Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0384

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja

    COM/2018/384 final - 2018/0208 (COD)

    Brussell, 30.5.2018

    COM(2018) 384 final

    2018/0208(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja

    {SWD(2018) 290 final}
    {SWD(2018) 291 final}
    {SEC(2018) 274 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Din il-proposta tipprevedi data ta' applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta' 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.

    ·Raġunijiet u għanijiet

    Il-mira tal-Unjoni Ewropea hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tan-nies tagħha. L-Unjoni hija komunità tal-liġi u l-valuri tagħha jikkostitwixxu s-sisien tal-eżistenza tagħha. L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-UE jiddikjara li ""l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.” Dawn il-valuri jikkostitwixxu l-bażi tad-drittijiet li jgawdu dawk li jgħixu fl-Unjoni. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tiġbor flimkien f’test wieħed id-drittijiet personali, ċiviċi, politiċi, ekonomiċi u soċjali kollha li jgawdu minnhom in-nies fl-UE.

    L-Artikolu 3 TUE jispeċifika li l-“mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha” u, fost oħrajn, “hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. Id-dokument ta’ riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE 1 jiddikjara li “l-baġit tal-UE jappoġġa dan il-għan, b’ħidma flimkien mal-baġits nazzjonali u b’mod kumplimentari għal sforzi oħra fil-livell Ewropej u dak nazzjonali”.

    Il-valuri tal-Unjoni jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet fundamentali, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, l-antirazziżmu u t-tolleranza, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura, id-diversità kulturali, soċjetà ċivili attiva, il-libertà tal-espressjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika. Grupp ta’ żona Ewropea tal-Ġustizzja u s-sistemi ta’ ġustizzja effettivi nazzjonali huma meħtieġa għal suċċess fis-suq intern u biex jiddefendu l-valuri komuni tal-Unjoni.

    Din il-Kummissjoni stabbilixxiet Unjoni ta’ bidla demokratika bħala waħda mill-għaxar prijoritajiet politiċi tagħha u qiegħda taħdem f’dan il-kuntest biex tinforma liċ-ċittadini dwar x’tagħmel l-UE u l-mod kif tiffunzjona u biex tibni fiduċja fl-Unjoni.

    Il-finanzi tal-UE jistgħu jipprovdu valur miżjud u jgħinu fil-ħarsien tal-valuri komuni Ewropej.

    Sabiex tippromwovi l-valuri u d-drittijiet komuni Ewropej, l-UE għandha diversi strumenti f'politika mħallta ta’ leġiżlazzjoni, politiki u finanzjament. B’mod partikolari, il-programmi ta’ finanzjament li ġejjin kellhom enfażi soċjetali qawwi u huma marbutin b’mod ċar mal-valuri Ewropej: il-programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini, u l-programm tal-Ġustizzja.

    Dawn il-programmi wasslu għal progress reali fil-promozzjoni tal-valuri u l-implimentazzjoni tad-drittijiet li l-leġiżlazzjoni tal-UE tagħti lin-nies madwar l-Unjoni. Biex nagħtu żewġ eżempji, in-nies jagħrfu aktar id-drittijiet, l-istorja u l-kultura komuni tagħhom, aktar nisa qed jaħdmu, id-drittijiet tat-tfal ġew promossi u protetti, is-sistemi tal-ġustizzja huma aktar effettivi bl-għarfien tal-ġuristi ta’ kif u meta japplikaw l-acquis tal-UE b’kooperazzjoni transfruntiera prosperuża, hemm iktar parteċipazzjoni demokratika u ċivika fil-livell tal-Unjoni, u fehim aktar profond u rispett għal memorji, kulturi u tradizzjonijiet differenti.

    Skont id-dritt tal-Unjoni, in-nies jistgħu jibbażaw fuq sett ta’ drittijiet u fuq sistemi ta’ ġustizzja indipendenti u effettivi, u r-rispett tal-istat tad-dritt. L-UE wriet l-impenn sod tagħha li tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal, li tiġġieled kull forma ta’ diskriminazzjoni, li tippromwovi u li tipproteġi d-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltajiet u li tappoġġa soċjetà ċivili vibranti u b’saħħitha fl-UE.

    Minkejja l-progress li sar taħt il-programmi attwali, għad fadal diversi lakuni fl-oqsma politiċi inkwistjoni u hemm sfidi ġodda li jeħtieġu jiġu indirizzati. L-isfidi komuni li taffaċċja l-UE fil-qasam tal-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri għandhom komponent doppju:

    Il-missjoni tal-Unjoni li tkun komunità bbażata fuq valuri u drittijiet kondiviżi, patrimonju kulturali storiku kondiviż u l-involviment tan-nies, hija mfixkla minn xi movimenti emerġenti li jisfidaw l-idea ta’ soċjetajiet inklużivi, koeżivi u demokratiċi fejn il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u t-tgawdija tad-drittijiet jagħmluha possibbli li jinbena mod tolleranti ta’ għajxien flimkien.

    In-natura frammentata u r-riżorsi limitati tal-programmi ta’ finanzjament attwali tal-UE ddedikati għall-valuri, id-drittijiet, iċ-ċittadinanza u l-ġustizzja jillimitaw il-kapaċitajiet tal-UE sabiex twieġeb għal sfidi eżistenti u ġodda. “Nuqqas ta’ baġit tal-programmi sabiex tiġi ssodisfata d-domanda” huwa ostakolu li r-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika jgħidu li jista’ jippreveni l-programmi attwali milli jilħqu l-objettivi tagħhom.

    Analiżi aktar dettaljata turi li:

    In-nies għadhom mhumiex qegħdin igawdu bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom: inugwaljanzi u diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, r-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali għadhom jeżistu. Il-vjolenza għadha realtà fil-ħajja ta’ kuljum ta’ diversi nisa, tfal u persuni oħrajn fir-riskju;

    Hemm aktar li jrid isir biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jagħrfu l-valuri tal-UE u l-benefiċċji taċ-ċittadinanza tal-UE, u biex jiġi mħeġġeġ livell ogħla ta’ parteċipazzjoni politika u soċjetali u fehim aħjar tal-Unjoni, l-istorja, il-patrimonju kulturali u d-diversità tagħha;

    Id-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE - dwar il-moviment liberu, il-protezzjoni konsulari u d-drittijiet elettorali - għadhom mhumiex magħrufin u implementati bis-sħiħ, b’mod li jfixkel il-parteċipazzjoni politika u soċjetali taċ-ċittadini.

    Il-kriżijiet ekonomiċi, l-inugwaljanzi u l-isfidi persistenti bħall-migrazzjoni wasslu ftit sabiex ikollhom dubji dwar id-drittijiet fundamentali u l-valuri li fuqha hija mibnija l-Unjoni Ewropea. F’xi każijiet, l-istat tad-dritt, l-aċċess għall-ġustizzja, l-ispazju għas-soċjetà ċivili u l-indipendenza tal-ġudikatura wkoll qegħdin jiġu kkontestati.

    Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali hija insuffiċjenti u l-aċċess għall-ġustizzja fost l-Istati Membri huwa diffiċli. L-għodod għall-ġbir ta’ informazzjoni komparattiva dwar il-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja tal-Istati Membri jeħtieġ li jitjiebu. Ostakolu prinċipali għar-rikonoxximent reċiproku u l-kooperazzjoni ġudizzjarja huwa n-nuqqas ta’ fiduċja fis-sistemi ta’ ġustizzja ta’ Stati Membri oħrajn.

    Il-konsegwenzi li ma jiġux indirizzati dawn l-isfidi jistgħu jkunu serji billi l-fiduċja fid-demokrazija u l-appoġġ għar-rispett tal-valuri u d-drittijiet fundamentali jiġu mxekkla.

    Dawn l-isfidi huma komuni għall-Istati Membri kollha u għandhom dimensjoni transfruntiera. Filwaqt li azzjoni fuq livell nazzjonali hija importanti, l-Istati Membri individwali ma għandhomx biżżejjed saħħa biex jindirizzaw dawn l-isfidi.

    Il-promozzjoni u d-difiża tal-valuri u d-drittijiet tal-UE għandhom implikazzjonijiet profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali, ġudizzjali u ekonomika tal-Unjoni u jikkontribwixxu biex l-UE jkollha impatt tanġibbli fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies. L-azzjoni fuq livell tal-UE f’dan il-qasam għandha bżonn tiġi sostnuta u intensifikata sabiex jiġu indirizzati l-lakuni persistenti u l-isfidi l-ġodda, u jiġu żgurati l-promozzjoni, il-protezzjoni effettiva u r-rispett ta’ drittijiet u valuri; dan se jgħin ukoll biex jitlesta s-suq intern u titrawwem il-prosperità u l-koeżjoni fl-UE. Dan jippermetti wkoll lill-UE sabiex ikollha rwol prinċipali fid-difiża u fil-promozzjoni tal-valuri tagħha fuq livell globali, u tikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli.

    Il-programm il-ġdid tal-Ġustizzja se jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri ta’ żona Ewropea ta’ ġustizzja bbażata fuq il-valuri tal-Unjoni, l-istat tad-dritt, u r-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja reċiproka, b’mod partikolari billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, u l-effikaċja tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja.

    Flimkien ma’ programm għad-Drittijiet u l-Valuri, dan il-programm il-ġdid se jifforma parti minn Fond ġdid għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri, b’mod li jgħin biex jiġu sostnuti soċjetajiet miftuħa, demokratiċi, pluralisti u inklużivi. Dan se jgħin ukoll sabiex jagħti s-setgħa lin-nies billi jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet u l-valuri u billi jkompli jiżviluppa qasam tal-ġustizzja tal-UE.

    ·Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika

    Il-Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri kkontribwixxa direttament għal bosta mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea 2 , b’mod partikolari, għall-ħolqien ta’ żona ta’ ġustizzja u drittijiet fundamentali fuq il-bażi ta' fiduċja reċiproka, suq intern aktar profond u ġust, unjoni ta’ swieq kapitali, suq uniku diġitali konness, u Unjoni ta’ tibdil demokratiku, tkabbir u impjiegi.

    ·Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Il-Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi sottostanti tiegħu ta’ finanzjament se jgħinu biex jissaħħu u jiġu protetti l-valuri tal-UE u r-rispett tal-istat tad-dritt u biex jiġu sostnuti soċjetajiet miftuħa, demokratiċi, inklużivi u kreattivi mistennija mill-Ewropej. Diġà skont ir-regoli attwali, l-Istati Membri huma meħtieġa li juru li r-regoli u l-proċeduri tagħhom għall-ġestjoni finanzjarja fl-UE huma sodi u l-finanzjament huwa biżżejjed protett mill-abbuż jew mill-frodi. Ġudikatura indipendenti biss li tipproteġi l-istat tad-dritt u ċ-ċertezza tad-dritt fl-Istati Membri kollha tista’ fl-aħħar mill-aħħar tiggarantixxi li l-flus mill-baġit tal-UE huma protetti biżżejjed.

    Fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni pproponiet Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE fil-każ ta’ defiċjenzi ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri. Ir-Regolament il-ġdid se jikkomplimenta l-istrumenti li għandhom l-għan li jipproteġu l-valuri komuni tal-UE, inkluż dan il-programm.

    Il-programm se jkollu sinerġiji mill-qrib ma’ diversi politiki u l-programmi ta’ finanzjament tagħhom, b’mod partikolari:

    il-politiki tal-impjiegi, tal-politiki soċjali u l-politiki tal-edukazzjoni

    Il-ġustizzja effettiva u l-kapaċità tal-infurzar, pereżempju permezz tat-taħriġ ta’ ġuristi;

    il-politiki esterni, il-politiki ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-politiki tat-tkabbir

    Il-promozzjoni tal-valuri u d-drittijiet fl-UE hija riflessa bil-promozzjoni tagħhom fil-livell globali, inkluż permezz tar-rabtiet mal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġu żviluppati sinerġiji partikolarment mal-azzjoni esterna tal-UE fuq livell multilaterali iżda wkoll fl-għajnuna tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-politika tat-tkabbir, biex tiġi żgurata koerenza fil-promozzjoni, pereżempju, ta’ aċċess għall-ġustizzja u l-istat tad-dritt.

    Is-sinerġiji jenħtieġ li jissaħħew ukoll bi strumenti ta’ azzjoni esterna li jistgħu jappoġġaw il-kooperazzjoni transfruntiera ma' pajjiżi mhux tal-UE ta' prijorità f’oqsma ta’ importanza għal Ewropa sikura u bla periklu.

    suq uniku

    Permezz tal-attivitajiet ta’ finanzjament dwar id-dritt tal-kumpaniji, id-dritt dwar il-kuntratti u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-programm futur tas-suq uniku se jikkumplimenta l-programm Ġustizzja u se jikkontribwixxi direttament għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja u l-ħolqien ta’ żona ta’ ġustizzja tal-UE u se jsegwi l-linji politiċi f’dan il-qasam. L-istess japplika fir-rigward tal-politika tal-konsumatur;

    infrastruttura strateġika

    Is-sinerġiji dwar id-diġitalizzazzjoni u l-interkonnessjoni ta’ sistemi informatiċi se jiġu żviluppati aktar skont il-programm Ewropa Diġitali;

    riċerka u innovazzjoni 

    Il-Programm Qafas Orizzont Ewropa għar-Riċerka u l-Innovazzjoni jinkludi attivitajiet li jindirizzaw Soċjetà Inklużiva u Sigura, inklużi l-kwistjonijiet tal-ġustizzja u tal-konsumatur, u teknoloġiji soċjetali rilevanti, inklużi ċ-ċibersigurtà jew l-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji abilitanti ewlenin oħrajn. L-iskambju ta’ ideat bl-għan li jiġi approfondit il-fehim ta’ teknoloġiji avvanzati fis-soċjetà, id-demokrazija u s-sistema ġudizzjarja, u kif għandu jkun hemm enfażi fuq il-benefiċċji tagħhom se jiġi esplorat.

    il-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika ta’ sigurtà

    Il-programm Ġustizzja u fondi tal-UE oħrajn li jkopru l-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u speċjalment is-sigurtà jikkonverġu billi jimmiraw rispettivament fażijiet differenti tal-attivitajiet u l-proċeduri meħtieġa biex jistabbilixxu spazju Ewropew ta’ sigurtà u ġustizzja. Minħabba l-konnessjonijiet intrinsiċi bejn is-sigurtà u l-ġustizzja fil-prattika, se jkun hemm sinerġiji b’mod partikolari f’termini ta' għoti ta' protezzjoni adegwata lil vittmi ta’ reati, finanzjament ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunta u taħriġ ġudizzjarju, żgurar tal-interoperabbiltà mas-sistema Ewropea ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali, titjib ta’ kundizzjonijiet ta’ detezzjoni u kooperazzjoni bejn l-aġenziji fl-oqsma tal-ġustizzja u s-sigurtà, inkluż permezz ta’ aġenziji relatati mal-ġustizzja bħalma huma l-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

    politika ambjentali

    Il-programm Ġustizzja għandu l-potenzjal li jappoġġa miżuri mmirati lejn il-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali u, fost oħrajn, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali 3 . Il-miżuri li jappoġġaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali se jikkumplimentaw u jirrinforzaw programm separat għat-taħriġ tal-imħallfin u l-prosekuturi fil-qasam tal-liġi ambjentali u l-possibbiltà li jiġu ffinanzjati proġetti dwar l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ambjentali stabbiliti fir-Regolament LIFE 4 . Dawn se jikkontribwixxu wkoll li jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja jkunu jistgħu jagħtu aċċess effettiv għall-ġustizzja skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali 5 .

    Integrazzjoni tal-azzjoni klimatika

    Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027 tistabbilixxi għan aktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika għall-programmi tal-UE kollha, b’mira globali ta’ 25 % tan-nefqa tal-UE li tikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-programm għall-kisba ta’ din il-mira globali se tiġi intraċċata permezz ta’ sistema ta’ punteġġ tal-klima f’livell adegwat ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni annwalment f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali.

    Sabiex tappoġġa l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-programm li jikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi, il-Kummissjoni se tipprova tidentifika l-azzjonijiet rilevanti permezz tat-tħejjija, l-implimentazzjoni, ir-rieżami u l-proċessi ta’ valutazzjoni tal-programm.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    ·Bażi ġuridika

    Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 81(1) u (2) u l-Artikolu 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    L-Artikolu 81(1) TFUE jipprovdi li l-Unjoni għandha tiżviluppa l-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transfruntiera. L-Artikolu 81(2) TFUE jipprovdi għall-adozzjoni ta’ miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw ir-rikonoxximent u l-infurzar reċiproku tas-sentenzi; in-notifika transfruntiera ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji; l-aċċess effettiv għall-ġustizzja u l-appoġġ fit-taħriġ tal-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju.

    L-Artikolu 82(2) TFUE jipprovdi għal miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali.

    Il-kombinazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 TFUE tippermetti approċċ komprensiv li jgħin fl-iżvilupp tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, b’mod partikolari materji transsettorjali li jolqtu ż-żewġ oqsma.

    ·Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    L-attivitajiet ta’ finanzjament proposti jħarsu l-prinċipji Ewropej ta’ valur miżjud u tas-sussidjarjetà. Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq l-objettivi li ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali. L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-applikazzjoni effikaċi tal-acquis billi jiżviluppaw fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, iżidu l-kooperazzjoni transfruntiera u l-ħolqien ta’ netwerks u jiżguraw applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni madwar l-Unjoni kollha. L-Unjoni hija f’qagħda aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi Pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku. Se jingħata appoġġ biex ikun hemm bażi analitika soda għas-sostenn u l-iżvilupp ta’ politiki. Permezz tal-intervent tal-Unjoni jkun possibbli li dawn l-attivitajiet ikun segwiti b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha u dan l-intervent iġib miegħu l-ekonomiji ta' skala.

    ·Proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi tillimita ruħha għall-minimu rikjest biex jintlaħaq l-għan iddikjarat fil-livell Ewropew.

    3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    ·Evalwazzjonijiet retrospettivi / kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Ġustizzja 2014-2020 turi li dan wassal għal valur miżjud Ewropew kbir. L-Istati Membri li jaġixxu waħedhom ma jkunux jistgħu jiksbu l-istess riżultat f’termini ta’ daqs u ambitu: Dan hu minnu kemm għall-objettiv ġenerali tal-programm, jiġifieri l-iżvilupp ta’ spazju Ewropew ta’ ġustizzja bbażat fuq rikonoxximent u fiduċja reċiproka, u kemm għall-għanijiet speċifiċi tiegħu. Il-benefiċjarji qablu li għall-ħolqien ta’ spazju Ewropew ta’ ġustizzja u għall-infurzar bla intoppi u kkoordinat tad-dritt tal-UE, huwa essenzjali li jiġi pprovdut taħriġ ġudizzjarju fuq livell Ewropew. Fl-istess ħin, l-azzjoni imħaddna mill-għanijiet speċifiċi tat-taħriġ ġudizzjarju hija kkunsidrati sostenibbli minħabba li tħaddan il-ksib ta’ għarfien u kompetenzi legali durabbli, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi għall-opportunitajiet ta’ netwerking u li tibni l-fiduċja fost il-persunal ġudizzjarju ta’ Stati Membri differenti.

    It-tipi ta’ attività ffinanzjati mill-programm u r-riżultati tal-proġetti huma effettivi fit-titjib ta’ għarfien dwar il-liġijiet u l-politiki tal-Unjoni. Il-prestazzjoni tal-programm Ġustizzja hija perċepita bħala titjib fuq il-programmi preċedenti, f’termini kemm ta’ politika mmirati u l-involviment tal-gruppi tal-partijiet ikkonċernati filwaqt li d-distribuzzjoni ta’ sforzi fost l-objettivi tal-programm tista’ tiġi bbilanċjata fil-futur. Għad hemm bżonn ta’ sforzi biex jintlaħqu l-gruppi fil-mira kollha fl-Istati Membri kollha u sabiex l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni jkunu jistgħu jiġu msaħħa.

    In-natura tal-programm għamilha posibbli li tiġi żgurata l-flessibbiltà operazzjonali, b’mod li l-Kummissjoni setgħet taddatta l-programm ta’ ħidma annwali għall-bżonnijiet emerġenti fil-qasam tal-politika dwar il-ġustizzja. B’mod ġenerali, il-programm huwa rilevanti u allinjat ħafna mal-ħtiġijiet ta’ ċerti gruppi fil-mira, iżda analiżi aktar sistematika tal-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati tista’ tiġi kkunsidrata. B'mod partikolari, dan għandu l-abilità prinċipali li jadatta l-prijoritajiet tiegħu għall-bżonnijiet emerġenti fil-qasam tal-politika tal-ġustizzja sabiex jindirizza l-kwistjonijiet l-aktar rilevanti. Dan huwa prodott tal-objettivi speċifiċi wiesgħa tal-programm; billi inkorpora numru ta’ programmi mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti. Din il-flessibbiltà f’termini ta’ politika u l-istabbiliment ta’ aġenda hija ċ-ċavetta li twassal għal riżultati tajba tal-programm. Il-Programm jippreżenta livell tajjeb ta’ koerenza u komplementarjetà ma’ strumenti, programmi u azzjonijiet oħra tal-UE. Il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ programmi u proġetti oħra tal-UE se jkunu strumentali għal aktar koerenza.

