This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M8927
Prior notification of a concentration (Case M.8927 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Financial Group/Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8927 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Financial Group/Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8927 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Financial Group/Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 189, 4.6.2018, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/32 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8927 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Financial Group/Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 189/06)
1.
Fl-24 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Sumitomo Corporation (“SC”, il-Ġappun), |
— |
Sumitomo Mitsui Financial Group, Inc. (“FG”, il-Ġappun), |
— |
Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company, Limited (“FL”, il-Ġappun), joint venture eżistenti bejn FG u SC, ikkontrollata b’mod uniku minn FG. |
SC u FG jakkwistaw fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ FL u s-sussidjarja SMFL Capital Co. Limited (“FLC”) li hija proprjetà kollha kemm tagħha (“FLC”) ħlief in-negozji tal-assigurazzjoni u tal-kiri tal-karozzi ta’ FLC li se jiġu trasferiti lil kumpanija li hija kkontrollata minn SC.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— SC: kumpanija Ġappuniżi ta’ kummerċ u investiment integrati u li hija kkwotata fil-Borża u għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Tokjo, li hija attiva f’diversi setturi, bħall-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, trasport, il-midja, ir-riżorsi minerali, l-enerġija, il-kimiċi u l-elettronika,
— FG: kumpanija kkwotata fil-Borża bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Tokjo, li toffri firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji, inklużi servizzi bankarji korporattivi, servizzi bankarji għall-konsumatur, servizzi bankarji għall-investiment, finanzi għall-konsumatur, karti tal-kreditu, kiri, pjattaforma għas-senserija, u servizzi ta’ riċerka finanzjarja u ta’ konsulenza,
— FL: joint venture eżistenti bejn SC u FG bil-kwartieri ġenerali f’Tokjo. Hija tipprovdi primarjament servizzi ta’ kiri ġenerali, self, factoring, kiri ta’ ajruplani u servizzi ta’ kiri tal-karozzi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8927 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Financial Group/Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.