This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018AP0423
P8_TA(2018)0423 Charging of heavy goods vehicles for the use of certain infrastructures ***I European Parliament legislative resolution of 25 October 2018 on the proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 1999/62/EC on the charging of heavy goods vehicles for the use of certain infrastructures (COM(2017)0275 — C8-0171/2017 — 2017/0114(COD)) P8_TC1-COD(2017)0114 Position of the European Parliament adopted at first reading on 25 October 2018 with a view to the adoption of Directive (EU) …/… of the European Parliament and of the Council amending Directive 1999/62/EC on the charging of heavy goods vehicles for the use of certain infrastructures (Text with EEA relevance)
P8_TA(2018)0423 Il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (COM(2017)0275 – C8-0171/2017 – 2017/0114(COD)) P8_TC1-COD(2017)0114 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
P8_TA(2018)0423 Il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (COM(2017)0275 – C8-0171/2017 – 2017/0114(COD)) P8_TC1-COD(2017)0114 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 345, 16.10.2020, pp. 337–373
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
16.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/337 |
P8_TA(2018)0423
Il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (COM(2017)0275 – C8-0171/2017 – 2017/0114(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 345/49)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0275), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0171/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kunsill Federali Awstrijak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Frar 2018 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0202/2018), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0114
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Il-progress lejn il-mira, li l-Kummissjoni stabbiliet fil-White Paper tagħha tat-28 ta’ Marzu 2011 (4), jiġifieri li għandu jsir progress lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta’ “min iniġġes iħallas” u “l-utent iħallas”, sabiex jiġi ġġenerat id-dħul u jiġi żgurat il-finanzjament għall-investimenti futuri fit-trasport, sar bil-mod ħafna u għad hemm inkonsistenzi fl-applikazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura tat-toroq madwar l-Unjoni. |
|
(1a) |
F'dik il-White Paper, il-Kummissjoni stabbiliet skadenza sal-2020 biex “tipproċedi lejn internalizzazzjoni sħiħa u obbligatorja tal-ispejjeż esterni (inklużi l-istorbju, it-tniġġis lokali u l-konġestjoni apparti l-irkupru obbligatorju tal-ispejjeż tat-tkagħbir bl-użu) għat-trasport bit-triq u bil-ferrovija”. [Em. 1] |
|
(1b) |
Il-moviment tal-vetturi tal-merkanzija u tal-passiġġieri huwa fattur li jikkontribwixxi għall-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu fl-atmosfera. Tali sustanzi li jniġġsu, li għandhom impatt kbir ħafna fuq is-saħħa tan-nies u jwasslu għad-deterjorament tal-kwalità tal-arja ambjentali fl-Ewropa, jinkludu l-PM2,5, l-NO2 u l-O3. Fl-2014, dawk it-tliet sustanzi li jniġġsu kkaġunaw rispettivament 399 000, 75 000 u 13 600 każ ta' mewt prematur fl-Unjoni minħabba esponiment fit-tul, skont l-estimi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ippubblikati fl-2017. [Em. 2] |
|
(1c) |
Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-istorbju mit-traffiku fit-toroq waħdu huwa t-tieni fattur ta' stress ambjentali l-aktar dannuż fl-Ewropa, eżatt wara t-tniġġis tal-arja. Mill-inqas 9 000 każ ta' mewt prematur fis-sena jistgħu jiġu attribwiti lill-mard tal-qalb ikkawżat mill-istorbju mit-traffiku. [Em. 3] |
|
(1d) |
Skont ir-rapport tal-2017 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar il-kwalità tal-arja fl-Ewropa, fl-2015 it-trasport bit-triq kien is-settur bl-aktar emissjonijiet ta' NOx u t-tieni għas-sustanzi li jniġġsu li jkunu ġejjin mill-iswed tal-karbonju. [Em. 4] |
|
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi (5), il-Kummissjoni ħabbret li se tipproponi r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-tariffi għat-trakkijiet sabiex tippermetti tariffi wkoll abbażi tad-differenzjazzjoni tad-diossidu tal-karbonju, u l-estensjoni ta’ xi wħud mill-prinċipji tagħha għax-xarabanks u l-kowċis, kif ukoll għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vannijiet. |
|
(3) |
Il-vetturi heavy-duty kollha għandhom impatt sinifikanti fuq l-infrastruttura tat-toroq u jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja , u filwaqt li l-vetturi light-duty ħfief huma s-sors tal-maġġoranza tal-impatti ambjentali u soċjali negattivi mit-trasport bit-triq fir-rigward tal-emissjonijiet u l-konġestjoni. Fl-interess tat-trattament ugwali u l-kompetizzjoni ġusta, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-vetturi li sa issa mhumiex koperti mill-qafas stabbilit fid-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fir-rigward tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti, jiġu inklużi f’dan il-qafas. Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jiġi estiż għall-vetturi heavy-duty minbarra dawk maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija u għall-vetturi light-duty, inklużi l-karozzi tal-passiġġieri. It-tariffi għall-karozzi tal-passiġġieri jistgħu jiġu aġġustati sabiex tiġi evitata penalizzazzjoni eċċessiva tal-utenti frekwenti. Għal raġunijiet ta' trattament ugwali, jenħtieġ li t-tariffi jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju, abbażi tal-kategorija tal-vettura, kif ukoll b'mod differenti, skont l-impatt tal-vettura fuq l-infrastrutturi u fuq l-ambjent u s-soċjetà, u skont il-qagħda soċjoekonomika ta' ċerti utenti li ma jkollhom ebda għażla ħlief li jużaw it-triq biex jaslu fil-post tax-xogħol tagħhom. [Em. 5] |
|
(3a) |
Biex jiġi stabbilit suq intern tat-trasport bit-triq b'kundizzjonijiet ekwi, jenħtieġ li r-regoli jiġu applikati b'mod uniformi. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' din id-Direttiva huwa l-eliminazzjoni ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-utenti. Għaldaqstant, il-vannijiet li jittrasportaw merkanzija bit-triq jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tat-tariffi applikati għall-vetturi heavy-duty. [Em. 6] |
|
(3b) |
Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità ta' din il-miżura, huwa importanti li jiġu inklużi biss il-vannijiet użati biex jittrasportaw merkanzija bit-triq li huma rregolati bir-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009 (7) u (KE) Nru 1072/2009 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 (9) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. [Em. 7] |
|
(4) |
Il-ħlasijiet fuq l-utenti abbażi tal-ħin, min-natura tagħhom, ma jirriflettux l-ispejjeż tal-infrastruttura li fil-fatt jiġġarbu u, għal raġunijiet simili, mhumiex effikaċi bħala inċentiv għal operazzjonijiet aktar nodfa u aktar effiċjenti, jew it-tnaqqis tal-konġestjoni. Għalhekk Għall-vetturi tqal , il-ħlasijiet fuq l-utenti abbażi tal-ħin għalhekk jenħtieġ li dawn jitnaqqsu gradwalment b’tariffi abbażi tad-distanza, li jkunu aktar ġusti, aktar effiċjenti u aktar effikaċi. [Em. 8] |
|
(4a) |