    L-implimentazzjoni tal-programm Ġustizzja kienet sodisfaċenti rigward l-għotjiet għal azzjoni u għotjiet operattivi, iżda jenħtieġ li l-ippjanar bil-quddiem ta’ azzjoni dwar l-akkwisti jitjiebu. Ma hemmx wisq skop li jintużaw strumenti ta’ finanzjament alternattivi bħalma huma strumenti finanzjarji innovattivi. Il-benefiċjarji jikkunsidraw l-istrumenti preżenti (għotjiet għal azzjoni, għotjiet operattivi u attivitajiet ta’ akkwist) bħala adegwati għall-ħtiġijiet tal-programm Ġustizzja. Madankollu, hemm lok għal razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rappurtar fil-kuntest tal-għotjiet, filwaqt li jiġi żgurat l-kontroll meħtieġ fuq l-infiq ta’ riżorsi pubbliċi.

    L-indikaturi speċifiċi għall-programm huma adegwati biex isir monitoraġġ tal-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-programm, iżda huma kultant diffiċli biex jitkejlu minħabba n-nuqqas ta’ għodod adegwati (pereżempju stħarriġ tas-sodisfazzjon).

    Il-kapaċità tal-parteċipanti kienet meqjusa bħala fattur ewlieni li jinfluwenza l-prestazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati billi l-kapaċità (amministrattiva, finanzjarja u organizzattiva) limitata tista’ tkun raġuni għal parteċipazzjoni limitata fl-attivitajiet tal-programm (speċjalment f’ċerti Stati Membri). Il-bini ta' kapaċità u assistenza teknika jista’ għalhekk ikun meħtieġ.

    Ma hemm l-ebda skop ċar għal aktar simplifikazzjoni rigward il-mod ta’ ġestjoni tal-programm. Il-mod attwali ta’ ġestjoni diretta huwa adegwat għat-tali daqs ta’ programm, filwaqt li modi alternattivi (bħal ġestjoni kondiviża) aktarx li jwasslu għal riżorsi li jkunu mifruxa b’mod dejjaq, b’mod li titnaqqas il-kapaċità tal-programm biex jiġu kkonċentrati r-riżorsi fuq prijoritajiet komuni u kwistjonijiet emerġenti. Is-simplifikazzjoni tista’ tiġi mfittxija, skont il-benefiċjarji, fir-rigward tal-abbozzar u l-forniment ta’ kapaċitajiet amministrattivi u finanzjarji ta’ informazzjoni meħtieġa meta jipparteċipaw f’sejħiet għal proposti.

    Barra minn hekk, hemm skop għall-adattament tal-Portal tal-Parteċipanti għall-bżonnijiet tad-diversi tipi ta’ organizzazzjoni li tipikament japplikaw għall-programm (pereżempju l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ). F’dan ir-rigward, it-tendenza lejn id-diġitilizzazzjoni gradwali tqieset b’mod ċar bħala pożittiva u jenħtieġ li titkompla.



    ·Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    L-istrateġija ta’ konsultazzjoni li tappoġġa l-ħidma preparatorja tal-Programm inkludiet konsultazzjoni pubblika mwettqa fil-qafas tal-proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020 (QFP) fil-qasam tal-valuri u l-mobilità, konsultazzjoni pubblika fil-qafas ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programmi ta’ finanzjament attwali u diversi konsultazzjonijiet ad hoc organizzati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ diskussjonijiet madwar mejda mal-partijiet ikkonċernati, konferenzi u seminars fuq il-kwistjonijiet koperti mill-valutazzjoni tal-impatt, li tibni fil-parti l-kbira fuq l-eżitu ta’ dawn il-konsultazzjonijiet.

    Konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-valuri u tal-mobbiltà

    Saru konsultazzjonijiet fil-kuntest ta’ evalwazzjonijiet ta’ programmi finanzjarji tal-UE eżistenti li jkopru diversi oqsma politiċi, u b’mod partikolari li raw il-prestazzjoni attwali u l-isfidi futuri. L-għan tal-konsultazzjonijiet pubbliċi fuq il-fondi tal-UE fil-qasam tal-valuri u l-mobbiltà kien li jinġabru l-perspettivi tal-partijiet ikkonċernati kollha dwar kif l-aħjar tintuża kull euro tal-baġit tal-UE. Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-fondi tal-UE fil-qasam ta’ valuri u l-mobilità kienet miftuħa mill-10 ta’ Jannar 2018 sad-9 ta’ Marzu 2018 fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE.

    B’rispons għal konsultazzjoni pubblika onlajn dwar il-fondi tal-UE fl-oqsma ta’ valuri u mobilità, il-Kummissjoni rċeviet total ta’ 1 839 tweġiba minn madwar l-Ewropa kollha. Minn dawn, 52 % ġew minn rispondenti b’esperjenza f’Erasmus + u 43 % ġew minn rispondenti b’esperjenza fil-programm Ewropa Kreattiva.

    Kien hemm tal-inqas tweġiba waħda minn kull Stat Membru. Il-pajjiż ta’ residenza bl-aktar kontribuzzjonijiet globali kien il-Ġermanja (24,4 %), segwit minn Franza (8,7%), il-Belġju (7,7 %) u Spanja (5,4 %).

    Mill-1 839 kontribuzzjoni li daħlu permezz ta’ kwestjonarju onlajn, 65,2 % (1 199) kienu minn organizzazzjonijiet u 34,8 % (640) minn individwi.

    Firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati esprimew l-opinjonijiet tagħhom: mill-1 199 kontribuzzjoni minn organizzazzjonijiet, 355 (19,3 %) ġew minn organizzazzjonijiet, pjattaformi jew netwerks mhux governattivi, 270 (14,7 %) minn intrapriżi privati (l-aktar l-intrapriżi mikro u żgħar) u 127 (6,9 %) minn riċerkaturi u akkademiċi.

    L-analiżi miġbura fil-qosor hawn ’l isfel tagħmel enfażi fuq ir-rispondenti li għandhom esperjenza fil-programmi tal-UE li ġejjin:

    1. Programm Ewropa għaċ-Ċittadini u / jew

    2. Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u / jew

    3. Programm Ewropa Kreattiva u / jew

    4. Programm Ġustizzja

    Hawn isfel hawn xi riżultati ewlenin:

    Skont ir-rispondenti, “Il-promozzjoni tal-identità Ewropea u l-valuri komuni” u “l-promozzjoni tad-drittijiet u tal-ugwaljanza” huma sfidi politiċi komuni importanti (fost l-ewwel erba’ sfidi msemmija) li jenħtieġ li jiġu indirizzati f’kull wieħed mill-erba’ programmi. “L-appoġġ taċ-ċittadinanza attiva, il-parteċipazzjoni demokratika fis-soċjetà u l-istat tad-dritt” u “Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġustizzja” jidhru wkoll li huma sfidi importanti li jenħtieġ li jiġu indirizzati fil-programmi rilevanti iżda b’mod anqas fil-programm Ewropa Kreattiva, li għalih l-isfidi ekonomiċi u d-diversità kulturali huma aktar importanti.

    “L-appoġġ tal-innovazzjoni”, “It-trawwim tad-diversità kulturali u l-patrimonju kulturali Ewropej”, “Il-promozzjoni ta’ identità Ewropea u valuri komuni” jitqiesu politiki li jindirizzaw b'mod sħiħ jew pjuttost tajjeb l-isfidi esperjenzati minn nofs ir-rispondenti jew aktar tal-erba’ programmi kkonċernati. Saħansitra, 52 % tar-rispondenti b’esperjenza fil-programm Ewropa Kreattiva jqisu li l-politika għall-“Appoġġ tal-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej” tindirizza l-isfidi kompletament jew pjuttost tajjeb.

    Madwar 80 % tar-rispondenti b’esperjenza fl-erba’ programmi tal-UE msemmija hawn fuq jaqblu li dawn il-programmi jżidu l-valur b'ammont kbir jew pjuttost tajjeb fir-rigward ta' dak li l-Istati Membri jistgħu jakkwistaw fuq livelli nazzjonali, reġjonali u / jew lokali.

    L-ostakli prinċipali identifikati mir-rispondenti li jistgħu jżommu l-programmi / fondi preżenti milli jilħqu l-għanijiet tagħhom huma simili ħafna minkejja l-programm ikkonċernat: “Nuqqas ta’ baġit tal-programmi biex tiġi ssodisfata d-domanda”; “Nuqqas ta’ appoġġ mogħti lil partijiet ikkonċernati ta’ skala żgħira”; “Nuqqas ta’ appoġġ għal applikanti tal-ewwel darba” ġew identifikati bħala t-tliet ostakoli prinċipali.

    Ir-rispondenti b’esperjenza f’wieħed mill-erba’ programmi tal-UE, jew aktar, jaqblu li “l-użu ta’ forom tal-appiklazzjoni aktar simplifikati”, “il-faċilitazzjoni ta’ netwerks u sħubijiet strutturati”, “il-faċilitazzjoni tal-finanzjament għall azzjonijiet li jaqsmu s-setturi ta’ azzjonijiet” u “koordinazzjoni aħjar bejn il-programmi / fondi differenti” huma l-passi prinċipali li għandhom jittieħdu sabiex il-piż amministrattiv jiġi ssimplifikat u jiġi mnaqqas għall-benefiċjarji.

    ·Valutazzjoni tal-impatt

    Il-valutazzjoni tal-impatt kienet imħejjija biex tanalizza proposta possibbli sabiex il-programm Kultura, Drittijiet u Valuri Ewropej jgħaqqad fi ħdanu l-programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020, il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini u l-programm Ewropa Kreattiva - u l-programm Ġustizzja. Il-Kummissjoni ddeċidiet li jkollha programm Ewropa Kreattiva għalih u li toħloq Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri b’żewġ programmi ta’ finanzjament sottostanti: il-programm Ġustizzja u l-programm Drittijiet u Valuri. Il-valutazzjoni tal-impatt tibqa’ valida meta tirfed dawn l-inizjattivi kollha.

    Fl-20 ta' April 2018, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva dwar il-valutazzjoni tal-impatt mehmuż. Il-Bord inkluda rakkomandazzjoni sabiex jitjieb aktar ir-rapport, li xi aspetti ewlenin minnu huma l-isfruttament sħiħ tal-eżiti tal-evalwazzjoni u r-riżultati tas-sejbiet, tfassil aħjar ta’ prijoritajiet futuri u kjarifika tal-impatti mistennija tat-tibdiliet fil-mekkaniżmi eżekuttivi. Dawn l-aspetti ġew imsaħħa fil-verżjoni finali tal-valutazzjoni tal-impatt. Il-valutazzjoni tal-impatt ġabret il-tagħlimiet meħuda mill-programm Ewropa Kreattiva, il-programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini u l-programm dwar il-Ġustizzja u pproponiet struttura ġdida. Din esplorat ukoll mekkaniżmi li jippromwovu l-valuri u l-kultura tal-UE filwaqt li jintlaħqu l-objettivi ta’ effiċjenza, flessibbiltà, sinerġiji u simplifikazzjoni stabbiliti għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tqiesu debitament. Kull programm evalwat wera valur miżjud ċar. Bit-tqassim il-ġdid, se jkun possibbli aktar sfruttament tal-potenzjal tal-programmi attwali għall-promozzjoni tal-valuri tal-UE u żdieda fil-valur miżjud tal-UE.

