Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0593

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li jeħtieġ li tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt imwaqqaf permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija rigward il-proposti għall-emendi għal dik il-Konvenzjoni

COM/2017/0593 final - 2017/0258 (NLE)

Brussell, 13.10.2017

COM(2017) 593 final

2017/0258(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li jeħtieġ li tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt imwaqqaf permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija rigward il-proposti għall-emendi għal dik il-Konvenzjoni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.SUĠĠETT TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tikkonċerna d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA fuq is-Simplifikazzjoni tal-Formalitajiet fuq il-Kummerċ f’Merkanzija (“il-Kumitat Konġunt”) fir-rigward tal-adozzjoni prevista mill-Kumitat Konġunt ta’ Deċiżjoni dwar l-emendar tal-Annessi tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-Simplifikazzjoni tal-Formalitajiet fuq il-Kummerċ f’Merkanzija (“il-Konvenzjoni”).

2.KUNTEST TAL-PROPOSTA

2.1Il-Konvenzjoni dwar is-Simplifikazzjoni ta’ Formalitajiet f’Kummerċ tal-Oġġetti

Il-Konvenzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni permezz tal-introduzzjoni ta’ dokument singolu abbażi ta’ formola tad-dikjarazzjoni li għandha sservi bħala dikjarazzjoni għall-esportazzjoni, għat-tranżitu jew għall-importazzjoni. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

L-Unjoni Ewropea hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni.

2.2Il-Kumitat Konġunt UE-EFTA

Il-Kumitat Konġunt UE-EFTA jamministra din il-Konvenzjoni u jiżgura l-implimentazzjoni tajba tagħha. Il-Kumitat, permezz ta’ deċiżjoni, jadotta emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni.

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati unanimament mill-Partijiet Kontraenti.

2.3Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA

Fil-5 ta’ Diċembru 2017, waqt it-30 laqgħa tiegħu, il-Kumitat Konġunt mistenni li jadotta Deċiżjoni li temenda l-Annessi tal-Konvenzjoni.

Il-Konvenzjoni fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija testendi l-użu tad-dokument amministrattiv singolu u d-dejta meħtieġa għall-fini ta’ proċeduri doganali differenti tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni li mhumiex tal-Unjoni.

Id-dispożizzjonijiet relatati mad-dejta dwar il-pakkett legali tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni se japplikaw wara l-1 ta’ Mejju 2016, b’kont meħud tal-ħtieġa li jiġu aġġornati jew skjerati s-sistemi doganali elettroniċi rilevanti Trans-Ewropej u nazzjonali li huma skedati li jitlestew fil-ftit snin li ġejjin, u b’kont meħud tat-talba mingħand l-operaturi ekonomiċi li jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom għar-regoli l-ġodda u biex jadattaw is-sistemi doganali tagħhom kif xieraq.

Għalhekk, sabiex il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni li mhumiex tal-Unjoni wkoll jingħataw biżżejjed żmien biex jitħejjew għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet emendati u r-rekwiżiti tad-dejta meta dawn ikunu applikabbli bis-sħiħ skont il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, il-Konvenzjoni trid tiġi emendata sabiex tkun kompletament allinjata mal-pakkett legali tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

Il-proċess biex tiġi stabbilita pożizzjoni komuni tal-UE dwar abbozz ta’ Deċiżjoni dwar l-emendi għall-Konvenzjoni fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija għandu jkun relattivament bla xkiel minħabba li l-kontenut huwa bbażat fuq regoli tal-UE li kienu ġew miftiehma mill-Istati Membri u li huma inklużi fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2016.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tadotta l-abbozz tad-Deċiżjoni u li tittrażmettih lill-Kunsill.

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li temenda l-Konvenzjoni għandha ssir vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti skont l-Artikolu 2 ta’ dik id-Deċiżjoni li jipprevedi li “Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha”.