Sabiex ikun żgurat li din is-sostituzzjoni gradwali tal-ħlasijiet fuq l-utenti abbażi tal-ħin bi ħlasijiet abbażi tad-distanza ma ssirx ostaklu ulterjuri għall-aċċess għas-swieq Ewropej ewlenin tat-trasport minn pajjiżi u reġjuni periferiċi, jenħtieġ li mill-iktar fis possibbli titqiegħed fis-seħħ sistema ta' kumpens sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż miżjuda u b'hekk jiġi evitat telf sinifikanti ta' kompetittività. [Em. 10] |
|
(4b) |
Sabiex jiġi evitat li t-traffiku jibda juża t-toroq mingħajr ħlas għall-użu tagħhom, li jista' jkollu impatt kbir ħafna fuq is-sikurezza tat-toroq u fuq l-użu ottimali tan-netwerk tat-toroq, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu ħlasijiet għall-użu fit-toroq kollha li jkunu f'kompetizzjoni diretta man-netwerks trans-Ewropej. [Em. 11] |
|
(4c) |
Il-ħlasijiet fuq l-utenti abbażi tal-ħin iħeġġu lis-sewwieqa jivvjaġġaw aktar meta l-vignette tagħhom tkun valida, u b'hekk jiġi applikat b'mod żbaljat il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” u “min juża jħallas”. [Em. 12] |
|
(4d) |
Sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi applikata sew, l-oqfsa kuntrattwali li jirregolaw il-kuntratti ta' konċessjoni fir-rigward tal-ġbir ta' tariffi tat-triq jenħtieġ li, b'kusiderazzjoni xierqa tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiffaċilitaw l-adattabbiltà ta' dawk il-kuntratti skont it-tibdil tal-qafas regolatorju tal-Unjoni. [Em. 13] |
|
(4e) |
F'dan ir-rigward, jenħtieġ li titqies il-possibbiltà li l-ispejjeż miżjuda minħabba l-periferiċità jiġu kkumpensati permezz ta' faċilitajiet fir-rigward tal-aċċess għal flotot aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tal-istabbiliment prijoritarju ta' infrastruttura esklużiva jew ta' teknoloġiji bħal awtostradi elettriċi. Dawk il-faċilitajiet ta' kumpens jistgħu jiffurmaw parti mill-FNE futura wara l-2020. [Em. 14] |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni mill-utenti tal-iskemi futuri tal-pedaġġ tat-toroq, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jintroduċu sistemi adegwati għall-ġbir tal-ħlasijiet bħala parti minn pakkett usa’ ta’ servizzi ta’ mobbiltà. Sistemi bħal dawn għandhom jenħtieġ li jiżguraw distribuzzjoni ġusta tal-ispejjeż tal-infrastruttura u jirriflettu l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u jinkorporaw arranġamenti għad-delimitazzjoni tal-irċevuti mill-ħlasijiet fuq l-utenti. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi wkoll li jimponu ħlasijiet għall-użu fit-toroq li ma jiffurmawx parti min-netwerk ewlieni tat-trasport . Jenħtieġ li l-Istati Membri li jintroduċu sistema ta’ din ix-xorta jiżguraw li din tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). [Em. 15] |
|
(5a) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jqisu l-fatturi soċjoekonomiċi meta japplikaw skemi ta' tariffi għall-infrastruttura tat-toroq għall-karozzi tal-passiġġieri [Em. 16] |
|
(5b) |
L-impożizzjoni ta' ħlasijiet fuq l-utenti kollha tat-triq b'mezzi elettroniċi tinvolvi l-ġbir u l-ħżin fuq skala enormi ta' data personali, li tista' tintuża wkoll biex jitfasslu profili komprensivi tal-movimenti. Meta jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jqisu sistematikament il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop u tal-minimizzazzjoni tad-data. Għalhekk jenħtieġ li s-soluzzjonijiet tekniċi għal-ġbir ta' data b'rabta mal-impożizzjoni ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq jinkorporaw possibbiltajiet ta' ħlas anonimizzat, kriptat jew bil-quddiem. [Em. 17] |
|
(5c) |
It-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq. Sabiex tiġi appoġġata l-introduzzjoni tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar lok biex inaqqsu malajr it-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri billi jitnaqqsu kemm jista' jkun malajr ir-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE [Em. 18] |
|
(5d) |
Huwa ta' importanza partikolari li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' ħlasijiet ġusta li ma tippenalizzax lill-utenti ta' vetturi privati li, minħabba l-post tar-residenza tagħhom f'żona rurali jew f'żoni li diffiċli li wieħed jaċċedi għalihom jew iżolati, ikollhom bilfors jużaw b'mod aktar regolari toroq prinċipali soġġetti għal ħlasijiet. Skont il-politika ta' żvilupp territorjali, jenħtieġ li l-Istati Membri jimponu ħlasijiet imnaqqsa fuq l-utenti minn żoni bħal dawn. [Em. 20] |
|
(6) |
Bħal fil-każ ta’ vetturi heavy-duty, huwa importanti li jiġi żgurat li, jekk l-Istati Membri jintroduċu kwalunkwe tariffa abbażi tal-ħin li tiġi applikata għall-vetturi light-duty , din tkun proporzjonata, inkluż fir-rigward ta’ perjodi tal-użu ta’ iqsar minn sena. F’dak ir-rigward, jeħtieġ li jitqies il-fatt li vetturi light-duty għandhom xejriet tal-użu differenti minn dawk ta’ vetturi heavy-duty. Il-kalkolu ta’ tariffi proporzjonati abbażi tal-ħin jista’ jkun ibbażat fuq id-dejta id-data disponibbli dwar ix-xejriet tal-vjaġġi, sakemm jiżgura n-nondiskriminazzjon . [Em. 21] |
|
(7) |
Skont id-Direttiva 1999/62/KE, tariffa għall-ispejjeż esterni tista’ konsistenti mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” jenħtieġ li tiġi imposta fuq livell qrib għall-ispiża marġinali soċjali tal-użu tal-vettura kkonċernata. Intwera li dak il-metodu huwa l-aktar mod ġust u effiċjenti biex jitqiesu l-impatti ambjentali u tas-saħħa negattivi tat-tniġġis tal-arja u tal-istorbju ġġenerati minn vetturi heavy-duty, u jkun jiżgura kontribuzzjoni ġusta mill-vetturi heavy-duty biex jintlaħqu l-istandards tal-UE għall-kwalità tal-arja (11), kif ukoll kwalunkwe limitu jew mira applikabbli għall-istorbju. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ tariffi bħal dawn tiġi ffaċilitata. [Em. 22] |
|
(8) |
Għal dan l-għan, jenħtieġ li tiġi introdotta l-possibbiltà li tiġi applikata tariffa għall-ispejjeż esterni fuq in-netwerks li mhumiex koperti minn tariffa għall-infrastruttura u t-tariffi massimi tal-medja ponderata għall-ispejjeż esterni tiġi ssostitwita mill-valuri ta’ referenza jenħtieġ li jiġu sostitwiti bil-valuri minimi aġġornati fid-dawl tal-inflazzjoni, il-progress xjentifiku li jkun sar biex jiġu stmati l-ispejjeż esterni tat-trasport bit-triq u l-evoluzzjoni tal-kompożizzjoni tal-flotta. [Em. 23] |
|
(8a) |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-White Paper dwar it-Trasport li jkun hemm applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, jenħtieġ li jiġi żgurat li, fin-netwerks koperti minn tariffa għall-infrastruttura, tapplika tariffa għall-ispejjeż esterni għall-vetturi heavy-duty u għall-vannijiet li jittrasportaw merkanzija bit-triq. [Em. 24] |
|
(8b) |
Sabiex jiġi żgurat użu mill-ġdid xieraq tad-dħul mit-tariffi għall-ispejjeż esterni, ikun xieraq li dak id-dħul jerġa' jiġi investit fis-settur tal-infrastruttura tat-trasport sabiex jiġu promossi modi ta' trasport aktar sostenibbli b'impatt ambjentali iżgħar. [Em. 25] |
|
(9) |
Il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont il-klassijiet tal-emissjonijiet Euro kkontribwiet għall-użu ta’ vetturi aktar nodfa. Madankollu, bit-tiġdid tal-flotot tal-vetturi, huwa mistenni li l-varjazzjoni tat-tariffi fuq din il-bażi fin-netwerk interurban tiskadi issir inqas effettiva sa tmiem l-2020 u għalhekk jenħtieġ li titneħħa gradwalment sa dak iż-żmien. Mill-istess mument, jenħtieġ li l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-ispejjeż esterni tiġi applikata b’mod aktar sistematiku bħala mezz immirat lejn l-irkupru tal-ispejjeż esterni fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet fejn dan huwa tal-ogħla importanza. [Em. 27] |