    Ġew analizzati tliet xenarji prinċipali:

    L-istatus quo taż-żamma ta’ erba’ programmi ta’ finanzjament taħt is-sottokategorija “Valuri” tal-baġit tal-UE, jiġifieri l-programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, il-programm Ġustizzja, il-programm Ewropa Kreattiva, il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini.

    Bħala alternattiva għas-sitwazzjoni u x-xenarju bażi attwali, it-tieni xenarju ppropona li jiġu żviluppati sinerġiji fost il-programmi attwali u li dawn jiġu magħquda biex jifformaw kappell politiku uniku dwar il-valuri tal-UE b’żewġ programmi ta’ finanzjament sottostanti: il-programm Kultura, Drittijiet u Valuri Ewropej u l-programm Ġustizzja.

    It-tielet xenarju involva l-ħolqien ta’ programm uniku ta’ finanzjament li jkopri dawn l-erba’ programmi ta’ finanzjament elenkati aktar ’il fuq.

    Ix-xenarju bażi: l-istatus quo b’erba’ programmi ta’ finanzjament u tnaqqis baġitarju proporzjonali ta’ 15 %

    L-analiżi tax-xenarju bażi bi tnaqqis possibbli ta’ 15% tal-finanzi disponibbli turi li jkun hemm konsegwenzi negattivi għall-implimentazzjoni tal-politika. B'mod partikolari:

    Tnaqqis ta’ 15 % fil-finanzjament tal-programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (REC) jirriżulta fi prijoritizzazzjoni annwali, jiġifieri konċentrazzjoni tal-finanzjament f’xi oqsma politiċi f’sena waħda u l-promozzjoni ta’ oqsma politiċi oħrajn fis-snin ta’ wara, f’kontradizzjoni mal-bżonnijiet li dejjem qegħdin jikbru fil-qasam. Dan it-tnaqqis jimplika wkoll it-tnaqqis ta’ studji, ġbir ta’ data, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni eċċ., li huma kollha neċessarji għal politika u leġiżlazzjoni mibnija fuq bażi soda u fuq l-evidenza.

    Għall-programm Ewropa għaċ-Ċittadini, tnaqqis baġitarju ta’ 15 % jfisser tnaqqis fil-baġit tal-linja bażi għal EUR 157 miljun li mhuwiex biżżejjed għall-impenn tal-Kummissjoni li tqiegħed iċ-ċittadini fiċ-ċentru tal-proċess Ewropew. Il-massa kritika tal-parteċipanti u l-kopertura ġeografika tal-attivitajiet neċessarji biex jintlaħaq l-impatt intenzjonat ma jibqgħux jintlaħqu. Allokazzjoni baġitarja stabbli (ibbażat fuq il-baġit 2017) jippermetti kontinwità iżda xorta jkollha impatt limitat.

    Tnaqqis ta’ 15 % fil-finanzjament għas-sottoprogramm MEDIA ta’ Ewropa Kreattiva inevitabbilment jimplika simplifikazzjoni u konċentrazzjoni dwar għadd limitat ta’ azzjonijiet. Tnaqqis fil-finanzjament ikollu impatt sproporzjonat fuq pajjiżi bi produzzjoni aktar baxxa u / jew fuq pajjiżi b’żona ġeografika/lingwistika ristretta. Dan inaqqas ukoll l-għadd ta’ attivitajiet ta’ taħriġ għal professjonisti awdjoviżivi u n-numru ta’ koproduzzjonijiet tal-UE, li huma xogħlijiet li jivvjaġġaw l-aħjar tul il-fruntieri. It-tnaqqis fl-ambitu tan-netwerk ta’ operaturi taċ-ċinema jkollu impatt negattiv fuq l-aċċess taċ-ċittadini tal-UE, b’mod partikolari dawk mill-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, għal kontenut Ewropew maħdum barra minn pajjiżhom.

    Tnaqqis ta’ 15 % għas-sottoprogramm Kultura ta’ Ewropa Kreattiva mhux se jagħmilha possibbli li tintlaħaq massa kritika biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-setturi kulturali u kreattivi. Dan jimplika b’mod partikolari impatt imnaqqas fuq il-valur miżjud Ewropew u għalhekk impatt imnaqqas fuq id-diversità kulturali, inqas opportunitajiet għal kooperazzjoni transfruntiera, inqas opportunitajiet tas-suq u inqas possibiltajiet ta’ karriera għall-prattikanti mis-setturi kulturali u kreattivi. L-impatt soċjali jitnaqqas u l-ftuħ internazzjonali tal-programm jista’ jkun li jkun hemm bżonn jiġi limitat għal-livell tiegħu qabel l-2014 u li l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi msieħba ġirien prinċipali tal-UE tiġi abbandunata.

    Il-Garanzija Finanzjarja għas-setturi kulturali u kreattivi tista’ tkun mhedda, u dan ikun ta’ detriment għas-Setturi Kulturali u Kreattivi, speċjalment għall-pajjiżi tal-Lvant fejn is-swieq finanzjarji huma inqas żviluppati u fejn għalhekk hemm inqas possibbiltajiet ta' aċċess għal finanzi.

    Alternattiva mwarrba fil-valutazzjoni tal-impatt: programm wieħed

    Għal raġunijiet relatati mal-bażi legali, twarrbet l-alternattiva proposta fit-tielet xenarju tal-istrument / programm uniku. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet u l-politiki huma bbażati fuq artikoli li jipprovdu proċedura leġiżlattiva ordinarja ħlief għall-programm attwali Ewropa għaċ-Ċittadini. Attwalment, l-enfażi prinċipali tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini huwa fuq il-parteċipazzjoni ċivika u għalhekk huwa bbażat fuq l-Artikolu 352 TFUE (unanimità). Wara analiżi, l-objettivi tal-attivitajiet korrispondenti, li kieku l-enfażi tagħhom jiġi mibdul sa ċertu punt, jistgħu jiġu adattati sabiex jidħlu fl-approċċ il-ġdid ta’ programm usa’; fit-tali każ, dawn jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 167(1) u (2) TFUE, li jipprovdi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Madankollu, minħabba l-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda rigward iż-żona ta’ ħelsien, sigurtà u ġustizzja u l-pożizzjoni tad-Danimarka kif stabbiliti fil-Protokolli 21 u 22 annessi mat-Trattati, jenħtieġ li l-Programm Ġustizzja, filwaqt li jirregola wkoll il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jibqa’ strument separat.

    Alternattiva proposta fil-valutazzjoni tal-impatt: qafas ta’ Valuri tal-UE b’żewġ programmi ta’ finanzjament

    L-analiżi turi li hemm lok għal titjib f’relazzjoni mas-sitwazzjoni attwali ta’ erba’ programmi ta’ finanzjament. Għalhekk, bħala alternattiva għas-sitwazzjoni u x-xenarju bażi preżenti, huwa propost li jiġu żviluppati sinerġiji fost il-programmi u linji prerogattivi attwali u li dawn jiġu kkombinati f’chapeau politiku uniku fuq il-Valuri tal-UE b’żewġ programmi bażi ta’ finanzjament: il-programm Kultura, Drittijiet u Valuri Ewropej u l-programm Ġustizzja, kif ippreżentati hawn taħt:

    L-arkitettura l-ġdida tal-finanzjament tal-futur bħala alternattiva għax-xenarju bażi timmira lejn:

    l-iżvilupp ta’ sinerġiji fost il-politiki sabiex tinstab raġuni komuni għal azzjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom;

    it-tnaqqis fit-trikkib u l-frammentazzjoni;

    l-iżgurar tal-flessibiltà fl-allokazzjoni tal-fondi, filwaqt li jiġi żgurat ċertu ammont ta’ prevedibbiltà ta' finanzjament iddedikat għal kull politika;

    it-trawwim ta’ azzjonijiet transsettorjali u innovattivi;

    l-iżgurar ta’ massa kritika ta’ riżorsi għall-promozzjoni ta’ valuri, filwaqt li jitqiesu wkoll il-ħtiġijiet ta’ kull politika.

    Alternattiva aċċettata

    Il-Kummissjoni ddeċidiet li jkollha programm Ewropa Kreattiva għalih u li toħloq Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri li jinkludi żewġ programmi: il-programm Ġustizzja u l-programm Drittijiet u Valuri. Il-valutazzjoni tal-impatt tibqa’ valida meta tirfed dawn l-inizjattivi. Din id-deċiżjoni hija riflessa fil-pakkett ta’ proposta tal-MFF ta' wara l-2020 li l-Kummissjoni ppreżentat fit-02/05/2018 6 .

    ·Simplifikazzjoni

    Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni, pereżempju somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, se jiġu segwiti fl-implimentazzjoni tal-programm tal-Ġustizzja.

    Il-kumplessità u l-eteroġeneità tar-regoli ta’ finanzjament għall-programmi attwali jirrappreżentaw ostaklu għall-applikanti. L-użu ta’ punt ta' kuntatt waħdieni għal utenti esterni biex jipparteċipaw fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-għotjiet (jiġifieri portal għall-parteċipanti ), inkluża sistema ġenerali ta’ ġestjoni tal-għotjiet, għandu sehem importanti fis-semplifikazzjoni tal-aċċess għall-programm. Il-programm Ġustizzja se jibqa’ jiġi ġestit mis-sistema korporattiva tal-Kummissjoni tal-IT żviluppata attwalment fuq il-bażi ta’ H2020.

    ·Drittijiet fundamentali

    L-objettivi tal-programm huma marbutin mill-qrib mal-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u huma konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. B’mod partikolari, il-programm Ġustizzja (u l-programm Drittijiet u Valuri) se jagħmel parti mill-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri tal-baġit tal-UE bil-għan li jsostni soċjetajiet miftuħin, demokratiċi u inklużivi, b’mod li jagħti s-setgħa lin-nies permezz tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet u l-valuri, u permezz ta’ iktar żvilupp fil-qasam tal-ġustizzja tal-UE.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

    Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm Ġustizzja għall-perjodu ta ' bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2027 se jkun [EUR 305 000 000] (prezzijiet attwali).

    5.ELEMENTI OĦRAJN

    ·Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Il-Kummissjoni se tkompli tmexxi l-programm Ġustizzja direttament kemm għal għotjiet u akkwisti.

    Se jiġi żviluppat pjan ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati l-akkordji għat-tmexxija tal-programm.

    Se jiġi żviluppat pjan ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni biex jiġi speċifikat kif se jitwettqu fil-prattika l-azzjonijiet, u taħt liema strateġija dwar id-data. Il-programm se jkun issorveljat kemm kontinwament (pereżempju biex jirrispondi b’mod tempestiv għal avvenimenti mhux prevedibbli u ħtiġijiet eċċezzjonali mhux mistennija) u fuq bażi regolari (biex jiġu rrapportati avvenimenti prinċipali bħalma huma sejħiet għal proposti, reċensjonijiet ta’ proġetti, koordinazzjoni u disseminazzjoni ta’ avvenimenti) u, fejn rilevanti, il-monitoraġġ se jikkontribwixxi għall-indikaturi ewlenin tal-programm. Ir-rapporti tal-monitoraġġ b’hekk se jikkontribwixxu għal:

    evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu (mhux aktar tard minn erba’ snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-programm), flimkien mal-evalwazzjoni finali tal-programmi preċedenti; u

    evalwazzjoni finali (mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmien tal-perjodu ta’ programmazzjoni).

