This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018BP1404
Resolution (EU) 2018/1404 of the European Parliament of 18 April 2018 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Securities and Markets Authority for the financial year 2016
Riżoluzzjoni (UE) 2018/1404 tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2016
Riżoluzzjoni (UE) 2018/1404 tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2016
ĠU L 248, 3.10.2018, p. 289–292
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/289 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2018/1404 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-18 ta' April 2018
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2016
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0101/2018), |
A. |
billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani, |
B. |
billi, skont ir-rapporti tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 39 398 106, u dan jirrappreżenta żieda ta' 7,11 % meta mqabbel ma' dak għall-2015; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 10 203 000), u minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u osservaturi (EUR 16 180 250) u mit-tariffi (EUR 10 550 293); |
C. |
billi l-Qorti tal-Awdituri (''il-Qorti''), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2016 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. |
Jirrikonoxxi li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,97 %, li tfisser żieda ta' 0,33 % meta mqabbla mal-2015, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,29 %, li tfisser żieda ta' 2,75 %, meta mqabbla mal-2015; |
Impenji u riporti
2. |
Jinnota b'sodisfazzjon li 92,8 % tal-krediti baġitarji tal-2015 li ġew riportati għall-2016 tħallsu fi żmien sena; |
3. |
Josserva li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti kienet relattivament għolja, bl-eċċezzjoni ta' Titolu III (nefqa operazzjonali), li kienet ta' 38,09 %; |
4. |
Jitlob lill-Awtorità żżomm il-volum li għandu jiġu riportat għas-sena suċċessiva kemm jista' jkun baxx; |
5. |
Jirrimarka li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operazzjonali tal-Awtorità, u li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Awtorità u kkomunikati lill-Qorti; |
Trasferimenti
6. |
Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività tal-Awtorità, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2016 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji; josserva li l-Awtorità eżegwit trasferimenti li jammontaw għal EUR 553 743,41 mit-Titolu III (nefqa operazzjonali) u EUR 182 131,59 mit-Titolu II (nefqa infrastrutturali u amministrattiva) biex tkopri l-bżonnijiet baġitarji tat-Titolu I (nefqa tal-persunal); |
Politika tal-persunal
7. |
Jinnota li l-Awtorità fl-2016 kienet timpjega 204 membru tal-persunal (136 aġent temporanju minn 140 post awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni), meta mqabbel mal-186 membru tal-persunal fis-sena preċedenti; jinnota li r-rata ta' tibdil tal-persunal għall-2016 kienet ta' 8 %, li hija inqas mill-mira ta' 10 % tal-Awtorità; |
8. |
Jinnota li minn 204 membri tal-persunal fl-2016, l-Awtorità kienet timpjega 86,3 persuna (ekwivalenti għal full-time) bejn esperti nazzjonali sekondati, aġenti kuntrattwali, persunal interim u konsulenti; |
9. |
Jinnota li l-bilanċ globali bejn is-sessi fl-Awtorità kien ta' 46 % nisa u 54 % rġiel; jiddispjaċih, madankollu, għall-iżbilanċ sinifikanti fil-kompożizzjoni tal-bord maniġerjali, fejn il-proporzjon kien ta' 17 % nisa u 83 % rġiel; |
10. |
Jinnota li, bħala medja, kull membru tal-persunal tal-Awtorità ħa sitt ijiem ta' liv minħabba mard fl-2016; josserva b'sodisfazzjon li l-Awtorità organizzat għall-persunal sessjonijiet ta' team-building u away-days li kkonċentraw fuq is-sostenibbiltà ambjentali, workshop dwar is-sorveljanza fil-post, id-dritt istituzzjonali, il-prevenzjoni tal-burnout, il-benessri fiżiku u mentali, inklużi workshops dwar l-intelliġenza emozzjonali, taħriġ dwar eżerċizzju fiżiku fl-uffiċċju, mindfulness, introduzzjoni għall-yoga u rekwiżiti djetetiċi; |
11. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità stabbiliet netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali, u organizzat sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal u għall-maniġers dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u ta' dak sesswali; |
12. |
Jinnota li, f'Marzu 2015, id-direttur eżekuttiv tal-Awtorità ordna li l-investigaturi jwettqu inkjesta amministrattiva wara allegazzjonijiet ta' fastidju li saru minn konsulent estern tal-IT kontra membru tal-persunal, u l-inkjesta ġiet ikkompletata f'Marzu 2016; jinnota li l-evidenza li nġabret ma sostnietx l-allegazzjonijiet ta' fastidju; jinnota wkoll li, fl-2016, l-ebda każ ieħor ta' fastidju ma ġie rrappurtat, investigat jew imtella' quddiem il-Qorti; |
13. |
Jinnota li l-Awtorità ma tuża l-ebda vettura uffiċjali; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija
14. |
Jinnota li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi u s-CVs tal-membri tal-bord maniġerjali huma disponibbli fis-sit web tal-Awtorità; |
15. |
Jilqa' l-fatt li, matul l-2016, l-Awtorità bdiet tippubbliku reġistru tal-laqgħat tal-persunal ma' partijiet interessati esterni; |
16. |
Jirrikonoxxi mill-Awtorità li r-regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ġew implimentati b'suċċess fl-ewwel nofs tal-2017, kif kien previst; |
17. |
Jesprimi l-ħtieġa li jiġi stabbilit korp ta' żvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu; |
18. |
Jinnota li l-Awtorità fl-2016 irċeviet sitt talbiet għal aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li fir-rigward tagħhom, l-Awtorità tat aċċess sħiħ f'erba' każijiet, filwaqt li f'żewġ każijiet, l-Awtorità ddeċidiet li tagħti biss aċċess parzjali għad-dokumenti biex tipproteġi l-privatezza u l-integrità tal-individwu u tipproteġi l-finijiet tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-verifiki; jitlob li l-Awtorità tittratta talbiet bħal dawn b'mod kemm jista' jkun miftuħ, fi spirtu ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont; |
19. |
Jitlob li l-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar każijiet ta' ksur, allegati u kkonfermati, tar-regoli etiċi, u dwar kif indirizzathom, u kif se tevitahom fil-futur; |
Kisbiet ewlenin
20. |
Jilqa' t-tliet kisbiet u suċċessi ewlenin identifikati mill-Awtorità fl-2016, jiġifieri li:
|
Awditu intern
21. |
Jinnota li l-Awtorità implimentat pjan ta' azzjoni b'risposta għall-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar “Stakeholder Management and External Communication” (Il-ġestjoni tal-partijiet interessati u tal-komunikazzjoni esterna); jinnota li, fl-2016, l-Awtorità bdiet tiżviluppa u timplimenta approċċ integrat għall-ippjanar, ġestjoni u eżekuzzjoni tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni lejn il-partijiet interessati interni u esterni tagħha, li se jirriżulta f'għadd ta' sinerġiji, inkluż aktar koordinament tal-attivitajiet tal-partijiet interessati fil-mezzi kollha ta' komunikazzjoni; |
22. |
Jirrikonoxxi li l-Awtorità implimentat kull rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna maħruġa mill-IAS fis-snin ta' qabel; |
Prestazzjoni
23. |
Jilqa' l-fatt li l-Awtorità, flimkien mal-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, tifforma parti minn Kumitat Konġunt li jaħdem biex jiżgura konsistenza transettorjali u pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transettorjali oħra; jieħu nota, barra minn hekk, li l-Awtorità ħadmet ukoll biex tibni l-kooperazzjoni tagħha mal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u mal-Bank Ċentrali Ewropew f'oqsma ta' interess reċiproku, bħall-infrastrutturi tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja; |
24. |
Jinnota li l-Qorti wettqet awditu tal-prestazzjoni fuq is-superviżjoni tal-Awtorità fuq l-Aġenziji ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu, u ppubblikat ir-rapport finali tagħha fi Frar 2016; jirrikonoxxi li l-Awtorità fasslet pjan ta' azzjoni wara l-awditu sabiex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti; jieħu nota li seba' mit-tmien rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Qorti diġà ġew indirizzati, u li t-tmien waħda għadha għaddejja; |