|
(10) |
Is-sehem tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty qiegħed jiżdied. Varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont dawn l-emissjonijiet tista’ tikkontribwixxi għal titjib f’dan il-qasam u għalhekk jenħtieġ li tiddaħħal. |
|
(11) |
Il-vetturi light-duty jiġġeneraw żewġ terzi tal-impatti ambjentali negattivi tat-trasport bit-triq fuq l-ambjent u fuq is-saħħa. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm inċentiv biex jintużaw il-vetturi l-aktar nodfa u l-aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil permezz tad-differenzjazzjoni tat-tariffi tat-triq abbażi ta’ fatturi tal-konformità definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 (12), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 (13), u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/xxx (14). |
|
(12) |
Sabiex jitħeġġeġ l-użu tal-vetturi l-aktar nodfa u effiċjenti, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utenti mnaqqsa ferm għal dawk il-vetturi. Sabiex tiġi ffaċilitata u titħaffef l-implimentazzjoni ta' skemi bħal dawn, jenħtieġ li dak it-tnaqqis jiġi applikat indipendentement mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) …/… li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn vetturi heavy-duty. Il-vetturi b'żero emissjonijiet jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi tariffa għall-ispejjeż esterni relatata mat-tniġġis tal-arja. [Em. 28] |
|
(12a) |
It-tranżitu trans-Alpin jirrappreżenta problema partikolari għar-reġjuni affettwati, fil-forma ta' tniġġis mill-istorbju u tal-arja u ta' tkagħbir bl-użu fuq l-infrastruttura, problema li ssir ferm akbar minħabba l-kompetizzjoni mal-kurituri fil-qrib f'dak li jirrigwarda l-prezzijiet. Għalhekk jenħtieġ li r-reġjuni affettwati u l-Istati Membri jingħataw marġni wiesa' ta' flessibbiltà f'dak li jirrigwarda t-tariffi għall-ispejjeż esterni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku, anke bil-għan li jiġu evitati effetti ta' spostament mhux mixtieqa u li t-traffiku jiġi ddevjat bejn il-kurituri. [Em. 29] |
|
(13) |
Il-konġestjoni tat-toroq, li għaliha jikkontribwixxu l-vetturi bil-mutur kollha bi proporzjonijiet differenti, tirrappreżenta spiża ta’ madwar 1 % tal-PDG. Parti sinifikanti ta’ din l-ispiża tista’ tiġi attribwita lill-konġestjoni interurbana. Għalhekk jenħtieġ li tiġi permessa tariffa speċifika marbuta mal-konġestjoni, bil-kundizzjoni li tiġi applikata għall-kategoriji kollha tal-vetturi. Sabiex tkun effikaċi, u proporzjonata u nondiskriminatorja , jenħtieġ li t-tariffa tiġi kkalkulata abbażi tal-ispiża marġinali tal-konġestjoni u ddifferenzjata skont il-post, il-ħin u l-kategorija tal-vettura. Bl-istess mod, jenħtieġ li jinstabu formuli li jibbilanċaw u jikkumpensaw u li ma jiddiskriminawx kontra ħaddiema li jgħixu fil-periferiji tal-bliet, li diġà jkollhom iġarrbu l-ispejjeż kemm tal-ħlasijiet fuq l-utenti kif ukoll tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq. Sabiex jiġi massimizzat l-effett pożittiv tat-tariffi għall-konġestjoni, jenħtieġ li d-dħul korrispondenti jiġi allokat għal proġetti li jindirizzaw is-sorsi tal-problema. [Em. 30] |
|
(13a) |
Sabiex jgħinu fis-salvagwardja tal-wirt awtomobilistiku tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jqiegħdu l-vetturi ta' interess storiku f'kategorija speċjali għall-finijiet tal-aġġustament tad-diversi tariffi li jridu jitħallsu skont din id-Direttiva. [Em. 31] |
|
(14) |
Jenħtieġ li t-tariffi għall-konġestjoni jirriflettu l-ispejjeż reali li timponi kull vettura fuq l-utenti l-oħra tat-triq direttament, u indirettament fuq is-soċjetà b’mod ġenerali, b’mod proporzjonat. Sabiex jiġi evitat li dawn ixekklu b’mod sproporzjonat il-moviment ħieles tal-persuni u l-merkanzija, jenħtieġ li jkunu limitati għal ammonti speċifiċi li jirriflettu l-ispiża marġinali tal-konġestjoni fil-kundizzjoni qrib il-kapaċità, jiġifieri meta l-volumi tat-traffiku joqorbu l-livell ta’ traffiku li jifilħu t-toroq. |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-varjazzjoni newtrali mil-lat ta’ dħul tat-tariffi għall-infrastruttura applikati għall-vetturi tqal tal-merkanzija, strument subottimali għall-fini tat-tnaqqis tal-konġestjoni, titneħħa gradwalment. |
|
(15a) |
Minħabba l-livell għoli tal-ispejjeż esterni tal-inċidenti, li jammontaw għal għexieren ta' biljuni ta' euro kull sena, b'rabta mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) rigward il-kalkolu tal-ispiża soċjali medja ta' inċidenti fatali u serji, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jinternalizzaw aħjar l-ispejjeż mhux koperti mill-assigurazzjoni. Parti minn dawk l-ispejjeż tkun imħallsa mill-iskema tas-sigurtà soċjali rilevanti jew mis-soċjetà inġenerali, bħall-ispejjeż amministrattivi tas-servizzi pubbliċi użati, ċerti spejjeż ta' servizzi mediċi użati kif ukoll it-telf ta' kapital uman u l-ispejjeż relatati ma' danni fiżiċi u psikoloġiċi. [Em. 32] |
|
(16) |
Il-mark-ups li jiżdiedu mat-tariffa għall-infrastruttura jistgħu jipprovdu wkoll kontribuzzjoni utli biex jiġu indirizzati l-problemi relatati ma’ ħsara ambjentali jew konġestjoni sinifikanti li jirriżultaw mill-użu ta’ ċerti toroq, mhux biss dawk f’żoni muntanjużi. Għalhekk, jenħtieġ li jitneħħew ir-restrizzjoni attwali tal-mark-ups għal żoni bħal dawn Jenħtieġ għalhekk li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-mark-ups billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet attwali li jillimitaw il-mark-ups għal żoni bħal dawn u jiġu trasferiti għal proġetti tan-netwerk ċentrali tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport . Sabiex jiġi evitat li l-utenti jiġu ċċarġjati darbtejn, jenħtieġ li l-mark-ups jiġu esklużi f'sezzjonijiet tat-triq fejn tiġi applikata t-tariffa tal-konġestjoni jiġu limitati b'mod aktar strett. Jenħtieġ ukoll li jiġi aġġustat il-livell massimu applikabbli għal sitwazzjonijiet differenti . [Em. 33] |
|
(17) |
Fil-każ li Stat Membru jintroduċi sistema ta’ tariffi għat-toroq, il-kumpens li jingħata, jista’, skont il-każ, jirriżulta f’diskriminazzjoni kontra l-utenti tat-toroq mhux residenti. Għalhekk jenħtieġ li l-possibbiltà li jingħata kumpens f’dawn il-każijiet tkun limitata għal każijiet ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u ma għandhiex tibqa’ disponibbli fil-każ ta’ ħlasijiet fuq l-utenti. |
|
(17a) |
Bħal fir-rigward tal-vetturi light-duty, huwa importanti li jkun żgurat li din id-Direttiva ma tostakolax il-moviment liberu taċ-ċittadini. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jitħallewx jintroduċu skontijiet u tnaqqis meta l-utenti tat-toroq ikunu affettwati b'mod sproporzjonat mit-tariffi minħabba raġunijiet ġeografiċi jew soċjali. [Em. 34] |
|
(18) |
Sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji potenzjali bejn is-sistemi eżistenti tat-tariffi tat-toroq sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun involuta bis-sħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li jkunu beħsiebhom jintroduċu skemi komuni u interoperabbli tat-tariffi tat-toroq. [Em. 35] |
|
(19) |