    Dawn l-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 7 , fejn it-tliet istituzzjonijiet kkonfermaw li l-evalwazzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni u politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ għażliet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fuq il-post fuq il-bażi ta’ indikaturi / miri ta’ programm u analiżi ddettaljata dwar kemm il-programm jista’ jitqies rilevanti, effettiv u effiċjenti, tipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u tkun koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. Dawn se jinkludu lezzjonijiet mitgħallma sabiex jiġu indirizzati kull nuqqas / problema identifikat(a) jew kull potenzjal biex jitjiebu aktar l-azzjonijiet jew ir-riżultati u biex jiġu mmassimizzati l-użu / l-impatt tagħhom.

    Il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lil kull istituzzjoni rilevanti oħra tal-UE, permezz ta’ rapporti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni u tabella ta’ valutazzjoni pubblika tal-indikaturi ewlenin tal-programm.

    ·Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    L-għan tal-approċċ propost huwa li jikkombina s-simplifikazzjoni ta’ proċeduri ta’ finanzjament, kif mitlub mill-partijiet involuti kollha, b’approċċ orjentat aktar lejn ir-riżultati.

    Il-proposta tistabbilixxi l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm (l-Artikolu 3), u t-tipi ta’ attivitajiet li jeħtieġ jiġu ffinanzjati (Anness I). L-objettivi ġenerali u speċifiċi jiddefinixxu l-ambitu tal-programm (oqsma politiċi), filwaqt li t-tipi ta’ attività huma orjentati lejn finanzjament, japplikaw għall-oqsma politiċi kollha kkonċernati u jipprovdu definizzjoni trażversali ta’ outputs possibbli. Fl-istess ħin, it-tipi ta’ attività juru fejn il-finanzjament jista’ verament iżid il-valur fil-kisba tal-objettivi ta’ politika.

    Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-Kummissjoni tistabbilixxi kull sena l-prijoritajiet ta’ finanzjament fl-oqsma rispettivi ta’ politika. Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għall-entitajiet legali kollha stabbiliti f’Istat Membru jew f’pajjiż mhux tal-UE li jkun qiegħed jipparteċipa, bl-ebda restrizzjonijiet ulterjuri għall-aċċess għall-programm.

    Din l-istruttura tippermetti s-simplifikazzjoni u sabiex il-programm jiġi mmirat aktar lejn il-ħtiġijiet u l-iżviluppi politiċi. Barra minn hekk, din tipprovdi kuntest stabbli għal evalwazzjoni, billi l-objettivi speċifiċi għandhom rabta diretta ma’ indikaturi li se jibqgħu konsistenti għad-durata kollha tal-programm u se jiġu ssorveljati u evalwati b'mod regolari. Għal raġunijiet ta’ flessibbiltà u implimentazzjoni aħjar, mhux qiegħed jiġi propost li l-ammonti speċifiċi jiġu riżervati għal objettivi speċifiċi individwali fi ħdan il-programm.

    2018/0208 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 81(1) u (2), Artikolu 82(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 8 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 9 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

    Billi:

    (1)Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”. L-Artikolu 3 jispeċifika ulterjorment li l-“mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha” u, fost oħrajn, “hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”).

    (2)Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jkomplu jiġu promossi u infurzati, kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli fl-Unjoni u jkunu fil-qalba tas-soċjetajiet tal-Ewropa. Għalhekk, Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri, ġdid li jinkludi l-programmi Drittijiet u Valuri u Ġustizzja se jkun maħluq fil-baġit tal-Unjoni. Fi żmien fejn is-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma’ estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi, imsaħħa u protetti l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Drittijiet u Valuri se jlaqqa’ flimkien il-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 390/2014 tal-Kunsill 11 . Il-programm Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem il-“Programm”) se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta’ żona ta’ ġustizzja Ewropea integrata u l-kooperazzjoni transfruntiera, f’kontinwità mal-Programm Ġustizzja 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 (minn hawn ’il quddiem “il-Programm preċedenti”).

    (3)Il-Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta’ finanzjament sottostanti tiegħu jiffokaw primarjament fuq in-nies u l-entitajiet li jikkontribwixxu biex jagħmlu l-valuri komuni, id-drittijiet u d-diversità rikka tagħna ħajjin u vibranti. L-objettiv aħħari tal-Unjoni huwa li titrawwem u tiġi sostnuta s-soċjetà tagħna bbażata fuq id-drittijiet, l-ugwaljanza, l-inklużività u d-demokrazija. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-poplu u li titrawwem id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, ibbażata wkoll fuq l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-UE jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha ta' l-Unjoni.

    (4)It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri. Għal dank il-għan, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità. Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali kif ukoll għall-prinċipji u valuri komuni bħan-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd, l-istat tad-dritt u sistema ġudizzjarja indipendenti li tiffunzjona b’mod tajjeb jiġu żgurati fl-iżvilupp ulterjuri ta’ spazju Ewropew ta’ ġustizzja.

    (5)Il-finanzjament jenħtieġ li jibqa’ wieħed mill-għodod importanti għall-implimentazzjoni ta’ suċċess tal-miri ambizzjużi stabbiliti mit-Trattati. Dawn jenħtieġ li jinkisbu fost l-oħrajn billi jiġi stabbilit programm Ġustizzja flessibbli u effettiv li jenħtieġ li jiffaċilita l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-għanijiet.

    (6)Għall-istabbiliment gradwali ta’ żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li huwa element ewlieni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni mill-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999. Ir-rikonoxximent reċiproku jeħtieġ livell għoli ta’ fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri. Ġew adottati miżuri biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri f’diversi oqsma sabiex jiġi ffaċilitat r-rikonoxximent reċiproku u titrawwem il-fiduċja reċiproka. Qasam tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn jiġu eliminati l-ostakoli fil-proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera u l-aċċess għall-ġustizzja f’sitwazzjonijiet transfruntiera, huwa wkoll kruċjali biex jiġi żgurat it-tkabbir ekonomiku.

    (7)Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għal livell għoli ta’ fiduċja reċiproka fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b’mod partikolari għall-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva f'materji ċivili u kriminali li hija bbażata fuq rikonoxximent reċiproku. L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikoli 19(1) TUE u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa espressjoni konkreta tal-istat tad-dritt. Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ għall-isforzi biex jittejbu l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza ta’ sistemi ġudizzjarji nazzjonali, issaħħaħ il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali.

    (8)Skont l-Artikoli 81(2)(h) u 82(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, l-Unjoni għandha tappoġġja t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bħala għodda biex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjali f'materji ċivili u kriminali bbażati fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji. It-taħriġ ta’ professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja huwa għodda importanti għall-iżvilupp ta’ fehim komuni ta’ kif l-aħjar jitħares l-istat tad-dritt. Jikkontribwixxi għall-bini tal-ispazju Ewropew tal-ġustizzja billi joħloq kultura ġudizzjarja komuni fost il-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li ssir applikazzjoni korretta u koerenti tad-dritt fl-Unjoni u li jkun hemm fiduċja reċiproka bejn il-professjonisti tal-ġustizzja fi proċedimenti transfruntiera. L-attivitajiet ta’ taħriġ appoġġjati mill-Programm jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet b'saħħithom tal-bżonnijiet ta’ taħriġ, jużaw metodoloġiji tat-taħriġ bl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, jinkludu avvenimenti tranfruntiera li jiġbru flimkien lill-professjonisti tal-ġustizzja minn Stati Membri differenti, ikunu magħmulin minn elementi ta’ tagħlim u netwerking attivi u jkunu sostenibbli.

    (9)It-taħriġ ġudizzjarju jista’ jinvolvi atturi differenti, bħall-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi tal-Istati Membri, istituzzjonijiet akkademiċi, entitajiet nazzjonali responsabbli għat-taħriġ ġudizzjarju, organizzazzjonijiet jew netwerks ta' taħriġ fil-livell Ewropew, jew netwerks ta' koordinaturi tal-qorti tal-liġi tal-Unjoni. Il-korpi u l-entitajiet li jfittxu interess ġenerali Ewropew fil-qasam tat-taħriġ tal-ġudikatura, bħan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (European Judicial Training Network, "EJTN"), l-Akkademja tal-Liġi Ewropea ("ERA"), in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (European Network of Councils for the Judiciary, "ENCJ"), l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea ("ACA-Europe"), in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea ("RPCSJUE") u l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, "EIPA"), jenħtieġ li jkomplu jaqdu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' programmi ta' taħriġ b'dimensjoni Ewropea ġenwina għall-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju, u għaldaqstant ikunu jistgħu jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat f'konformità mal-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

    (10)Il-programm jenħtieġ li jappoġġja l-programm ta’ ħidma annwali tal-EJTN, li huwa attur essenzjali tat-taħriġ ġudizzjarju. L-EJTN jinsab f’sitwazzjoni eċċezzjonali, minħabba li huwa l-uniku netwerk fuq livell tal-Unjoni li jiġbor flimkien lill-korpi ta’ taħriġ ġudizzjarju tal-Istati Membri. Dan jinsab f’pożizzjoni unika biex jorganizza skambji għal imħallfin u prosekuturi ġodda u esperjenzati bejn l-Istati Membri kollha u biex jikkoordina l-ħidma tal-korpi nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju rigward l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ taħriġ fuq id-dritt tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ prattiki tajba ta’ taħriġ. L-EJTN huwa wkoll fornitur ta' attivitajiet ta’ taħriġ ta’ kwalità eċċellenti mwassla bl-aktar mod kosteffikaċi fuq livell tal-UE. Barra minn hekk, jinkludi lill-korpi ta’ taħriġ ġudizzjarju ta’ pajjiżi kandidati bħala membri osservaturi.

    (11)Il-miżuri skont il-Programm jenħtieġ li jappoġġaw ir-rikonoxximent reċiproku msaħħaħ ta’ deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji u l-approssimazzjoni neċessarja ta’ leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti kollha, inklużi l-Unitajiet tal-Intelligenza Finanzjarja, u l-protezzjoni ġudizzjarja ta’ drittijiet individwali f'materji ċivili u kummerċjali. Il-Programm jenħtieġ ukoll li javvanza l-leġiżlazzjoni proċedurali għal każijiet transfruntiera u konverġenza akbar fil-liġi ċivili li jgħinu biex jiġu eliminati l-ostakli għal proċeduri ġudizzjarji u extraġudizzjarji li jiffunzjonaw tajjeb u b’mod effikaċi, għall-benefiċċju ta’ kull parti f'kontroversja ċivili. Fl-aħħar nett, sabiex jiġu appoġġati l-infurzar effettiv u l-applikazzjoni prattika tad-dritt tal-Unjoni fuq kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-funzjonament tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE.

