Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0698

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020

COM/2017/0698 final - 2017/0312 (NLE)

Brussell, 1.12.2017

COM(2017) 698 final

2017/0312(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Sabiex ikompli l-finanzjament tar-riċerka u t-taħriġ nukleari hemm bżonn li jiġi adottat regolament ġdid biex jitkomplew l-attivitajiet tar-riċerka kollha mwettqa skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1314/2013 dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 1 .

L-għan ewlieni tar-riċerka tal-fissjoni ffinanzjata minn Euratom huwa li ttejjeb is-sikurezza tat-teknoloġiji nukleari. Din ir-riċerka tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sikuri u pubblikament aċċettabbli għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u biex tappoġġa r-radjuprotezzjoni u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet mediċi tar-radjazzjoni jonizzanti. Ir-riċerka tal-fużjoni tal-Euratom timmira li tgħin id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija billi tiżviluppa fużjoni b’konfinament manjetiku. L-azzjonijiet diretti tal-programm jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-salvagwardji nukleari fl-Ewropa u globalment.

Il-proposta tal-Programm Euratom għall-2019-2020 tkompli tikkumplimenta l-Programm Orizzont 2020 2 . Tiddetermina l-baġit għall-azzjonijiet diretti u indiretti, tissettja l-objettivi tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u tidentifika l-istrumenti ta’ appoġġ tar-R&Ż.

Il-proposta se tiżgura li r-riċerka u t-taħriġ iffinanzjati mill-Unjoni fix-xjenza u t-teknoloġija nukleari se jkomplu fl-2019-2020, biex b’hekk tmantni programm li jikkumplimenta, jikkatalizza u jikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri sabiex jimmassimizza l-valur miżjud tal-Unjoni.

Skont l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom, il-programm Euratom (2014-2018) attwali huwa marbut bi skadenza ta’ ħames snin. Il-proposta preżenti għandha l-intenzjoni li tiżgura kontinwazzjoni mingħajr xkiel tal-programm fl-2019-2020. Dan l-approċċ se jiżgura l-kontinwità u l-koerenza tal-azzjoni matul il-perjodu kollu ta’ seba’ snin, 2014-2020, u għalhekk iktar koerenza mal-iskeda ta’ żmien ta’ Orizzont 2020. Dan terġa’ huwa ferm iktar importanti fid-dawl tal-fatt li l-Programmi Euratom u Orizzont 2020 jiżvolġu objettivi ta’ rinforz reċiproku.

   Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-programm Euratom 2019-2020 qed iwettaq l-attivitajiet ta’ riċerka tal-programm Euratom 2014-2018. Huwa kompletament konsistenti ma’ tal-aħħar u mal-valutazzjoni tal-impatt għall-2014-2020 li saret qabel l-adozzjoni tiegħu.

   Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-programm Euratom 2019-2020 jibqa’ konsistenti mal-politiki rilevanti kollha tal-Unjoni fl-oqsma marbuta mar-riċerka u l-innovazzjoni b’mod ġenerali, u l-aspetti tas-sikurezza nukleari u dawk relatati b’mod partikolari. Għalhekk jappoġġa l-implimentazzjoni ta’:

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari 3 , kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom 4 ;

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv 5 ;

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti 6 .

Il-programm jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu 7 tat-Trattat Euratom, marbut mas-sistema tas-salvagwardji nukleari tal-UE. Jikkontribwixxi wkoll għall-aġendi u l-istrateġiji tas-sigurtà tal-UE.

2.    BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

   Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal dan ir-Regolament hija l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom.

   Għażla tal-istrument

Il-programm Euratom 2019-2020 huwa implimentat permezz ta’ Regolament ġdid.

3.    RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

   Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

F’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013 u mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar 7 , il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni interim tal-programm Euratom 2014-2018. Ir-rapport tagħha (COM(2017) 697 final) jistabbilixxi ħarsa ġenerali strateġika tal-proċess ta’ evalwazzjoni u t-tweġibiet tagħha għar-rakkomandazzjonijiet tal-gruppi esperti indipendenti. Id-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ta’ akkumpanjament (COM(2017) 426 final, SWD(2017) 427 final) ikopru l-oqsma għall-evalwazzjoni (rilevanza, effiċjenza, effettività u valur miżjud Ewropew).

L-analiżi tal-Kummissjoni ma pproduċiet l-ebda sejba konklużiva li tixħet dubju fuq l-istrateġija u l-format tal-programm 2014-2018 jew li jeħtieġilha li tipproponi reviżjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, tal-attivitajiet jew tal-mod ta’ implimentazzjoni tal-programm fl-2019-2020. Addizzjonalment, il-Kummissjoni se tiżgura li kwalunkwe kwistjoni pendenti se tiġi diskussa fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar il-programm ta’ ħidma ta’ Euratom 2019-2020.

L-evalwazzjoni interim sabet li l-isfidi tas-sikurezza nukleari u tal-ħiliet nukleari li qed jonqsu fl-Ewropa jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv permezz ta’ sfruttament tas-sinerġiji bejn l-Istat Membru u l-isforzi tar-riċerka tas-settur privat u bejn id-dixxiplini xjentifiċi u s-setturi teknoloġiċi. Azzjoni fil-livell tal-UE tista’ ssaħħaħ il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam nukleari u tikkoordina l-isforzi tar-riċerka tal-Istati Membri, biex b’hekk tevita d-duplikazzjoni, iżomm il-massa kritika fl-oqsma ewlenin u tiżgura l-iktar użu effiċjenti tal-finanzjament pubbliku. Ir-R&Ż fl-enerġija mill-fużjoni huma fuq terminu ta’ żmien twil u ta’ riskju għoli; it-twettiq tagħhom fil-kuntest ta’ programm fil-livell tal-UE jfisser li r-riskju huwa kondiviż u jiġġenera firxa ta’ kampijiet ta’ applikazzjoni u ekonomiji ta’ skala li ma setgħux jinkisbu mod ieħor.

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika bejn Ottubru 2016 u Jannar 2017 biex tikkontribwixxi għall-evalwazzjoni interim tal-programm Euratom 2014-2018 u l-proposta għall-programm Euratom 2019-2020. Irċeviet 323 tweġiba minn individwi u partijiet ikkonċernati, li jirrappreżentaw l-oqsma tar-riċerka kollha u attivitajiet diversi (korpi pubbliċi tar-riċerka, organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku, organizzazzjonijiet umbrella, utenti aħħarin, eċċ.). Il-konsultazzjoni kopriet l-oqsma ewlenin kollha għall-evalwazzjoni, inkluż ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, l-implimentazzjoni u l-valur miżjud tal-UE. B’kollox, 75% ta’ dawk li wieġbu pparteċipaw fil-programmi Euratom attwali jew preċedenti.

Ir-rispons kumplessiv għall-programm Euratom 2014-2018 kien pożittiv: 80% qablu jew qablu ħafna li l-programm huwa rilevanti. Ir-rati tal-approvazzjoni varjaw minn qasam għal qasam u kienu l-iktar b’saħħithom f’rabta mal-edukazzjoni u t-taħriġ, u r-riċerka dwar il-ġestjoni tal-iskart u s-sikurezza tar-reatturi eżistenti. Dawn l-oqsma tal-aħħar u r-riċerka tal-fużjoni huma wkoll l-oqsma li fihom dawk li wieġbu esperjenzaw li sar l-ikbar progress u raw l-Ewropa bħala mexxej dinji. Dawk li wieġbu kkwotaw il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-mobilizzazzjoni ta’ firxa usa’ ta’ kompetenzi bħala l-aspetti ewlenin tal-valur miżjud tal-programm. Min-naħa l-oħra, 30% biss ħassew li l-programm kellu xi effett ta’ ingranaġġ fuq l-investimenti privati.

   Ġbir u użu tal-għarfien espert

Matul it-tħejjija tal-proposta tagħha, il-Kummissjoni ġabret l-input u ddependiet fuq l-għarfien espert minn għadd ta’ sorsi. Fl-2017, il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku tal-Euratom ippreżenta opinjoni dwar il-programm Euratom tal-futur u żewġ gruppi esperti indipendenti pproduċew rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-programm Euratom 2014-2018 8 . Fl-2016, panel separat ta’ esperti wettaq reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm konġunt ta’ Euratom dwar ir-riċerka tal-fużjoni, kif implimentat mill-konsorzju EUROfusion.

   Valutazzjoni tal-impatt

Abbażi tal-istess dispożizzjonijiet tal-programm Euratom 2014-2018, il-programm Euratom 2019-2020 iżomm l-istess kamp ta’ applikazzjoni u huwa bbażat fuq il-valutazzjoni tal-impatt ex ante oriġinali prodotta għall-perjodu kollu ta’ seba’ snin (2014-2020) bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt ta’ Orizzont 2020 (SEC(2011) 1427, Anness 6). Il-pjan direzzjonali għall-programm Euratom 2019-2020 9 jipprevedi valutazzjoni tal-impatt ġdida biss jekk il-Kummissjoni tipproponi bidliet maġġuri għall-estensjoni tal-programm.

Il-grupp espert tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-azzjonijiet indiretti għall-programm Euratom 2014-18 għamel xi rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni 10 , b’mod partikolari dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, u dwar l-aspetti tas-saħħa tar-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet se jitqiesu fit-tħejjija tal-programm ta’ ħidma ta’ Euratom 2019-2020.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-azzjonijiet indiretti fir-riċerka tal-fużjoni, il-Kummissjoni se tinteraġixxi direttament ma’ EUROfusion biex tiżgura li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu indirizzati sa fejn huwa possibbli. Il-konsiderazzjoni tagħhom għaddejja bħalissa, u l-Kummissjoni se timmonitorja dan il-proċess bħala parti mill-attivitajiet ta’ rutina tagħha ta’ superviżjoni u ta’ ġestjoni tal-programm Euratom 11 .

Matul il-perjodu, se jiġu indirizzati sal-kamp ta’ applikazzjoni massimu possibbli r-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-azzjonijiet diretti tal-programm Euratom. B’mod partikolari, se tiġi indirizzata r-rakkomandazzjoni biex ikomplu l-attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ kif ukoll ir-rinforzar tal-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-għarfien u t-titjib tal-aċċess miftuħ tal-infrastrutturi tar-riċerka nukleari tal-JRC. Iż-żieda tas-sinerġiji mal-attivitajiet mhux nukleari se tiġi kkunsidrata l-iktar fil-qasam tal-applikazzjonijiet tax-xjenza nukleari.

Xi rakkomandazzjonijiet jikkonċernaw aspetti fit-terminu taż-żmien twil tar-riċerka jew l-istrumenti nukleari li l-programm jikkondividi ma’ Orizzont 2020. Il-Kummissjoni beħsiebha tindirizza din il-valutazzjoni tal-impatt ex ante għall-programm Euratom li jmiss taħt il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid (wara l-2020).

4.    IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-baġit tal-proposta huwa ppreżentat fil-prezzijiet attwali. Id-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja mehmuża tistabbilixxi l-implikazzjonijiet tar-riżorsi baġitarji, umani u amministrattivi.

5.    ELEMENTI OĦRAJN

   Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti tal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-prestazzjoni tal-programm se tiġi mmonitorjata kull sena abbażi ta’ sett ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (ara l-Anness II) u sal-2022 se titwettaq evalwazzjoni ex post. Addizzjonalment, il-prestazzjoni se tiġi vvalutata fil-livell tal-azzjonijiet diretti u indiretti kif ġej:

azzjonijiet diretti: il-prestazzjoni tal-JRC hija vvalutata internament permezz ta’ reviżjoni bejn il-pari interna annwali (evalwazzjoni tal-produttività u tal-impatt – PRIME) ibbażata fuq metodoloġija tal-evalwazzjoni ċertifikata ISO, u esternament permezz ta’ reviżjoni bejn il-pari minn għadd ta’ esperti tal-ogħla livell magħżula f’konsultazzjoni mal-bord tal-gvernaturi tal-JRC;

azzjonijiet indiretti: il-proġetti individwali huma soġġetti għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu obbligatorja.

   Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-bidliet ewlenin li ġejjin ġew introdotti meta mqabbla mal-programm Euratom 2014-2018:

L-Artikolu 4 il-baġit għall-azzjonijiet diretti u indiretti ġie aġġornat għal 2019-2020.

L-Artikolu 5 jintroduċi l-ftuħ tal-programm Euratom 2019-2020 għal pajjiżi u territorji assoċjati mal-programm Euratom 2014-2018.

L-Artikolu 22 iħassar dispożizzjonijiet obsoleti li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-programm.

L-Artikolu 23 jagħti aġġornament tad-dispożizzjonijiet ta’ tħassir u tranżitorji: dawn jinkludu dispożizzjonijiet li jippermettu fondi allokati għall-istrumenti finanzjarji ta’ H2020 biex jerġgħu jintużaw mill-programm Euratom 2019-2020 (jew is-suċċessur tiegħu); il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ dħul assenjat akkumulat iżda mhux impenjat (kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati) lill-programm Euratom 2019-2020; u l-kontinwazzjoni bla xkiel tal-kompiti tal-Kumitat tal-Programm.

L-Anness I dwar l-attivitajiet li għandhom jiġu appoġġati mill-programm Euratom 2019-2020 ġie aġġornat – il-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni (EFDA) issa ġie sostitwit minn EUROfusion. Il-kitba li tikkonċerna l-Joint European Torus (JET) fl-Anness 1 ġiet riveduta sabiex ma tippreġudikax il-possibiltajiet ta’ finanzjament skont il-programm Euratom 2019-2020 li probabbilment se jkunu jiddependu mill-eżitu tan-negozjati Brexit.