Kummenti oħra
25. |
Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju stabbilit mill-Parlament u mill-Kunsill jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha żżomm rigorożament mal-kompiti, ma għandhiex tmur lil hinn mill-mandat mogħti lilha mill-Parlament u mill-Kunsill, u għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità, bil-għan li tottimizza l-użu tar-riżorsi u tilħaq l-objettivi li ngħatat mandat dwarhom mill-Parlament u mill-Kunsill; |
26. |
Jirrileva r-rwol ċentrali tal-Awtorità fl-iżgurar ta' superviżjoni aħjar tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni biex tiżgura l-istabbiltà finanzjarja, it-trasparenza meħtieġa u aktar sigurtà għas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikulari billi tikkoordina s-superviżjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, billi tikkoopera ma' istituzzjonijiet responsabbli għas-superviżjoni internazzjonali fejn ikun meħtieġ, kif ukoll billi tissorvelja l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni; jenfasizza li tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq atmosfera ta' fiduċja; jissottolinja r-rwol tal-Awtorità li tikkontribwixxi għal prattiki ta' superviżjoni konverġenti f'livell għoli fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u li tippromwovi dawn il-prattiki; jenfasizza wkoll li, fit-tfassil ta' miżuri tal-Livell 2 u tal-Livell 3, għandha tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq nazzjonali differenti, u li l-parteċipanti tas-suq ikkonċernati għandhom ikunu involuti fi stadju kemm jista' jkun bikri fil-proċess tal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri, kif ukoll fl-istadji individwali tad-disinn u tal-implimentazzjoni; jinnota l-bżonn li l-ħidma tal-Awtorità tiġi vvalutata sewwa fuq bażi regolari, fi sforz biex talloka u tuża r-riżorsi tagħha b'mod aktar effikaċi, trasparenti u kredibbli; |
27. |
Jinnota li, minħabba li x-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-baġit u l-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati internament; iqis li huwa essenzjali li l-Awtorità jkollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti tagħha bis-sħiħ, inkluż biex tlaħħaq ma' kwalunkwe volum ta' xogħol addizzjonali kkawżat minn dawk il-kompiti, filwaqt li tiżgura livell adatt ta' prijoritizzazzjoni f'dak li jirrigwarda l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-effiċjenza baġitarja; barra minn hekk, jirrimarka li kwalunkwe żieda fil-volum tax-xogħol tal-Awtorità tista' tiġi akkomodata internament permezz tar-riallokazzjoni ta' riżorsi baġitarji jew umani, bil-kundizzjoni li din ir-riallokazzjoni ma taffettwax l-eżerċizzju sħiħ min-naħa tal-Awtorità tal-mandat tagħha u tiżgura l-indipendenza tal-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħha; |
28. |
Jilqa' b'sodisfazzjon li, fl-2016, l-Awtorità kienet involuta fiċ-ċertifikazzjoni tal-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali għal diversi attivitajiet intiżi biex inaqqsu l-impronta ambjentali; |
29. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jista' jaffettwa l-attivitajiet tal-Awtorità peress li, fil-preżent, ħafna mill-entitajiet sorveljati sinifikanti jinsabu hemmhekk; jieħu nota li huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtorità jonqos b'riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; |
30. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità tinvolvi ruħha b'mod proattiv mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex tifhem l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq is-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, kif ukoll l-impatt tal-ħruġ fuq l-Awtorità; jieħu nota, barra minn hekk, li l-Awtorità hija f'kuntatt mal-Kumissjoni u tiskambja informazzjoni dwar din il-kwistjoni; |
31. |
Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 84, 17.03.2017, p. 192.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0133. Ara paġna 393 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.