This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M9122
Prior notification of a concentration (Case M.9122 — TCCC/Costa) (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9122 — TCCC/Costa) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9122 — TCCC/Costa) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 429, 28.11.2018, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
28.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9122 — TCCC/Costa)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 429/06)
1.
Fl-20 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Coca-Cola Company (“TCCC”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Costa Limited (“Costa”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Whitbread Group plc. |
TCCC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Costa, kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal TCCC: il-liċenzjar ta’ marki u marki kummerċjali differenti użati fil-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ xorb kummerċjali mhux alkoħoliku, il-bejgħ ta’ xiroppi u konċentrati lil kumpaniji awtorizzati ta’ bbottiljar u t-tqegħid fil-landi u lil bejjiegħa bl-imnut ta’ funtani tax-xarbiet, il-produzzjoni u l-bejgħ madwar id-dinja ta’ xarbiet lesti.
— għal Costa: l-operat ta’ ħwienet tal-kafè f’numru limitat ta’ Stati Membri tal-UE permezz ta’ ħwienet ta’ ekwità u taħt franchise, il-bejgħ bl-ingrossa ta’ kafè ppakkjati, inkaljat u mitħun, l-operazjoni ta’ magni li jbiegħu xarbiet sħan.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9122 — TCCC/Costa
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).