Skont l-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni, Deċiżjoni bħal din għandha tiddaħħal fis-seħħ mill-Partijiet Kontraenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħhom stess.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam ta’ politika

L-emendar tal-Konvenzjoni huwa mmirat għall-allinjament tagħha ma’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ atti Delegati u ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni dwar rekwiżiti komuni tad-dejta għal dikjarazzjonijiet doganali li se jkunu applikabbli b’seħħ minn ċerti dati fil-futur.

Dak l-allinjament għandu jtejjeb is-simplifikazzjoni ta’ formalitajiet f’kummerċ tal-oġġetti bejn il-Partijiet Kontraenti. Dan it-titjib għandu jwassal għal benefiċċji sostanzjali u tanġibbli għall-kummerċjanti u għall-amministrazzjonijiet doganali.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Id-Deċiżjoni proposta hija konsistenti mal-politika komuni dwar il-kummerċ.

3.POŻIZZJONI LI GĦANDHA TIĠI ADOTTATA F’ISEM L-UNJONI

Il-proposta temenda d-dispożizzjonijiet fl-Annessi tal-Konvenzjoni. L-emendi jipproponu l-allinjament ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-Konvenzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Atti Delegati u ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti tad-dejta użati għall-finijiet tad-dikjarazzjonijiet doganali tal-importazzjoni, tal-esportazzjoni u tat-tranżitu li se jkunu applikabbli biss f’ċerti dati fil-futur.

L-għan huwa li tinżamm l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tad-dejta użati għad-dikjarazzjonijiet doganali fil-kuntest tal-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom iwasslu għal benefiċċji sostanzjali u tanġibbli għall-kummerċjanti u għall-amministrazzjonijiet doganali billi jtejbu ċ-ċarezza u jiżguraw tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-arranġamenti elettroniċi ġodda.

L-istrument propost: Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija.

Ma jeżisti l-ebda strument ieħor aktar adegwat.

Id-Deċiżjoni proposta hija konsistenti mal-politika komuni dwar il-kummerċ u t-trasport.

4.BAŻI ĠURIDIKA

4.1.Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.    Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

L-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni jistipula li l-Kumitat Konġunt UE/EFTA jadotta permezz ta’ deċiżjonijiet l-emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni.

4.1.2.    Applikazzjoni għal dan il-każ

Il-Kumitat Konġunt huwa korp imwaqqaf bl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni.

Id-Deċiżjoni li l-Kumitat Konġunt huma mitlub jadotta tikkostitwixxi att li jkollu effetti legali. Dik id-Deċiżjoni se tkun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni.

Id-Deċiżjoni ma tissupplimentax jew ma temendax il-qafas istituzzjonali tal-Konvenzjoni.

Għalhekk, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2.Bażi ġuridika sostantiva

Il-bażi ġuridika sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u l-kontenut tal-att previst li fir-rigward tiegħu tiġi adottata pożizzjoni f’isem l-Unjoni.

Għalhekk, il-bażi ġuridika sostantiva tad-Deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 207 tat-TFUE.

Is-simplifikazzjonijiet miksuba permezz tal-Konvenzjoni u tal-emenda prevista jikkonċernaw il-formalitajiet doganali effiċjenti u b’hekk il-politika kummerċjali komuni tal-UE.

4.3.Konklużjonijiet

Il-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta jenħtieġ li tkun l-Artikolu 207 tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

2017/0258 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li jeħtieġ li tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt imwaqqaf permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija rigward il-proposti għall-emendi għal dik il-Konvenzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Konvenzjoni fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

(2)Skont l-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni, il-Kumitat Konġunt UE-EFTA fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija mwaqqaf minn dik il-Konvenzjoni (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jadotta, permezz ta’ deċiżjoni, emendi għall-Annessi ta’ din il-Konvenzjoni.

(3)Fil-5 ta’ Diċembru 2017, waqt it-30 laqgħa tiegħu, il-Kumitat Konġunt huwa mistenni jadotta Deċiżjoni li temenda l-Annessi tal-Konvenzjoni.

