EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8496

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8496 — Strabag/Max Bögl International/SMB) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 183, 29.5.2018, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8496 — Strabag/Max Bögl International/SMB)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 183/08)

1.   

Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Strabag AG (“Strabag”, l-Awstrija),

Max Bögl International SE (“Bögl”, il-Ġermanja),

SMB Construction International GmbH (“SMB”, il-Ġermanja).

Strabag u Bögl jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SMB.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Strabag: iż-żoni kollha tal-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni, speċjalment il-bini ta’ toroq, inġinerija ċivili, ġestjoni ta’ proġetti u materjali tal-kostruzzjoni,

—   għal Bögl: diversi segmenti tal-industrija tal-bini, speċjalment il-kostruzzjoni ta’ bini pubbliku, inġinerija ċivili u l-infrastruttura,

—   għal SMB: il-kostruzzjoni ta’ kurvi inklinati għall-provi tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8496 — Strabag/Max Bögl International/SMB

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top