Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0386

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi

    COM/2018/386 final - 2018/0211 (COD)

    Brussell,30.5.2018

    COM(2018) 386 final

    2018/0211(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi

    {SWD(2018) 294 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Fil-kuntest tat-tħejjija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, jeħtieġ li jitfassal programm biex jappoġġa l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE kif ukoll l-assistenza amministrattiva reċiproka bejn l-awtoritajiet doganali.

    Saret evalwazzjoni ex ante rigward l-programm il-ġdid, b’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-2016, fil-forma ta’ Dokument ta' Ħidma tal-Persunal.

    Din il-proposta tipprevedi data għall-applikazzjoni tal-1 ta’ Jannar 2021 u qed tiġi ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea (UE) u l-Euratom fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.

    Raġunijiet u għanijiet

    L-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-obbligu kondiviż tal-Istati Membri u tal-UE biex jipproteġu l-interessi finanzjarji ta’ din tal-aħħar. L-Artikolu 33 TFUE jipprevedi t-tisħiħ tal-kooperazzjoni doganali bejn l-Istati Membri u bejn dawn u l-Kummissjoni. L-implimentazzjoni tal-baġits pluriennali preċedenti tal-Unjoni kienet akkumpanjata minn sett ta’ miżuri li jakkumpanjaw lill-Istati Membri u lill-Unjoni in ġenerali fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u fl-appoġġ għall-assistenza amministrattiva reċiproka u għall-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ dwana u ta’ agrikoltura. Dawn il-miżuri jinkludu (i) il-programm ta’ nfiq Hercule III 1 li jappoġġa l-attivitajiet kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività oħra illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, (ii) is-Sistema ta’ Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (Anti-Fraud Information System - AFIS) li hija attività operazzjonali li tikkonsisti essenzjalment f'sett doganali ta’ applikazzjonijiet tal-IT operati fis-sistema ta’ informazzjoni komuni ġestita mill-Kummissjoni, imwaqqfa biex twettaq il-kompiti fdati lill-Kummissjoni mir-Regolament 515/97 2 , u (iii) is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (Irregularity Management System - IMS) li hija għodda ta’ komunikazzjoni elettronika sigura li tiffaċilita l-obbligu tal-Istati Membri li jirrapportaw l-irregolaritajiet li jsibu, inkluża l-frodi, u li tappoġġa l-ġestjoni u l-analiżi tagħhom Minkejja li huwa diffiċli li wieħed jikkwantifika l-impatt finanzjarju tagħhom, huma kkontribwixxew biex ammonti kbar ta’ flus jidħlu lura fil-baġit tal-UE. Pereżempju, il-programm Hercule ffinanzja l-iżvilupp tal-Għodda Awtomatizzata ta’ Monitoraġġ (Automated Monitoring Tool - AMT), għodda tal-IT li tidentifika anomaliji fil-flussi kummerċjali. Din l-għodda ntużat f’diversi operazzjonijiet doganali u kienet strumentali biex jiġu identifikati skemi frawdolenti kbar ta’ sottovalutazzjoni tal-merkanzija fl-importazzjoni ta’ tessuti u xedd is-saqajn minn pajjiżi terzi.

    L-esperjenza fil-passat turi li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea huma affettwati kemm mill-frodi kif ukoll mill-irregolaritajiet. Kull sena, ir-Rapport Annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE 3 juri li l-livell ta’ dawn l-irregolaritajiet, inkluża l-frodi, għalkemm ivarja, jeħtieġ azzjoni min-naħa tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (QFP) se jkun implimentat fuq sfond ta’ bidliet sinifikanti fil-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari bl-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF) 4 .

    Minn perspettiva ta’ implimentazzjoni tal-baġit, l-IMS mhuwiex programm ta’ finanzjament iżda attività operazzjonali. Il-Kummissjoni għandha l-kompitu tal-attività tal-IMS permezz ta’ leġiżlazzjoni settorjali. Is-sistema tal-IMS jeħtieġ li tinżamm u tiġi żviluppata b’mod adegwat sabiex tippermetti li l-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom u biex il-Kummissjoni jkollha d-data meħtieġa sabiex tanalizza l-kisbiet ewlenin fid-detezzjoni u r-rapportar tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi, b’rabta mal-baġit tal-Unjoni fl-oqsma tal-ġestjoni kondiviża u ta’ qabel l-adeżjoni.

    Bħall-IMS, l-AFIS hija, minn perspettiva ta’ implimentazzjoni tal-baġit, attività operazzjonali.  Il-gruppi kriminali qed isiru partikolarment dejjem aktar sofistikati u bi sfidi ġodda li qed jinħolqu fil-ġlieda kontra l-frodi, inkluż b’konnessjoni mal-iżviluppi teknoloġiċi, il-ħtieġa għal assistenza amministrattiva reċiproka bejn l-awtoritajiet doganali u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni għadha b’saħħitha.

    It-twaqqif ta’ Programm tal-UE Kontra l-Frodi ġeneralment se jirreplika l-programm Hercule III, b’xi titjib bħall-possibbiltà li jiffinanzja inizjattivi ġodda (pereż. dwar l-analiżi tad-data), u jikkombinah mal-bażi ta’ finanzjament għall-AFIS u għall-IMS. Huwa se jieħu wkoll vantaġġ mill-possibbiltajiet li nħolqu permezz tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi se jiggarantixxi l-kontinwità tas-sostenn tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni biex jiddefendu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u b’appoġġ għall-assistenza amministrattiva reċiproka bejn l-Istati Membri u għall-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni f’materji doganali u agrikoli.

    Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi se jsaħħaħ u jissimplifika wkoll is-sostenn li tagħti bħalissa l-Unjoni għall-isforzi biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għal assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali, kif ukoll se jisfrutta s-sinerġiji u joħloq flessibbiltà bejn id-diversi azzjonijiet li jeżistu bħalissa.

    Il-Programm se jkollu żewġ għanijiet ġenerali:

    (1)Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

    (2)Sostenn għall-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun iggarantita l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli.

    Minn dawn l-għanijiet ġenerali, joħorġu direttament l-għanijiet speċifiċi tal-Programm, li se jkunu tlieta:

    (1)Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    (2)L-appoġġ għar-rapportar tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi, fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża u tal-fondi ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni.

    (3)Il-forniment ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u għas-sostenn ta’ attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika

    Bosta atti legali fil-livell tal-Unjoni jindirizzaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari: Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 5 li jistabbilixxi regoli dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka f’materji doganali u agrikoli u aktar reċenti, ir-Regolament 1939/2017 6 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) u d-Direttiva PIF. Il-leġiżlazzjoni settorjali tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi se jipprovdi assistenza lill-Istati Membri u lill-korpi rilevanti tal-Unjoni sabiex jgħinhom jipproteġu aħjar l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jeħtieġ li dan jappoġġa lill-istrumenti ta’ politika msemmija hawn fuq.

    Fil-qasam tad-dwana, il-komponent AFIS tal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi se jkompli jkopri l-attivitajiet fil-kompitu tal-Kummissjoni permezz tar-Regolament 515/97. Fl-aħħar nett, il-komponent tal-IMS se jkopri l-attivitajiet fdati lill-Kummissjoni permezz tal-leġiżlazzjonijiet settorjali.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Skont il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid se jitwaqqaf strument ġdid għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali biex isostni unjoni doganali li tiffunzjona tajjeb, inkluż billi jinxtara tagħmir ta’ kontroll għall-awtoritajiet doganali. Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi u l-programm għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali se jkunu kumplimentari, billi kull wieħed se jkun jiffoka fuq tipi differenti ta’ sostenn doganali: il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi se jagħti sostenn, fost l-oħrajn, lix-xiri ta’ tagħmir inkluż tagħmir żgħir doganali għall-awtoritajiet doganali u dawk mhux doganali, fejn ikun speċifikament immirat għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li l-programm il-ġdid għat-tagħmir doganali huwa pjuttost immirat għall-finanzjament tal-akkwista ta’ apparat doganali akbar sabiex titjieb l-uniformità fil-prestazzjoni tal-kontrolli doganali madwar l-Istati Membri.