    (12)Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu.

    (13)Il-Programm 2014-2020 ippermetta l-attivitajiet ta’ taħriġ fuq id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq l-iskop u l-applikazzjoni tal-Karta, immirati lejn membri tal-ġudikatura u juristi oħra. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni tal-Karta fl-2016, il-Kunsill fakkar fl-importanza tat-tixrid tal-għarfien fuq l-applikazzjoni tal-Karta, inkluż fost dawk li jfasslu l-politika, il-ġuristi u d-detenturi tad-dritt infushom, fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Għalhekk, biex id-drittijiet fundamentali jiġu armonizzati b’mod konsistenti, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiġi estiż għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni għal awtoritajiet pubbliċi oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-ġuristi.

    (14)Skont l-Artikolu 67 TFUE, jenħtieġ li l-Unjoni tikkostitwixxi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja b’rispett għad-drittijiet fundamentali, li għalihom huwa strumentali l-aċċess għall-ġustizzja. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, u bil-għan li titrawwem il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli biex jiffunzjona tajjeb l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li ssir estensjoni tal-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet ta’ awtoritajiet oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-ġuristi, kif ukoll ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi.

    (15)Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa wkoll l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu.

    (16)L-azzjonijiet koperti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ spazju Ewropew ta’ ġustizzja, biex b’hekk tiżdied il-kooperazzjoni u jiżdied in-netwerking transfruntier u l-kisba tal-applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni. L-attivitajiet ta’ finanzjament jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxu għal fehim komuni tal-valuri tal-Unjoni, l-istat tad-dritt, għarfien aħjar tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni, il-kondiviżjoni ta’ għarfien u l-aħjar prattiċi fl-użu ta’ strumenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja mill-partijiet interessati kollha kkonċernati, kif ukoll għal proliferazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali interoperabbli li fuqhom hija bbażata kooperazzjoni transfruntiera bla intoppi u effiċjenti, u jenħtieġ li jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ tal-iżvilupp, l-infurzar u l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni. L-intervent tal-Unjoni jippermetti li dawk l-azzjonijiet isiru b'mod konsistenti madwar l-Unjoni u jwassal għal ekonomiji ta’ skala. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku.

    (17)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura konsistenza ġenerali, komplementarjetà u sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bħall-EUROJUST, EU-LISA u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u jenħtieġ li tieħu kont tal-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn, fl-oqsma koperti mill-Programm.

    (18)Jenħtieġ li jiġi żgurat il-valur Ewropew miżjud tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha mwettqa fi ħdan il-Programm, il-kumplimentarjetà tagħhom għall-attivitajiet tal-Istati Membri, u l-konsistenza tagħhom ma’ attivitajiet oħrajn tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm konsistenza, kumplimentarjetà u sinerġiji bejn il-programmi ta’ finanzjament li jappoġġaw l-oqsma politiċi b'rabta mill-qrib ma’ xulxin, b’mod partikolari l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri - u għalhekk mal-Programm Drittijiet u Valuri - u bejn il-Programm u l-Programm tas-Suq Uniku, Ġestjoni tal-fruntieri u Sigurtà, b'mod partikolari l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni ("AMIF", Asylum, Migration and Integration fund) u l-Fondi għas-Sigurtà Interna, Infrastruttura Strateġika b’mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm Erasmus+, il-Programm Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, u r-Regolament LIFE 13 .

    (19)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programm Ġustizzja li għandu jikkostitwixxi l-ammont referenzjali primarju, fl-ambitu tat-tifsira [il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 14 ], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

    (20)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [il-RF il-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

    (21)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet ta’ unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    (22)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill 15  (Euratom, KE) Nru 2988/95 16 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 17 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 18 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-kxif, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jipproċedi kontra r-reati ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 . B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera b’mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, l-UPPE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u li tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

    (23)Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal kontrolli dwar ir-responsabbiltà ta’ atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’defiċjenzi ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt hija prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-finanzjament mill-UE.

    (25) Skont [L-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE 20 ], il-persuni u l-entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (overseas countries and territories, OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-akkordji possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

    (26)Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta’ mira ġenerali ta’ 25 % ta’ nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta’ nofs it-terminu.

    (27)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.

    (28)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ indikaturi kif indikat fl-Artikoli 12 u 14 u fl-Anness II. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

    (29)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 .

    (30)Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

    (31)[B'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat (permezz tal-ittra ta' ...,) ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. JEW

    F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.]

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Kapitolu I
    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1
    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Ġustizzja ("il-Programm").

    Dan jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

    Artikolu 2
    Definizzjoni

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1.“Ġudikatura u persunal ġudizzjarju” tfisser imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti, kif ukoll professjonisti oħra tal-ġustizzja assoċjati mal-ġudikatura, bħalma huma avukati, nutara, bailiffs jew uffiċjali għall-infurzar, prattikanti fl-insolvenza, medjaturi, interpreti u tradutturi tal-qorti, esperti tal-qorti, persunal tal-ħabs u uffiċjali tal-probazzjoni.

    Artikolu 3
    Objettivi tal-programm

    1.Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li jikkontribwixxi għal aktar żvilupp ta’ żona Ewropea ta’ ġustizzja bbażata fuq l-istat tad-dritt, fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja reċiproka;

    2.Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness I:

    (a)li jiffaċilita u jappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, u li jippromwovi l-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ tal-isforzi biex tittejjeb l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali;

    (b)li jappoġġja u jippromwovi t-taħriġ ġudizzjarju, bil-għan li titrawwem kultura legali u ġudizzjarja u kultura tal-istat tad-dritt komuni;

    (c)li jiffaċilita l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd u rimedju effikaċi, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, permezz tal-promozzjoni ta’ proċeduri ċivili u kriminali effikaċi u l-promozzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi ta’ reati kif ukoll id-drittijiet proċedurali tas-suspettati u tal-persuni akkużati fi proċedimenti kriminali.

    Artikolu 4
    Baġit

    1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 - 2027, għandu jkun ta’ EUR [305 000 000] f’termini ta’ prezzijiet attwali.

    2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

    3.Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.

    4.Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-Artikolu 62(1)(c). Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

    Artikolu 5
    Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

    Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

    (a)il-Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-ŻEE;

    (b)pajjiżi ta' adeżjoni, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni rispettivi, jew akkordji simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

    (c)pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-kunsill ta' assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi.

    (d)Pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni ta’ pajjiż terz għal kull programm tal-Unjoni, sakemm il-ftehim

    -jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

    -jistipula l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-[Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid];

    -ma jagħtix lill-pajjiż terz setgħa ta’ deċiżjoni dwar il-programm;

    -jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex jiżgura ġestjoni finanzjarja soda u jipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

    Artikolu 6
    Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

    1.Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 61(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

    2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament f’kull forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju.

    3.[Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproku jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Id-dispożizzjonijiet stipulati [fl-Artikolu X] tar-Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw].

    Artikolu 7
    Tip ta' azzjonijiet

    L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 3 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

    Kapitolu II
    Għotjiet

    Artikolu 8
    Għotjiet

    1.L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 9
    Finanzjament kumulattiv, [supplimentari] u kkumbinat

    1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

    2.Fejn il-Programm u l-Fondi taħt ġestjoni kondiviża msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) [XX] [CPR] jipprovdu b’mod konġunt appoġġ finanzjarju għal azzjoni waħda, dik l-azzjoni għandha tiġi implimentata f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, inklużi r-regoli dwar l-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament.

    3.L-azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm u konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu jistgħu jiġu identifikati bl-għan li jiġu ffinanzjati mill-Fondi taħt ġestjoni kondiviża. F’dan il-każ, ir-rati ta’ kofinanzjament u r-regoli ta’ eliġibbiltà stipulati f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

    L-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    (a)dawn ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont il-Programm;

    (b)dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta’ kwalità ta’ din is-sejħa għal proposti;

    (c)dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont din is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.

    L-azzjonijiet għandhom ikunu implimentati mill-awtorità ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [XX] [CPR] f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u r-regolamenti speċifiċi għall-fondi, inklużi regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji.”

    Artikolu 10
    Entitajiet eliġibbli

    1.Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 3 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-[Artikolu 197] tar-Regolament Finanzjarju.

    2.Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

    (a)entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’kull wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    ·Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

    ·pajjiżi terz assoċjat mal-Programm;

    (b)kull entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kull organizzazzjoni internazzjonali;

    3.Għotja operattiva tista’ tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju biex tkopri n-nefqa assoċjata mal-programm ta’ ħidma permanenti tiegħu.

    Kapitolu III
    Programmazzjoni, Monitoraġġ, Evalwazzjoni u K
    ontroll

    Artikolu 11
    Programm ta’ Ħidma

    1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

    2.Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17.

    Artikolu 12
    Monitoraġġ u rapportar

    1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.

    2.Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 14, biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż permezz ta’ emendi għall-Anness II biex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ.

    3.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta’ monitoraġġ tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u b’mod tempestiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonali fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

    Artikolu 13
    E
    valwazzjoni

    1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod tempestiv sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

    2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

    3.Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

    4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

    Artikolu 14
    Eżerċizzju tad-delega

    1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

    3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Jibda jkollha effett fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

    4.Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

    5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ jekk fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew oġġezzjoni jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 15
    Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew permezz ta’ kull strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

    Kapitolu IV
    Dispożizzjonijiet Tranżitorji u Finali

    Artikolu 16
    Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

    1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonali lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

    2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

    Artikolu 17
    Proċedura ta' Kumitat

    1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 18
    Tħassir

    Ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 għandu jiġi revokat b'effett mill-1 ta’ Ottubru 2021.

    Artikolu 19
    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament Nru 1382/2013, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

    2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont il-predeċessur tiegħu, ir-Regolament Nru 1382/2013.

    3.Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

    Artikolu 20
    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

    1.2.Qasam (oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

    1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

    1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanati

    2.MIŻURI TA' ĠESTJONI 

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

    Il-Programm Ġustizzja

    1.2.Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB 22  

    II. Koeżjoni u Valuri

    7. Investiment fin-Nies, Koeżjoni Soċjali u Valuri

    Ġustizzja, Drittijiet u Valuri...

