8.410

9.277

51.200

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

5.228

6.091

6.964

7.255

7.975

8.410

9.277

51.200

TOTAL

11.386

13.120

15.081

15.671

17.119

17.997

19.740

110.114

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

30

35

41

42

46

48

52

Delegazzjonijiet

Riċerka

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) – AC, AL, END, INT u JED  31

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

– fil-Kwartieri Ġenerali

19

21

24

26

28

30

34

– fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  32

– fil-Kwartieri Ġenerali

– fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

49

56

65

68

74

78

86

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie assenjat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji. It-tabella ta’ hawn fuq tistma l-FTE meħtieġa għall-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss:

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Ġestjoni tat-tim u tal-kompiti ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-programm tal-għotjiet

Persunal estern

Implimentazzjoni tal-iskemi ta’ finanzjament permezz ta’ għotjiet

Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

p.m.

p.m.

p.m

p.m

p.m

p.m

p.m

p.m.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

p.m.

p.m.

p.m

p.m

p.m

p.m

p.m

p.m.

Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 33

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

p.m.

p.m.

p.m

p.m

p.m

p.m

p.m

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

-

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

-

(1)    COM (2017) 295 final tas-7.6.2017.
(2)    JOIN(2017) 0450 finali tal-13.9.2017.
(3)    https://www.iss.europa.eu/sites/default/files/EUISSFiles/GoP_report.pdf
(4)    https://www.iss.europa.eu/sites/default/files/EUISSFiles/GoP_report.pdf
(5)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
(6)    Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità, ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1; Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
(7)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(9)    Ir-referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Il-ftehim jinsab fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ%3AC%3A2013%3A373%3ATOC
(10)    Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
(12)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2).
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(14)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L198, 28.7.2017, p. 29).
(15)    Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).
(16)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għal regoli tas-sigurtà li jħarsu l-informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(17)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(18)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 65).
(19)    Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 243).
(20)    Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.08.2009, p.76).
(21)    ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53-88.
(22)    ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1-50.
(23)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(24)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(25)    Il-programm jista’ (parzjalment) ikun iddelegat lil aġenzija eżekuttiva, soġġett għall-eżitu tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji, u għad-deċiżjonijiet relatati li għandhom jittieħdu; l-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati għall-implimentazzjoni tal-programm fil-Kummissjoni u fl-aġenzija eżekuttiva se jiġu adattati kif xieraq.
(26)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(27)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(28)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(29)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(30)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(31)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(32)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(33)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
Top

Brussell,XXX

COM(2018) 476/2

ANNESS

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża

{SWD(2018) 345/2}


ANNESS
Indikaturi li JIRRAPPURTAW DWAR IL-PROGRESS TAL-FOND BIEX JINTLAĦQU L-GĦANIJIET SPEĊIFIĊI TIEGĦU

Għan speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2)(a):

Indikatur 1    Impriżi

Imkejjel bi: L-għadd ta’ impriżi involuti (skont id-daqs, it-tip u n-nazzjonalità)

Indikatur 2    Riċerka kollaborattiva

Imkejjel bi:

2.1 L-għadd u l-valur tal-proġetti ffinanzjati

2.2 Il-kollaborazzjoni transfruntiera: is-sehem ta’ kuntratti mogħtija lil SMEs u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, bil-valur tal-kuntratti għal kollaborazzjoni transfruntiera

Indikatur 3    Prodotti tal-innovazzjoni

Imkejjel bi: L-għadd ta’ privattivi ġodda li joħorġu mill-proġetti ffinanzjati mill-Fond

Għan speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2)(b):

Indikatur 4    Żvilupp kollaborattiv tal-kapaċitajiet

Imkejjel bi: L-għadd u l-valur tal-proġetti ffinanzjati

Indikatur 5    Ħolqien tal-impjiegi/appoġġ:

Imkejjel bi: L-għadd ta’ impjegati fir-riċerka u fl-iżvilupp tad-difiża li jibbenifikaw mill-appoġġ

Top