    Pereżempju, dan it-tip ta’ tagħmir li ġej jista’ jkun fil-kompetenza tal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi mingħajr ma jkun hemm duplikazzjoni mal-istrument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali: tagħmir diġitali għall-forensika, tagħmir tas-sorveljanza, tagħmir għall-intelligence, tagħmir għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti, bħal klieb tat-tfittxija. Barra minn hekk, b’differenza mit-Tagħmir tal-Kontroll Doganali, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi se jagħti appoġġ lil awtoritajiet mhux doganali, bħall-awtoritajiet tat-taxxa, l-awtoritajiet ġudizzjarji, l-ispettorati tal-pulizija u l-pulizija tal-fruntieri, il-ministeri, diversi korpi investigattivi, korpi kontra l-korruzzjoni eċċ.

    Politiki oħra tal-Unjoni f’oqsma bħall-Ġustizzja, id-Dwana u l-Affarijiet Interni kif ukoll il-programmi relevanti tagħhom se jittrattaw sfidi speċifiċi f’dawk l-oqsma, li se jkunu kontigwi mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Mhux mistenni li jkun hemm duplikazzjoni bejn dawn il-programmi u l-Programm tal-UE Kontra l-Frodi. Fil-kuntest tat-tħejjija tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali se tiġi esplorata l-possibbiltà li tiġi evitata d-duplikazzjoni u li jinstabu sinerġiji bejn il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi u programmi oħra relevanti f’oqsma bħall-Ġustizzja, id-Dwana, u l-Affarijiet Interni.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-bażi ġuridika tal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi se jikkombina l-Artikolu 325 TFUE, li jiddeskrivi l-obbligi kondiviżi tal-Istati Membri u tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u l-Artikolu 33 TFUE dwar il-kooperazzjoni doganali billi r-Regolament 515/97, li jipprevedi l-aspetti operazzjonali ffinanzjati mill-komponent AFIS tal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi, huwa bbażat fuq l-Artikolu 33 TFUE (flimkien mal-Artikolu 325 TFUE) 7 .

    Sussidjarjetà

    L-irregolaritajiet fil-baġit tal-Unjoni, inkluża l-frodi, huma b’definizzjoni, fenomenu mifrux mal-Unjoni kollha li mhuwiex limitat għal xi Stat Membru. Dan huwa partikolarment evidenti fejn il-frodi għandha dimensjoni transfruntiera min-naħa tal-infiq jew, min-naħa tad-dħul, pereżempju f’każijiet ta’ sottovalutazzjoni ta’ oġġetti importati biex jiġu evitati d-dazji doganali u b’hekk taffettwa direttament ir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-Unjoni.

    Għal dak li jirrigwarda l-komponent Hercule tal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi, l-intervent fil-livell tal-UE fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa ġġustifikat f’termini ta’ sussidjarjetà fejn huwa jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri jew bejn l-Istati Membri nfushom, mingħajr ma jimponi fuq ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri (pereżempju, biex ifasslu u jimplimentaw is-sistemi speċifiċi tagħhom stess kontra l-frodi). L-appoġġ li se jingħata f’din l-inizjattiva se jsaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera.

    Il-valur miżjud tal-Unjoni tal-AFIS jirriżulta mid-dimensjoni ta’ koordinazzjoni tiegħu, speċjalment f’termini ta’ ġbir u aċċess għad-data li ma jkunx jista’ jinkiseb fil-livell nazzjonali, u billi tiġi ffaċilitata l-prestazzjoni tajba tal-missjonijiet tal-awtoritajiet doganali nazzjonali u l-assistenza reċiproka tagħhom kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

    L-IMS hija l-unika bażi tad-data fil-livell tal-Unjoni li tikkonsolida l-informazzjoni rrapportata dwar l-irregolaritajiet, inkluża l-frodi, fil-fondi tal-ġestjoni kondiviża u ta’ qabel l-adeżjoni, skont kull qasam ta’ azzjoni tal-Unjoni u kull Stat Membru. Din tippermetti diversi tipi ta’ analiżijiet u tgħin fl-iżvilupp ta’ politika tal-Unjoni kontra l-frodi bbażata fuq l-evidenza. Il-valur miżjud ta’ stampa kompleta tal-Unjoni huwa li dan jippermetti li jiġu identifikati riskji u mudelli komuni, li jiġu definiti u implimentati approċċi komuni kontra l-frodi, fid-dawl tal-protezzjoni effettiva u ekwivalenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    Barra minn hekk, l-attivitajiet fil-komponenti tal-AFIS u tal-IMS tal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi jsiru fil-livell tal-Unjoni kif previst fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni skont il-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni, li huma stess huma konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

    Proporzjonalità

    Il-komponent Hercule tal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi jipprovdi lill-Istati Membri b’assistenza mmirata biex jirrispettaw l-obbligu tagħhom li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Huwa limitat għal dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet proposti, u għaldaqstant jikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

    Il-komponenti AFIS u IMS tal-Programm ikopru biss l-obbligi finanzjarji imposti fuq il-Kummissjoni minn leġiżlazzjoni sekondarja, u ma jmissux mal-aspetti operazzjonali tal-AFIS u tal-IMS. Bħala tali, huma jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

    L-għażla tal-istrument

    Il-bażi ġuridika għall-programm preċedenti Hercule (ir-Regolament 250/2014), se tiskadi fl-aħħar tal-2020. Għaldaqstant, se jkun meħtieġ li jiġi stabbilit Programm tal-UE Kontra l-Frodi f’regolament ġdid biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ tal-Unjoni lill-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bil-għan li tingħata assistenza fil-ġlieda kontra l-frodi. L-adozzjoni tal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi toffri opportunità biex il-komponent Hercule jingħaqad mal-bażi ta’ finanzjament tal-AFIS u tal-IMS, għal finijiet ta’ simplifikazzjoni u biex jinstabu sinerġiji operazzjonali, amministrattivi u baġitarji

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet retrospettivi / kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Hercule ġie evalwat darbtejn f’dawn l-aħħar snin. Ir-rapport ex post tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-programm Hercule II (2007-2013) ġie adottat u mibgħut lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’Mejju 2015 8 . Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Kummissjoni dwar Hercule III (li beda fl-1 ta’ Jannar 2014 sa Ġunju 2017, l-ewwel nofs tal-perjodu ta’ seba’ snin li matulhom idum il-programm) ġie adottat u mibgħut fil-bidu ta’ Jannar 2018 9 . Din l-evalwazzjoni kkonstatat li l-programm Hercule III kien fil-parti l-kbira ssodisfa l-missjoni tiegħu li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Programm għalhekk ġie meqjus effettiv. Wera li hu rilevanti bil-possibbiltà li tiġi kkunsidrata l-estensjoni tal-għanijiet operazzjonali tiegħu, filwaqt li kien hemm fis-seħħ il-mekkaniżmi neċessarji biex jiżguraw il-koerenza tiegħu. Ġie ppruvat ukoll li l-Programm huwa ġeneralment effiċjenti. Matul l-evalwazzjoni ġie suġġerit li kien hemm spazju għal titjib sabiex jittaffa l-piż li jiġġeneraw il-proċessi tal-applikazzjoni u rappurtar. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni bdiet tuża’ sistema ta’ ġestjoni elettronika biex jintbagħtu, jiġu pproċessati u ġestiti l-applikazzjonijiet għal sovvenzjoni skont il-programm. Hemm valur miżjud ċar li programm bħal dan ikun fil-livell tal-Unjoni, u l-attivitajiet tiegħu nstab li kienu sostenibbli.

    F'dak li jirrigwarda l-AFIS u l-IMS, billi dawn mhumiex programmi finanzjarji, mhumiex soġġetti għaċ-ċikli ta’ evalwazzjoni korrispondenti. Madankollu, hemm indikaturi li jistgħu jitqiesu sabiex tiġi evalwata l-prestazzjoni tagħhom dwar l-attivitajiet operazzjonali relatati 10 . Barra minn hekk, l-AFIS huwa soġġett għal rapporti ta’ kontroll regolari li jsiru mill-Kummissjoni. L-aktar riċenti fosthom jindikaw li aktar minn 80 % tal-utenti tal-Istati Membri huma sodisfatti bil-funzjonalità u l-prestazzjoni tad-diversi applikazzjonijiet tal-AFIS, kif ukoll bit-taħriġ ipprovdut dwar l-AFIS.