    1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

     azzjoni ġdida

     azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota / azzjoni preparatorja 23  

     l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew direzzjonar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra / azzjoni ġdida 

    1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

    1.4.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    Billi l-leġiżlazzjoni hija għodda prinċipali fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-Ġustizzja, jenħtieġ li din tkun ikkumplimentata b'mezzi oħrajn. F’dan il-kuntest, il-finanzjament għandu rwol importanti x’jaqdi. B’mod partikolari, il-finanzjament jenħtieġ li jtejjeb l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni billi jżid l-għarfien, is-sensibilizzazzjoni u l-kapaċità taċ-ċittadini, tal-professjonisti u tal-partijiet ikkonċernati, permezz tal-appoġġ ta':

    - informazzjoni u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż appoġġ għal kampanji nazzjonali u Ewropej biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar id-drittijiet tagħhom, kif iggarantiti skont il-liġi tal-Unjoni, u kif jistgħu jinfurzawhom fil-prattika;

    - taħriġ u bini ta’ kapaċità għall-ġuristi (bħall-imħallfin u l-prosekuturi) u għal prattikanti oħrajn, biex jiġu mgħammra bl-għodda meħtieġa biex iwettqu fil-prattika b’mod effettiv id-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni.

    Il-finanzjament għandu wkoll rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni fuq il-livell transnazzjonali u fl-iżvilupp tal-fiduċja reċiproka, permezz ta':

    - tisħiħ tan-netwerks, jiġifieri organizzazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha biex jassistu fit-tħejjija ta' inizjattivi futuri f'dan il-qasam, kif ukoll biex jippromwovu l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom madwar l-Ewropa;

    - kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-infurzar, pereżempju bit-twaqqif ta’ sistemi ta' allarm għal tfal neqsin, koordinazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva u l-kooperazzjoni transfruntiera kontra d-droga.

    Barra minn hekk, jenħtieġ li l-finanzjament jgħin:

    - ir-riċerka, l-analiżi u l-attivitajiet oħrajn ta’ appoġġ, biex il-leġiżlatur ikollu informazzjoni ċara u dettaljata dwar il-problemi u s-sitwazzjoni fuq il-post. Ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u jiżguraw li dawn ikunu msejsa fuq il-provi, li jkunu mmirati tajjeb u li jkunu strutturati tajjeb.

    Dawn l-attivitajiet kollha se jiġu implimentati matul il-perjodu sħiħ 2021-2027. Huwa diffiċli li jiġi stabbilit b’mod preċiż l-introduzzjoni f’dan l-istadju, minħabba l-veloċità ta’ sfidi politiċi ġodda li aħna rridu niffaċċjaw u nirreaġixxu għalihom.

    1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereżempju gwadanji ta’ koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività ikbar jew kumplimentaritajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li inkella kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    Raġunijiet għal azzjoni fuq livell Ewropew (ex ante):

    L-iffinanzjar kopert mill-Programm tal-Ġustizzja jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jwassal għal valur miżjud meta mqabbel mal-azzjoni meħdua mill-Istati Membri individwali. L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-applikazzjoni effikaċi tal-acquis billi jiżviluppaw fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, iżidu l-koperazzjoni transkonfinali u l-ħolqien ta’ netwerks u jiksbu applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni madwar l-Unjoni kollha. L-attivitajiet ikkoordinati li jilħqu l-Istati Membri kollha tal-Unjoni jistgħu jsiru biss permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni Ewropea hija f’qagħda aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi Pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku. Mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni, ikun hemm it-tendenza li l-partijiet ikkonċernati jindirizzaw il-problemi simili b’mod frammentat u diskonness.

    Valur miżjud iġġenerat tal-Unjoni mistenni (ex post)

    Il-kollaborazzjoni u n-netwerking bejn il-partijiet ikkonċernati se jwasslu għat-tixrid tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari metodi innovattivi u integrati fi Stati Membri differenti. Il-parteċipanti f’dawn l-attivitajiet se jaġixxu sussegwentement bħala multiplikaturi fl-attivitajiet professjonali rispettivi tagħhom u jxerrdu b’mod aktar usa’ l-aħjar prattiki fl-Istat Membru tagħhom.

    Se jingħata appoġġ biex ikun hemm bażi analitika soda għas-sostenn u l-iżvilupp ta’ politiki. L-intervent tal-Unjoni Ewropea jirrendi possibbli li dawn l-attivitajiet ikun segwiti b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha u jġib miegħu ekonomiji ta' skala. Il-finanzjament f’livell nazzjonali ma jagħtix l-istess riżultati, iżda jirriżulta biss f’metodu frammentat u limitat li ma jkoprix il-ħtiġijiet tal-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha.

    1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu mwettqa għall-programmi attwali fil-qasam tal-ġustizzja kkonfermat l-effikaċja globali tal-programm u l-validità tal-objettivi tiegħu, iżda ġew identifikati xi aspetti għat-titjib, b’mod partikolari ż-żieda tal-baċir tal-Programm ta’ destinatarji potenzjali tal-azzjonijiet, ir-rieżami tal-indikaturi ta’ monitoraġġ, it-tisħiħ ta’ sinerġiji ma’ programmi u inizjattivi ta’ finanzjament rilevanti oħra mill-UE.

    1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħra:

    Il-Programm se jfittex sinerġiji, konsistenza u kumplimentarjetajiet ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, fost l-oħrajn mal-programmi fl-oqsma tal-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà, il-konsumaturi, l-impjiegi, il-kwistjonijiet soċjali u l-edukazzjoni, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni esterna. Se jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni ma’ attivitajiet f’dawn il-programmi l-oħrajn, u r-riżorsi jkunu jistgħu jinqasmu bejn il-Programm Ġustizzja u l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri biex jinkisbu l-objettivi komuni.

    1.5.Durata u impatt finanzjarju

    X durata limitata

    x    b’effett mill-01/01/2021 sal-31/12/2027

    x    L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

     durata illimitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

    segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.6.Modi ta’ ġestjoni ppjanati 24  

    x Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    x mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja: lil:

    ◻pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    ◻organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    ◻BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    ◻korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    ◻korpi tal-liġi pubblika;

    ◻korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    2.MIŻURI TA' ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Il-proposta tinkludi obbligi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-kisba tal-objettivi speċifiċi jsirilha monitoraġġ fuq il-bażi tal-indikaturi li jinsabu fil-proposta; fuq bażi annwali.

    Barra minn hekk, jingħata rapport ta’ evalwazzjoni interim mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard min-nofs tal-2025 dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu ta’ riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tiegħu. Wara tmiem il-Programm tkun ipprovduta evalwazzjoni ex post dwar l-impatti għal żmien itwal u dwar is-sostenibbiltà tal-effetti tal-Programm.

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

    Permezz ta’ ġestjoni diretta, il-Kummissjoni tappoġġja azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika komuni tal-Unjoni. Il-Programm Ġustizzja se jkun amministrat direttament mill-Kummissjoni billi dan jippermetti li l-programmi jiġu adattati aħjar għall-ħtiġijiet ta’ politika u li jkollhom aktar flessibbiltà biex jiġu riaġġustati l-prijoritajiet f’każ ta’ ħtiġijiet emerġenti. Barra minn dan, il-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni se tippermetti wkoll li jiġu stabbiliti kuntatti diretti mal-benefiċjarji / mal-kuntratturi direttament involuti f’attivitajiet li jservu l-politiki tal-Unjoni.

    L-evalwazzjoni interim tal-Programm Ġustizzja 2014-2020 ikkonkludiet li filwaqt li hemm tabilħaqq lok għal semplifikazzjoni fi ħdan il-Programm Ġustizzja, dan il-kamp ta’ applikazzjoni huwa limitat fi ħdan il-qafas attwali ta’ ġestjoni. Madankollu, l-użu usa’ ta’ għodod korporattivi tal-IT għall-ġestjoni tal-għotjiet u l-introduzzjoni usa’ ta’ kostijiet ta’ unità fil-ġestjoni tal-Programm se jkunu fatturi ta’ simplifikazzjoni.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i interna/i ta’ kontroll stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    Ir-riskji ewlenin marbuta ma’ attivitajiet ta’ finanzjament tad-DĠ JUST huma tnejn:

    - ir-riskju tan-nuqqas ta’ finanzjament tal-aħjar proġett biex tiġi indirizzata l-kwistjoni identifikata

    - ir-riskji ta’ irregolarità u illegalità tal-kostijiet iddikjarati u rimborżati.

    Fir-rigward tar-riskju ta’ legalità u regolarità, ibbażat fuq il-kawżi u t-tipi ewlenin ta’ żbalji l-aktar komuni misjuba f’awditi ex post, jidher li l-oqsma ewlenin ta’ irregolaritajiet jirriżultaw minn ġestjoni finanzjarja ħażina mill-benefiċjarji, prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ fehim tar-regoli minħabba l-kumplessità tagħhom, b’mod partikolari l-eliġibbiltà tal-kostijiet.

    Għaldaqstant ir-riskji huma dovuti prinċipalment

    - għall-iżgurar tal-kwalità tal-proġetti magħżula u l-implimentazzjoni teknika sussegwenti tagħhom;

    - għar-riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għall-għotjiet (kumplessità tar-rimborż tal-kostijiet eliġibbli attwali) u kif ukoll għall-akkwist (kultant ikun hemm numru limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jimplika possibbiltajiet insuffiċjenti biex jiġu paragunati l-offerti ta’ prezzijiet);

    - Frodi

    Ir-rata ta’ erruri residwi fl-2017 (għal għotjiet) hija stmata għal 2,63 %.

    Il-maġġoranza ta’ dawn ir-riskji huma mistennija li jitnaqqsu bis-saħħa ta’:

    - disinn aħjar ta’ sejħiet għal proposti

    - gwida aħjar għall-benefiċjarji u l-immirar ta’ proposti

    - l-użu miżjud ta’ kostijiet simplifikati kif previst fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid

    - l-użu ta’ sistemi korporattivi għall-ġestjoni ta’ proposti u għotjiet

    - il-miżuri previsti fi strateġija kontra l-frodi.

    Deskrizzjoni ta’ sistema ta’ kontrol intern

    Is-sistema ta’ kontroll prospettata għall-programm fil-ġejjieni hija kontinwazzjoni tas-sistema attwali ta’ kontroll.

    Sabiex jiġu limitati r-riskji u t-tnaqqis fir-rata ta' erruri, l-istrateġija ta’ kontroll se tkun ibbażata fuq ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u fuq ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni. Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u l-abbozz ta’ proposta għall-programm Ġustizzja jenħtieġ li jestendu l-użu ta’ forom simplifikati ta’ għotjiet bħal somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet ta’ unità.

    L-istrateġija ta’ kontroll magħmula minn elementi kostitwenti differenti:

    - programmazzjoni, evalwazzjoni u għażla tal-proposti sabiex jiġi żgurat li jkunu biss l-aħjar proposti li jiġu ffinanzjati;

    - konklużjoni u monitoraġġ tal-ftehimiet ta’ għotja: It-tranżazzjonijiet u l-proċeduri kollha huma suġġetti għal verifika ex ante mill-Programm u mill-Unità ta’ ġestjoni finanzjarja tad-DĠ JUST, kif ukoll mill-unitajiet ta’ politika rilevanti. Il-verifika finanzjarja ssir mill-Programm u l-Unità tal-ġestjoni finanzjarja. Dwar l-għotjiet, it-talbiet għal kostijiet huma vverifikati b’mod approfondit, u jintalbu dokumenti ta’ prova meta jitqiesu li jkunu meħtieġa, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.