2017/0312 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 12 ,

Billi:

(1)Wieħed mill-għanijiet tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Komunità”) huwa li tikkontribwixxi biex jiżdied l-istandard tal-għajxien fl-Istati Membri inkluż billi, tippromwovi u tiffaċilita r-riċerka nukleari fl-Istati Membri u tikkumplimentaha billi twettaq programm ta’ riċerka u taħriġ tal-Komunità.

(2)Ir-riċerka nukleari tista’ tikkontribwixxi għall-prosperità soċjali u ekonomika u għas-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Tal-istess importanza hija l-kontribuzzjoni potenzjali tar-riċerka nukleari għad-dekarbonizzazzjoni fit-terminu ta’ żmien twil tas-sistema tal-enerġija b’mod sikur, effiċjenti u sigur.

(3)L-evalwazzjoni interim tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità 2014-2018 stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1314/2013 13 (il-“Programm 2014-2018”) ikkonkludiet li l-azzjoni hija rilevanti u għadha strumentali biex tindirizza l-isfidi fis-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-enerġija mill-fużjoni.

(4)Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell tal-Komunità, hemm bżonn li jiġi stabbilit il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (il-“Programm Euratom”). Il-Programm Euratom jenħtieġ li jkollu l-istess objettivi bħall-Programm 2014-2018, jappoġġa l-istess attivitajiet u juża l-istess mod ta’ implimentazzjoni li ta prova li huwa effiċjenti u xieraq għall-fini tal-kisba tal-objettivi tal-programm.

(5)Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm Euratom se jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 (il-“Programm Qafas Orizzont 2020”) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 u se jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-ħolqien u l-operat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(6)Minkejja l-impatt potenzjali tal-enerġija nukleari fuq il-provvista tal-enerġija u l-iżvilupp ekonomiku, aċċidenti nukleari serji jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn xieraq, l-aspetti tas-sigurtà ttrattati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-“JRC”) jenħtieġ li jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm Euratom.

(7)Il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (il-“Pjan SET”), stabbilit fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2008 fi Brussell, qed jaċċellera l-iżvilupp ta’ portafoll ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kunsill Ewropew qabel, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Frar 2011, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha se jippromwovu l-investiment fis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u f’teknoloġiji sikuri u sostenibbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u se jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tat-teknoloġija stabbiliti fil-Pjan SET. Kull Stat Membru jibqa’ ħieles li jagħżel it-tip ta’ teknoloġiji li jappoġġa.

(8)Peress li l-Istati Membri kollha għandhom installazzjonijiet nukleari jew jagħmlu użu minn materjali radjuattivi b’mod partikolari għal skopijiet mediċi, il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu fi Brussell fl-1 u t-2 ta’ Diċembru 2008, irrikonoxxa l-ħtieġa kontinwa għall-ħiliet fil-qasam nukleari, b’mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jixirqu marbutin mar-riċerka u koordinati fil-livell tal-Komunità.

(9)Filwaqt li hija l-għażla individwali ta’ kull Stat Membru jekk għandux jagħmel użu mill-enerġija nukleari jew le, huwa rikonoxxut ukoll li l-enerġija nukleari taqdi rwoli differenti fi Stati Membri differenti.

(10)Billi ffirmat il-Ftehim dwar l-Istabbilment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER 15 , il-Komunità impenjat lilha nfisha li tipparteċipa fil-kostruzzjoni tal-Proġett ITER (ITER) u fl-isfruttar tiegħu fil-futur. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità hija ġestita permezz tal-“Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija)”, stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom 16 .

(11)Biex il-fużjoni ssir opzjoni kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija, l-ewwel nett hemm bżonn li l-kostruzzjoni tal-ITER titlesta b’suċċess u fil-ħin u jibda l-operat tiegħu. It-tieni nett hemm bżonn li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ambizzjuż iżda realistiku lejn il-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. Biex jintlaħqu dawk il-miri hemm bżonn li l-programm Ewropew tal-fużjoni jiġi dirett lejn programm konġunt ta’ attivitajiet li jimplimentaw dan il-pjan direzzjonali. Sabiex jiġu żgurati l-kisbiet ta’ attivitajiet li għaddejjin fir-riċerka dwar il-fużjoni, kif ukoll l-impenn fit-tul tal-partijiet ikkonċernati fil-fużjoni kif ukoll il-kollaborazzjoni bejniethom, jenħtieġ li jkun żgurat l-appoġġ kontinwu tal-Komunità. Jenħtieġ li jkun hemm fokus aktar b’saħħtu primarjament fuq l-attivitajiet b’appoġġ għall-ITER, iżda wkoll fuq l-iżviluppi lejn ir-reattur ta’ dimostrazzjoni, inkluż l-involviment aktar b’saħħtu, kif jixraq, mis-settur privat. Tali razzjonalizzazzjoni u ffukar mill-ġdid jenħtieġ li jinkisbu mingħajr ma jkun hemm tfixkil fit-tmexxija Ewropea tal-komunità xjentifika tal-fużjoni.

(12)Il-JRC jenħtieġ li jkompli jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku indipendenti xprunat mill-konsumatur għall-formulazzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Komunità, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u tat-taħriġ fis-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u jiġi żgurat li ma jkunx hemm duplikazzjoni tar-riċerka fl-Unjoni, kwalunkwe attività ġdida mwettqa mill-JRC jenħtieġ li tkun analizzata sabiex tiġi kkontrollata l-konsistenza tagħha ma’ attivitajiet eżistenti fl-Istati Membri. L-aspetti tas-sigurtà tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jenħtieġ li jkunu limitati għall-azzjonijiet diretti tal-JRC.

(13)Il-JRC jenħtieġ li jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi, inkluż il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom, il-ħidma tal-parti terza u, fuq livell inqas, l-isfruttar tal-proprjetà intellettwali.

(14)Fl-interess tal-Istati Membri kollha tagħha r-rwol tal-Unjoni huwa li tiżviluppa qafas biex tappoġġa riċerka konġunta mill-aktar avvanzata, il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari, b’enfasi speċjali fuq is-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u n-nonproliferazzjoni. Dak jirrikjedi evidenza xjentifika indipendenti, li għaliha l-JRC jista’ jagħti kontribut ewlieni. Dak ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, datata s-6 ta’ Ottubru 2010, intitolata “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni”, li fiha l-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ l-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika permezz tal-JRC. Il-JRC jipproponi li jwieġeb għal dik l-isfida billi jiffoka r-riċerka tiegħu dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni.

(15)Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza, il-Programm Euratom jenħtieġ li jiffavorixxi involviment infurmat taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni tax-xjenza, billi l-għarfien xjentifiku ikun iktar aċċessibbli, bl-iżvilupp ta’ aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni responsabbli li jissodisfaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, u bl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Programm Euratom.

(16)L-implimentazzjoni tal-Programm Euratom jenħtieġ li twieġeb għall-opportunitajiet u l-ħtiġijiet li qed jevolvu relatati max-xjenza u t-teknoloġija, l-industrija, il-politiki u s-soċjetà. Fil-fatt, l-aġendi jenħtieġ li jkunu stabbiliti b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati mis-setturi kollha kkonċernati, u jenħtieġ li jingħata lok għal flessibbiltà suffiċjenti għal żviluppi ġodda. Il-konsultazzjoni esterna tista’ tiġi mfittxija matul il-Programm Euratom, ukoll permezz tal-użu ta’ strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija.

(17)L-eżiti tad-dibattiti li saru fis-Simpożju dwar “Il-Vantaġġi u l-Limitazzjonijiet tar-Riċerka dwar il-Fissjoni Nukleari għal Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjoni ta’ Karbonju” mħejji matul studju interdixxiplinarju li kien jinvolvi, fost l-oħrajn, esperti mill-oqsma tal-enerġija, l-ekonomija u x-xjenzi soċjali, organizzat flimkien mill-Kummissjoni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fi Brussell fis-26 u s-27 ta’ Frar 2013, irrikonoxxew il-ħtieġa li titkompla r-riċerka nukleari fil-livell Ewropew.

(18)Il-Programm Euratom jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-attraenza tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi 17 , flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

(19)L-attivitajiet żviluppati taħt il-Programm Euratom jenħtieġ li jimmiraw li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jindirizzaw b’mod partikolari l-kawżi sottostanti fl-iżbilanċ bejn is-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu kemm tar-riċerkaturi nisa kif ukoll tal-irġiel u billi jintegraw d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti sabiex itejbu l-kwalità tar-riċerka u jistimulaw l-innovazzjoni. L-attivitajiet jenħtieġ li jkunu mmirati wkoll lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(20)L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Programm Euratom jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Jenħtieġ li jitqiesu kif xieraq l-opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet tal-enerġija tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta’ riċerka jenħtieġ li jqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li fl-aħħar mill-aħħar l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha jenħtieġ li jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(21)Jenħtieġ li jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-Programm Euratom u l-fondi tas-settur privat fi sħubiji pubbliċi-privati f’oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa’ tal-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-involviment tal-impriżi żgħar u medji.

(22)Il-Programm Euratom jenħtieġ li jippromwovi l-kooperazzjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza, mal-pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku partikolarment biex jippromwovi titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari.

(23)Sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi kollha li huma attivi fis-suq intern, il-finanzjament ipprovdut mill-Programm Euratom jenħtieġ li jkun imfassal skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiżgura l-effettività tan-nefqa pubblika u ma jippermettix distorsjonijiet tas-suq bħall-esklużjoni tal-finanzjament privat, il-ħolqien ta’ strutturi tas-suq ineffettivi jew il-preservazzjoni ta’ kumpaniji ineffiċjenti.

(24)Il-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-ġestjoni tal-kontroll u tar-riskju fil-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-4 ta’ Frar 2011, li talbu għal bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka 18 , talab għal ċaqliqa prammatika lejn is-simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u ddikjara li l-ġestjoni tal-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u li tkun tolleranti għar-riskju lejn il-parteċipanti.

(25)L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa jew użati skorrettament u, fejn xieraq, penali. Strateġija tal-kontroll riveduta, li tibdel il-fokus mill-minimizzazzjoni tar-rati ta’ żball għal kontroll ibbażat fuq ir-riskju u d-detezzjoni tal-frodi, jenħtieġ li tnaqqas il-piż tal-kontroll għall-parteċipanti.

(26)Huwa importanti li tiġi żgurata amministrazzjoni finanzjarja soda tal-Programm Euratom u l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li jkunu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tiegħu għall-parteċipanti kollha. Jeħtieġ li tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Finanzjarju”) 19 u mar-rekwiżiti tas-simplifikazzjoni u ta’ regolamentazzjoni aħjar.

(27)Sabiex tkun żgurata l-iktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, u aċċess faċli għall-parteċipanti kollha permezz ta’ proċeduri simplifikati, u biex jinkiseb qafas koerenti, komprensiv u trasparenti għall-parteċipanti, il-parteċipazzjoni fil-Programm Euratom u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-regoli applikabbli fil-Programm Qafas Orizzont 2020, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’ċerti adattamenti jew eċċezzjonijiet.

(28)Sabiex ikun jista’ jsir l-iktar użu effettiv tal-istrumenti finanzjarji tad-dejn u l-ekwità stabbiliti taħt il-Programm Qafas 2020, filwaqt li tiġi ppreservata n-natura distinta tal-azzjonijiet taħt il-Programm Euratom u li jsir użu sħiħ tal-baġit disponibbli, il-pagamenti lura li jirriżultaw minn kwalunkwe minn dawk l-istrumenti finanzjarji dovuti għan-nuqqas ta’ użu ta’ fondi magħmula disponibbli taħt il-Programm Euratom jew il-Programm 2014-2018 jenħtieġ li jibbenefikaw direttament lill-Programm Euratom jew lill-programm suċċessur tiegħu.

(29)Huwa importanti li tkun żgurata l-possibbiltà li jintuża dħul assenjat estern disponibbli akkumulat fl-aħħar tal-Programm 2014-2018, b’mod partikolari fid-dawl tal-objettivi u l-azzjonijiet identiċi segwiti mill-Programm Euratom.

(30)Huwa importanti li jkompli jiġi ffaċilitat l-isfruttar tal-proprjetà intelletwali żviluppata mill-parteċipanti filwaqt li jiġu protetti l-interessi leġittimi ta’ parteċipanti oħrajn u tal-Komunità f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“it-Trattat”).

(31)Il-fondi ta’ garanzija għall-parteċipanti, ġestiti mill-Kummissjoni u stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 20 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 139/2012 21 , taw prova li huma mekkaniżmu ta’ salvagwardja importanti li jimmitiga r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u mhux rimborżati minn parteċipanti f’kontumaċja. Il-fond ta’ garanzija għall-parteċipanti stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 jenħtieġ li jkopri wkoll azzjonijiet skont dan ir-Regolament.

(32)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Euratom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta programmi ta’ ħidma u d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament ta’ azzjonijiet indiretti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 .

(33)Il-kisba tal-objettivi tal-Programm Euratom f’oqsma rilevanti tirrikjedi appoġġ għall-attivitajiet trażversali, kemm fi ħdan il-Programm Euratom u b’mod konġunt mal-attivitajiet tal-Programm Qafas Orizzont 2020.

(34)Il-ġestjoni effettiva tal-prestazzjoni, li tinkludi l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, tirrikjedi żvilupp ta’ indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien, li huma kemm realistiċi kif ukoll jirriflettu l-loġika tal-intervent u huma rilevanti għall-ġerarkija li tixraq tal-objettivi u l-attivitajiet. Jenħtieġ li jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni li jixirqu bejn l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Programm Euratom, minn naħa waħda, u l-monitoraġġ tal-progress, il-kisbiet u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, min-naħa l-oħra.