    Fir-rapport speċjali tagħha 19/2017 dwar il-proċeduri tal-importazzjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) kkonkludiet li applikazzjonijiet speċifiċi tal-AFIS huma għodod effettivi biex jiġu identifikati każi potenzjali ta’ frodi relatati mad-deskrizzjoni żbaljata tal-oriġini u mas-sottovalutazzjoni / sottofatturazzjoni. Jistgħu jipprovdu wkoll għodod utli biex jiġi kkalkulat id-daqs tad-distakk doganali 11 . Fl-istess rapport speċjali, il-QEA tiddikjara wkoll li l-għodod u l-programmi tal-Unjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni doganali u biex tiżdied il-kooperazzjoni għadhom ma laħqux il-potenzjal sħiħ tagħhom. Ir-rapport speċjali kkonkluda wkoll li xi sistemi ta’ informazzjoni doganali tal-AFIS ma jintużawx biżżejjed. Ir-Rapporti Speċjali Nru 10/2015 u Nru 24/2016 tal-QEA għamlu rakkomandazzjonijiet rigward l-IMS

    Għal aktar dettalji dwar l-evalwazzjonijiet retrospettivi tal-programmi attwali ikkonsulta t-Taqsima 1.2 tal-evalwazzjoni ex ante li takkumpanja l-proposta leġiżlattiva.

    Konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati

    Fit-13 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni organizzat sessjoni ta' ħidma ta’ ġurnata mal-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri (fil-maġġoranza rappreżentanti tas-servizzi ta' koordinazzjoni kontra l-frodi u tal-amministrazzjonijiet doganali), bil-għan li jiġu diskussi l-opzjonijiet għall-attivitajiet tal-programm futur. Il-konsultazzjoni kkonfermat il-ħtieġa li jkun hemm appoġġ kontinwu fil-forma ta’ programm tal-Unjoni kontra l-frodi. L-Anness 2 għall-evalwazzjoni ex ante jiġbor fil-qosor il-kostatazzjonijiet ta’ din il-konsultazzjoni mmirata mal-partijiet ikkonċernati.

    Il-Kummissjoni għamlet ukoll konsultazzjoni pubblika miftuħa għat-tħejjija tal-leġiżlazzjonijiet settorjali futuri li se jakkumpanjaw il-proposta għall-QFP ta’ wara l-2020. Ftit biss mill-kontribuzzjonijiet li ngħataw kienu jirrigwardaw aspetti relatati mal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi.

    Kompetenza esterna

    Intuża kuntrattur estern biex jevalwa l-prestazzjoni ta’ Hercule III, kif meħtieġa mir-Regolament 250/2014. L-istudju indipendenti 12 li għamel il-kuntrattur ipprovda evalwazzjoni dettaljata ta’ nofs it-terminu ta’ Hercule III u spjega ċerti ideat ta’ għanijiet u attivitajiet possibbli biex il-programm jagħmel progress, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kooperazzjoni transfruntiera fost l-Istati Membri, il-kooperazzjoni ma’ sħab mhux fl-Unjoni, kif ukoll l-indirizzar tal-isfidi ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda. L-istudju sab wkoll li kienu biss ftit l-azzjonijiet li kienu jinvolvu skambju ta’ persunal bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u ftit azzjonijiet biss kienu jinvolvu parteċipazzjoni internazzjonali.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Billi l-Programm tal-UE Kontra l-Frodi huwa kontinwazzjoni, b’xi aġġustamenti, tal-inizjattivi eżistenti (Hercule, AFIS u IMS), u minħabba l-istruttura u l-ammont limitat tal-baġit tiegħu, tqies li ma kinitx meħtieġa Valutazzjoni tal-Impatt. Minflok qed tiġi pprovduta evalwazzjoni ex ante skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Finanzjarju 2016 fil-forma ta’ Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.

    Simplifikazzjoni

    Il-programm Hercule III, l-attività operazzjonali AFIS u s-sistema ta’ rapportar IMS kollha jagħtu kontribut siewi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u għall-assistenza amministrattiva reċiproka fil-qasam tad-dwana. Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi se jiġbor il-finanzjament ta’ dawn it-tliet strumenti taħt programm wieħed bil-vantaġġ li, minn naħa, kull wieħed minnhom se jkompli jipprovdi s-servizz speċjalizzat li ġie maħluq għalih, u min-naħa l-oħra, se jidħlu fis-seħħ il-kundizzjonijiet għas-simplifikazzjoni u l-ħolqien ta’ sinerġiji, kif ukoll dawk biex jittaffa l-piż amministrattiv u s-simplifikazzjoni tal-ġestjoni.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm tal-UE Kontra l-Frodi jammonta għal EUR 181 207 000 fi prezzijiet kurrenti, għall-perjodu 2021-2027.

    L-allokazzjoni dettaljata għal kull sena, inklużi l-approprjazzjonijiet ta' pagament u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa, huma ppreżentati fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja din il-proposta.

    5.ELEMENTI OĦRAJN

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar

    L-abbozz tar-regolament li jistabbilixxi l-Programm tal-UE Kontra l-Frodi jipprevedi t-tliet indikaturi ewlenin li ġejjin relatati mal-għanijiet speċifiċi tal-programm:

    (1)L-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif imkejla permezz ta:

    ·Ir-rata ta’ sodisfazzjon bl-attivitajiet organizzati u (ko)finanzjati permezz tal-programm.

    ·Il-perċentwal ta’ Stati Membri li jirċievu appoġġ kull sena tal-programm.

    (2)Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-utenti rigward l-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.

    (3)L-ammont ta’ informazzjoni ta’ assistenza reċiproka magħmula disponibbli u l-għadd ta’ attivitajiet relatati mal-assistenza reċiproka appoġġati.

    B’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 13 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u tal-politika eżistenti jeħtieġ li jipprovdu l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt tal-opzjonijiet biex tittieħed azzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni interim u waħda finali. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-impatt tal-Programm fuq il-bażi tal-indikaturi u l-miri tal-Programm u analiżi dettaljata tal-punt safejn il-Programm jista’ jitqies relevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħrajn tal-UE. L-evalwazzjonijiet se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex jiġu identifikati kwistjonijiet jew potenzjali biex l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom ikomplu jitjiebu. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-kummenti se jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Il-Kapitolu I tar-Regolament jistipula parametri bażiċi għall-Programm tal-UE Kontra l-Frodi għall-perjodu 2021-2027 tal-QFP li jmiss, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm u l-pakkett finanzjarju tiegħu, imqassam skont it-tliet komponenti tiegħu (Hercule, AFIS u IMS). Il-Kapitolu I jipprevedi wkoll il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-programm. Rigward l-implimentazzjoni tal-programm, il-Kapitolu I jirreferi l-aktar għar-Regolament Finanzjarju. Rigward l-ispejjez koperti mill-AFIS l-Anness tar-Regolament jipprovdi lista indikattiva tal-ispejjeż koperti mill-programm.

    Il-Kapitolu II jipprevedi dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-programm permezz ta’ sovvenzjonijiet, u b’mod partikolari dwar dawk li jistgħu jibbenefikaw mis-sovvenzjonijiet. Dawn jinkludu awtoritajiet li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet tal-programm, minn kwalunkwe pajjiż minn dawn li ġejjin: Stat Membru jew pajjiż mhux tal-UE jew territorju marbut miegħu, pajjiż terz assoċjat mal-Programm, jew pajjiż terz elenkat fi programm ta’ ħidma.

    Il-Kapitolu III jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-aspetti ta’ programmar, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programm. B’mod speċifiku, huwa jiddeskrivi l-indikaturi u l-metodi ta’ rapportar implimentati, u jistabbilixxi l-proċedura ta’ evalwazzjoni interim. Huwa jistabbilixxi wkoll is-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati għal finijiet definiti fil-qosor.

    Il-Kapitolu IV jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni u dawk finali, u jipprevedi t-tħassir tar-regolament Hercule III kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta’ finanzjament tal-AFIS fir-Regolament 515/97.

    2018/0211 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 325 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ( 14 ),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)L-Artikolu 325 Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri jikkumbattu l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-attivitajiet f'dawn l-oqsma.

