Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018HB0036

    Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) (BĊE/2018/36)

    ĠU C 21, 17.1.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 21/1


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-7 ta’ Diċembru 2018

    dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD)

    (BĊE/2018/36)

    (2019/C 21/01)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) u (5), u t-tielet inċiż tal-Artikolu 132(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) huwa d-dejtasett maqsum ta’ dejta ta’ referenza dwar unitajiet istituzzjonali legali u statistiċi oħrajn, li l-ġbir tagħhom jappoġġa proċessi tan-negozju madwar l-Eurosistema u t-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). L-informazzjoni rreġistrata fir-RIAD hija pprovduta mill-membri tal-Eurosistema u mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, fejn tali BĊNi jipparteċipaw volontarjament fl-operat tar-RIAD.

    (2)

    BĊNi ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro li tipparteċipa fl-operat tar-RIAD għandhom jikkooperaw bejniethom, mal-BĊNi tal-Eurosistema u mal-Bank Ċentrali Ewropew biex jipprovdu, jaġġornaw u jivvalidaw dejta ta’ referenza għal entitajiet reġistrati fir-RIAD skont Linja ta’ Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (1) u, fuq bażi reċiproka, ikollhom aċċess għal, u jaqsmu dejta dwar, fuq l-entitajiet domestiċi tagħhom.

    (3)

    Fl-interess ta’ kooperazzjoni mill-qrib u effettiva madwar is-SEBĊ għall-ġestjoni tar-RIAD, u f’konformità mal-premessa 9 tal-Linja ta’ Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16), għandha tiġi adotta rakkomandazzjoni biex tikkumplimenta dik il-Linja Gwida.

    (4)

    It-tqassim tad-dejta tar-RIAD huwa soġġett għar-reġim tal-kunfidenzjalità tas-SEBĊ jew, fil-każ ta’ dejta RIAD mhux statistika, għal protezzjonijiet oħra ta’ kunfidenzjalità, u l-qsim ta’ dejta bejn Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet legali addizzjonali fil-livell nazzjonali,

    ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    I.   Definizzjoni

    Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, it-terminu “entità” għandu l-istess tifsira kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16).

    II.   L-għoti ta’ tagħrif statistiku

    Id-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet indirizzati lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li tinsab fil-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16).

    III.   Dispożizzjoni finali

    Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2018.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2016, p. 3).


    Top