(35)Il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom 24 , ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-azzjonijiet diretti tal-JRC.

(36)Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, ir-Regolament (UE) Nru 1314/2013 jenħtieġ li jitħassar.

(37)Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku tal-Euratom,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I
STABBILIMENT

Artikolu 1
Stabbiliment 

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (il-“Programm Euratom”), u jistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni f’dak il-Programm, inkluż il-parteċipazzjoni fi programmi ta’ korpi tal-finanzjament li jiġġestixxu l-fondi mogħtija skont dan ir-Regolament u fl-attivitajiet imwettqa b’mod konġunt taħt dan ir-Regolament u taħt il-Programm Qafas Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (il-“Programm Qafas Orizzont 2020”) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni” tfisser l-ispettru kollu ta’ attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni u innovazzjoni, inkluż il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, disseminazzjoni u ottimizzazzjoni tar-riżultati u stimulu tat-taħriġ u l-mobbiltà tar-riċerkaturi fil-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ’il quddiem “il-Komunità”);

(b)“azzjonijiet diretti” tfisser attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tagħha (il-“JRC”);

(c)“azzjonijiet indiretti” tfisser attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li għalihom l-Unjoni jew il-Komunità (minn hawn ’il quddiem l-“Unjoni”) jipprovdu appoġġ finanzjarju u li jitwettqu mill-parteċipanti;

(d)“sħubija pubblika-privata” tfisser sħubija fejn is-sħab tas-settur privat, il-Komunità u, fejn jixraq, sħab oħrajn, bħal korpi tas-settur pubbliku, jimpenjaw lilhom infushom li jappoġġaw b’mod konġunt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programm jew attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni;

(e)“sħubija pubblika-pubblika” tfisser sħubija fejn korpi tas-settur pubbliku jew korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jimpenjaw lilhom infushom mal-Komunità biex b’mod konġunt jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programm jew attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni.

Artikolu 3
Objettivi

1.L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jitwettqu attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ nukleari b’enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li b’mod partikolari potenzjalment jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b’mod sikur, effiċjenti u sigur. L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta’ azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.L-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom għandu jkollhom l-objettivi li ġejjin:

(a)jappoġġaw l-operat sikur ta’ sistemi nukleari;

(b)jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ sigurtà aktar fit-tul għall-ġestjoni ta’ skart nukleari aħħari inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trażmutazzjoni;

(c)jappoġġaw l-iżvilupp u s-sostenibbiltà ta’ għarfien espert u eċċellenza nukleari fl-Unjoni;

(d)jappoġġaw il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet mediċi għar-radjazzjoni, inkluż fost l-oħrajn, il-provvista sigura u sikura u l-użu ta’ isotopi radjuattivi;

(e)jimxu lejn dimostrazzjoni tal-fattibbiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija billi jisfruttaw faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni;

(f)jibnu l-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur billi jiżviluppaw materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali;

(g)jippromwovu l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali;

(h)jiżguraw id-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta’ rilevanza pan-Ewropea;

3.L-azzjonijiet diretti tal-Programm Euratom għandu jkollhom l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)itejbu s-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tar-reatturi nukleari u tal-fjuwil, il-ġestjoni tal-iskart, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trażmutazzjoni; id-dekummissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza;

(b)it-titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensika nukleari;

(c)iżidu l-eċċellenza fil-bażi tax-xjenza nukleari għall-istandardizzazzjoni;

(d)irawmu l-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(e)jappoġġaw il-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

Kwalunkwe attribuzzjoni ġdida ta’ attività lill-JRC għandha tiġi analizzata mill-Bord ta’ Gvernaturi tal-JRC biex jikkontrollaw il-konsistenza tagħha mal-attivitajiet diġà eżistenti fl-Istati Membri.

4.Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat b’tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika, is-swieq u s-soċjetà, bil-għan li jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji u tiġi evitata d-duplikazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni.

5.Fi ħdan l-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, jistgħu jitqiesu ħtiġijiet ġodda u mhux previsti li jirriżultaw matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Programm Euratom. Dan jista’, jekk debitament ġustifikat, jinkludi tweġibiet għal opportunitajiet, kriżijiet u theddid emerġenti, għal ħtiġijiet relatati mal-iżvilupp ta’ politiki ġodda tal-Unjoni, u għall-ippilotar ta’ azzjonijiet previsti sabiex ikunu ta’ appoġġ fil-qafas ta’ programmi futuri.

Artikolu 4
Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Euratom għandu jkun EUR 770 220 000. Dak l-ammont għandu jitqassam kif ġej:

(a)azzjonijiet indiretti għall-programm ta’ riċerka u żvilupp fil-fużjoni, EUR 349 834 000;

(b)azzjonijiet indiretti għall-fissjoni nukleari, is-sikurezza u l-protezzjoni mir-radjazzjoni EUR 151 579 000;

(c)azzjonijiet diretti, EUR 268 807 000.

Għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom, in-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni għandha tqis fuq medja mhux iktar minn 6% matul id-durata tal-Programm Euratom.

2.Il-pakkett finanzjarju tal-Programm Euratom jista’ jkopri spejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta’ dak il-Programm u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament, u l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien ma’ kull spiża oħra ta’ assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm Euratom. L-ispejjeż għal azzjonijiet kontinwi u ripetittivi bħall-kontroll, il-verifika u netwerks tal-IT se jiġu koperti fi ħdan il-limiti tan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni speċifikata fil-paragrafu 1.

3.Fejn meħtieġ u debitament ġustifikat, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2020 biex ikopru spejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2020.

4.Fejn l-azzjonijiet diretti jikkontribwixxu għal inizjattivi stabbiliti minn entitajiet inkarigati mill-Kummissjoni bl-implimentazzjoni ta’ kompiti f’konformità mal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 15, tali kontribuzzjoni ma għandix tiġi kkunsidrata bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja allokata għal dawk l-inizjattivi.

5.L-impenji baġitarji jistgħu jitqassmu f’pagamenti akkont annwali. Kull sena l-Kummissjoni għandha timpenja l-pagamenti akkont annwali filwaqt li tqis il-progress tal-azzjonijiet li jkunu qed jirċievu appoġġ finanzjarju, l-istima tal-ħtiġijiet u l-baġit disponibbli.

Artikolu 5
Assoċjazzjoni ta’ pajjiżi terzi

1.Il-Programm Euratom għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni ta’:

(a)pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u d-deċiżjonijiet ta’ kunsilli ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet simili;

(b)membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), jew pajjiżi jew territorji koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(i)kapaċità tajba fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni;

(ii)rekord tajjeb ta’ mġiba ta’ parteċipazzjoni fi programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni;

(iii)trattament ġust u ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(c)pajjiżi jew territorji assoċjati mas-Seba’ Programm Qafas tar-Riċerka ta’ Euratom jew mal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2014-2018.

2.It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati fil-Programm Euratom, inkluż il-kontribuzzjoni finanzjarja, ibbażati fuq il-prodott domestiku gross tal-pajjiż assoċjat, għandhom ikunu determinati mill-ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi assoċjati.

TITOLU II
IMPLIMENTAZZJONI

KAPITOLU I
Implimentazzjoni, ġestjoni u forom ta’ appoġġ

Artikolu 6
Ġestjoni u forom ta’ appoġġ tal-Komunità

1.Il-Programm Euratom għandu jkun implimentat permezz ta’ azzjonijiet indiretti li jużaw forma waħda ta’ finanzjament jew diversi previsti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premji, akkwist u strumenti finanzjarji. L-appoġġ tal-Komunità għandu jikkonsisti wkoll minn azzjonijiet diretti fil-forma ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li jsiru mill-JRC.

2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tinkariga parti mill-implimentazzjoni tal-Programm Euratom lill-korpi ta’ finanzjament msemmija fl-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tinkariga l-implimentazzjoni ta’ azzjoni indiretta taħt il-Programm Euratom lil korpi maħluqa taħt il-Programm Qafas Orizzont 2020 jew imsemmija fih.

3.Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament ta’ azzjonijiet indiretti.

Artikolu 7
Regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka

1.Soġġetta għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe entità legali f’azzjonijiet indiretti li jsiru taħt il-Programm Euratom għandha tkun amministrata minn regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.Għall-finijiet tal-Programm Euratom, “ir-regoli tas-sigurtà” msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) Nru 1290 /2013 għandhom jinkludu l-interessi tad-difiża tal-Istati Membri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24 tat-Trattat.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jistgħu, fir-rigward ta’ riżultati li huma ġġenerati minn parteċipanti li jkunu rċevew kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, joġġezzjonaw għal trasferimenti ta’ sjieda jew għal għotjiet kemm ta’ liċenzja esklussiva kif ukoll mhux esklussiva, lill-partijiet terzi stabbiliti f’pajjiż terz mhux assoċjat mal-Programm Euratom fejn jikkunsidraw li l-għotja jew it-trasferiment mhumiex f’konformità mal-interess tal-iżvilupp tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni jew huma inkonsistenti mal-prinċipji etiċi jew il-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà. “Kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà” għandha tinkludi l-interessi tad-difiża tal-Istati Membri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24 tat-Trattat.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, il-Komunità u l-impriżi konġunti tagħha għandhom, għall-fini tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki u l-programmi tal-Komunità jew l-obbligi assunti permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, igawdu minn drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. Drittijiet ta’ aċċess bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt biex partijiet terzi jiġu awtorizzati jużaw ir-riżultati fl-akkwist pubbliku u d-dritt ta’ sottoliċenzjar u għandhom ikunu limitati għal użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv u għandhom jingħataw fuq bażi ta’ mingħajr royalty.

3.Il-fond ta’ garanzija tal-parteċipant stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta’ rkupru ta’ somom dovuti mill-parteċipanti f’azzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ għotjiet mill-Kummissjoni jew korpi ta’ finanzjament skont dan ir-Regolament.

Artikolu 8
Attivitajiet trażversali

1.Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom u biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni tal-Programm Euratom u tal-Programm Qafas Orizzont 2020, azzjonijiet trasversali fl-azzjonijiet indiretti stipulati fl-Anness I u/jew dawk li jimplimentaw il-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE 25 , jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tiġi kkombinata mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, u implimentata permezz ta’ skema unika ta’ finanzjament.

Artikolu 9
Ugwaljanza bejn is-sessi

Il-Programm Euratom għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Artikolu 10
Prinċipji etiċi

1.L-attivitajiet kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt il-Programm Euratom għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġislazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn il-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

2.L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li jitwettqu taħt il-Programm Euratom għandu jkollhom fokus esklussiv fuq l-applikazzjonijiet ċivili.

Artikolu 11
Programmi ta’ Ħidma

1.Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), programmi ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti. Tali programmi ta’ ħidma għandhom jippermettu għal approċċi minn isfel għal fuq li jindirizzaw l-objettivi f’modi innovattivi.

Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-elementi essenzjali għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont ir-Regolament Finanzjarju, inkluż l-objettivi dettaljati tagħhom, il-finanzjament assoċjat u l-iskeda taż-żmien, kif ukoll approċċ pluriennali u orjentazzjonijiet strateġiċi għas-snin li ġejjin ta’ implimentazzjoni.

2.Għall-azzjonijiet diretti, il-Kummissjoni għandha, f’konformità mad-Deċiżjoni 96/282/Euratom, tfassal programm ta’ ħidma pluriennali, li jistabbilixxi f’aktar dettall l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ppreżentati fl-Anness I, u skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni.

Dak il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jqis ukoll l-attivitajiet tar-riċerka rilevanti mwettqa mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jkun aġġornat kif u meta jkun xieraq.

3.Il-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati kif u meta jkun xieraq.

4.Il-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fihom taqsima li tidentifika l-attivitajiet trażversali kif jissemma fl-Artikolu 8.

Artikolu 12
Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Il-Kumitat 26 għandu jiltaqa’ f’żewġ konfigurazzjonijiet differenti, li jittrattaw rispettivament aspetti relatati mal-fissjoni u aspetti relatati mal-fużjoni tal-Programm Euratom.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura ta’ eżami f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.Meta l-opinjoni tal-Kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, hekk jiddeċiedi l-President tal-Kumitat jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kumitat jitolbu dan.

Artikolu 13
Informazzjoni lill-Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12 dwar il-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, u għandha tipprovdih b’informazzjoni fil-ħin dwar l-azzjonijiet indiretti kollha proposti jew ffinanzjati taħt il-Programm Euratom.

Artikolu 14
Konsulenza esterna u involviment tas-soċjetà

1.Għall-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, għandhom jitqiesu il-konsulenza u l-inputs fornuti, fejn jixraq:

(a)mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku tal-Euratom skont l-Artikolu 134 tat-Trattat;

(b)mill-gruppi ta’ konsulenza indipendenti ta’ esperti u ta’ livell għoli stabbiliti mill-Kummissjoni;

(c)mill-istrutturi tad-djalogu maħluqin skont ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija;

(d)mill-attivitajiet li jħarsu ’l quddiem;

(e)mill-konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati (inkluż, fejn jixraq, l-awtoritajiet jew il-partijiet ikkonċernati reġjonali u nazzjonali); u

(f)minn proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli.

2.Għandu jittieħed ukoll kont sħiħ tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni stabbiliti minn, fost l-oħrajn, Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej, Inizjattivi Konġunti ta’ Programmar u Sħubiji tal-Innovazzjoni Ewropej.

KAPITOLU II
Oqsma speċifiċi ta’ azzjoni

Artikolu 15
Impriżi żgħar u ta’ daqs medju

Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-impatt ta’ innovazzjoni fuqhom u s-settur privat inġenerali fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ.