(4)Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, minħabba li d-Deċiżjoni se tkun vinkolanti għall-Unjoni.

(5)Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 2 u l-atti Delegati u ta’ Implimentazzjoni tiegħu stipulaw ir-rekwiżiti komuni tad-dejta għad-dikjarazzjonijiet doganali kif ukoll għall-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti komuni tad-dejta. Dawk id-dispożizzjonijiet se jkunu applikabbli bis-sħiħ fejn is-sistemi elettroniċi rilevanti jkunu ġew aġġornati jew skjerati kif previst fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta’ April 2016 li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 3 .

(6)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u bla xkiel tal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tad-dejta għad-dikjarazzjonijiet doganali inklużi fl-Annessi tal-Konvenzjoni għandhom jiġu allinjati ma’ dawk inklużi fil-leġiżlazzjoni rispettiva tal-Unjoni.

(7)L-Istati Membri kollha tal-Unjoni esprimew l-opinjoni pożittiva tagħhom rigward l-emendi proposti fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma UE-EFTA fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija.

(8)Billi d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt se temenda l-Konvenzjoni, huwa xieraq li din tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħha.

(9)Fil-Kumitat Konġunt, jeħtieġ li l-Unjoni tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emenda proposta tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Kumitat Konġunt rigward l-emendi tal-Konvenzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu dwar bidliet żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr ebda Deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 134, 22.05.1987, p. 2.
(2) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(3) ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6.
Top

Brussell, 13.10.2017

COM(2017) 593 final

ANNESS

Proposta għal Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA fuq is-
simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija ta’
XX XXXX 2017
li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ
f’merkanzija

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li jeħtieġ li tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt imwaqqaf permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija rigward il-proposti għall-emendi għal dik il-Konvenzjoni


ANNESS

Proposta għal Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA fuq is-
simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija ta’

XX XXXX 2017

li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ

f’merkanzija

IL-KUMITAT KONĠUNT

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)L-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (“il-Konvenzjoni”) jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf minn dik il-Konvenzjoni (“il-Kumitat Konġunt”) li jadotta, permezz ta’ deċiżjoni, emendi għall-Annessi ta’ din il-Konvenzjoni.

(2)Bir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 2 (“KDU”) u l-atti Delegati u ta’ Implimentazzjoni tiegħu ġew introdotti rekwiżiti tad-dejta ġodda fid-dikjarazzjonijiet doganali u ġie emendat il-kodiċi f’rabta ma’ ċerti elementi ta’ dejta eżistenti. Dawk id-dispożizzjonijiet se jsiru applikabbli bis-sħiħ fi stadju aktar tard, minħabba li dawn jeħtieġu li s-sistemi elettroniċi rilevanti jiġu aġġornati jew skjerati, u dan se jsir kif previst fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta’ April 2016 li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 3 .

(3)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel, effiċjenti u armonizzat tal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, id-dispożizzjonijiet fl-Annessi tal-Konvenzjoni dwar l-ikkompletar tad-dokument amministrattiv singolu għandhom jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet rispettivi f’atti Delegati u ta’ Implimentazzjoni tal-KDU li se jkunu applikabbli biss fi stadju aktar tard. Għal dak l-għan, huma indispensabbli emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni.

(4)Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Konvenzjoni tiġi emendata kif xieraq. °

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)It-test tal-Appendiċi 3 tal-Anness II tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (“il-Konvenzjoni”) huwa emendat kif stipulat fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)It-test tal-Anness III tal-Konvenzjoni huwa emendat kif stabbilit fl-Anness B ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f’Oslo,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

ANNESS A

It-Titolu II tal-Appendiċi 3, tal-Anness II tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija huwa emendat kif ġej:

(1)Il-Parti I. “Formalitajiet fil-pajjiż ta’ esportazzjoni” hija emendata kif ġej:

