Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8821

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8821 — Advent International/Circet Groupe) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 77, 1.3.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8821 — Advent International/Circet Groupe)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 77/06)

1.

Fit-22 ta’ Frar 2018 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Circet Groupe (“Circet”, Franza), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Advent: investitur ta’ ekwità privata bbażat fl-Istati Uniti tal-Amerika li tiffinanzja fondi li jinvestu mad-dinja kollha.

—   Circet: kumpanija Franċiża ta’ daqs medju li taħdem fis-servizzi tal-infrastrutturi tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll fid-distribuzzjoni ta’ prodotti u ta’ servizzi tat-telefonija mobbli, permezz tar-Réseaux Circet affiljati tagħha.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-l-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8821 — Advent International/Circet Groupe, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top