This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018AP0070
P8_TA(2018)0070Rail transport statistics ***IEuropean Parliament legislative resolution of 14 March 2018 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on rail transport statistics (recast) (COM(2017)0353 – C8-0223/2017 – 2017/0146(COD)) P8_TC1-COD(2017)0146Position of theEuropean Parliament adopted at first reading on 14March 2018 with a view to the adoption of Regulation (EU)2018/… of the European Parliament and of the Council on rail transportstatistics (recast)
P8_TA(2018)0070L-istatistika tat-trasport bil-ferrovija ***IRiżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni) (COM(2017)0353 – C8-0223/2017 – 2017/0146(COD)) P8_TC1-COD(2017)0146Pożizzjoni tal-ParlamentEwropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta'Marzu 2018 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE)2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistikatat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni)
P8_TA(2018)0070L-istatistika tat-trasport bil-ferrovija ***IRiżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni) (COM(2017)0353 – C8-0223/2017 – 2017/0146(COD)) P8_TC1-COD(2017)0146Pożizzjoni tal-ParlamentEwropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta'Marzu 2018 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE)2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistikatat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni)
ĠU C 162, 10.5.2019, pp. 132–133
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 162, 10.5.2019, p. 133–133
(PT)
|
10.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 162/133 |
P8_TA(2018)0070
L-istatistika tat-trasport bil-ferrovija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni) (COM(2017)0353 – C8-0223/2017 – 2017/0146(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
(2019/C 162/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0353), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0223/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Frar 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta' Ottubru 2017 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0038/2018), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P8_TC1-COD(2017)0146
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2018 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/643.)