Artikolu 16
Sħubiji pubbliċi-privati u pubbliċi-pubbliċi

Sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3, l-attivitajiet speċifiċi tal-Programm Euratom jistgħu jiġu implimentati permezz ta’:

(a)Impriżi Konġunti stabbiliti abbażi tal-Kapitolu 5 tat-Trattat;

(b)sħubiji pubbliċi-pubbliċi abbażi tal-iskema ta’ finanzjament “Azzjonijiet kofinanzjati tal-programm”;

(c)sħubiji kuntrattwali pubbliċi-privati, kif jissemma fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

Artikolu 17
Kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.Entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1290/2013. L-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali f’dak ir-rigward huma stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tiġi promossa mill-Programm Euratom sabiex:

(a)tissaħħaħ l-eċċellenza u l-attraenza tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll il-kompetittività ekonomika u industrijali tagħha;

(b)jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi komuni tas-soċjetà;

(c)jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterna u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplimentaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp. Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji ma’ politiki oħra tal-Unjoni.

2.Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew gruppi ta’ pajjiżi terzi speċifiċi għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ approċċ strateġiku kif ukoll interess u prijoritajiet komuni, u benefiċċju reċiproku, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq, u l-impatt mistenni.

L-aċċess reċiproku għal programmi ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li jkun imħeġġeġ. Sabiex ikun massimizzat l-impatt, għandhom ikunu promossi l-koordinazzjoni u s-sinerġiji ma’ inizjattivi ta’ Stati Membri u pajjiżi assoċjati. In-natura tal-kooperazzjoni tista’ tvarja skont il-pajjiżi sħab speċifiċi.

Il-prijoritajiet ta’ kooperazzjoni għandhom iqisu żviluppi fil-politika tal-Unjoni, opportunitajiet għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u trattament ġust u ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali.

Artikolu 18
Informazzjoni, komunikazzjoni, sfruttar u disseminazzjoni

1.Meta jkun qed jiġi implimentat il-Programm Euratom, l-attivitajiet ta’ disseminazzjoni u komunikazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti integrali tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm Euratom.

2.L-attivitajiet tal-komunikazzjoni jistgħu jinkludu:

(a)inizjattivi mmirati lejn it-tkabbir tas-sensibilizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għal finanzjament taħt il-Programm Euratom, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew tipi ta’ parteċipanti li għandhom parteċipazzjoni relattivament baxxa;

(b)assistenza mmirata lejn proġetti u konsorzji sabiex jipprovduhom b’aċċess għall-ħiliet neċessarji biex jottimizzaw il-komunikazzjoni, l-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati;

(c)inizjattivi biex jitrawwem id-djalogu u d-dibattitu dwar kwistjonijiet relatati xjentifiċi, teknoloġiċi u innovattivi mal-pubbliku, u jittieħed vantaġġ tal-midja soċjali u teknoloġiji u metodoloġiji oħrajn innovattivi;

(d)komunikazzjoni tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni sakemm huma relatati mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; b’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata u f’waqtha lill-Istati Membri.

3.Soġġett għat-Trattat u l-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, l-attivitajiet tad-disseminazzjoni jistgħu jinkludu:

(a)    azzjonijiet li jiġbru flimkien riżultati minn firxa ta’ proġetti, inkluż dawk li jistgħu jiġu ffinanzjati minn sorsi oħrajn, biex jipprovdu bażijiet tad-dejta faċli għall-utent u rapporti li jagħtu sommarju tas-sejbiet prinċipali;

(b)disseminazzjoni tar-riżultati lill-fassala tal-politika, inkluż korpi tal-istandardizzazzjoni, biex jippromwovu l-użu ta’ riżultati rilevanti għall-politika mill-korpi adattati fil-livell internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali.

KAPITOLU III
Kontroll 

Artikolu 19
Kontroll u verifika

1.Is-sistema ta’ kontroll stabbilita għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ddisinjata sabiex tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-ilħuq ta’ ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li tqis il-karattru pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati.

2.Is-sistema ta’ kontroll għandha tiżgura bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll, tqis l-ispejjeż amministrattivi u oħrajn tal-kontrolli fil-livelli kollha, speċjalment għall-parteċipanti, sabiex l-objettivi tal-Programm Euratom jistgħu jintlaħqu u l-aktar riċerkaturi eċċellenti u l-aktar impriżi innovattivi jkunu jistgħu jiġu attirati lejh.

3.Bħala parti mis-sistema ta’ kontroll, l-istrateġija tal-verifika għan-nefqa fl-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Euratom għandha tkun ibbażata fuq il-verifika finanzjarja ta’ kampjun rappreżentattiv tan-nefqa mifrux fuq il-Programm kollu. Kampjun rappreżentattiv bħal dan għandu jkun ikkumplimentat minn għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati man-nefqa.

Il-verifiki tan-nefqa fl-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Euratom għandhom jitwettqu f’manjiera koerenti f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività sabiex ikun minimizzat il-piż tal-verifika tal-parteċipanti.

Artikolu 20
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri li jixirqu li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, fejn jiġu individwati l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b’mod skorrett u, fejn jixraq, permezz ta’ pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-verifiki tal-Kummissjoni jistgħu jitwettqu sa sentejn wara l-aħħar pagament.

3.L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 28 , bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kien hemmx frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konnessjoni ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont il-Programm Euratom.

4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali verifiki u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

KAPITOLU IV
Monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 21
Monitoraġġ

1.Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni, inkluż il-progress u l-kisbiet, tal-Programm Euratom. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni f’dan ir-rigward lill-Kumitat, kif jissemma fl-Artikolu 12.

2.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 22
Evalwazzjoni

1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’manjiera suffiċjentament fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti magħżula abbażi ta’ proċess trasparenti, evalwazzjoni ex post tal-Programm Euratom. Tali evalwazzjoni għandha tkopri r-raġunament, l-implimentazzjoni u l-kisbiet, kif ukoll l-impatti u s-sostenibbiltà tal-miżuri aktar fit-tul, biex jikkontribwixxu għal deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta’ tiġdid, modifika jew sospensjoni ta’ miżura sussegwenti.

2.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-Programm Euratom għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet separati.

3.L-evalwazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jivvalutaw il-progress lejn l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3, filwaqt li jqisu, l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti definiti fl-Anness II.

4.Fejn jixraq u meta jkun disponibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta u l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri kkonċernati.

5.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI

Artikolu 23
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Ir-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019.

2.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, attivitajiet jew azzjonijiet li jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju tal-Komunità skont ir-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013 għandhom ikomplu jitmexxew mir-regoli applikabbli għal dawk l-attivitajiet jew azzjonijiet sat-terminazzjoni, it-tlestija jew l-għeluq tagħhom. Fejn meħtieġ, kwalunkwe kompitu li jifdal tal-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013 għandu jitwettaq mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

3.Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 4 jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm Euratom u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013.

4.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(a) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx u li jkunu disponibbli fil-31 ta’ Diċembru 2018 li jirriżultaw mid-dħul assenjat estern marbut mar-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013 għandu jiġi ttrasferit awtomatikament u jintuża għall-Programm Euratom.

5.Permezz ta’ deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 140(6) tar-Regolament Finanzjarju, il-pagamenti lura annwali ġġenerati permezz tal-istrument finanzjarju stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u li jirriżultaw min-nuqqas ta’ utilizzazzjoni tal-fondi magħmula disponibbli skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013 għandhom jiġu assenjati lill-Programm Euratom jew lill-programm suċċessur tiegħu.

Artikolu 24
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i

- 08 Riċerka u Innovazzjoni

- 10 Ċentru Konġunt tar-Riċerka

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/L-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida. 

Il-proposta/L-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 29  

Il-proposta/L-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta/L-inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-Programm Euratom għandu jsaħħaħ il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam nukleari u jikkoordina l-isforzi fir-riċerka tal-Istati Membri, biex b’hekk jevita d-duplikazzjoni, iżomm il-massa kritika f’oqsma ewlenin u jiżgura li l-finanzjament pubbliku jintuża bl-aħjar mod. L-objettivi tekniċi tal-Programm Euratom għandhom ikunu li jitjiebu s-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b’mod sikur, effiċjenti u sigur. Il-programm se jikkontribwixxi għall-proġett ewlieni “Unjoni tal-Innovazzjoni” billi jappoġġa riċerka nukleari li hija rilevanti għall-politika, prekummerċjali u trażversali u jiffaċilita l-proċess tat-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija bejn l-akkademja, l-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi. Billi ssir enfasi fuq it-taħriġ fl-attivitajiet kollha tiegħu, it-tisħiħ tal-kompetittività fl-industrija nukleari attwali u l-ħolqien ta’ settur ġdid tal-industrija tat-teknoloġija għolja għall-enerġija mill-fużjoni b’mod partikolari, il-Programm Euratom se jwassal għal tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini.

1.4.2.Objettivi speċifiċi għal azzjonijiet indiretti

Objettivi speċifiċi:

Objettiv speċifiku Nru 1 – appoġġ għas-sikurezza tas-sistemi nukleari;

Objettiv speċifiku Nru 2 – kontribut għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sikuri u aktar fit-tul għall-ġestjoni ta’ skart nukleari aħħari, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trażmutazzjoni;

Objettiv speċifiku Nru 3 – appoġġ għall-iżvilupp u s-sostenibbiltà ta’ għarfien espert u eċċellenza nukleari fl-Unjoni;

Objettiv speċifiku Nru 4 – appoġġ għall-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet mediċi għar-radjazzjoni, inkluż, fost l-oħrajn, il-provvista sigura u sikura u l-użu ta’ isotopi radjuattivi;

Objettiv speċifiku Nru 5 – mixja lejn dimostrazzjoni tal-fattibbiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija permezz tal-isfruttar tal-faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni;

Objettiv speċifiku Nru 6 – bini tal-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur permezz tal-iżvilupp ta’ materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali;

Objettiv speċifiku Nru 7 – promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-kompetittività industrijali;

Objettiv speċifiku Nru 8 – żgurar tad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta’ rilevanza pan-Ewropea;

1.4.3.Objettivi speċifiċi għal azzjonijiet diretti

Objettivi speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 1 – titjib tas-sikurezza nukleari inkluż sikurezza tal-fjuwil u tar-reatturi, ġestjoni tal-iskart u dekummissjonar, u tħejjija għal emerġenza;

Objettiv speċifiku Nru 2 – titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensika nukleari;

Objettiv speċifiku Nru 3 – żieda fl-eċċellenza fil-bażi xjentifika għall-istandardizzazzjoni;

Objettiv speċifiku Nru 4 – trawwim tal-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

Objettiv speċifiku Nru 5 – appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata li qed tevolvi.

1.4.4.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li jenħtieġ li jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati.

1) L-impatti tal-Programm Euratom huma mistennija li se jtejbu l-isfruttar tas-sikurezza tal-impjanti tal-enerġija nukleari, fit-teħid ta’ iktar passi sinifikanti lejn l-implimentazzjoni sikura tar-rimi ġeoloġiku ta’ skart nukleari ta’ livell għoli u ta’ ħajja twila, u fl-iżgurar ta’ regolamentazzjoni iktar robusta tal-prattiċi industrijali u mediċi li jinvolvu l-użu tar-radjazzjoni jonizzanti.

2) Il-Programm Euratom se jwassal għal sigurtà nukleari msaħħa permezz tar-riċerka dwar is-salvagwardji nukleari u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji tal-verifika u tad-detezzjoni mtejba, fir-rigward tal-materjali nukleari kif ukoll taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari. Il-programm jinkludi kapaċitajiet tal-forensika nukleari b’appoġġ għall-Istati Membri globalment.

3) Il-Programm Euratom se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ħiliet u għarfien espert nukleari fl-Unjoni permezz ta’ azzjonijiet tar-riċerka, tat-taħriġ u tal-mobbiltà, u aċċess aħjar għall-faċilitajiet tar-riċerka u l-użu tagħhom.

4) Permezz ta’ appoġġ għar-riċerka tal-fużjoni, il-Programm Euratom se jiżviluppa teknoloġiji rilevanti u jikkwalifika l-materjali għal impjant tal-enerġija ta’ dimostrazzjoni.

1.4.5.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

It-taqsima li ġejja tispeċifika, għall-objettivi speċifiċi tal-Programm Euratom, għadd ta’ indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti.

Indikaturi għall-azzjonijiet indiretti:

1) Appoġġ għas-sikurezza tas-sistemi nukleari

Indikatur: L-għadd ta’ proġetti (riċerka konġunta u/jew azzjonijiet koordinati) li għandu l-probabbiltà li jwassal għal titjib dimostrabbli fil-prattika tas-sikurezza nukleari fl-Ewropa

Attwalment: 21 (2017); Mira: 33 (2020)

2) Kontribut għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sikuri u aktar fit-tul għall-ġestjoni ta’ skart nukleari aħħari, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trażmutazzjoni;

Indikatur: L-għadd ta’ proġetti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sikuri fit-tul għall-ġestjoni ta’ skart nukleari aħħari

Attwalment: 10 (2017); Mira: 11 (2020),

3) Appoġġ għall-iżvilupp u s-sostenibbiltà tal-għarfien espert u l-eċċellenza nukleari fil-livell tal-Unjoni

Indikatur: l-għadd ta’ studenti tal-PhD, riċerkaturi Post-Doc, apprendisti u fellows appoġġati minn Euratom

Attwalment: 745 (2017); Mira: 1000 (total għal 2014-2020)

4) Appoġġ għall-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet mediċi għar-radjazzjoni, inkluż, fost l-oħrajn, il-provvista sigura u sikura u l-użu ta’ isotopi radjuattivi;

Indikatur: L-għadd ta’ proġetti li x’aktarx ikollhom impatt dimostrabbli fuq il-prattika regolatorja fir-rigward tal-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Attwalment: 2 (2017); Mira: 3 (2020)

5) Il-mixja lejn id-dimostrazzjoni tal-fattibbiltà tal-fużjoni bħala sors tal-enerġija permezz tal-isfruttar tal-faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni

Indikatur: L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet f’ġurnali ta’ impatt għoli

Attwalment: ca. 350 (2016); Mira: 350 (2020).

