This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017XC0629(01)
Explanatory Notes to the Combined Nomenclature of the European Union
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
C/2017/4538
ĠU C 205, 29.6.2017, p. 54–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/54 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 205/05)
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta‘ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 379, “9403 Għamara oħra u partijiet tagħha”, għandu jiżdied dan it-test wara l-ewwel paragrafu:
“Din l-intestatura ma tinkludix il-basktijiet u l-boroż tal-ħwejjeġ għall-ħasil. Għall-finijiet tal-Kapitolu 94, it-terminu “għamara” jfisser kull oġġett “mobbli” (li mhux inkluż taħt intestatura oħra aktar speċifika tan-Nomenklatura), li jinħoloq biex jitqiegħed fl-art u li jintuża l-aktar għal finijiet utilitarji fil-binjiet privati, lukandi, teatri, eċċ.
Il-basktijiet u l-boroż tal-ħwejjeġ għall-ħasil huma klassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom. Pereżempju, il-basktijiet tal-ħwejjeġ għall-ħasil magħmulin mill-ħadid jew mill-azzar huma klassifikati bħala oġġetti oħrajn tad-dar taħt l-intestatura 7323 (li tinkludi l-basktijiet tal-ħwejjeġ għall-ħasil, ara n-Nota ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 7323 (A) (3)), u l-basktijiet tal-ħwejjeġ għall-ħasil b’materjali ta’ trizza huma klassifikati taħt l-intestatura 4602 (li tinkludi l-basktijiet ta‘ kull tip, ara l-HSEN għall-intestatura 4602 (1)).
Eżempji ta’ basktijiet u boroż tal-ħwejjeġ għall-ħasil li huma klassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom:
|
|
|
|
|
Taż-żafżafa, il-ġewwieni miksi bil-qoton, għoli: 66 cm. |
Tat-tessut, magħluqin b’qafas tal-injam, għoli: 69 cm. |
Tal-azzar inossidabbli, mhux miksi, għoli: 60 cm. |
|
Intestatura 4602 . |
Intestatura 6307 (il-karattru essenzjali tagħtih il-borża tat-tessuti, li tilqa‘ l-ħwejjeġ għall-ħasil, għax dan l-oġġett ma jistax jaħdem mingħajr il-borża tat-tessuti). |
Intestatura 7323 .” |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).