    (2)Appoġġ li ngħata fil-passat għal tali attivitajiet permezz tad-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 (il-programm Hercule), emedata u estiża bid-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 (il-programm Hercule II), imħassra u sostitwita bir-Regolament Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 (il-programm Hercule III), għamilha possibbli li l-attivitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri jissaħħu f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li għandha impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    (3)L-appoġġ għar-rappurtar, mill-Istati Membri u mill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, tal-irregolaritajiet u l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (Irregularity Management System, IMS) hija rekwiżit tal-leġiżlazzjoni settorjali għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 18 , il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 19 , il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet 20 , il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn 21 kif ukoll l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni 22 rigward il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u ’l quddiem. L-IMS hija għodda elettronika sigura ta’ komunikazzjoni li tiffaċilita l-obbligu tal-Istati Membri, kif ukoll tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jirrappurtaw l-irregolaritajiet li jiskopru u li tappoġġa l-ġestjoni u l-analiżi tal-irregolaritajiet.

    (4)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 23 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI 24 jipprevedu li l-Unjoni għandha tagħti appoġġ lill-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikolu.

    (5)Dan l-appoġġ jingħata lil għadd ta’ attivitajiet operazzjonali. Dan jinkludi s-Sistema ta’ Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (Anti-Fraud Information System, AFIS), pjattaforma tat-teknoloġija tal-informazzjoni li tikkonsisti f’sett ta’ applikazzjonijiet imħaddma f’sistema komuni ta’ informazzjoni ġestita mill-Kummissjoni. L-IMS hija mħaddma anki fil-pjattaforma tal-AFIS. Sistema bħal din teħtieġ finanzjament stabbli u prevedibbli matul is-snin biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħha.

    (6)L-appoġġ tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta’ rappurtar ta’ irregolaritajiet, u ta’ assistenza u kooperazzjoni amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli jeħtieġ li jiġu integrati fi programm wieħed, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-“Programm”), bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u l-flessibbiltà baġitarja, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni.

    (7)Il-Programm għalhekk jikkombina komponent fuq il-linji tal-programm Hercule, komponent ieħor li jiżgura l-finanzjament ta’ IMS, u t-tielet komponenti li jiffinanzja attivitajiet fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluża l-pjattaforma AFIS.

    (8)Il-pjattaforma tal-AFIS tinkludi ħafna sistemi ta’ informazzjoni, inkluża s-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (SID) Is-SID hija sistema ta' informazzjoni awtomatizzata li għandha l-għan li tassisti lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jkunu qed jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola, billi żżid, permezz ta' disseminazzjoni rapida ta' informazzjoni, l-effettività tal-kooperazzjoni u tal-proċeduri ta' kontroll tal-amministrazzjonijiet doganali tagħhom. Is-SID tkopri każijiet kemm amministrattivi kif ukoll tal-pulizija f’infrastruttura unika. Għal skopijiet ta’ koperazzjoni amministrattiva, is-SID hija stabbilita permezz tar-Regolament 515/97, adottat fuq il-bażi tal-Artikoli 33 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għal finijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija, is-SID hija stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI, adottata fuq il-bażi tal-Artikoli 30(1) (a) u 34(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Id-dimensjoni ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li l-SID tista’ teknikament ma tkunx ddiżassoċjata minn dik amministrattiva billi ż-żewġ aspetti huma mħaddma taħt sistema waħda ta’ teknoloġija tal-informazzjoni. Meta wieħed iqis li l-SID nnifisha hija biss waħda minn diversi sistemi tal-informazzjoni operati fl-AFIS u li l-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija huwa inqas mill-għadd tal-każi ta’ kooperazzjoni amministrattiva fis-SID, id-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-pulizija ta’ AFIS hija meqjusa bħala aċċessorju għal dak amministrattiv tagħha.

    (9)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal durata sħiħa tal-Programm, li se jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens ta’ [reference to be updated as appropriate according to the new inter-institutional agreement: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 25 ], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

    (10)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ sovvenzjonijiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ defiċjenzi ġeneralizzati f’dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett tal-Istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv.

    (11)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jeħtieġ li jintgħażlu skont kemm jistgħu jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mistenni. Dan jenħtieġ li jkun jinkludi li jitqies l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    (12)Sabiex tkun żgurata l-kontinwità, skont il-Programm, fil-finanzjament ta’ l-attivitajiet kollha fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluż tal-pjattaforma AFIS, l-Anness I jipprovdi lista indikattiva ta’ attivitajiet li jridu jiġu ffinanzjati.

    (13)Ix-xiri ta’ tagħmir permezz ta’ strument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju rigward tagħmir ta’ kontroll doganali 26 jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Hemm responsabbiltà konġunta dwar l-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta’ kontroll doganali u l-Programm biex tiġi evitata kull duplikazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm essenzjalment jiffoka fuq li jingħata sostenn lill-akkwist ta’ tipi ta’ tagħmir li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta’ kontroll fid-dwana, jew tagħmir li għalihom il-benefiċjarji huma l-awtoritajiet li mhumiex l-awtoritajiet immiraw mill-Unjoni l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta’ kontroll fid-dwana. Fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma annwali jenħtieġ li jiġi li jiġu partikolarment evitat li jkun hemm trikkib.

    (14)Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association - EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Jenħtieġ li jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili. Jenħtieġ li l-Programm ikun ukoll miftuħ għal pajjiżi terzi oħra sakemm dawn jidħlu fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni.

    (15)Filwaqt li jitqiesu l-evalwazzjonijiet tal-programmi Hercule preċedenti u sabiex jissaħħaħ il-Programm, jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li ma jkunx assoċjat ma’ dan il-Programm tkun eċċezzjonalment possibbli mingħajr il-ħtieġa li dawk l-entitajiet iħallsu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

    (16)Jenħtieġ li l-Programm jiġi implimentat filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri elenkati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2013 bit-titlu “L-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u forom oħra ta’ kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk - Strateġija komprensiva tal-UE” 27 , kif ukoll ir-rapport ta’ progress tat-12 ta’ Mejju 2017 dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni 28 .

    (17)L-Unjoni rratifikat il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (il-Protokoll) fl-2016. Jenħtieġ li l-Protokoll iservi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni sa fejn jirrigwarda l-ġlieda transfruntiera kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk, li jikkawża telf fid-dħul. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk fil-funzjonijiet tiegħu relatati ma’ dan il-Protokoll. Jenħtieġ ukoll jappoġġa attivitajiet oħra organizzati mis-Segretarjat b’konnessjoni mal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk.

    (18)B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 30 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 31 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 32 , jeħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 . B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera kompletament fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

    (19)Pajjiżi terzi li huma membri taż-ŻEE jistgħu jieħdu sehem fi programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ programmi minn deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF kif ukoll il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    (20)

    (21)Skont [reference to be updated as appropriate according to a new decision on OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE 34 ], persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

    (22)Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta’ April 2016 35 , hemm bżonn li dan il-programm jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi miżurabbli, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

    (23)Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Programm. Hu partikolarment importanti li matul ix-xogħol preparatorju tagħha, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

    (24)L-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jipprevedi l-bażi ġuridika għall-finanzjament tal-AFIS. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jissostitwixxi din il-bażi ġuridika u jipprevedi oħra ġdida. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jitħassar.

    (25)Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 li jistabbilixxi l-programm Hercule III kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal 31 ta’ Diċembru 2020. Dan ir-regolament jipprevedi segwitu għall-programm Hercule III, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2021. Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 jenħtieġ li jitħassar.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-“Programm”).

    Huwa jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli biex jingħata ’ dan it-tip ta’ finanzjament.

    Artikolu 2

    Għanijiet tal-programm

    1.Il-Programm għandu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

    (a)il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    (b)is-sostenn għall-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun iggarantita l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli.

    2.Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

    (a)il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    (b)l-appoġġ għar-rapportar tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi, fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża u tal-fondi ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni.

    (c)il-forniment ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-appoġġ ta’ attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli.

    Artikolu 3

    Baġit

    1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR 181.207 miljun fi prezzijiet kurrenti.

    2.It-tqassim indikattiv tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun:

    (a)EUR 114.207 miljun għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a);

    (b)EUR 7 miljun għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(b);

    (c)EUR 60 miljun għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(c).

    3.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

    Artikolu 4

    Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

    Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

    (a)Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

    (b)pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

    (c)pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

    (d)pajjiżi terzi oħra, b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz għal kull programm tal-Unjoni, sakemm il-ftehim

    (a)jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji ta’ pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

    (b)jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;

    (c)ma jagħtix lill-pajjiż terz is-setgħa li jiddeċiedi dwar il-programmi;

    (d)jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja tajba u jkunu protetti l-interessi finanzjarji tagħha.

