Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0900

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017

COM/2017/0900 final

Brussell, 22.11.2017

COM(2017) 900 final

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew fl-14 ta’ Diċembru 2016 għall-mobilizzazzjoni tal-marġini ta’ Kontinġenza fl-2017 biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà, billi jiżdiedu l-approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2017 lil hinn mill-massimi tal-Intestatura 3 (EUR 1 167 miljun) u l-Intestatura 4 (EUR 730 miljun).

Id-deċiżjoni tispeċifika wkoll li għandha ssir tpaċija tal-ammont mobilizzat fis-snin 2017, 2018 u 2019. Minħabba l-ħtieġa għal aktar flessibilità fil-baġit tal-2018, il-Kummissjoni tipproponi li temenda d-deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni tal-2017 u li taġġusta l-profil ta’ tpaċija biex tnaqqas l-ammont ta’ tpaċija fl-Intestatura 5 fl-2018 minn EUR 570 miljun għal EUR 318 miljun u b’mod korrispondenti tintroduċi tpaċija ta’ EUR 252 miljun taħt l-Intestatura 5 fl-2020. Dan ma jbiddilx l-ammont totali mobilizzat u ta’ tpaċija.

 

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 1 , u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 2 stabbilixxa Marġini ta’ Kontinġenza sa massimu ta’ 0.03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni.

(2)Skont l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kienet ikkalkolat l-ammont assolut ta' dan il-Marġini ta' Kontinġenza għall-2017 3 .

(3)Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill wettqu mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza fl-2017 biex jippermettu l-finanzjament ogħla mil-limiti massimi tal-impenji ta’ EUR 1 906 150 960, li minnhom EUR 1 176 030 960 għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza).

(4)Il-baġit 2018 jeħtieġ żieda fil-flessibilità u għalhekk it-tpaċija tal-marġni ta’ kontinġenza mobilizzat fl-2017 huwa aġġustat biex jitnaqqas l-ammont paċut fl-Intestatura 5 fl-2018 u biex tiġi introdotta tpaċija korrispondenti fl-Intestatura 5 fl-2020.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 huwa emendat kif ġej:

(a)Fl-ewwel paragrafu, “2019” tiġi sostitwita b’ “2020”.

(b)il-paragrafu b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b) 2018: intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 318 000 000;"

(c)Jiddaħħal il-paragrafu (d) li ġej:

“(d) 2020: intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 252 000 000."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(2)    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-30 ta' Ġunju 2016 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017 f'konformità mal-varjazzjonijiet tal-ING (COM(2016) 311).
Top