6) Bini tal-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur permezz tal-iżvilupp ta’ materjali,

teknoloġiji u disinn kunċettwali;

Indikatur: Il-perċentwal tal-passi importanti tal-Pjan Direzzjonali tal-Fużjoni stabbilit għall-perjodu 2014-2020, milħuq mill-Programm Euratom;

Attwalment: 28% (2015) Mira: 90% (2020);

7) Promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-kompetittività industrijali

Indikatur: L-għadd ta’ spin-offs mir-riċerka tal-fużjoni taħt il-Programm Euratom

Attwalment: 3 (2015); Mira: 12 (2020)

Indikatur: Applikazzjonijiet għall-privattivi ġġenerati mil-laboratorji tal-fużjoni Ewropej

Attwalment: 2 privattivi ġodda fis-sena (2015); Mira: 8 (2020);

8) Żgurar tad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta’ rilevanza pan-Ewropea;

Indikatur: Għadd ta’ riċerkaturi li jużaw l-infrastrutturi tar-riċerka permezz tal-mobbiltà ta’ Euratom u l-appoġġ għall-aċċess (fis-sena)

Attwalment: 958 (2015), Mira: 1000 (2020);

Indikaturi għal azzjonijiet diretti

1) Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: sikurezza tal-fjuwil u tar-reatturi, ġestjoni tal-iskart, dekumissjonar u tħejjija għal emerġenza.

- Indikatur tal-appoġġ tal-politika tal-JRC - Għadd ta’ okkorrenzi tal-impatti speċifiċi tanġibbli fuq il-politiki tal-Unjoni li jirriżultaw minn appoġġ tal-politika tekniku u xjentifiku pprovdut mill-JRC. Dan l-indikatur jgħodd il-każijiet fejn l-appoġġ tal-JRC isir parti jew saħansitra l-bażi tal-politika Ewropea, jiġifieri l-każijiet fejn il-ħidma tal-JRC għenet tqiegħed il-prijoritajiet tal-Kummissjoni fuq bażi ta’ evidenza xjentifika solida u robusta. Fl-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni annwali tal-JRC jiġu identifikati l-impatti mwettqa minn grupp ta’ esperti pari interni abbażi tal-metodoloġija tal-evalwazzjoni ċertifikata ISO:

Attwalment 15 (2016), Mira ta’ 15 fis-sena (2019-2020)

- indikatur tal-produttività xjentifika tal-JRC - Għadd ta’ pubblikazzjonijiet riveduti bejn il-pari. Dan l-indikatur jgħodd l-artikli riveduti bejn il-pari ppubblikati fi żmien sena partikolari f’(i) ġurnali, li t-titli tagħhom huma elenkati fit-Thomson-Reuters Science Citation Index Expanded (SCI-e) u/jew fis-Social Science Citation Index (SSCI). Dan l-indikatur jirrifletti l-grad sa fejn il-JRC jippubblika r-riżultati tar-riċerka tiegħu:

Attwalment 45 (2016), Mira ta’ 50 fis-sena (2019-2020)

2) Titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensika nukleari.

- indikatur tal-appoġġ tal-politika tal-JRC: Attwalment 19 (2016), Mira ta’ 22 (2019-2020)

- indikatur tal-produttività xjentifika tal-JRC: Attwalment 21 (2016), Mira ta’ 22 (2019-2020)

3) Żieda fl-eċċellenza fil-bażi tax-xjenza nukleari għall-istandardizzazzjoni.

- indikatur tal-appoġġ tal-politika tal-JRC: Attwalment 6 (2016), Mira ta’ 12 (2019-2020)

- indikatur tal-produttività xjentifika tal-JRC: Attwalment 50 (2016), Mira ta’ 55 (2019-2020)

4) Trawwim tal-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ.

- indikatur tal-appoġġ tal-politika tal-JRC: Attwalment 9 (2016), Mira ta’ 10 (2019-2020)

- indikatur tal-produttività xjentifika tal-JRC: Attwalment 15 (2016), Mira ta’ 18 (2019-2020)

5) Appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari, u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata li qed tevolvi.

- indikatur tal-appoġġ tal-politika tal-JRC: Attwalment 13 (2016), Mira ta’ 18 (2019-2020)

- indikatur tal-produttività xjentifika tal-JRC: Attwalment 7 (2016), Mira ta’ 7 (2019-2020)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fit-terminu ta’ żmien qasir jew twil

Il-fokus tal-programm tal-fissjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sikurezza jindirizza tħassib ewlieni tas-soċjetà fir-rigward tal-użu tat-teknoloġija nukleari attwali, bħas-sikurezza operazzjonali tal-impjanti tal-enerġija nukleari u r-rimi sikur tal-iktar forom perikolużi tal-iskart radjuattiv (skart ta’ livell għoli jew fjuwil nukleari mormi).

Ir-riċerka dwar il-fużjoni jista’ jkollha impatt biss fit-terminu itwal ta’ żmien iżda l-enerġija u t-tibdil fil-klima jinsabu fil-quċċata tal-aġenda politika, u bħala sors potenzjali ta’ karbonju baxx, sikur u t-tagħbija bażi tal-elettriku, il-fużjoni u r-riċerka relatata huma rilevanti b’mod ċar f’dan il-kuntest.

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività jew komplimentaritajiet ikbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Element ewlieni tal-valur miżjud tal-Programm Euratom huwa l-kapaċità li tiġi mobilizzata ġabra usa’ ta’ eċċellenza, kompetenzi u multidixxiplinarità fil-qasam tar-riċerka nukleari milli huwa possibbli fil-livell tal-Istati Membri individwali. Il-Programm Euratom jgħin ukoll approċċ mifrux mal-Ewropa għat-titjib, permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni kooperattivi, tas-sikurezza nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni fl-oqsma kollha ta’ applikazzjoni, li jikkumplimentaw id-Direttivi Euratom dwar is-sikurezza nukleari, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u l-istandards bażiċi tas-sikurezza. Dan jinvolvi progress xjentifiku u teknoloġiku dimostrabbli fl-oqsma kollha li ma kinux ikunu possibbli mingħajr approċċ kollaborattiv pan-Ewropew. F’oqsma bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka u l-kooperazzjoni internazzjonali, il-Programm Euratom jippermetti wkoll koordinazzjoni ħafna iktar mifruxa madwar l-Ewropa. Dan huwa ta’ benefiċċju partikolari għall-Istati Membri iżgħar, speċjalment dawk li għandhom programmi tal-enerġija nukleari, li jistgħu mbagħad jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala li jistgħu iħallsu għalihom permezz tal-effett ta’ ġabra mifrux mal-Ewropa kollha. Fil-kuntest usa’ tal-enerġija, li fih id-dimensjoni Ewropea qed tkun promossa permezz tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Programm Euratom għandu wkoll rwol ewlieni x’jaqdi taħt il-“pilastru tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività”, b’mod partikolari bħala parti mill-attivitajiet tal-Pjan SET.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-programm ta’ riċerka u taħriġ ta’ Euratom jibni fuq l-esperjenza akkumulata mill-Programmi Euratom tal-passat. Matul perjodu mifrux fuq diversi deċennji, il-Programmi Euratom:

– irnexxielhom jinvolvu l-aqwa riċerkaturi u istituti tal-Ewropa fil-qasam nukleari;

– għamlu kontribuzzjoni maġġuri għall-bażi tal-għarfien tal-Ewropa fil-qasam nukleari u kellhom impatt importanti fuq in-networking u l-kooperazzjoni, b’effett ta’ ristrutturar fuq ir-riċerka nukleari Ewropea.

Flimkien mas-suċċessi, hemm tagħlimiet importanti li wieħed għandu jieħu mill-passat:

– Ir-Riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni jenħtieġ li jiġu indirizzati b’mod iktar koordinat sabiex tkun żgurata r-rilevanza tal-attivitajiet u s-sinerġija reċiproka mal-programmi nazzjonali.

– Ir-riżultati tar-riċerka jenħtieġ li jiġu disseminati u valorizzati aħjar fi prodotti, proċessi u servizzi ġodda;

– Il-loġika tal-intervent jenħtieġ li tkun iktar iffukata, konkreta, dettaljata u trasparenti;

– L-impatt antiċipat jenħtieġ li jiġi kkunsidat fil-proċess tal-ippjanar tal-proġett.

– Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fil-fażi ta’ eżekuzzjoni jeħtieġ li jissaħħu.

Ir-rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet diretti mogħtija f’rapporti ta’ evalwazzjoni reċenti jinnotaw fost l-oħrajn li l-JRC jista’

– jippromwovi integrazzjoni aktar b’saħħitha fil-produzzjoni tal-għarfien fl-Unjoni;

– jintroduċi analiżi tal-impatt u studji tal-kost-benefiċċju ta’ ħidma speċifika bħala parti mill-programm ġdid tal-JRC;

– itejjeb il-ġestjoni tal-għarfien li jagħmel possibbli t-trasferiment tal-għarfien u tal-ħiliet fl-UE u madwar id-dinja;

– jirrinforza l-attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ tiegħu filwaqt li joffri l-esperjenza u l-infrastruttura tiegħu lill-ġenerazzjoni li jmiss tax-xjentisti nukleari;

– joħloq iktar sinerġija bejn l-attivitajiet nukleari u mhux nukleari tiegħu billi jisfrutta l-potenzjal għal trasferiment tal-għarfien f’ċerti oqsma.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-Programm Euratom (2019-2020) għandu jikkontribwixxi għall-objettivi spjegati fil-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni (2014-2020) “Orizzont 2020”. Bl-istess mod, jistgħu jiġu stabbiliti rabtiet u interfaċċi li jixirqu bejn il-Programm Euratom u l-Programm Qafas “Orizzont 2020” permezz ta’ azzjonijiet trażversali. Il-programm jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu 7 tat-Trattat Euratom, marbut mas-sistema tas-salvagwardji nukleari tal-UE. Jikkontribwixxi wkoll għall-aġendi u l-istrateġiji tas-sigurtà tal-UE.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

☑Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2019 sal-31/12/2020

Impatt finanzjarju mill-2019 sal-2026

◻Proposta/inizjattiva ta’ durata mingħajr limitu

Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 30  

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu delegati lil:

pajjiżi terzi jew korpi li huma ħatru;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi rregolati bil-liġi pubblika;

korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk tkun indikata iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-ġestjoni tal-Programm se tkun permezz tas-servizzi tal-Kummissjoni

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Fuq bażi annwali, il-prestazzjoni tal-Programm hija mmonitorjata permezz ta’ sett ta’ Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni. L-attivitajiet tar-riċerka u t-taħriġ huma rapportati wkoll fir-rapporti annwali mħejjija minn DĠ RTD u JRC. Il-proġetti individwali huma soġġetti għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu obbligatorja.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Il-Kummissjoni taċċetta l-ħtieġa ċara li tiġġestixxi l-baġit f’manjiera effiċjenti u effettiva, u li jkun hemm prevenzjoni mill-frodi u l-ħela. L-ilħuq ta’ rata ta’ żball residwu ta’ anqas minn 2% tan-nefqa totali matul ħajja ta’ programm jibqa’ dejjem l-objettiv aħħari tal-Kummissjoni, u għal dan il-għan, introduċiet għadd ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni. Madankollu, objettivi oħrajn bħall-attraenza u s-suċċess tal-politika tar-riċerka tal-Unjoni, il-kompetittività internazzjonali, l-eċċellenza xjentifika u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-kontrolli (ara l-punt 2.2.2) iridu jitqisu. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew (fir-rilaxx tal-2014) li [l-PE] “Jibqa’ konvint li l-Kummissjoni trid tkompli tistinka għal bilanċ aċċettabbli bejn l-attraenza tal-programmi għall-parteċipanti u n-neċessità leġittima tal-kontabbiltà u tal-kontroll finanzjarju”. Billi jitqiesu dawn l-elementi fil-bilanċ, qed jiġi propost li d-Direttorati Ġenerali inkarigati bl-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka u l-innovazzjoni se jistabbilixxu sistema ta’ kontroll intern kost-effettiva li se tagħti assikurazzjoni raġonevoli li r-riskju ta’ żball matul il-perjodu tan-nefqa pluriennali jkun, fuq bażi annwali, fil-medda ta’ 2-5%; bl-għan aħħari li tikseb livell residwu ta’ żball kemm jista’ jkun qrib għal 2% mal-għeluq tal-programmi pluriennali, ladarba l-impatt finanzjarju tal-verifiki, il-korrezzjoni u l-miżuri ta’ rkupru kollha jkunu tqisu.

2.2.2.Informazzjoni dwar l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern

Il-qafas tal-kontroll intern għall-għotjiet huwa mibni fuq:

– L-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll Intern;

– Il-proċeduri biex jintgħażlu l-aħjar proġetti u jissarrfu fi strumenti legali;

– Il-ġestjoni tal-proġett u tal-kuntratt matul il-ħajja ta’ kull proġett;

– Il-kontrolli ex-ante fuq 100% tat-talbiet, inkluż l-irċevuta taċ-ċertifikati tal-verifika u taċ-ċertifikazzjoni ex ante tal-metodoloġiji tal-ispejjeż;

– Verifiki ex post fuq kampjun tat-talbiet; u

– Evalwazzjoni xjentifika tar-riżultati tal-proġetti.