    Artikolu 5

    Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-Unjoni

    1.Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

    2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament f’kull waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari sovvenzjonijiet u akkwist, kif ukoll ir-rimborż ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza kif previst mill-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju.

    3.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament għal azzjonijiet imwettqa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari biex ikopri t-tipi ta’ spejjeż li hemm referenza għalihom fil-lista indikattiva fl-Anness I.

    4.Jekk l-azzjoni appoġġata tinvolvi l-akkwist ta’ tagħmir, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza u l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ ta’ Programmi tal-Unjoni.

    Artikolu 6

    Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    Jekk pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew permezz ta’ xi strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ biex l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, previsti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.

    KAPITOLU II

    SOVVENZJONIJIET

    Artikolu 7

    Sovvenzjonijiet li huma fil-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju. 

    Artikolu 8

    Azzjonijiet eliġibbli

    Huma biss l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

    Artikolu 9

    Entitajiet eliġibbli

    1.Il-kriterji tal-eliġġibiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.

    2.Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

    (a)l-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 u li huma stabbiliti f’xi wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    (a)Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

    (b)pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

    (c)pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3.

    (b)l-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2, sakemm ikunu ġew stabbiliti u jkunu ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm, jew pajjiż terz elenkat fi programm ta’ ħidma bil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3.

    (c)kull entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kull organizzazzjoni internazzjonali.

    3.L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

    4.L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-programm, fil-prinċipju għandu jħallas l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

    KAPITOLU III

    PROGRAMMAR, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    Artikolu 10

    Programm ta’ Ħidma

    Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 11

    Monitoraġġ u rapportar

    1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jinkisbu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.

    2.Biex tkun garantita valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati, li b’konformità mal-Artikolu 14 temenda l-Anness II, li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn tqis meħtieġ u li tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

    3.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta’ monitoraġġ tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati u,fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.

    Artikolu 12

    Evalwazzjoni

    1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha ssir ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-programm.

    3.Fl-aħħar tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara li jkun intemm il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Programm.

    4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha dwarhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    Artikolu 13

    Delega tas-setgħa

    Il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 14 sabiex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni kif previst fl-Artikolu 11. 

    Artikolu 14

    Eżerċizzju tad-delega

    1.Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

    2.Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta atti delegati msemmijin fl-Artikolu 13 sal-31 ta’ Diċembru 2028.

    3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. hija tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

    4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

    5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

    Artikolu 15

    Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

    1.Il-benefiċjarji ta’ finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiggarantixxu l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (partikolarment meta jkunu qed jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata li hija koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku in ġenerali. Ma għandhomx ikunu meħtieġa r-rikonoxximent tal-oriġini, u l-iżgurar tal-viżibbiltà, tal-finanzjament tal-Unjoni fejn ikun hemm riskju li tiġi kompromessa l-prestazzjoni effettiva ta’ attivitajiet operazzjonali kontra l-frodi u doganali.

    2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni rigward il-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, safejn dawn ikunu jirrigwardaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2.

    Artikolu 16

    Emenda tar-Regolament (KE) Nru 515/97

    Fl-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97, jitħassru l-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 17

    Tħassir

    3.Ir-Regolament Nru 250/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Artikolu 18

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament 250/2014 u skont l-Artikolu 42a tar-Regolament Nru 515/97, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

    2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati bir-Regolament 250/2014 u bl-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97.

    Artikolu 19

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta / inizjattiva:

    1.2.Qasam (oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

    1.3.Natura tal-proposta / inizjattiva

    1.4.Raġunijiet għall-proposta / inizjattiva

    1.5.Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

    1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

    3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.3.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta / inizjattiva:

    Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi

    1.2.Qasam (oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

    03 Suq Uniku

    03 03 Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi

    1.3.Il-proposta / l-inizjattiva hija relatata ma’:

     azzjoni ġdida 

    azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota / azzjoni preparatorja 36  

     l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra / azzjoni ġdida 

    1.4.Raġunijiet għall-proposta / inizjattiva

    1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    L-Artikolu 325 TFUE jeħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jikkumbattu l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 33 TFUE jipprevedi t-tisħiħ tal-kooperazzjoni doganali fost l-Istati Membri u bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, li hija f’aktar dettall fir-Regolament 515/97 dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka u implimentata fost l-oħrajn permezz tal-pjattaforma AFIS. L-obbligi ta’ rapportar lill-IMS huma previsti fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti. F’dan il-qafas, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi se jipprovdi lill-benefiċjarji b’sostenn li se jgħinhom jipproteġu aħjar l-interessi finanzjarji tal-UE biex ikun hemm assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.

    Il-programm se jkun implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali bejn l-2021 u l-2027.

    1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

    Il-frodi li taffettwa lill-interessi finanzjarji tal-UE hija fenomenu transfruntier, li jaffettwa lill-Istati Membri kollha tal-UE, kif turi l-istatistika ppubblikata fir-Rapporti annwali dwar il-ġlieda kontra l-frodi (“ir-Rapporti PIF”). Hemm bżonn li tittieħed azzjoni koordinata sabiex tiġi indirizzata l-frodi u wkoll sabiex tiġi ffaċilitata l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali. Hercule, l-AFIS u l-IMS huma għodod li ilhom jappoġġaw lill-Istati Membri u lill-Unjoni f'dan ir-rigward. Din il-proposta għandha l-għan li tissimplifika l-appoġġ finanzjarju għal dawn l-għodod, matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

    Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

    Il-programm huwa mistenni li jkompli jappoġġa lill-Istati Membri u lill-Unjoni fil-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE, billi jiffinanzja l-attivitajiet (assistenza teknika u taħriġ) li kieku ma jkunux disponibbli fil-livell nazzjonali, fl-Istati Membri kollha. Huwa se jipprovdi wkoll servizzi (l-AFIS u l-IMS) li jenħtieġ li jitwasslu b’mod ċentralizzat u orizzontali lill-Istati Membri kollha, biex jilħqu l-għanijiet tagħhom. Il-programm se jippermetti wkoll iffrankar, kif ġara bix-xiri ċentralizzat ta’ aċċess għal diversi bażijiet tad-data rilevanti.

    1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Hercule, l-AFIS, u l-IMS huma għodod stabbiliti tal-UE li jikkumbattu l-frodi u l-irregolaritajiet b’dannu għall-baġit tal-UE u li jappoġġaw l-assistenza amministrattiva reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni. huma kienu soġġetti għal evalwazzjonijiet regolari u stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-utenti, li ġeneralment ikkonfermaw il-valur miżjud ta’ kull waħda minnhom.

    Fil-każ ta’ Hercule, l-aktar eżerċizzju simili reċenti kien l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Hercule III, li kienet tinkludi wkoll evalwazzjoni indipendenti, li ġiet ippubblika f’Jannar 2018. L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-programm irriżulta li hu rilevanti, li kien hemm mekkaniżmi fis-seħħ biex jiżguraw il-koerenza tiegħu, u li kien effettiv u effiċjenti. L-evalwazzjoni kkonstatat ukoll li kien hemm valur miżjud ċar fi programm bħal dan fil-livell tal-Unjoni, u nstab li l-attivitajiet tiegħu kienu ġeneralment sostenibbli.

    Bħala attività operazzjonali, l-AFIS kienet soġġetta għal diversi stħarriġiet dwar is-sodisfazzjon tal-utenti, attivitajiet ta’ awditjar intern u evalwazzjoni mill-parteċipanti, fil-każ tal-JCOs. L-AFIS intlaqgħet tajjeb, bl-aħħar data disponibbli turi rata ta’ 80 % sodisfazzjon fost l-utenti bil-funzjonalità, il-prestazzjoni u l-attivitajiet ta’ taħriġ. Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonkludiet li l-informazzjoni dwar il-Messaġġi dwar l-Istatus tal-Kontejner u l-prezzijiet ġusti pprovduti mill-applikazzjonijiet tal-AFIS, id-Direttorju tal-MIK u l-Għodda ta’ Monitoraġġ Awtomatizzata huma għodod effettivi biex jiġu identifikati każijiet potenzjali ta’ frodi relatati mad-deskrizzjoni ħażina tal-oriġini u s-sottovalutazzjoni / sottofatturazzjoni.