(a)fin-noti marbuta mal-“Kaxxa 44: Informazzjoni addizzjonali, dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet”, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Daħħal id-dettalji meħtieġa minn kwalunkwe regolament speċifiku applikabbli fil-pajjiż tal-esportazzjoni, flimkien mar-referenzi tad-dokumenti prodotti b’appoġġ tad-dikjarazzjoni, jew kwalunkwe referenza addizzjonali meqjusa bħala meħtieġa f’rabta mad-dikjarazzjoni jew mal-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni. (Dan jista’ jinkludi n-Nru tal-liċenzja/tal-permess tal-esportazzjoni; id-dejta li tikkonċerna r-regolamenti veterinarji u fitosanitarji; in-numru tal-polza ta’ kargu jew ir-referenza għall-partijiet, għall-uffiċċju tad-dwana jew għat-tħassir ta’ liċenzji, eċċ.).”

(b)fin-noti marbuta mal-“Kaxxa 50: Il-prinċipal u r-rappreżentant awtorizzat, post, data u firma”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Daħħal l-isem sħiħ (tal-persuna jew tal-kumpanija) u l-indirizz tad-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu (il-prinċipal), flimkien man-numru tal-identifikazzjoni, jekk ikun hemm, allokat mill-awtoritajiet kompetenti.  Fejn xieraq, daħħal l-isem sħiħ (tal-persuna jew tal-kumpanija) tar-rappreżentant awtorizzat li jiffirma f’isem id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu (il-prinċipal).”

(2)Fil-Parti III.“Formalitajiet fil-pajjiż ta’ destinazzjoni”, in-noti marbuta mal-“Kaxxa 44: Informazzjoni addizzjonali, dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet” huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Daħħal id-dettalji meħtieġa minn kwalunkwe regolament speċifiku applikabbli fil-pajjiż ta’ destinazzjoni, flimkien mar-referenzi tad-dokumenti prodotti b’appoġġ tad-dikjarazzjoni, jew kwalunkwe referenza addizzjonali meqjusa bħala meħtieġa f’rabta mad-dikjarazzjoni jew mal-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni. (Dan jista’ jinkludi n-Nru tal-liċenzja/tal-permess tal-esportazzjoni; id-dejta li tikkonċerna r-regolamenti veterinarji u fitosanitarji; in-numru tal-polza ta’ kargu jew ir-referenza għall-partijiet, għall-uffiċċju tad-dwana jew għat-tħassir ta’ liċenzji, eċċ.). F’każ li l-għoti ta’ garanzija jkun meħtieġ f’rabta mal-proċedura doganali konċernata, id-dettalji tal-garanzija għandhom jiddaħħlu f’din il-kaxxa. Is-sottodiviżjoni “Il-kodiċi ta’ Informazzjoni addizzjonali (A. I.)” m’għandhiex tintuża.”

ANNESS B

L-Anness III. “Kodiċijiet li għandhom jintużaw fid-Dokument Singolu” tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija huwa emendat kif ġej:

(1)fin-noti marbuta mal-“Kaxxa 1: Tip ta’ dikjarazzjoni”, it-test marbut mal-ewwel sottodiviżjoni tal-kaxxa huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ewwel sottodiviżjoni:

Is-simbolu tal-UE jista’ jintuża għal:

-    dikjarazzjoni għal esportazzjoni lil Parti Kontraenti oħra,

-    dikjarazzjoni għal importazzjoni minn Parti Kontraenti oħra.”

(2)fin-noti marbuta mal-“Kaxxa 25: Mezz ta’ trasport fil-fruntiera, id-deskrizzjoni tal-kodiċijiet “5” u “9” hija sostitwita b’dan li ġej:

A

B

Denominazzjoni

5

9

50

90

Posta (Mezz ta’ trasport attiv mhux magħruf)

Mezz mhux magħruf (jiġifieri, propulsjoni proprja)

(1) ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2.
(2) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(3) ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6.
Top