It-tariffi tat-triq jistgħu jimmobilizzaw riżorsi li jikkontribwixxu għall-finanzjament u għall-finanzjament inkroċjat ta' proġetti ta' infrastruttura ta' trasport alternattiv u tal-manutenzjoni u l-iżvilupp ta’ infrastruttura u servizzi tat-trasport ta’ kwalità għolja. Huwa għalhekk xieraq li l-Istati għall-Istati Membri jingħataw inċentiv biex li jużaw id-dħul mit-tariffi tat-triq għal dan il-għan, u b'hekk li jkun meħtieġ li jkunu meħtieġa jirrapportaw b’mod adegwat dwar l-użu ta’ dħul bħal dan. Id-dħul mit-tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-ispejjeż esterni għalhekk jenħtieġ li jerġa' jiġi investit fis-settur tat-trasport . B’mod partikolari, dan għandu jgħin biex jiġu identifikati lakuni li jista’ jkun hemm fil-finanzjament u biex itejjeb l-aċċettazzjoni tat-tariffi tat-toroq mill-pubbliku. [Em. 36] |
|
(20) |
B'mod partikolari, l-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat li l-iskemi tal-ipprezzar nazzjonali applikati għal vetturi minbarra l-vetturi tqal tal-merkanzija jiġu applikati f’qafas koerenti li jiżgura t-trattament ugwali madwar l-Unjoni. Dan ma jistax jintlaħaq b’mod tajjeb biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri iżda minħabba n-natura transfruntiera tat-trasport bit-triq u minħabba l-problemi li din id-Direttiva trid tindirizza, jista’ jiġi ttrattat b’mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, u għaldaqstant l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
|
(21) |
Huwa meħtieġ li t-tariffi għall-ispejjeż esterni jkomplu jirriflettu l-ispiża tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju ġġenerati mill-vetturi heavy-duty, bl-aktar mod akkurat possibli possibbli mingħajr ma l-iskema tat-tariffi ssir kumplessa żżejjed, biex jingħata inċentiv għall-vetturi l-aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u biex l-inċentivi jibqgħu effikaċi kif ukoll biex id-differenzjazzjoni tat-tariffi tat-triq tibqa’ aġġornata. Għalhekk, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex il-valuri ta’ referenza minimi jiġu adattati għall-iċċarġjar tal-ispejjeż esterni skont il-progress xjentifiku, biex jiġu definiti l-modalitajiet għall-varjazzjoni newtrali mil-lat tad-dħul tat-tariffi għall-infrastruttura skont l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty u biex jiġu adattati l-modalitajiet tal-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura għal vetturi light-duty ħfief skont il-progress tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (16). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u b'mod sistematiku l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 37] |
|
(21a) |
Sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta qafas ġeneralment applikabbli, trasparenti u ċar għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż ambjentali, tal-konġestjoni u tas-saħħa li jifforma l-bażi għal kalkoli futuri tat-tariffi għall-infrastruttura. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tipproponi mudell akkumpanjat b'analiżi tal-impatt fuq l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għall-modi kollha tat-trasport. Fir-rigward tal-proporzjonalità, iridu jitqiesu l-modi kollha b'rabta mal-impożizzjoni ta' tariffi għall-ispejjeż esterni. [Em. 38] |
|
(21b) |
Fl-interess tat-trasparenza, ikun xieraq li l-Istati Membri jiddivulgaw lill-utenti tat-toroq ir-riżultati miksuba mill-investiment mill-ġdid tat-tariffi għall-infrastruttura, it-tariffi għall-ispejjeż esterni u t-tariffi għall-konġestjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jħabbru l-benefiċċji miksuba f'termini ta' sikurezza aħjar fit-toroq, tnaqqis tal-impatt ambjentali u tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku. [Em. 39] |
|
(22) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu sett armonizzat ta’ indikaturi għall-evalwazzjoni tal-kwalità tan-netwerks tat-toroq. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). |
|
(23) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 1999/62/KE tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 1999/62/KE hi emendata kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir abbażi tad-distanza mill-utenti tal-vetturi għall-użu tal-infrastrutturi tat-toroq”; [Em. 40] |
|
(2) |
L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tapplika għal:
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal vetturi li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport esklussivament fit-territorji mhux Ewropej tal-Istati Membri. 3. Din id-Direttiva lanqas ma għandha tapplika għal vetturi rreġistrati fil-Gżejjer Kanarji, f'Ceuta u Melilla, fl-Ażores jew f'Madejra u li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport esklużivament f'dawk it-territorji jew bejn dawk it-territorji u, rispettivament, il-partijiet kontinentali ta' Spanja u tal-Portugall. Artikolu 2 Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1)." (*2) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51). " (*3) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51) " (*4) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).” " |
|
(2a) |
Fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 7 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 (1a), l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu ħlasijiet għall-użu tat-triq uħlasijiet fuq l-utenti fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-toroq jew fuq ċerti sezzjonijiet ta’ dak in-netwerk, u fuq kwalunkwe sezzjoni oħra addizzjonali tan-netwerk tal-awtostradi tagħhom li mhux parti min-netwerk trans-Ewropew tat-toroq skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 9 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 7a sa 7k. 2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, f’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utenti fuq toroq oħra, dment li l-impożizzjoni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utenti fuq toroq oħra bħal dawn ma tiddiskriminax kontra t-traffiku internazzjonali u ma tirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi. Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti għal toroq minbarra toroq tan-netwerk trans-Ewropew u minbarra l-awtostradi għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 7a u l-Artikolu 7j(1), (2) u (4). 3. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu kemm ħlasijiet għall-użu tat-triq kif ukoll ħlasijiet fuq l-utenti fuq kwalunkwe kategorija ta’ vetturi għall-użu ta’ sezzjoni unika ta’ triq. Madankollu, Stat Membru li jimponi tariffa għall-utenti fuq in-netwerk tiegħu jista’ jimponi wkoll ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-użu ta’ pontijiet, mini u passaġġi fuq muntanji. 4. Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti ma għandhomx jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, fuq il-bażi tan-nazzjonalità tal-utent tat-triq, tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn l-operatur tat-trasport ikun stabbilit jew fejn il-vettura tkun irreġistrata, jew l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-attività tat-trasport. 5. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu rati mnaqqsa ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ta' ħlasijiet fuq l-utenti, jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utenti għall-vetturi heavy-duty eżentati mir-rekwiżit li jinstallaw u jużaw tagħmir ta’ reġistrazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5), u f’każijiet koperti mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a), (b) u (c) ta’ din id-Direttiva. 