Għall-azzjonijiet diretti, iċ-ċirkwiti finanzjarji jinkludu l-kontrolli ex ante għall-akkwist u l-kontrolli ex post. Ir-riskji huma vvalutati annwalment u l-progress fl-eżekuzzjoni tax-xogħol u l-konsum tar-riżorsi jiġi mmonitorjat regolarment, abbażi ta’ objettivi u indikaturi definiti.

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

L-ispiża tas-sistema ta’ kontroll intern tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigati mill-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka u l-innovazzjoni (inkluż Euratom) ġiet stmata li tammonta għal EUR 267 miljun fis-sena (abbażi tal-Eżerċizzju tar-Riskju Tollerabbli ta’ Żball tal-2009). Din wasslet ukoll għal piż konsiderevoli fuq il-benefiċjarji u s-servizzi tal-Kummissjoni. Kien hemm sensazzjoni qawwija, fost il-benefiċjarji kif ukoll l-awtorità leġiżlattiva, li l-piż tal-kontroll kiber wisq. Dan qiegħed fir-riskju li jnaqqas l-attraenza tal-programm ta’ riċerka tal-Unjoni, u b’riżultat ta’ dan jaffettwa b’mod negattiv ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni. 43% tal-ispejjeż totali tal-kontroll tas-servizzi tal-Kummissjoni (li ma jinkludux l-ispejjeż tal-benefiċjarju) jiġġarbu fl-istadju tal-ġestjoni tal-proġett, 18% fuq l-għażla tal-proposti, u 16% fuq in-negozjar tal-kuntratti (16%). Il-verifiki ex post u l-implimentazzjoni tagħhom li rriżultat ammontaw għal 23% (EUR 61 miljun) tat-total. Madankollu, dan l-isforz konsiderevoli tal-kontroll ma rnexxilux jikseb l-objettiv tiegħu kompletament. Ir-rata ta’ żball “residwu” stmata għall-FP7, wara li tqisu l-irkupri u l-korrezzjonijiet kollha li saru jew li se jiġu implimentati, tibqa’ aktar minn 2%. Ir-rata attwali ta’ żball mill-verifiki tal-FP7 mwettqa mid-Direttorat Ġenerali tar-Riċerka u l-Innovazzjoni hija madwar 5%, imnaqqsa għal madwar 3% minħabba l-effetti tal-verifiki. Huwa improbabbli li r-rata ta’ żball residwu ta’ 2% se tinkiseb. Ir-rata tal-iżball identifikata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinsab f’medda simili.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Id-Direttorati Ġenerali inkarigati mill-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka u l-innovazzjoni huma determinati li jiġġieldu l-frodi f’kull stadju tal-proċess tal-ġestjoni tal-għotjiet. Dawn żviluppaw, u qed jimplimentaw, strateġiji ta’ kontra l-frodi, inkluż użu mtejjeb tal-intelligence, speċjalment bl-użu ta’ għodod tal-IT avvanzati, u taħriġ u informazzjoni għall-persunal. Ġew żviluppati sanzjonijiet biex jipprovdu deterrenti kontra l-frodi, kif ukoll penali adattati jekk jiġu identifikati. Dawn l-isforzi se jkomplu. B’mod ġenerali, il-miżuri proposti jenħtieġ li jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment l-enfasi ikbar fuq il-verifika bbażata fuq ir-riskju u l-evalwazzjoni u l-kontroll xjentifiċi rinforzati. Wieħed jenħtieġ li jinnota li l-frodi individwata kienet baxxa ħafna meta mqabbla mal-proporzjoni tan-nefqa totali, madankollu d-Direttorati Ġenerali inkarigati bl-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka xorta waħda huma impenjati li jiġġildulha. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu individwati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b’mod skorrett u, meta jkun xieraq, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha ta’ għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni taħt il-Programm. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati b’mod dirett jew indirett minn tali finanzjament f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt li jirrigwarda l-finanzjament mill-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi ta’ hawn fuq, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu t-tali verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 31

minn pajjiżi tal-EFTA 32

minn pajjiżi kandidati 33

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1

08 01 Nefqa Amministrattiva tal-qasam ta’ politika “Riċerka u Innovazzjoni”

08 01 05 11 Nefqa marbuta ma’ uffiċjali u persunal temporanju fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka u innovazzjoni — Programm Euratom 

08 01 05 12 Persunal estern fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni — Programm Euratom

08 01 05 13 Nefqa maniġerjali oħra għal programmi ta’ riċerka u innovazzjoni — Programm Euratom 

10 01 Nefqa amministrattiva tal-qasam ta’ politika “Riċerka Diretta”

10 01 05 Nefqa ta’ appoġġ għal programmi ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam ta’ politika “Riċerka diretta”

10 01 05 11 Nefqa marbuta ma’ uffiċjali u persunal temporanju fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka u innovazzjoni — Programm Euratom

10 01 05 12 Persunal estern fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni — Programm Euratom

10 01 05 13 Nefqa maniġerjali oħra għal programmi ta’ riċerka u innovazzjoni — Programm Euratom

10 01 05 14 Nefqa oħra għal infrastrutturi tar-riċerka maġġuri ġodda – Programm Euratom

08 03 Azzjonijiet tar-Riċerka Indiretta tal-Programm Euratom

08 03 01 01 Enerġija mill-Fużjoni ta’ Euratom

08 03 01 02 Fissjoni Nukleari ta’ Euratom u

Protezzjoni mir-Radjazzjoni

08 03 50 Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi għar-riċerka

u l-iżvilupp teknoloġiku

08 03 51 Tlestija tal-programm qafas ta’ riċerka ta’ Euratom preċedenti (2007 sa 2013)

10 03 Programm Euratom –– Azzjonijiet Diretti

10 03 01 Attivitajiet ta’ Euratom ta’ riċerka diretta

10 03 50 Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi (mhux taż-Żona Ekonomika Ewropea) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku

10 03 50 01 Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi (mhux taż-Żona Ekonomika Ewropea) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (2014 sa 2020)

10 03 50 02 Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi (mhux taż-Żona Ekonomika Ewropea) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (qabel l-2014)

10 03 51 Tlestija tas-Seba’ Programm Qafas — Euratom (2007 sal-2013)

10 03 52 Tlestija tal-programmi qafas ta’ Euratom preċedenti (qabel l-2007)

Mhux Diff.

Diff.

LE

IVA

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Mhux applikabbli

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa - Riċerka Indiretta

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

1

Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

DĠ: RTD (Riċerka Indiretta)

2019

2020

>2020

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operattivi

Numru tal-linja baġitarja: 08 03 01 xx

Impenji

(1) = 1a+1b

228.353

242.976

-

471.328

Pagamenti

(2) = 2 a+2b

60.000

244.080

167.248

471.328

Numru tal-linja baġitarja: 08 03 01 01

Impenji

(1a)

159.321

169.523

-

328.844

Pagamenti

(2a)

60.000

130.092

138.751

328.844

Numru tal-linja baġitarja: 08 03 01 02

Impenji

(1b)

69.032

73.452

-

142.484

Pagamenti

(2b)

-

113.988

28.497

142.484

·Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 34  

Numru tal-linja baġitarja: 08 01 05 11

Numru tal-linja baġitarja: 08 01 05 12

Numru tal-linja baġitarja: 08 01 05 13

9.384

0.952

4.240

9.572

0.971

4.966

18.956

1.923

9.206

Numru tal-linja baġitarja 08 01 05 xx

(3)

14.576

15.509

-

30.085

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ RTD

Impenji

=(1)+(3)

242.928

258.485

-

501.413

Pagamenti

=2+2a

+3

74.576

259.589

167.248

501.413

3.2.1.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa - Riċerka Diretta

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

DĠ: Ċentru Konġunt tar-Riċerka (Riċerka Diretta)

2019

2020

> 2021

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operattivi

Numru tal-linja baġitarja: 10.03

Impenji

(1)

11.316

11.769

0

23.085

Pagamenti

(2)

4.640

9.917

8.528

23.085

Numru tal-linja baġitarja: 10.03.01

Impenji

(1 a)

11.316

11.769

0

23.085

Pagamenti

(2a)

4.640

9.917

8.528

23.085

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.11

56.368

58.623

0

114.991

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.12

10.400

10.816

0

21.216

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.13

36.447

37.905

0

74.352

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.14

15.702

19.461

0

35.163

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05

(3)

118.917

126.804

0

245.722

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal DĠ JRC

Impenji

=1+1a +3

130.234

138.573

268.807

Pagamenti

=2+2a

+3

123.557

136.722

8.528

268.807



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

2019

2020

>2020

TOTAL

DĠ: Riċerka Indiretta ta’ RTD +

Riċerka diretta tal-JRC

Riżorsi umani

0

0

0

0

Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

0

TOTAL DĠ RTD + JRC

Approprjazzjonijiet

0

0

0

0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total tal-Impenji = Total tal-Pagamenti)

0

0

0

0

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

3.2.1.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa – Riċerka Indiretta + Diretta

DĠ: RTD + Ċentru Konġunt tar-Riċerka,

2019

2020

> 2020

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operattivi

Numru tal-linja baġitarja: 08 03 01

Impenji

(1)

228.353

242.976

-

471.328

Pagamenti

(2)

60.000

244.080

167.248

471.328

Numru tal-linja baġitarja: 10.03.01

Impenji

(1 a)

11.316

11.769

0

23.085

Pagamenti

(2a)

4.640

9.917

8.528

23.085

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

Numru tal-linja baġitarja: 08.01.05.xx

(3)

14.576

15.509

30.085

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.xx

118.917

126.804

0

245.722

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal DĠ RTD + JRC

Impenji

=1+1a +3

373.161

397.057

0

770.218

Pagamenti

=2+2a

+3

198.133

396.309

175.776

770.218

2019

2020

>2020

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

373.161

397.057

0

770.218

Pagamenti

198.133

396.309

175.776

770.218

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

2019

2020

TOTAL

OUTPUTS

Tip 35

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU

- Output EURATOM Riċerka Indiretta tal-Fużjoni

Rapporti li jiddeskrivu l-fatti, is-sejbiet u r-riżultati

 

MA*

34**

159.321

34**

169.523

68**

328.844

- Output EURATOM Riċerka Indiretta tal-Fissjoni (stima)

EUR 3-5 Miljuni

25

69.032

25

73.453

50

142.484

- Output EURATOM Riċerka Diretta JRC (***)

Prodotti u Servizzi għall-fassala tal-politika tal-UE

46 (****)

250

11.316

250

11.769

500

23.085

Total għal objettiv speċifiku

309

239.669

309

254.745

618

494.413

* il-kalkolu tal-ispiża medja mhux se jkun affidabbli f’dan il-qasam partikolari mal-iffirmar ta’ għotja 1 u kwalunkwe kuntratt skont l-Artikolu 10 tat-Trattat

** ir-rapport tal-parteċipanti tal-għotja tal-EUROfusion dwar 33 pakkett ta’ ħidma

(***) L-outputs mill-azzjonijiet tar-Riċerka Diretta huma l-iktar prodotti u servizzi għall-fassala tal-politika tal-UE li jirriżultaw mill-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tal-JRC 2019-2020 li huma ppjanati li jiġu rilaxxati mill-JRC bħala riżultat tal-attivitajiet tar-riċerka nukleari diretta tiegħu. Dawn jirreferu għar-rapporti xjentifiċi u ta’ politika, il-materjali ta’ referenza, il-metodi vvalidati, is-sistemi tekniċi, is-sistemi ta’ informazzjoni xjentifika, il-bażijiet tad-dejta, eċċ. Il-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tal-JRC huwa programm ta’ ħidma kontinwa li jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Kummissjoni. F’dan is-sens, l-għadd ta’ riżultati ppjanati mill-programm ta’ ħidma huwa s-suġġett għall-bidla, għaliex se jkollhom iqisu t-talbiet li ġejjin mill-Kummissjoni. Valur affidabbli għar-riżultati ppjanati fl-2019-2020 jista’ jingħata biss fl-aħħar tal-2018, meta l-programm ta’ ħidma ġdid ikun finalizzat.

(****) L-ispiża medja tal-output hija varjabbli ħafna. Pereżempju, riżultat ta’ rutina (bħall-bullettin tat-tbassir tal-għelejjel perjodiċi) mhux komparabbli għal rapport finali ta’ studju kbir u li jiswa ħafna flus li għalih ammont konsiderevoli ta’ krediti setgħu wasslu għal dokument ta’ studju uniku. It-tnejn huma rilevanti u utli iżda jagħqdu skopijiet differenti. L-ispiża medja indikata hija sempliċiment kalkolu matematiku li jiddividi l-baġit bl-għadd stmat ta’ outputs.

3.2.2.1.Sommarju

Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

 Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

2019

2020

TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0

0

0

Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

0

0

0

Barra mill-INTESTATURA 5 36  tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riċerka Indiretta

Riċerka Diretta

Riċerka Indiretta

Riċerka Diretta

Riċerka Indiretta

Riċerka Diretta

Riżorsi umani

10.336

66.768

10.543

69.439

20.879

136.207

Nefqa oħrata’ natura amministrattiva

4.240

52.149

4.966

57.366

9.206

109.515

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

14.576

118.917

15.509

126.805

30.085

245.722

TOTAL / DĠ

14.576

118.917

15.509

126.805

30.085

245.722

TOTAL / sena

133.493

142.314

275.807

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikunu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

3.2.2.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedi l-ebda użu ta’ riżorsi umani.

Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

2019

2020

TOTAL

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

08 01 05 01 (Riċerka indiretta)

68

68

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

493

493

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) 37

XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  38

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

08 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

14

14

10 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka diretta)

176

176

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

751

751

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti minn persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikun ġie ridistribwit fid-DĠ, u jekk ikun hemm bżonn, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-kompiti derivati mir-riċerka nukleari / programm speċifiku tar-riċerka diretta u indiretta, b’mod partikolari marbuta mal-ġestjoni tal-iskart nukleari, is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, is-sigurtà u l-fużjoni nukleari.

Persunal estern

3.2.3.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/L-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

Il-proposta/L-inizjattiva se tinkludi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.2.4.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/L-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena2019

Sena2020

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Pajjiżi Terzi assoċjati mal-programm

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

pm*

pm*

pm*

* jiżdiedu iktar tard

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 39

2019

2020

Partita 6011

Partita 6013

Partita 6031

pm

pm

Pm

pm

pm

pm

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

08 03 50: Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi (mhux taż-Żona Ekonomika Ewropea) għal riċerka u żvilupp teknoloġiku

10 03 50 Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi (mhux taż-Żona Ekonomika Ewropea) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku

 

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

L-Istati Assoċjati jikkontribwixxu għal finanzjament supplimentarju tal-Programm Euratom permezz ta’ Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni. Il-metodu ta’ kalkolu ġie maqbul f’dawn il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u mhux neċessarjament l-istess metodu fil-ftehimiet kollha. Fil-maġġoranza tagħhom il-kalkoli huma bbażati fuq il-PDG tal-Istat Assoċjat mqabbel mal-PDG tal-Istati Membri filwaqt li jiġi applikat dan il-perċentwal għall-baġit ġenerali.

(1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1314/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 948).
(2)    Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(3)    ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18.
(4)    ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42.
(5)    ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48.
(6)    ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1.
(7)    COM(2015) 215 u SWD(2015) 110.
(8)    Ir-Rapporti huma disponibbli fuq - https://ec.europa.eu/research/evaluations/index_en.cfm?pg=home
(9)     http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/docs/2016_rtd_008_euratom_extension_en.pdf  
(10)    Għad-dettalji dwar ir-rakkomandazzjonijiet u t-tweġiba tal-Kummissjoni jekk jogħġbok irreferi għar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ ta’ Euratom 2014-2018.
(11)    Ibidem.
(12)    ĠU C , p. .
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1314/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 948).
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(15)    ĠU L 358, 16.12.2006, p. 62.
(16)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).
(17)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67).
(18)    ĠU C 74E, 13.3.2012, p. 34.
(19)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f’azzjoni taħt is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007 sa 2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1).
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 139/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f’azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2012-2013) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 1).
(22)    Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).
(23)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(24)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom tal-10 ta’ April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12).
(25)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 - 2020)
(26)    Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, għal kull laqgħa tal-kumitat tal-programm kif definit fl-aġenda, il-Kummissjoni se tirrimborża, f’konformità mal-linji gwida stabbiliti tagħha, l-ispejjeż ta’ rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, kif ukoll għal espert/konsulent wieħed għal kull Stat Membru għal dawk il-punti tal-aġenda fejn Stat Membru jeħtieġ għarfien espert speċifiku.
(27)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(28)    Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(29)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(30)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(31)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(32)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(33)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(34)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(35)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(36)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(37)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet.
(38)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(39)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.
Top

Brussell, 1.12.2017

COM(2017) 698 final

ANNESSI

tal-proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

Dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni Orizzont 2020


ANNESSI

ANNESS I

ATTIVITAJIET

Raġunament għall-Programm Euratom – inwittu t-triq għall-2020

Permezz tal-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3, il-Programm Euratom se jirrinforza r-riżultati taħt it-tliet prijoritajiet tal-Programm Qafas “Orizzont 2020” jiġifieri xjenza eċċellenti, tmexxija industrijali u sfidi tas-soċjetà.

L-enerġija nukleari tikkostitwixxi element fid-dibattitu dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tad-dipendenza tal-Ewropa fuq l-enerġija importata. Fil-kuntest usa’ tas-sejba ta’ taħlita ta’ enerġija sostenibbli għall-futur, il-Programm Euratom se jikkontribwixxi wkoll permezz tal-attivitajiet ta’ riċerka tiegħu għad-dibattitu dwar il-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tal-enerġija mill-fissjoni nukleari għal ekonomija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju. Billi jiżguraw it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, it-teknoloġiji nukleari aktar avvanzati jistgħu joffru wkoll il-prospett ta’ titjib sinifikanti fl-effiċjenza u fl-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni ta’ inqas skart mid-disinni attwali. L-aspetti tas-sikurezza nukleari se jieħdu l-akbar attenzjoni possibbli.

Il-Programm Euratom se jsaħħaħ il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam nukleari u jikkoordina l-isforzi tar-riċerka tal-Istati Membri, biex b’hekk jevita d-duplikazzjoni, iżomm il-massa kritika f’oqsma ewlenin u jiżgura li l-finanzjament pubbliku jintuża bl-aħjar mod. Madankollu l-koordinazzjoni mhux se żżomm lill-Istati Membri milli jkollhom programmi li jaqdu ħtiġijiet nazzjonali.

L-istrateġija biex il-fużjoni tiġi żviluppata bħala opzjoni kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali ta’ enerġija mingħajr karbonju, se ssegwi pjan direzzjonali li jinkorpora stadji importanti lejn il-mira tal-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. Biex tiġi implimentata dik l-istrateġija, irid jitwettaq ristrutturar tax-xogħol relatat mal-fużjoni fl-Unjoni, inkluż il-governanza, il-finanzjament u l-ġestjoni, sabiex tkun żgurata bidla minn enfasi fuq riċerka pura għad-disinn, il-bini u l-operat tal-faċilitajiet tal-futur bħal ITER, DEMO u lil hinn minnhom. Dak se jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-komunità tal-Unjoni tal-fużjoni kollha, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali ta’ finanzjament.

Sabiex jinżamm l-għarfien espert tal-Unjoni neċessarju għall-ilħuq ta’ dawk il-miri, il-Programm Euratom irid ikompli jtejjeb ir-rwol tiegħu fit-taħriġ permezz tal-istabbilment ta’ faċilitajiet tat-taħriġ ta’ interess pan-Ewropew li se jwasslu programmi dedikati. Dak se jkompli jippromwovi ż-Żona Ewropea tar-Riċerka u aktar integrazzjoni tal-Istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi assoċjati.



Attivitajiet neċessarji għall-kisba tal-objettivi tal-programm

Azzjonijiet indiretti

Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom jirrinforzaw b’mod reċiproku l-isforzi tar-riċerka tal-Istati Membri u tas-settur privat, il-prijoritajiet tal-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-inputs li jixirqu minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u partijiet ikkonċernati tar-riċerka nukleari miġbura f’korpi jew oqfsa bħall-pjattaformi tat-teknoloġija u forums tekniċi għas-sistemi nukleari u s-sikurezza, il-ġestjoni tal-iskart aħħari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni/riskju ta’ doża baxxa, ir-riċerka dwar il-fużjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti jew forum ta’ partijiet ikkonċernati nukleari.

(a)Appoġġ għas-sikurezza tas-sistema nukleari (Sfidi tas-soċjetà, Xjenza eċċellenti, Tmexxija industrijali)

F’konformità mal-objettiv ġenerali, appoġġ għal attivitajiet ta’ riċerka konġunta li jikkonċernaw l-operat sikur u d-dekummissjonar tas-sistemi tar-reatturi (inkluż il-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil) li qed jintużaw fl-Unjoni jew, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jinżamm għarfien espert mifrux dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni, dawk it-tipi ta’ reatturi li jistgħu jintużaw fil-futur, filwaqt li jiffukaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni.

(b)Kontribut għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sikuri, aktar fit-tul għall-ġestjoni ta’ skart nukleari aħħari, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trażmutazzjoni (Xjenza eċċellenti, Sfidi tas-soċjetà)

Attivitajiet ta’ riċerka konġunti u/jew koordinati dwar l-aspetti ewlenin li jifdal dwar ir-rimi ġeoloġiku tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv ta’ ħajja twila, b’dimostrazzjoni tat-teknoloġiji u s-sikurezza, kif jixraq. Dawk l-attivitajiet għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta’ opinjoni komuni tal-Unjoni dwar il-kwistjonijiet prinċipali relatati mal-ġestjoni tal-iskart mir-rilaxx tal-fjuwil sar-rimi.

L-attivitajiet tar-riċerka relatati mal-ġestjoni ta’ flussi oħra tal-iskart radjuattiv li għalihom s’issa għadhom ma jeżistux proċessi industrijali maturi.

(c)Appoġġ għall-iżvilupp u s-sostenibbiltà tal-għarfien espert u l-eċċellenza nukleari fl-Unjoni (Xjenza eċċellenti)

Promozzjoni tat-taħriġ konġunt u tal-attivitajiet tal-mobbiltà bejn ċentri tar-riċerka u l-industrija, u bejn Stati Membri u Stati Assoċjati differenti, kif ukoll appoġġ għaż-żamma multidixxiplinarja tal-kompetenzi nukleari sabiex jiggarantixxu d-disponibbiltà ta’ riċerkaturi, inġiniera u impjegati kwalifikati kif suppost fis-settur nukleari fl-Unjoni fit-terminu ta’ żmien twil.

(d)Appoġġ għall-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet mediċi għar-radjazzjoni, inkluż fost l-oħrajn, il-provvista sigura u sikura u l-użu ta’ isotopi radjuattivi (Xjenza eċċellenti, Sfidi tas-soċjetà)

Attivitajiet ta’ riċerka konġunti u/jew koordinati, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw ir-riskji minn dożi baxxi minn esponiment industrijali, mediku jew ambjentali, dwar il-ġestjoni ta’ emerġenza f’rabta mal-aċċidenti li jinvolvu r-radjazzjoni, u dwar ir-radjoekoloġija sabiex jipprovdu bażi pan-Ewropea xjentifika u teknoloġika għal sistema ta’ protezzjoni robusta, ekwitabbli u aċċettabbli għas-soċjetà.

Attivitajiet ta’ riċerka dwar applikazzjonijiet mediċi tar-radjazzjoni jonizzanti u l-indirizzar tal-aspetti tas-sikurezza operazzjonali tal-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-użu tagħhom.

(e)Mixja lejn id-dimostrazzjoni tal-fattibbiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija permezz tal-isfruttar tal-faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni (Tmexxija industrijali, Sfidi tas-soċjetà)

Appoġġ għall-attivitajiet ta’ riċerka komuni mwettqa minn membri tal-EUROfusion u kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmijin taħt il-paragrafu (i) biex ikun żgurat il-bidu rapidu tal-operat ta’ prestazzjoni għolja tal-ITER inkluż l-użu tal-faċilitajiet rilevanti (inkluż, kif xieraq, JET - Joint European Torus), tal-immudellar integrat bl-użu ta’, fost l-oħrajn, kompjuters ta’ prestazzjoni għolja, u attivitajiet ta’ taħriġ għat-tħejjija tar-riċerkaturi u l-inġiniera tal-ġenerazzjoni li jmiss.

(f)Bini tal-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur permezz tal-iżvilupp ta’ materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali (Tmexxija industrijali, Sfidi tas-soċjetà)

Appoġġ għall-attivitajiet konġunti mwettqa minn membri tal-EUROfusion u kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmijin taħt il-paragrafu (i) biex jiġu żviluppati u kkwalifikati materjali għal impjant tal-enerġija tad-dimostrazzjoni li jirrikjedu, fost l-oħrajn, xogħol ta’ tħejjija għal faċilità tal-ittestjar tal-materjal adattata u negozjati għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni f’qafas internazzjonali li jixraq għal dik il-faċilità. Żvilupp u kwalifikazzjonijiet bħal dawn għandhom jagħmlu użu tal-livelli kollha possibbli tal-kapaċitajiet esperimentali, komputazzjonali u teoretiċi disponibbli.

Appoġġ għall-attivitajiet konġunti tar-riċerka mwettqa minn membri tal-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni u kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmijin taħt il-paragrafu (i) li se jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-operat tar-reattur u se jiżviluppaw u juru t-teknoloġiji rilevanti kollha għal impjant tal-enerġija tad-dimostrazzjoni tal-fużjoni. Dawk l-attivitajiet jinkludu t-tħejjija ta’ disinni kunċettwali ta’ impjant tal-enerġija tad-dimostrazzjoni komplut(i) u l-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-istellaraturi bħala teknoloġija tal-impjant tal-enerġija.

(g)Promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali (Tmexxija industrijali)

Implimentazzjoni jew appoġġ għall-ġestjoni tal-għarfien u għat-trasferiment tat-teknoloġija mir-riċerka kofinanzjata mill-Programm Euratom għall-industrija li tisfrutta l-aspetti innovattivi kollha tar-riċerka.

Promozzjoni tal-innovazzjoni permezz, fost l-oħrajn, tal-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, bażi tad-dejta għall-ġestjoni u d-disseminazzjoni tal-għarfien u l-promozzjoni ta’ suġġetti tat-teknoloġija fil-programmi edukattivi.

Fit-terminu ta’ żmien twil, il-Programm Euratom għandu jappoġġa t-tħejjija u l-iżvilupp ta’ settur industrijali tal-fużjoni nukleari kompetittiv b’mod li jiffaċilita l-involviment tas-settur privat kif ukoll l-SMEs fejn jixraq, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali teknoloġiku għal impjant tal-enerġija mill-fużjoni b’involviment industrijali attiv fid-disinn u l-iżvilupp tal-proġetti.