    L-IMS hija analizzata f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, fil-Qafas tal-komponent “Rapportar u Analiżi” tal-Grupp ta’ Esperti COCOLAF.

    1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

    Hercule kien l-uniku programm tal-UE ddedikat esklussivament biex jappoġġa l-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. L-AFIS u l-IMS huma attivitajiet operazzjonali li jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-Istati Membri. L-evalwazzjonijiet ta’ Hercule urew li l-appoġġ ipprovdut permezz ta’ Hercule huwa uniku fil-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tiegħu.

    Għall-perjodu futur ta’ programmazzjoni pluriennali tal-Unjoni, se jiġi stabbilit strument ġdid ta’ appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta’ kontroll doganali biex jittratta sfidi rilevanti fil-qasam tal-kontrolli doganali billi jiġi appoġġat ix-xiri ta’ tagħmir ta’ kontroll għall-benefiċċju tal-awtoritajiet doganali. L-istrument il-ġdid se jkun kumplimentari għall-Programm tal-UE Kontra l-Frodi, li l-appoġġ għalih jew l-akkwist ta’ tagħmir se jkunu limitati f’termini ta’ volum, immirati lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, u għall-benefiċċju tal-awtoritajiet doganali u mhux doganali.


    1.5.Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

     durata limitata

       b’effett mill-01/01/2021 sal-31/12/2027

       Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027

       Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2030 għall-approprjazzjonijiet ta' pagament biss

      durata bla limitu

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn YYYY sa YYYY,

    segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 37  

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

    pajjiżi terzi jew il-korpi li nnominaw;

    organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom; Is-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (Framework Convention for Tobacco Control, FCTC);

    il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    il-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju.

    korpi regolati bil-liġi pubblika;

    korpi regolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    korpi regolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġu indikati aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    Il-Programm se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta. Madankollu, teżisti l-possibbiltà li tiġi implimentata azzjoni speċifika fil-kuntest ta’ ġestjoni indiretta b’konnessjoni mal-finanzjament tas-segretarjat tal-FCTC.

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-progress tal-programm huma ppreżentati fl-Aness II tal-abbozz tar-Regolament. Se jkunu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tas-sostenn finanzjarju, fil-kuntest tal-programmi ta' ħidma annwali.

    2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

    Il-Programm se jiġi implimentat mill-OLAF bil-metodu tal-ġestjoni diretta. Madankollu, teżisti l-possibbiltà li tiġi implimentata azzjoni speċifika fil-kuntest ta’ ġestjoni indiretta b’konnessjoni mal-finanzjament tas-segretarjat tal-FCTC.

    Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi ġeneralment se jirreplika l-Programm Hercule eżistenti, flimkien mal-AFIS u l-IMS. Il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-miżuri ta’ kontroll irriżultaw effiċjenti u proporzjonati. Dawn, għalhekk, se jitkomplew taħt il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-flessibbiltà introdotta mir-Regolament Finanzjarju, li għandu jiġi adottat fl-2018 (pereż. l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż ta’ unità).

    Iċ-ċirkwit finanzjarju li se jiġi applikat huwa mudell parzjalment deċentralizzat b’kontrapiż mit-taqsima tal-Baġit tal-OLAF għat-tranżazzjonijiet kollha ħlief għall-pagamenti tal-prefinanzjament fejn se jkunu segwiti l-modalitajiet ta’ ġestjoni ċentralizzata.

    Fl-OLAF, kull Kap ta' Unità u Direttur ingħata sottodelega mid-Direttur Ġenerali (Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni b’Delega) u għalhekk fit-termini tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni magħżul b’sottodelega (AOSD) jassumi responsabbiltà sħiħa għall-operazzjoni (jiġifieri finanzjarja u operazzjonali) tal-programm u - wara li jkun ivverifika li l-kompiti u l-kontrolli meħtieġa jkunu twettqu mit-taqsima tat-tnedija u tal-verifika – l-AOSD irid jiddeċiedi jekk jawtorizzax jew jirrifjutax l-operazzjoni.

    Partikolaritajiet tal-fajls tas-sovvenzjonijiet:

    - Is-sovvenzjonijiet se jkunu ġestiti b’mod elettroniku mit-tnedija tas-sejħa għal proposti sal-pagament finali permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-eGrants (sovvenzjonijiet elettroniċi) tal-Kummissjoni.

    - Is-sovvenzjonijiet se jieħdu l-forma ta’ waħda mill-forom simplifikati previsti mir-Regolament Finanzjarju, li se jiġi adottat fl-2018:

       somom f’daqqa;

       rata fissa;

       kostijiet unitarji.

    Forom issimplifikati ta’ sovvenzjonijiet jippermettu li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-OLAF responsabbli jiffukaw fuq l-implimentazzjoni adatta tal-azzjoni minflok fuq il-kostijiet attwali.

    - Il-ftehimiet standard tas-sovvenzjonijiet jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-finanzjament u għall-attivitajiet koperti mis-sovvenzjoni, inkluż kapitolu dwar il-metodi ta’ kontroll.

    - Skont diversi varjabbli (l-ammont tal-kuntratt, il-kumplessità tal-fajl) isiru kontrolli ex post fil-post mill-operaturi tal-fajls finanzjarji u operazzjonali. Waqt dawn il-kontrolli jiġu evalwati l-kwalità kif ukoll l-impatt finanzjarju tar-riżultati.

    - Il-modalitajiet tal-pagament jiġu applikati b’mod uniformi, fuq il-bażi ta’ prefinanzjament. Il-pagament tal-ammont tal-bilanċ isir fi żmien 60 jum mill-jum li fih jiġi ppreżentat ir-rapport finali.

    Partikolaritajiet għall-fajls tal-Akkwist tal-OLAF:

    - Se jiġu abbozzati termini ddettaljati ta’ referenza li huma l-bażi tal-kuntratt speċifiku. Huma pervisti miżuri kontra l-frodi fil-kuntratti kollha ffirmati bejn l-OLAF u l-parti esterna.

    - L-OLAF se jagħmel kontrolli tar-riżultati kollha u se jissorvelja l-operazzjonijiet u s-servizzi kollha mwettqa mill-kuntrattur qafas.

    - Il-parti l-kbira tal-kompiti matul il-proċess ta’ akkwist se jsiru b’mod elettroniku permezz tal-applikazzjonijiet differenti tal-akkwist elettroniku bħall-eTendering, eSubmission, eInvoice eċċ.

    Taqsira:

    L-esperjenza preċedenti bil-programmi Hercule I, II, III, kif ukoll bl-AFIS turi li l-modalitajiet ta’ pagament u l-metodi ta’ kontroll ħadmu tajjeb ħafna u ġiet żgurata l-konformità mar-Regolament Finanzjarju. 

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

    L-OLAF stabbilixxa proċessi ta’ kontroll intern sabiex jiżgura l-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li titqies in-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati.

    L-għan tal-kontroll huwa li jiġi żgurat li r-rata ta’ żball stmata ma taqbiżx it-2 % fis-sena.

    Fir-rigward tal-ftehimiet dwar is-sovvenzjonijiet il-livell ta’ riskju huwa kkunsidrat baxx peress li f’madwar 90 % tal-azzjonijiet il-benefiċjarji huma l-amministrazzjonijiet pubbliċi jew is-servizzi tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri.

    Il-livell ta’ riskju fil-każ ta’ kuntratti mogħtija wara li jsir proċess ta’ akkwist pubbliku għandu jiġi kkunsidrat baxx billi parti kbira mill-ispiża hija koperta legalment u finanzjarjament minn kuntratt ta’ qafas li ġie ffirmat għal sena bil-possibilità li jkun estiż tliet (3) darbiet. Dan l-approċċ, li jinkludi konferenzi, studji, possibbilment it-taħriġ fil-forensika diġitali, il-kuntratti qafas użati fil-kuntest tal-AFIS, u l-laqgħat u t-taħriġ fir-Regolament 515/97, se jkompli jintuża fil-futur.

    F’konformità mar-rekwiżiti tal-Kumissjoni, se jsir eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju kull sena.

    Sistemi ta' Kontroll Intern:

    L-unitajiet tal-operat huma responsabbli mill-verifiki operazzjonali. Fl-OLAF, il-fajls kollha jiġu vverifikati minn tal-anqas tliet persuni (żewġ aġenti finanzjarji u ieħor operazzjonali) qabel ma jiġu aċċettati u pproċessati mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni b’Sottodelega (Authorising Officer by Sub-Delegation, AOSD).