6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, mill-1 ta’ Jannar 2018, minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] , l-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu ħlasijiet fuq l-utenti ta’ vetturi heavy-duty u l-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija. Il-ħlasijiet fuq l-utenti introdotti qabel dik id-data jistgħu jinżammu sal-31 ta’ Diċembru 2023 2022 u għandhom jiġu sostitwiti b'tariffi għall-infrastruttura mill-1 ta' Jannar 2023 fin-netwerk tat-toroq kopert b'din id-Direttiva . [Em. 59] 7. Mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu ħlasijiet fuq l-utenti ta’ vetturi light-duty. Il-ħlasijiet fuq l-utenti introdotti qabel dik id-data jistgħu jinżammu sal-31 ta’ Diċembru 2027. 8. Sal-31 ta’ Diċembru 2019, fir-rigward ta’ vetturi heavy-duty, Stat Membru jista’ jagħżel li japplika ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utenti ta’ vetturi biss li jkollhom piż massimu permissibbli mgħobbija ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata jekk iqis li estensjoni għall-vetturi ta’ inqas minn 12-il tunnellata:
L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw taxxi jew tariffi għall-użu tat-triq biss għal vetturi li jkollhom piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha. 9. Mill-1 ta’ Jannar 2020, il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u fuq l-utent applikati għal vetturi heavy-duty għandhom japplikaw għall-vetturi heavy-duty kollha u għall-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija . [Em. 61] 10. Sal-31 ta' Diċembru 2022, I i l-ħlasijiet għall-użu tat-triq u fuq l-utenti għal vetturi heavy-duty u għal vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija minn naħa u għal vetturi light-duty għajr il-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija min-naħa l-oħra jistgħu jiddaħħlu jew jinżammu b’mod indipendenti minn xulxin. [Em. 62] (*5) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).”;" |
|
(4) |
l-Artikolu 7a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7a 1. Il-ħlasijiet fuq l-utenti għandhom ikunu proporzjonati għat-tul tal-użu li jsir mill-infrastruttura. 2. Sa fejn japplikaw il-ħlasijiet fuq l-utenti fir-rigward ta’ vetturi heavy-duty, l-użu tal-infrastruttura għandu jkun disponibbli għall-inqas għall-perjodi li ġejjin: jum, ġimgħa, xahar u sena. Ir-rata għal xahar ma għandhiex tkun aktar minn 10 % tar-rata annwali, ir-rata għal ġimgħa ma għandhiex tkun aktar minn 5 % tar-rata annwali u r-rata għal ġurnata ma għandhiex tkun aktar minn 2 % tar-rata annwali. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li japplika biss rati annwali għall-vetturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ħlasijiet fuq l-utent, inklużi l-ispejjeż amministrattivi, għall-kategoriji kollha ta’ vetturi heavy-duty, f’livell mhux ogħla mir-rati massimi stipulati fl-Anness II. 3. Sa fejn japplikaw il-ħlasijiet fuq l-utenti fir-rigward ta’ karozzi tal-passiġġieri, l-użu tal-infrastruttura għandu jkun disponibbli għall-inqas għall-perjodi li ġejjin: ġurnata, ġimgħa, 10 ijiem, xahar jew xahrejn jew it-tnejn, u sena. Ir-rata għal xahrejn ma għandhiex tkun aktar minn 30 % tar-rata annwali, ir-rata ta’ xahar ma għandhiex tkun aktar minn 18 % tar-rata annwali u r-rata r-rati ta’ 10 ijiem, ta' ġimgħa u ta' ġurnata ma għandhiex tkun għandhomx ikunu aktar minn 8 % tar-rata annwali. [Em. 63] L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu l-użu tal-infrastruttura disponibbli għal perjodi oħra ta’ żmien. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom japplikaw rati skont il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-utenti, filwaqt li jqisu l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari r-rata annwali u r-rati applikati għall-perjodi l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu, għax-xejriet eżistenti tal-użu għall-ispejjeż amministrattivi. Fir-rigward ta’ skemi ta’ ħlasijiet fuq l-utenti adottati qabel il-31 ta’ Mejju 2017, l-Istati Membri jistgħu jżommu rati ogħla mil-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, fis-seħħ qabel dik id-data, u rati ogħla korrispondenti għal perjodi oħra ta’ użu, f’konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali. Madankollu, għandhom jikkonformaw mal-limiti stabbilti fl-ewwel subparagrafu kif ukoll mat-tieni subparagrafu malli l-arranġamenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq jew ta’ tariffi emendati sostanzjalment jidħlu fis-seħħ, u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024. 4. Għall-minibuses , għall-vannijiet u għall-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija , l-Istati Membri għandhom jikkonformaw jew mal-paragrafu 2 inkella mal-paragrafu 3. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ħlasijiet fuq l-utenti ogħla għall-minibuses , għall-vannijie u għall-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija milli għall-karozzi tal-passiġġieri mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024.”; [Em. 64] 4a. Il- proporzjonalità tal-ħlasijiet fuq l-utenti tista' tqis il-karatteristika speċifika tal-operazzjonijiet tat-trasport li jibdew fi Stat Membru fil-periferija tal-Unjoni.”; [Em. 65] |
|
(4a) |
Fl-Artikolu 7b, jiżdied il-paragrafu li ġej: “2a. Is-sezzjonijiet tal-awtostradi li fuqhom tiġi applikata tariffa għall-infrastruttura għandu jkollhom l-infrastruttura neċessarja biex tiġi żgurata s-sikurezza tat-traffiku għall-utenti kollha u jista' jkollhom postijiet tal-parkeġġ sikuri fil-kundizzjonijiet klimatiċi kollha f'konformità mar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi (2017/0122(COD)).” [Em. 66] |
|
(5) |
l-Artikolu 7c huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7c 1. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu tariffa għall-ispejjeż esterni, marbuta mal-ispiża tat-tniġġis tal-arja jew tal-istorbju mit-traffiku, jew mat-tnejn li huma. It-tariffi għall -ispejjeż esterni jistgħu jiġu introdotti jew jinżammu fuq is-sezzjonijiet tan-netwerk tat-toroq li mhumiex soġġetti għal tariffi għall-infrastruttura. Għal vetturi heavy-duty, It-tariffa għall-ispejjeż esterni għal tniġġis tal-arja jew bl-istorbju minħabba t-traffiku, għandha tvarja u tiġi stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti minimi u l-metodi msemmija fl-Anness IIIa u għandha tirrispetta l-valuri ta’ referenza tikkonforma tal-anqas mal-valuri minimi msemmija fl-Anness IIIb. [Em. 67] 2. l-ispejjeż li jiġu kkunsidrati għandhom ikunu relatati man-netwerk jew mal-parti tan-netwerk li fuqu huma imposti t-tariffi għall-ispejjeż esterni u mal-vetturi li huma soġġetti għalihom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwal minn dawk l-ispejjeż 3. It-tariffa għall-ispejjeż esterni marbuta mat-tniġġis tal-arja mit-traffiku ma għandhiex tapplika għal vetturi heavy-duty li jikkonformaw mal-aktar standards stretti tal-emissjonijiet EURO. L-ewwel subparagrafu ma għandux jibqa’ japplika erba’ snin mid-data meta r-regoli li introduċew dawk l-istandards bdew japplikaw. 