    - awditi ex post żgurati permezz ta’ Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz mad-DĠ Affarijiet Interni: Is-settur tal-kontroll ex post japplika “strateġija ta’ detezzjoni” immirata lejn id-detezzjoni ta’ massimu ta’ anomaliji bil-ħsieb ta’ rkupru ta’ pagamenti mhux dovuti. Fuq il-bażi ta’ din l-istrateġija, l-awditi jitwettqu fuq kampjun ta’ proġetti magħżula kważi kompletament fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

    Il-kontrolli ex post jenħtieġu li jistrieħu wkoll fuq il-kontrodipendenza għall-awditi u u li tiġi kondiviża l-informazzjoni disponibbli biex tkompli tnaqqas il-piż amministrattiv u żżid il-kosteffettività (l-Artikoli 127 u 128 RF il-ġdid)

    B’dawn l-elementi differenti ta’ strateġija ta’ kontroll, ir-rata ta’ erruri tista’ tkun mistennija li tkun taħt il-livell limitu ta' materjalità ta’ 2 %.

    Il-kost tal-kontrolli jammonta b’mod approssimattiv għal 4,49 % tal-pagamenti magħmula mid-DĠ JUST. Dan huwa mistenni li jibqa’ stabbli jew li jonqos ftit fil-każ fejn l-użu ta’ għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (simplified cost options, SCO) se jitwessa’ fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereżempju mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

    Id-DĠ JUST approva Strateġija Kontra l-Frodi f’April 2018. Id-DĠ se jkompli japplika l-Istrateġija Kontra l-Frodi tiegħu f’konformità mal-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni (Commission's Anti-Fraud Strategy, CAFS) sabiex jiżgura li, fost l-oħrajn, il-kontrolli interni relatati ma’ kontra l-frodi jkunu allinjati għalkollox mal-CAFS u li l-approċċ maniġerjali tar-riskju ta’ frodi tiegħu huwa mmirat biex jidentifika l-oqsma tar-riskju tal-frodi u r-reazzjonijiet adegwati.

    3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru
    Intestatura 2: Koeżjoni u Valuri

    07.06 Ġustizzja, Drittijiet u Valuri

    Diff. / Mhux diff. 25 .

    mill-pajjiżi tal-EFTA 26

    mill-pajjiżi kandidati*

    minn pajjiżi terzi

    fis-sens tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

    Il-Programm Ġustizzja

    07.01.05.01

    []

    Mhux diff.

    IVA

    IVA

    IVA

    LE

    Il-Programm Ġustizzja

    07.06.01.01

    07.06.01.02

    07.06.01.03

    []…]

    Diff.

    IVA

    IVA

    IVA

    LE

    *Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    <2>

    Intestatura 07.06.01 Intestatura 2: Koeżjoni u Valuri

    07.06 Ġustizzja, Drittijiet u Valuri

    Il-Programm Ġustizzja

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1)

    Impenji

    (1)

    42 596

    42 580

    42 555

    42 522

    42 481

    42 432

    42 134

    297 300

    Pagamenti

    (2)

    4 880

    20 234

    27 250

    29 742

    31 131

    31 698

    31 648

    120 717

    297 300

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programmi*

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    7 700

    Approprjazzjoni totali għall-pakkett tal-programm

    Impenji

    =1+3

    43 696

    43 680

    43 655

    43 622

    43 581

    43 532

    43 234

    305 000

    Pagamenti

    =2+3

    5 980

    21 334

    28 350

    30 842

    32 231

    32 798

    32 748

    120 717

    305 000

    L-approprjazzjonijiet huma maħsuba biex jiffinanzjaw attivitajiet li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament. L-ammonti ta’ hawn fuq se jinqasmu bejn it-tliet objettivi speċifiċi, b’mod approssimattiv kif ġej: il-kooperazzjoni ġudizzjarja 30 %, it-taħriġ ġudizzjarju 35 % u aċċess għall-ġustizzja 35 %. Dawn il-perċentwali huma indikattivi billi jenħtieġ li tinżamm il-flessibbiltà.

    * Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.



    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Riżorsi umani

    18 349

    18 349

    18 349

    18 349

    18 349

    18 349

    18 349

    128 443

    Nefqa amministrattiva oħra

    0 700

    0 700

    0 700

    0 700

    0 700

    0 700

    0 700

    4 900

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    19 049

    19 049

    19 049

    19 049

    19 049

    19 049

    19 049

    133 343

    f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Approprjazzjoni TOTALI
    fl-INTESTATURI kollha
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    62 745

    62 729

    62 704

    62 704

    62 630

    62 581

    62 283

    438 343

    Pagamenti

    25 029

    40 383

    47 399

    49 891

    51 280

    51 847

    51 797

    120 717

    438 343

    3.2.2.Impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali:

       Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    x    Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    18 349

    18 349

    18 349

    18 349

    18 349

    18 349

    18 349

    128 443

    Nefqa amministrattiva oħra

    0 700

    0 700

    0 700

    0 700

    0 700

    0 700

    0 700

    4 900

    Subtotal tal-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    19 049

    19 049

    19 049

    19 049

    19 049

    19 049

    19 049

    133 343

    Barra mill-INTESTATURA 7 27
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra
    ta’ natura amministrattiva

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    7 700

    Subtotal
    barra mill-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    1 100

    7 700

    TOTAL

    20 149

    20 149

    20 149

    20 149

    20 149

    20 149

    20 149

    141 043

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

       Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

    x    Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    • Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

    il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

    115,5

    115,5

    115,5

    115,5

    115,5

    115,5

    115,5

    Delegazzjonijiet

    Riċerka

    Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Fulltime: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  28

    Intestatura 7

    Finanzjati minn-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    24

    24

    24

    24

    24

    24

    24

    - fid-Delegazzjonijiet

    Finanzjati mill-pakkett tal-programm  29

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    Riċerka

    Metodu ieħor (speċifika)

    TOTAL

    139,5

    139,5

    139,5

    139,5

    139,5

    139,5

    139,5

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    DĠ JUST: L-FTEs KOLLHA TAD-DĠ JUST ġew assenjati għal wieħed mit-tliet (3) programmi attwali,

    FTEs għall-Programm Ġustizzja: 40 % mill-Programm u l-Unità tal-ġestjoni finanzjarja JUST.04, 40 % minn unitajiet orizzontali u FTEs oħra minn unitajiet ta’ politika marbuta mal-programm Ġustizzja (jiġifieri unitajiet: A1, B1, B2, B4, C1)

    DĠ COMP 0,5 AD, 1 AST

    Persunal estern

    FTEs marbuta mal-programm Ġustizzja

    DĠ COMP 1 AC

    3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    Il-proposta / L-inizjattiva:

       ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmata hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

       Il-proposta / L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta / L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

        fuq dħul ieħor

    jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

    f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Impatt tal-proposta / tal-inizjattiva 30

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Artikolu …

    (1)    COM(2017) 358.
    (2)     https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/juncker-political-guidelines-speech_mt.pdf  
    (3)    Id-Direttiva 2008/99.
    (4)    Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 Test b’relevanza għaż-ŻEE
    (5)    Id-Deċiżjoni 2005/370/KE.
    (6)    COM(2018) 321.
    (7)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
    (8)    ĠU C , , p. .
    (9)    ĠU C , , p. .
    (10)    Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)
    (11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)
    (12)    Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).
    (13)    Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 Test b’relevanza għaż-ŻEE
    (14)    [ ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1 http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.1.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC ]
    (15)    Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L248, 18.9.2013, p. 1).
    (16)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1).
    (17)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
    (18)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
    (19)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
    (20)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
    (21)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
    (22)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
    (23)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (24)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
    (25)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati..
    (26)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (27)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (28)    AC = Persunal b’Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Personal tal-aġenzija; JPD = Professjonisti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
    (29)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
    (30)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
    Top

    Brussell,30.5.2018

    COM(2018) 384 final

    ANNESSI

    għall-Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi l-programm tal-Ġustizzja


    ANNESS I

    Attivitajiet tal-programm

    L-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmi fl-Artikolu 3(2) se jiġu segwiti b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

    1.is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jitjieb l-għarfien ta’ politiki tal-Unjoni u tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-liġi sostantiva u proċedurali, l-istrumenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-liġi komparattiva u ta’ standards Ewropej u internazzjonali;

    2.it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati sabiex jittejbu l-għarfien u l-fehim reċiproku tad-dritt ċivili u kriminali u tas-sistemi legali u ġudizzjarji tal-Istati Membri, inkluż l-istat tad-dritt, u t-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka;

    3.l-attivitajiet analitiċi u ta’ monitoraġġ 1 biex jitjiebu l-għarfien u l-fehim ta’ ostakli potenzjali għall-funzjonament bla xkiel tal-Ispazju Ewropew ta’ Ġustizzja u biex itejbu l-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni fl-Istati Membri;

    4.it-taħriġ rilevanti għall-parti kkonċernati li jtejbu l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u d-dritt tal-Unjoni inklużi fost l-oħrajn il-liġi sostantiva u proċedurali, l-użu tal-istrumenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja fl-UE, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u d-dritt komparattiv lingwistiku legali.

    5.l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ għodod tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) biex jittejbu l-effiċjenza ta’ sistemi ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tagħhom permezz ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluż l-interoperabbiltà tas-sistemi u l-applikazzjonijiet transfruntiera.

    6.l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ netwerks ewlenin fil-livell Ewropew u ta’ netwerks ġudizzjarji Ewropej, inklużi netwerks stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni, biex jiġu promossi u żviluppati aktar l-għanijiet tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni, tal-istrateġiji dwar il-programm, kif ukoll li jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

    7.it-titjib tal-għarfien tal-programm u t-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati tiegħu u t-trawwim ta’ sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż bl-istabbiliment u l-appoġġ ta’ programmi ta’ sostenn / netwerk nazzjonali ta’ kuntatt.

    ANNESS II

    Indikaturi

    Il-Programm se jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-ispejjeż amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin.

    In-numru ta’ membri tal-ġudikatura u ta’ persunal ġudizzjarju li pparteċipaw f’attivitajiet ta’ taħriġ (inklużi skambji ta’ persunal, żjarat ta’ studju, workshops u seminars) iffinanzjati mill-Programm, inkluż permezz ta’ għotja operattiva tal-EJTN

    In-numru ta’ skambji ta’ informazzjoni f’Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (European Criminal Records Information System, ECRIS)

    In-numru ta’ hits fuq il-portal tal-Ġustizzja elettronika / il-paġni li jindirizzaw il-ħtieġa għal informazzjoni dwar kawżi ċivili transfruntiera

    L-għadd ta’ nies li ntlaħqu minn:

    (i) it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta’ prattiki tajba;

    (ii) sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ disseminazzjoni

    (1)    Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir ta’ data u statistika; l-iżvilupp ta’ metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta’ riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta’ gwidi, rapporti u materjal edukattiv.
    Top