    Il-membri tal-persunal tal-OLAF innominati mill-uffiċjal awtorizzanti biex jivverifikaw l-operazzjonijiet finanzjarji jintgħażlu fuq il-bażi tal-għarfien, il-ħiliet u l-kwalifiki partikolari tagħhom kif muri minn diplomi jew minn esperjenza professjonali xierqa, jew inkella wara li jkunu segwew programm ta’ taħriġ xieraq. Dawn jibqa’ jkollhom taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu sabiex iżommu l-livell meħtieġ ta’ kompetenza maż-żmien.

    L-Aġenti ta’ Verifika Finanzjarja tat-Taqsima tal-Baġit tal-OLAF iwettqu kontrolli ex ante ta’ kull tranżazzjoni (fajls tas-sovvenzjonijiet u tal-akkwist) li teħtieġ l-approvazzjoni tal-AOSD. Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet jiġu kkontrollati fuq il-bażi ta’ listi ta’ kontroll waqt dawn il-kontrolli ex ante. Meta jiġu nnutati xi żbalji jew dgħufijiet, il-listi ta’ kontroll jiġu aġġornati sabiex ikopru r-riskju identifikat.

    Il-kontabbiltà tiġi vverifikata kull xahar mill-Korrispondent tal-Kontabbiltà ssorveljat mill-AOSD tat-Taqsima tal-Baġit.

    Barra minn hekk, kull sena l-OLAF jivvaluta l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern tiegħu, inklużi l-proċessi li jisru mill-korpi ta’ implimentazzjoni skont il-gwida applikabbli tal-Kummissjoni. Il-valutazzjoni tiddependi fuq għadd ta’ miżuri ta’ monitoraġġ u sorsi ta’ informazzjoni li jinkludu valutazzjoni tar-riskju tal-ġestjoni, il-monitoraġġ ta’ każijiet ta’ eċċezzjonijiet irrapportati, avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità u dgħufijiet fil-kontroll intern relatati mal-kostatazzjonijiet tal-awditjar.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)

    L-OLAF ivvaluta dawn il-kostijiet tal-kontrolli bħala adegwati minħabba l-pożizzjoni atipika tal-OLAF bħala l-Uffiċċju inkarigat mill-ġlieda kontra l-frodi li tirrikjedi ambjent ta’ kontroll b’saħħtu. L-għan tal-kontroll huwa li jiġi żgurat li r-rata ta’ żball stmata ma taqbiżx it-2 % fis-sena.

    Fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin l-aktar rilevanti dwar l-akkwist u r-riżultati tal-kontrolli, l-OLAF ivvaluta l-kosteffettività u l-effiċjenza tas-sistema ta’ kontroll u wasal għal konklużjoni pożittiva.

    Il-valutazzjoni ġeneralment tilħaq il-Livell 3 u f’xi każijiet il-Livell 4 meta tkun saret verifika fil-post.

    Għas-Sovvenzjonijiet

    L-ispiża totali tal-kontrolli relatati ma’ sovvenzjonijiet (jiġifieri inklużi l-ispejjeż relatati ma’ kontrolli finanzjarji ex ante u ex post) ġiet stmata fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2017 li hi 7,1 % tal-ammont totali tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati. Wara l-introduzzjoni ta’ formoli ssimplifikati fis-sejħiet għall-proposti tal-2019, huwa mistenni li l-ispiża tal-kontrolli tkompli tonqos għal 6,3 % tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati.

    Dawn il-kontrolli ma identifikaw ebda żball finanzjarju li seta’ kellu impatt negattiv fuq il-livell ta’ affidabbiltà. Dan ifisser li l-ġestjoni għandha livell ta’ affidabbiltà suffiċjenti biex jinkisbu l-għanijiet ta’ ġestjoni finanzjarja u ta’ kontroll intern.

    Għall-Akkwisti

    Il-kostijiet tal-kontrolli għall-proċeduri tal-akkwist ġew ivvalutati fir-Rapport Annwali tal-Attività għal 1,59 % tal-baġit allokat għall-akkwist.

    Huwa stmat li l-ispejjeż tal-kontrolli relatati mal-finanzjament possibbli tas-segretarjat tal-FCTC ikunu 1,4 %.

    Il-kontrolli ex post ma identifikaw ebda żball finanzjarju sinifikanti li seta’ kellu impatt negattiv fuq il-livell ta’ affidabbiltà.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

    L-interessi finanzjarji tal-Unjoni se jiġu protetti b’konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju, kif imsemmi fil-Premessa 17 u fl-Artikolu 6 ta’ din il-proposta.

    B’mod ġenerali, l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni diġà stabbiliti joffru livell ta’ affidabbiltà raġonevoli li r-riskji ta’ frodi huma ġestiti tajjeb u li l-possibbiltà hija miżmuma f’livell baxx. Minħabba l-valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi, l-ambjent ta’ kontroll, il-proċeduri stabbiliti u l-missjoni tal-OLAF, ġie deċiż li tingħata attenzjoni lill-għanijiet li ġejjin:

    1. Iż-żamma ta’ livell għoli ta’ kontroll għall-fondi ġestiti mill-OLAF

    Għalkemm l-OLAF għandu baġit żgħir għall-operat u tranżazzjonijiet finanzjarji limitati, il-missjoni tiegħu fil-ġlieda kontra l-frodi tirrikjedi li jmexxi bl-eżempju tiegħu. Għaldaqstant, l-OLAF jillimita r-riskju ta’ frodi billi jkollu ambjent ta’ kontroll b’saħħtu fuq il-fondi li jġestixxi.

    2. Il-promozzjoni tal-ogħla livell ta’ integrità tal-persunal tal-OLAF

    L-eżistenza ta’ kultura korporattiva li tiffavorixxi l-integrità tal-persunal hija ta’ importanza ewlenija fil-ġlieda kontra l-frodi. Għal dan l-għan huwa importanti li jkunu stabbiliti regoli li huma rikonoxxuti minn kulħadd u ċari għal kulħadd.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru

    [Intestatura………………………...……………]

    Diff./Mhux-diff 38 .

    mill-pajjiżi EFTA 39

    mill-pajjiżi kandidati 40

    minn pajjiżi terzi

    fit-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

    1

    03 03 Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi

    Diff

    IVA

    IVA

    IVA

    LE

    03 03 01 Il-prevenzjoni tal-frodi u l-ġlieda kontriha, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE

    Diff

    IVA

    IVA

    IVA

    LE

    03 03 02 Appoġġ għar-rapportar tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi

    Diff

    IVA

    IVA

    IVA

    LE

    03 03 03 Il-forniment ta’ fondi għal azzjonijiet li jitwettqu b’konformità mar-Regolament 515/97

    Diff

    IVA

    IVA

    IVA

    LE

    3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 41  

    EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    1

    Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    03 03 01 Il-prevenzjoni tal-frodi u l-ġlieda kontriha, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE

    Impenji

    (1)

    15.160

    15.359

    15.662

    16.075

    16.608

    17.270

    18.073

    114.207

    Pagamenti

    (2)

    9.023

    12.700

    14.623

    15.500

    15.900

    16.400

    17.500

    12.561

    114.207

    03 03 02 Appoġġ għar-rapportar tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi

    Impenji

    (3)

    0.929

    0.941

    0.960

    0.985

    1.018

    1.059

    1.108

    7.000

    Pagamenti

    (4)

    0.929

    0.941

    0.960

    0.985

    1.018

    1.059

    1.108

    p.m.

    7.000

    03 03 03 Il-forniment ta’ fondi għal azzjonijiet li jitwettqu b’konformità mar-Regolament 515/97

    Impenji

    (5)

    7.964

    8.069

    8.228

    8.445

    8.725

    9.073

    9.495

    60.000

    Pagamenti

    (6)

    7.566

    7.665

    7.817

    8.023

    8.289

    8.620

    9.020

    3.000

    60.000

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjata mill-pakkett tal-programm 42  

    Impenji = Pagamenti

    (7)

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

    Impenji

    =1+3+5+7

    24.053

    24.369

    24.850

    25.506

    26.351

    27.402

    28.676

    181.207

    Pagamenti

    =2++4+6

    17.518

    21.307

    23.400

    24.508

    25.207

    26.078

    27.628

    15.561

    181.207



    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    Din it-taqsima jeħtieġ li timtela billi tintuża “d-data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.



    EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Riżorsi umani

    1.502

    1.502

    1.502

    1.502

    1.502

    1.502

    1.502

    10.514

    Nefqa amministrattiva oħra

    0.015

    0.015

    0.015

    0.015

    0.015

    0.015

    0.015

    0.105

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Impenji totali = Pagamenti totali)

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    10.619

    EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    fl-INTESTATURI kollha
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    25.570

    25.886

    26.367

    27.023

    27.868

    28.919

    30.193

    191.826

    Pagamenti

    25.012

    25.180

    23.927

    24.518

    25.280

    26.228

    27.377

    25.012

    191.826

    3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    1.502

    1.502

    1.502

    1.502

    1.502

    1.502

    1.502

    10.514

    Nefqa amministrattiva oħra

    0.015

    0.015

    0.015

    0.015

    0.015

    0.015

    0.015

    0.105

    Subtotal tal-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    10.619

    Barra mill-INTESTATURA 7 43
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra
    ta’ natura amministrattiva

    Subtotal
    barra mill-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    1.517

    10.619

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



    3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

       Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta / l-inizjattiva tirrikjedi l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    • Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

    10.5

    10.5

    10.5

    10.5

    10.5

    10.5

    10.5

    Delegazzjonijiet

    Riċerka

    Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Fulltime: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  44

    Intestatura 7

    Iffinanzjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  45

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    Riċerka

    Oħrajn (speċifika)

    TOTAL

    10.5

    10.5

    10.5

    10.5

    10.5

    10.5

    10.5

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    6 Uffiċjali AD: ippjanar strateġiku, monitoraġġ u rieżami

    4,5 AST: maniġers diretti u verifika operazzjonali u finanzjarja

    Persunal estern

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

    3.2.3.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    Il-proposta / l-inizjattiva:

       ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati

    3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

       Il-proposta / l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta / l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq dħul ieħor

    indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

    EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

    Linja tad-dħul tal-baġit:

    L-impatt tal-proposta / inizjattiva 46

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Artikolu ………….

    Għal dħul assenjat, speċifika l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati.

    […]

    Rimarki oħra (pereż. metodu / formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kull informazzjoni oħra).

    […]

    (1)    Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).
    (2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, kif emendat l-aħħar mir-Regolament 2015/1525 (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
    (3)    Ir-rapporti PIF kollha huma aċċessibbli mis-sit web tal-Kummissjoni: https://ec.europa.eu/anti-fraud/about-us/reports/communities-reports_en.
    (4)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
    (5)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (OJ L 248, 18.9.2013, p. 1).
    (6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”); (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
    (7)    L-AFIS ikopri attivitajiet li ma mhumiex koperti mill-Artikolu 325 TFUE (pereż. il-kooperazzjoni doganali b’konnessjoni mal-prodotti illegali).
    (8)    Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm Hercule II, COM(2015) 221 final.
    (9)    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill, Evalwazzjoni ta' Nofs it-Terminu tar-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Erkole III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE, COM(2018) 3 final.
    (10)    B’mod partikolari fuq il-bażi tar-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-AFIS (skont l-Artikolu 51a tar-Regolament 515/97) bħala parti mir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE (ir-Rapport PIF). L-IMS kienet evalwata fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “L-implimentazzjoni tal-Artikolu 325 TFUE mill-Istati Membri” u “Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet għar-Rapport PIF tal-Kummissjoni” li jakkumpanjaw lil dan ir-rapport. Għar-rapport tal-2016 ara COM (2017) 383 final u SWD(2017) 266, 267 u 270 final.
    (11)    Rapport Speċjali Nru 19/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: “Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE”, 5 ta’ Diċembru 2017.
    (12)    Evalwazzjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-programm Hercule III, Rapport Finali, CEPS, Economisti Associati, CASE, wedoIT, 2017 https://ec.europa.eu/anti-fraud/sites/antifraud/files/herculeiii_midterm_evaluation_en.pdf
    (13)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
    (14)    [ref]
    (15)    Id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jippromwovi Attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole) (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 9).
    (16)    Id-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi d-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II) (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 18).
    (17)    Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).
    (18)    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1975 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 6).
    (19)    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet, fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 1).
    (20)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet; u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1977 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u ġestjoni tal-kriżijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 15).
    (21)    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1976 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn fir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 11).
    (22)    L-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2014 dwar ir-regoli speċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 32).
    (23)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, kif emendat l-aħħar mir-Regolament 2015/1525 (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
    (24)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323/20, 10.12.2009, p. 20).
    (25)    Referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Il-ftehim jinsab fuq: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC .  
    (26)    [ref]
    (27)    COM(2013) 324 final
    (28)    COM(2017) 235 final
    (29)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)
    (30)    ĠU C 312, 23.12.1995, p. 1.
    (31)    Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
    (32)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
    (33)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
    (34)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
    (35)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
    (36)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (37)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (38)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux-diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (39)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (40)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (41)    It-totali jistgħu ma jaqblux minħabba l-arrotondament.
    (42)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (43)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
    (44)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
    (45)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
    (46)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
    Top

    Brussell,30.5.2018

    COM(2018) 386 final

    ANNESSI

    tar-

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi l-Programm tal-UE għal Kontra l-Frodi

    {SWD(2018) 294 final}


    ANNESS I

    Lista indikattiva tat-tipi ta’ kostijiet li l-Programm se jiffinanzja għal azzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97:

    (a)    il-kostijiet kollha tal-istallazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura teknika permanenti li tagħmel disponibbli lill-Istati Membri r-riżorsi loġistiċi, tal-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċji u r-riżorsi tal-IT biex jiġu kkoordinati operazzjonijiet doganali u attivitajiet operazzjonali oħrajn;

    (b)    ir-rimborż ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, kif ukoll kumpens ieħor fejn xieraq, tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u, fejn xieraq, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, li jkunu qed jieħdu sehem fil-missjonijiet tal-Komunità, f’operazzjonijiet doganali konġunti organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha, u korsijiet ta’ taħriġ, laqgħat ad hoc u laqgħat ta’ tħejjija u ta’ evalwazzjoni għal investigazzjonijiet amministrattivi jew azzjonijiet operazzjonali mwettqa mill-Istati Membri, meta dawn ikunu organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha;

    (c)    in-nefqa marbuta mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-kompjuters (il-hardware), is-software u l-konnessjonijiet dedikati tan-networks, u ma' servizzi relatati ta' produzzjoni, appoġġ u taħriġ għall-finijiet li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

    (d)    in-nefqa relatata mal-provvediment ta’ informazzjoni u n-nefqa fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id-data u sorsi tad-data għall-għan li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament 515/97, b’mod partikolari l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

    (e)    in-nefqa relatata mal-użu tas-Sistema’ ta’ Informazzjoni Doganali prevista fl-istrumenti adottati skont l-Artikolu 87 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijet doganali, sa fejn dawn l-istrumenti jipprevedu li n-nefqa għandha tiġġarrab mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    (f)    in-nefqa relatata mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-komponenti tal-Unjoni tan-netwerk ta’ komunikazzjoni komuni użat għall-finijiet tal-punt (c).

    ANNESS II

    INDIKATURI GĦALL-MONITORAĠĠ TAL-PROGRAMM

    Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-kostijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

    Għan Speċifiku 1: Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    Indikatur 1: Appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif imkejla bi:

    1.1: Ir-rata ta’ sodisfazzjoni ta’ attivitajiet organizzati u (ko)finanzjati permezz tal-programm.

    1.2: Il-perċentwal ta’ Stati Membri li jirċievu l-appoġġ kull sena tal-programm.

    Għan Speċifiku 2: Appoġġ għar-rappurtar tal-irregolaritajiet, inkluż il-frodi, fir-rigward tal-fondi tal-ġestjoni kondiviża u l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni.

    Indikatur 2: Ir-rata ta’ sodisfazzjoni tal-utenti għall-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.

    Għan Speċifiku 3: L-għoti ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u appoġġ għal attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.

    Indikatur 3: Ammont ta’ informazzjoni ta’ assistenza reċiproka li saret disponibbli u numru ta’ attivitajiet appoġġati relatati ma’ assistenza reċiproka.

    Top