4. L-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk Stat Membru jaħtar awtorità għal dan l-iskop, l-awtorità għandha tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni jew il-ġbir tat-tariffa kollha jew ta’ parti minnha. 5. Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-Istati Membri li jimponu l-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandhom japplikaw tariffa għall-ispejjeż esterni għal vetturi heavy-duty tal-anqas fuq il-parti tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 7(1) fejn il-ħsara ambjentali ġġenerata mill-vetturi heavy-duty tkun ogħla mill-ħsara ambjentali medja ġġenerata minn vetturi heavy-duty ddefinita skont ir-rekwiżiti rilevanti tar-rappurtar imsemmija fl-Anness IIIa.” tniġġis tal-arja jew bl-istorbju minħabba t-traffiku għal vetturi heavy-duty u għal vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija fil-partijiet kollha tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 7(1) li jkunu soġġetti għal tariffa għall-infrastruttura . [Em. 68] 5a. Mill-1 ta' Jannar 2026, għandha tapplika b'mod mhux diskriminatorju tariffa għall-ispejjeż esterni imposta fuq kwalunkwe sezzjoni tan-netwerk tat-toroq imsemmija fl-Artikolu 7(1) għall-kategoriji kollha ta' vetturi. [Em. 69] 5b. L-Istati Membri jistgħu japplikaw derogi li jippermettu li t-tariffi għall-ispejjeż esterni jiġu aġġustati għall-vetturi ta' interess storiku.” [Em. 70] |
|
(6) |
Jiddaħħal l-Artikolu 7da li ġej: “Artikolu 7da 1. F’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu tariffa tal-konġestjoni fuq kwalunkwe sezzjoni tan-netwerk tat-toroq tagħhom li tkun soġġetta għall-konġestjoni. It-tariffa tal-konġestjoni tista’ tiġi applikata biss fuq dawk is-sezzjonijiet tat-toroq li jkollhom konġestjoni regolari u biss għal dawk il-perjodi fejn tipikament ikollhom konġestjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu s-sezzjonijiet tat-toroq u l-perjodi ta’ ħin imsemmija fil-paragrafu 1 abbażi tal-kriterji oġġettivi marbuta mal-livell ta’ esponiment tat-toroq u l-viċinanzi tagħhom għall-konġestjoni, bħal pereżempju d-dewmien medju jew it-tul tas-serbut ta’ vetturi wara xulxin. 3. Tariffa tal-konġestjoni imposta fuq kwalunkwe sezzjoni tan-netwerk tat-toroq għandha tapplika b’mod mhux diskriminatorju għall-kategoriji kollha ta’ vetturi, f’konformità mal-fatturi ta’ ekwivalenza standard stabbiliti fl-Anness V. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw ix-xarabanks u l-kowċis għall-promozzjoni tat-trasport kollettiv u tal-iżvilupp soċjoekonomiku u l-koeżjoni territorjali. [Em. 72] 4. It-tariffa tal-konġestjoni għandha tirrifletti l-ispejjeż imposti minn vettura fuq utenti oħra tat-toroq, u indirettament fuq is-soċjetà, iżda ma għandhiex tisboq il-livelli massimi stabbiliti fl-Anness VI għal kwalunkwe tip ta’ triq. 5. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi xierqa għall-monitoraġġ tal-impatt tat-tariffi tal-konġestjoni u għar-rieżami tagħhom. Għandhom jwettqu rieżami tal-livell ta' tariffi b’mod regolari, tal-anqas kull tliet snin, biex jiżguraw li ma jkunux ogħla mill-ispiża tal-konġestjoni li tokkorri f’dak l-Istat Membru u li hija ġġenerata f’dawk is-sezzjonijiet tat-toroq li huma soġġetti għal tariffa tal-konġestjoni.”; |
|
(7) |
l-Artikoli 7f u 7 g jinbidlu b’dan li ġej: “Artikolu 7f 1. Wara li jkun informa lill-Kummissjoni, Stat Membru jista’ jżid mark-up mat-tariffa tal-infrastruttura imposta fuq sezzjonijiet speċifiċi tat-toroq li jkollhom konġestjoni regolari, jew li l-użu tagħhom mill-vetturi jikkawża ħsara ambjentali partikolari, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
1a. Fil-każ ta’ proġetti transfruntiera ġodda, il-mark-ups jistgħu jiżdiedu biss jekk l-Istati Membri kollha involuti f’tali proġett jaqblu. [Em. 78 u 164] 2. Mark-up tista’ tiġi applikata fuq tariffa għall-infrastruttura li tkun ġiet varjata skont l-Artikolu 7 g jew 7ga. 3. Wara li tirċievi l-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika mark-up, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, jew jekk tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ser ikollha effetti avversi sinifikanti fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni periferiċi, hija tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiċħad jew titlob l-emendar tal-pjanijiet għat-tariffi ppreżentati mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9c(2). Meta applikata għas-sistemi ta' ħlas għall-użu tat-triq imsemmija fl-Artikolu 7e(3), il-mark-up ma għandhiex titqies bħala emenda sostanzjali għall-finijiet ta' din id-Direttiva. [Em. 79] 4. L-ammont tal-mark-up għandu jitnaqqas mill-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7c, ħlief għal vetturi tal-klassijiet tal-emissjonijiet EURO 0, I u II mill-15 ta' Ottubru 2011, III u IV mill-1 ta’ Jannar 2015, V mill-1 ta’ Jannar 2019 u VI minn Jannar 2023 ’il quddiem. Id-dħul kollu ġġenerat mill-applikazzjoni simultanja tal-mark-up u t-tariffi għall-ispejjeż esterni għandhom jiġu investiti fl-iffinanzjar tal-kostruzzjoni ta’ kurituri tan-netwerk ewlieni elenkati fil-Parti I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013. [Em. 80] 5. Mark-up ma għandhiex tiġi applikata għal sezzjonijiet tat-toroq fejn tiġi applikata tariffa tal-konġestjoni. Artikolu 7 g 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, it-tariffa għall-infrastruttura tista’ tiġi varjata bl-iskop li tonqos il-konġestjoni, tonqos kemm jista’ jkun il-ħsara għall-infrastruttura u jitjieb bl-aħjar mod possibbli l-użu tal-infrastruttura kkonċernata jew tiġi promossa s-sikurezza fit-toroq, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2020, fir-rigward ta’ vetturi heavy-duty, l-Istati Membri għandhom ivarjaw it-tariffa għall-infrastruttura skont il-klassi tal-emissjonijiet EURO tal-vettura b’tali mod li l-ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 100 % ’l fuq mill-istess tariffa għal vetturi ekwivalenti li jissodisfaw l-aktar standards stretti tal-emissjonijiet. Il-kuntratti ta’ konċessjoni eżistenti huma eżentati min dan ir-rekwiżit sakemm il-kuntratt jiġġedded. Madankollu Stat Membru jista’ jidderoga mir-rekwiżit li jvarja t-tariffa għall-infrastruttura jekk tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
Kwalunkwe deroga jew eżenzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. 3. Fejn, f’każ ta’ kontoll kontroll , is-sewwieq jew, jekk ikun adattat, l-operatur tat-trasport, ma jkunx jista’ jippreżenta d-dokumenti tal-vettura meħtieġa jagħmilx ħlasijiet bl-użu ta' sistema elettronika ta' ħlas għall-użu tat-triq jew ma jkollux abbonament validu jew il-vettura tiegħu ma jkollhiex tagħmir abbord approvat mill-operatur tal-ħlas għall-użu tat-triq meħtieġ biex jikkonferma l-klassi tal-emissjonijiet tal-vettura għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq sal-ogħla livell li jista’ jiġi impost. [Em. 82] 4. Fi żmien sena wara li l-Kummissjoni tippubblika d-dejta uffiċjali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 skont ir-Regolament (UE) …/… (*6), il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 9e sabiex tiddefinixxi l-valuri ta’ referenza tal-emissjonijiet tas-CO2, flimkien ma’ kategorizzazzjoni xierqa tal-vetturi heavy-duty kkonċernati, filwaqt li jitqiesu t-teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet . [Em. 83]. Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat, l-Istati Membri għandhom ivarjaw it-tariffa għall-infrastruttura filwaqt li jqisu l-valuri ta’ referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-kategorizzazzjoni rilevanti tal-vettura. It-tariffi għandhom jiġu varjati b’tali mod li l-ebda tariffa tal-infrastruttura ma tkun aktar minn 100 % ogħla mill-istess tariffa għall-vetturi ekwivalenti li jkollhom l-aktar emissjonijiet baxxi ta’ CO2, iżda mhux f’livell żero. Il-vetturi b’żero emissjonijiet għandhom jibbenefikaw mit-tariffi tal-infrastruttura mnaqqsa b’75 % meta mqabbla mal-ogħla rata . [Em. 84] 4a. Minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-vetturi b'żero emissjonijiet għandhom jibbenefikaw mit-tariffi għall-infrastruttura mnaqqsa b'50 % meta mqabbla mar-rata l-aktar baxxa. . It-tħaddim b'żero emissjonijiet għandu jibbenefika mill-istess tnaqqis, sakemm tkun tista' tingħata prova ta' dan it-tħaddim. [Em. 85] 4b. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport ta' evalwazzjoni li jivvaluta s-sehem mis-suq ta' vetturi b'żero emissjonijiet u tat-tħaddim b'żero emissjonijiet sa … [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9e, jekk ikun xieraq, biex tikkalkula mill-ġdid l-iskont applikabbli għall-vetturi b'żero emissjonijiet meta mqabbel mar-rata l-aktar baxxa ta' tariffi għall-infrastruttura. [Em. 86] 5. Il-varjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ma għandhomx ikunu maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq. Kwalunkwe żieda mhux intenzjonata fid-dħul għandha tiġi kontrobbilanċjata minn bidliet fl-istruttura tal-varjazzjoni li għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mit-tmiem tas-sena ta’ kontabbiltà li fiha jiġi ġġenerat id-dħul addizzjonali. (*6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) …/… ta’ XXX li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L …, …, p. ..).”;" |
|
(8) |
jiddaħħal l-Artikolu 7ga li ġej: “Artikolu 7ga 1. Għal vetturi light-duty ħfief , sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri jistgħu ivarjaw il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vettura. [Em. 87] 2. Mill-1 ta’ Jannar 2022 l-Istati Membri għandhom ivarjaw il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u, fil-każ ta’ ħlasijiet fuq l-utenti, tal-anqas it-tariffi annwali, skont l-emissjonijiet ta’ CO2 u ta’ sustanzi li jniġġsu mill-vetturi skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness VII. 2a. L-Istati Membri jistgħu jqisu t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-vettura li hija marbuta mal-konverżjoni ta' dik il-vettura għal fjuwils alternattivi. Abbonament permanenti jew kwalunkwe mekkaniżmu ieħor approvat mill-operatur tas-sistema tal-ħlas għall-użu tat-triq għandhom jippermettu lill-utenti jibbenefikaw minn varjazzjoni fil-ħlasijiet għall-użu tat-triq li tippremja t-titjib fil-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, wara l-konverżjoni. [Em. 88] 3. Fejn, f’każ ta’ kontoll kontroll , is-sewwieq jew, jekk ikun adattat, l-operatur tat-trasport, ma jkollux abbonament jew kwalunkwe mekkaniżmu ieħor approvat mill-operatur jew ma jkunx jista’ jippreżenta d-dokumenti tal-vettura meħtieġa biex jikkonferma l-livelli tal-emissjonijiet tal-vettura (Ċertifikat tal-Konformità) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) …/… (*7), l-Istati Membri jistgħu japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet annwali għall-utenti sal-ogħla livell li jista’ jiġi impost. Il-preżentazzjoni sussegwenti tad-dokumenti rilevanti li jippruvaw il-livelli tal-emissjonijiet tal-vettura għandha tirriżulta fir-rimborż ta' kwalunkwe differenza bejn il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jew it-tariffi applikati u l-ħlas għall-użu tat-triq jew it-tariffa xierqa għall-vettura kkonċernata. [Em. 89] 3a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri eċċezzjonali għall-finijiet tal-impożizzjoni ta' tariffi fuq vetturi ta' interess storiku. [Em. 90] 4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9e biex jemendaw l-Anness VII biex il-modalitajiet speċifikati fl-Anness jiġu adattati skont il-progress tekniku , u li tqis ir-rwol tal-komponenti biex isir titjib kemm fis-sikurezza tat-toroq kif ukoll fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport . [Em. 91] (*7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/xxx ta’ XXX li jissupplementa r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L xxx) u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).”;" |
|
(9) |
l-Artikolu 7h huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 7i huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 7j huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 7k huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7k Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jintroduċu sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq għal kumpens xieraq , sakemm ma jgħawġux jew sakemm ma jkollhomx impatt negattiv fuq it-trasportaturi lokali jew abitwali, jew fuq it-tnejn li huma .”; [Em. 102] |
|
(13) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13a) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 8a Monitoraġġ u rapportar 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità indipendenti ta' superviżjoni tat-tariffi għall-infrastrutturi responsabbli biex tiżgura l-konformità ma' din id-Direttiva. 2. L-awtorità ta' superviżjoni għandha twettaq kontrolli ekonomiċi u finanzjarji tal-kuntratti ta' konċessjonijiet, b'mod partikolari biex tiżgura l-konformità mal-Artikolu 7b. 3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tal-awtorità ta' superviżjoni.”; [Em. 103] |
|
(14) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
l-Artikoli 9d u 9e jinbidlu b’dan li ġej: “Artikolu 9d Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9e biex temenda l-Anness 0, l-ammonti fit-Tabelli 1 u 2 fl-Anness IIIb, u l-formuli fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2 tal-Anness IIIa sabiex tadattahom skont il-progress xjentifiku u tekniku. Artikolu 9e 1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 g(4), l-Artikolu 7ga(4) u l-Artikolu 9d, għal perjodu ta’ żmien indeterminat [mid-data 5 snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 115] 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 g(4), l-Artikolu 7ga(4) u l-Artikolu 9d, tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. 5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament. 6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 g(4), l-Artikolu 7ga(4) u l-Artikolu 9d, għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; |
|
(16) |
l-Artikoli 9f u 9 g jitħassru. |
|
(17) |
l-Artikolu 10a huwa ssostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammonti f’euro kif stabbiliti fl-Anness II u l-ammonti f’ċenteżmi kif stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 fl-Anness IIIb għandhom jiġu adattati kull sentejn sabiex jitqiesu l-bidliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur madwar l-UE bl-esklużjoni tal-enerġija u tal-ikel mhux ipproċessat, kif ippubblikat mill-Kummissjoni (Eurostat). L-ewwel adattament għandu jseħħ sal-31 ta’ Marzu [is-sena wara s-sentejn ta' wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. L-ammonti għandhom jiġu adattati awtomatikament, billi jiżdied l-ammont bażi f’euro jew f’ċenteżmi bil-perċentwal tal-bidla f’dak l-indiċi. L-ammonti li jirriżultaw għandhom jiġu aġġustati ’l fuq sal-eqreb euro fir-rigward tal-Anness II, jiġu aġġustati ’l fuq sal-eqreb deċimu ta’ ċenteżmu fir-rigward tal-Anness IIIb. 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-ammonti adattati msemmija fil-paragrafu 1 sal 31 ta’ Marzu tas-sena wara tmiem is-sentejn kalendarji msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-ammonti adattati għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni.”; |