(h)Żgurar tad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi ta’ riċerka ta’ rilevanza pan-Ewropea (Xjenza eċċellenti)

Attivitajiet li jappoġġaw il-kostruzzjoni, l-arranġament mill-ġdid, l-użu u d-disponibbiltà kontinwa ta’ infrastrutturi tar-riċerka ewlenin taħt il-Programm Euratom, kif ukoll aċċess li jixraq għal dawk l-infrastrutturi u kooperazzjoni bejniethom.

(i)Programm Ewropew tal-Fużjoni

Il-programm konġunt tal-attivitajiet li jimplimentaw il-pjan direzzjonali lejn il-mira tal-produzzjoni tal-elettriku sal-2050 kofinanzjat permezz tal-għotja tal-EUROfusion (azzjoni kofinanzjata tal-Programm) mogħtija skont ir-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013 lill-entitajiet legali stabbiliti jew maħtura mill-Istati Membri u kwalunkwe pajjiż terz assoċċjat mal-Programm Euratom. L-għotja tal-EUROfusion tista’ tkompli tiġi ffinanzjata taħt il-Programm Euratom. Il-programm konġunt jista’ jinkludi riżorsi in natura mill-Komunità, bħall-isfruttar xjentifiku u tekniku tal-faċilità JET skont l-Artikolu 10 tat-Trattat, jew is-sekondar ta’ persunal tal-Kummissjoni.

Azzjonijiet diretti tal-JRC

Il-prijoritajiet għall-azzjonijiet diretti għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ konsultazzjoni tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u tal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC.

L-attivitajiet nukleari tal-JRC iridu jimmiraw li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 2009/71/Euratom 1 u 2011/70/Euratom 2 , kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u jagħtu prijorità lill-ogħla standards għas-sikurezza nukleari fl-Unjoni u internazzjonalment.

Il-JRC irid b’mod partikolari jikkontribwixxi għar-riċerka tas-sikurezza nukleari meħtieġa għall-użu sikur, sigur u paċifiku tal-enerġija nukleari u applikazzjonijiet oħrajn mhux tal-fissjoni. Il-JRC se jipprovdi bażi xjentifika għall-politiki rilevanti tal-Unjoni u, fejn meħtieġ, jirreaġixxi fi ħdan il-limiti tal-missjoni u l-kompetenza tiegħu għal avvenimenti, inċidenti u aċċidenti nukleari. Għal dak il-għan, il-JRC se jwettaq riċerka u valutazzjonijiet, jipprovdi referenzi u standards u jwassal taħriġ u edukazzjoni dedikati. Se jiġu mfittxija sinerġiji ma’ inizjattivi trażversali rilevanti skont il-bżonn, bil-għan li jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet tal-JRC f’dawn l-oqsma se jitwettqu b’kont meħud tal-inizjattivi rilevanti fil-livell reġjonali, tal-Istati Membri jew tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-perspettiva tat-tfassil taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(a)Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tar-reatturi nukleari u tal-fjuwil, il-ġestjoni tal-iskart, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trażmutazzjoni; id-dekummissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ għodod u metodi għall-kisba ta’ standards tas-sikurezza għoljin għall-installazzjonijiet nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil rilevanti għall-Ewropa. Dawn l-għodod u l-metodi se jinkludu:

(1)mudellar u metodoloġiji tal-analiżi ta’ aċċident serju għall-evalwazzjoni tal-marġni operattivi tas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari; appoġġ għall-istabbiliment ta’ approċċ Ewropew komuni għall-evalwazzjoni ta’ ċikli u disinni ta’ fjuwil avvanzati; u investigazzjoni u disseminazzjoni tat-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza operattiva. Il-JRC se ikompli jagħti segwitu liċ-“Ċentru Ewropew għall-Iskambju ta’ Esperjenzi Operazzjonali tan-NPP” tiegħu biex jiffoka l-attivitajiet tiegħu fuq l-isfidi tas-sikurezza nukleari minn wara Fukushima, filwaqt li jappella għall-kompetenzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam;

(2)minimizzazzjoni tal-inċertezzi xjentifiċi fit-tbassir tal-imġieba fit-tul tal-iskart nukleari u tat-tixrid tar-radjunuklidi fl-ambjent; u aspetti ewlenin tar-riċerka dwar id-dekummisjonar tal-installazzjonijiet nukleari;

(3)skambju mal-partijiet ikkonċernati biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għall-aċċidenti u l-inċidenti nukleari billi ssir riċerka dwar is-sistemi ta’ allert u l-mudelli għat-tixrid radjoloġiku fl-arja, u permezz tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-għarfien espert għall-analiżi u l-immudellar tal-aċċidenti nukleari.

(b)Titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensika nukleari

Il-qasam tan-nonproliferazzjoni jrid jieħu l-akbar attenzjoni possibbli. Il-JRC se:

(1)jiżviluppa metodoloġiji u metodi ta’ detezzjoni/verifika mtejba u teknoloġiji li jappoġġaw is-salvagwardji tal-Komunità u jsaħħu s-salvagwardji internazzjonali;

(2)jiżviluppa u japplika metodi u teknoloġija mtejba għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u r-rispons għall-inċidenti nukleari u radjuattivi, inkluż il-kwalifika tat-teknoloġija tad-detezzjoni u l-iżvilupp tal-metodi u t-tekniki tal-forensika nukleari fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali f’sinerġiji mal-qafas globali CBRN (Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku, Nukleari);

(3)jappoġġa l-implimentazzjoni tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u strateġiji relatati tal-Unjoni permezz ta’ studji ta’ analiżi u aġġornament tal-evoluzzjoni teknika tar-reġimi ta’ kontroll tal-esportazzjoni biex jappoġġaw is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u tal-Unjoni.

(c)Żieda fl-eċċellenza fil-bażi tax-xjenza nukleari għall-istandardizzazzjoni

Il-JRC se jkompli jiżviluppa l-bażi xjentifika għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Se tingħata enfasi lir-riċerka dwar il-proprjetajiet fundamentali u l-aġir tal-attinidi, il-materjali strutturali u dawk nukleari. B’appoġġ għall-istandardizzazzjoni tal-Unjoni, il-JRC se jipprovdi standards nukleari mill-aktar avvanzati, dejta ta’ referenza u kejl, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-bażijiet tad-dejta rilevanti u l-għodod ta’ valutazzjoni. Il-JRC se jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-applikazzjonijiet mediċi, l-aktar terapiji ġodda tal-kanċer bbażati fuq l-irradjazzjoni alfa.

(d)Trawwim tal-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ

Il-JRC irid jibqa’ aġġornat dwar l-iżviluppi ġodda fir-riċerka u fl-istrumentazzjoni, is-sikurezza u r-regolamenti ambjentali. Għal dak il-għan, irid jiġi implimentat pjan ta’ investiment rikorrenti għall-infrastrutturi xjentifiċi.

Sabiex l-Unjoni tibqa’ fuq quddiem tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari, il-JRC irid jiżviluppa għodod tal-ġestjoni tal-għarfien, jimmonitorja x-xejriet tal-Unjoni fir-riżorsi umani permezz tal-Osservatorju Nukleari tar-Riżorsi Umani tiegħu u jwassal programmi ta’ taħriġ u edukazzjoni dedikati, li jkopru wkoll aspetti tad-dekummisjonar.

(e)Appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari 

Il-JRC irid irawwem l-għarfien espert u l-eċċellenza tiegħu sabiex jipprovdi evidenza indipendenti xjentifika u teknika li tista’ tkun neċessarja biex tappoġġa l-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

Bħala l-Aġent ta’ Implimentazzjoni tal-Euratom għall-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV (GIF), il-JRC se jkompli jikkoordina l-kontribuzzjoni tal-Komunità għal GIF. Il-JRC se jsegwi u jkompli jiżviluppa l-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka ma’ pajjiżi sħab u organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin (IAEA, OECD/NEA) sabiex jippromwovi l-politiki tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari tal-Unjoni.

Attivitajiet trażversali fi ħdan il-Programm Euratom

Sabiex jikseb l-objettivi ġenerali tiegħu, il-Programm Euratom se jappoġġa attivitajiet kumplimentari (diretti u indiretti, koordinazzjoni u stimulazzjoni ta’ programmar konġunt) li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka biex isolvu sfidi komuni (bħal materjali, teknoloġija tal-likwidu berried, dejta nukleari ta’ referenza, mudellar u simulazzjoni, immaniġġjar remot, ġestjoni tal-iskart, protezzjoni mir-radjazzjoni).

Attivitajiet u interfaċċi trażversali mal-Programm Qafas Orizzont 2020

Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom, se jiġu żgurati rabtiet u interfaċċi adattati, bħal sejħiet konġunti, mal-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020.

Il-Programm Euratom jista’ jikkontribwixxi għall-Faċilità tad-Dejn u l-Faċilità tal-Ekwità żviluppati taħt il-Programm Qafas Orizzont 2020 li se jitwessa’ sabiex ikopri l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

Kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka nukleari u l-innovazzjoni, ibbażata fuq miri kondiviżi u fiduċja reċiproka, trid tkompli, bil-għan li tipprovdi benefiċċji ċari u sinifikanti għall-Unjoni u l-ambjent tagħha. Bħala kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3, il-Komunità se tfittex li tirrinforza l-għarfien espert xjentifiku u tekniku tal-Unjoni permezz tal-ftehimiet internazzjonali ta’ kooperazzjoni u li tippromwovi l-aċċess tal-industrija nukleari tal-Unjoni għas-swieq ġodda emerġenti.

L-attivitajiet internazzjonali ta’ kooperazzjoni se jkunu promossi permezz ta’ oqfsa multilaterali (bħal IAEA, OECD, ITER, GIF) u permezz tal-kooperazzjoni bilaterali eżistenti jew ġdida ma’ pajjiżi li għandhom R&Ż b’saħħithom kif ukoll bażijiet industrijali u installazzjonijiet tar-riċerka li qed joperaw, li jinsabu fil-fażi tad-disinn jew fil-fażi ta’ kostruzzjoni.



ANNESS II

INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI

Dan l-Anness jippreżenta għal kull wieħed mill-objettivi speċifiċi tal-Programm Euratom, għadd ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti li jistgħu jiġu rfinuti matul l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom.

1.Indikaturi għal azzjonijiet indiretti

(a)Appoġġ għas-sikurezza tas-sistemi nukleari

L-għadd ta’ proġetti (riċerka konġunta u/jew azzjonijiet koordinati) li għandhom il-probabbiltà li jwasslu għal titjib dimostrabbli fil-prattika tas-sikurezza nukleari fl-Ewropa.

(b)Kontribut għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ sikurezza aktar fit-tul għall-ġestjoni ta’ skart nukleari aħħari, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trażmutazzjoni

L-għadd ta’ proġetti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sikuri fit-tul għall-ġestjoni ta’ skart nukleari aħħari.

(c)Appoġġ għall-iżvilupp u s-sostenibbiltà ta’ għarfien espert u eċċellenza nukleari fl-Unjoni

Taħriġ permezz tar-riċerka - l-għadd ta’ studenti tal-PhD jew riċerkaturi postdoc appoġġati permezz tal-proġetti tal-fissjoni ta’ Euratom.

L-għadd ta’ fellows u apprendisti fil-programm tal-fużjoni tal-Euratom.

(d)Appoġġ għall-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet mediċi għar-radjazzjoni, inkluż, fost l-oħrajn, il-provvista sigura u sikura u l-użu ta’ isotopi radjuattivi

L-għadd ta’ proġetti li għandhom il-probabbiltà li jkollhom impatt dimostrabbli fuq il-prattika regolatorja fir-rigward tal-ħarsien mir-radjazzjoni u fuq l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet mediċi tar-radjazzjoni.

(e)Mixja lejn dimostrazzjoni tal-fattibbiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija permezz tal-isfruttar tal-faċilitajiet eżistenti u futuri tal-fużjoni

L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet f’ġurnali ta’ impatt għoli riveduti bejn il-pari.

(f)Bini tal-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur permezz tal-iżvilupp ta’ materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali

Il-perċentwal tal-passi importanti tal-Pjan Direzzjonali tal-Fużjoni stabbilit għall-perjodu 2014-2020, milħuq mill-Programm Euratom.

(g)Promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali

L-għadd ta’ spin-offs mir-riċerka tal-fużjoni taħt il-Programm Euratom.

L-applikazzjonijiet għall-privattivi ġenerati u l-privattivi mogħtija abbażi ta’ attivitajiet ta’ riċerka appoġġati mill-programm Euratom.

(h)Żgurar tad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka ta’ rilevanza pan-Ewropea

L-għadd ta’ riċerkaturi li għandhom aċċess għal infrastrutturi għar-riċerka permezz tal-appoġġ tal-Programm Euratom.

2.Indikaturi għal azzjonijiet diretti

(a)Indikatur tal-impatt għall-appoġġ tal-politika tal-JRC

L-għadd ta’ okkorrenzi tal-impatti speċifiċi tanġibbli fuq il-politiki tal-Unjoni li jirriżultaw minn appoġġ tal-politika tekniku u xjentifiku pprovdut mill-JRC.

(b)Indikatur tal-produttività xjentifika tal-JRC

L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet riveduti bejn il-pari.

L-indikaturi msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jkunu rappreżentati skont l-objettivi ta’ azzjonijiet diretti tal-Komunità li ġejjin:

Titjib tas-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tar-reatturi nukleari u tal-fjuwil, il-ġestjoni tal-iskart, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trażmutazzjoni; id-dekummissjonar; u t-tħejjija għal emerġenza;

Titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensika nukleari;

Żieda fl-eċċellenza fil-bażi tax-xjenza nukleari għall-istandardizzazzjoni;

Trawwim tal-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

Appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

(1)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
(2)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).
Top