|
(18) |
l-Artikolu 11 jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 -1. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni bl-aktar mod trasparenti u ċar dwar l-użu tad-dħul iġġenerat mill-utenti tat-toroq. [Em. 116] 1. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw, f’forma aggregata, rapport dwar il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti imposti fit-territorju tagħhom, inkluża l-informazzjoni dwar l-użu tad-dħul u l-kwalità tat-toroq fejn jiġu applikati l-ħlasijiet għall-użu tat-triq jew it-tariffi oħra għall-utenti, kif speċifikat fil-paragrafi 2 u 3. 2. Ir-rapport ippubblikat skont il-paragrafu 1 għandu jinkludi informazzjoni dwar:
3. L-Istati Membri għandhom jużaw indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-partijiet tan-netwerk tat-toroq fejn il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jew il-ħlasijiet fuq l-utenti jiġu applikati. Bħala minimu, dawn l-indikaturi għandhom ikunu marbuta:
3a. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku r-riżultati tal-investiment mill-ġdid tat-tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-ispejjeż esterni kif ukoll il-benefiċċji f'termini ta' żieda fis-sikurezza tat-toroq, tnaqqis tal-impatt ambjentali u tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku. [Em. 118] 4. Fi żmien tliet snin wara [id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva reveduta], il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni skont il-produra konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9c(2), sabiex jiġi definit sett armonizzat ta’ indikaturi. 5. Fi żmien sitt snin wara [id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva reveduta], il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ibbażat fuq l-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-indikaturi msemmija fil-paragrafu 4.”; 5a. Fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-bidliet fis-sehem mis-suq tal-vetturi b'żero emissjonijiet u, meta jkun meħtieġ, għandha tirrevedi skont dan it-tnaqqis applikat għal dawk il-vetturi. ”;[Em. 119] |
|
(19) |
L-Annessi huma emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn …. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 188.
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 66.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2018.
(4) Il-White Paper tat-28 ta' Marzu 2011“Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (COM(2011)0144).
(5) COM(2016)0501.
(6) Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51)
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72)
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124).
(11) Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, (ĠU L 152, 11.06.2008, p. 1).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-L-Erbgħa, 20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.4.2016, p. 1).
(14) …
(15) Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).
(16) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
|
(1) |
L-Annessi 0, III, IIIa, IIIb u IV huma emendati kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
jiddaħħlu l-Annessi V, VI u VII li ġejjin: “L-ANNESS V REKWIŻITI MINIMI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TA’ TARIFFA TAL-KONĠESTJONI Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-impożizzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni.
ANNESS VI LIVELL MASSIMU TAT-TARIFFA TAL-KONĠESTJONI Dan l-Anness jistabbilixxi l-livell massimu tat-tariffa tal-konġestjoni. Il-livelli massimi previsti fit-tabella hawn taħt għandhom jiġu applikati għal vetturi light duty. It-tariffi għal kategoriji oħra ta’ vetturi għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-moltiplikazzjoni tat-tariffa applikata għal vetturi light duty bil-fatturi ta’ ekwivalenza pprovduti fit-tabella fl-Anness V. Tabella: Livell massimu tat-tariffa tal-konġestjoni għal vetturi light duty
ANNESS VII VARJAZZJONI TAL-ĦLASIJIET GĦALL-UŻU TAT-TRIQ GĦAL VETTURI LIGHT DUTY Dan l-Anness jispeċifika l-kategoriji tal-emissjonijiet li skonthom għandhom jiġu ddifferenzjati l-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent. L-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitkejlu skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) …/… (*5). Ir-rati aktar baxxi għandhom japplikaw għal kwalunkwe karozza tal-passiġġieri u vettura kummerċjali ħafifa b’emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, kif imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6), li huma taħt il-livelli li jikkorrispondu għall-miri applikabbli għall-flotta kollha tal-UE stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8). Tabella: kategoriji ta’ emissjonijiet ta’ vetturi light duty
(*5) IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) …/… ta’ XXX li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/xxx u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f’sewqan reali ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) [RDE 3] (ĠU L …,……..2017, p. …)." (*6) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1)." (*7) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO 2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1)." (*8) Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1)”." |
(*1) L-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ ekwivalenza mill-Istati Membri tista’ tqis il-kostruzzjoni tat-toroq żviluppata fuq bażi ta’ fażijiet jew bl-użu ta’ approċċ ta’ ċiklu ta’ ħajja twil.”;
(*2) Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(*3) Metodoloġija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: http://www.eea.europa.eu//publications/emep-eea-guidebook-2016
(*4) Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).”;
(*5) IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) …/… ta’ XXX li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/xxx u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f’sewqan reali ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) [RDE 3] (ĠU L …,……..2017, p. …).
(*6) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
(*7) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO 2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
(*8) Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1)”.’
(1) Il-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu tan-NOx jista' jiġi definit aktar 'il quddiem.”;
(2) ‘Suburbani’ tfisser żoni b’densità tal-popolazzjoni ta’ bejn 150 u 900 abitant/km2 (densità medjana tal-popolazzjoni ta’ 300 abitant/km2).
(3) ‘Interurbani’ tfisser żoni fejn id-densità tal-popolazzjoni hija inqas minn 150 abitant/km2.
(4) ‘Suburbani’ tfisser żoni b’densità tal-popolazzjoni ta’ bejn 150 u 900 abitant/km2 (densità medjana tal-popolazzjoni ta’ 300 abitant/km2).
(5) ‘Interurbani’ tfisser żoni fejn id-densità tal-popolazzjoni hija inqas minn 150 abitant/km2.