IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.8.2017
COM(2017) 427 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-Kollegament tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra tagħhom
FTEHIM bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom
L-UNJONI EWROPEA,
(minn hawn ’il quddiem ‘l-Unjoni’)
minn naħa waħda, u
IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA
(minn hawn ’il quddiem ‘l-Iżvizzera’)
min-naħa l-oħra,
(minn issa ’l quddiem ‘il-Partijiet’),
KONXJI TAL-isfida globali li tirriżulta mit-tibdil fil-klima u l-isforzi internazzjonali meħtieġa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;
FILWAQT LI JINNUTAW l-impenji internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Protokoll ta’ Kjoto tagħha, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;
FILWAQT LI JQISU LI l-Iżvizzera u l-Unjoni jikkondividu l-objettiv ta’ tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2020 u lil hinn;
KONXJI LI r-reviżjonijiet għall-perjodi futuri ta’ negozjar tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni u tal-Iżvizzera jistgħu jkunu jeħtieġu reviżjonijiet tal-Ftehim sabiex, bħala minimu, tiġi ppreservata l-integrità tal-impenji ta’ mitigazzjoni tal-Partijiet;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI l-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet huma għodda effettiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod kosteffettiv;
FILWAQT LI JQISU LI l-kollegament tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet sabiex ikun jista’ jsir skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet bejn is-sistemi ser jgħin sabiex jinbena suq internazzjonali robust tal-karbonju u jkomplu jissaħħu l-isforzi tal-Partijiet li jkunu kkollegaw is-sistemi tagħhom għat-tnaqqis fl-emissjonijiet;
FILWAQT LI JQISU LI permezz tal-kollegament tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għandha tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn is-sistemi kollegati u jiġi żgurat funzjonament kif suppost tas-swieq tal-karbonju kollegati;
WARA LI KKUNSIDRAW l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni, stabbilita permezz tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata, u l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Iżvizzera, stabbilita permezz tal-Att tas-CO2 u l-Ordinanza tiegħu;
FILWAQT LI JFAKKRU li n-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein jipparteċipaw fl-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni;
FILWAQT LI JQISU LI, skont iż-żmien tar-ratifika, il-kollegament għandu jkun operattiv mill-1 ta’ Jannar 2019 jew mill-1 ta’ Jannar 2020 mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni aktar bikrija tal-kriterji essenzjali mill-Iżvizzera jew mill-Unjoni, u għall-applikazzjoni proviżorja;
KONXJI LI l-kollegament ta’ Skemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet jeħtieġ aċċess għal informazzjoni sensittiva kif ukoll l-iskambju tagħha bejn il-Partijiet u għalhekk miżuri xierqa ta’ sigurtà;
FILWAQT LI JINNUTAW LI dan il-Ftehim ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Partijiet jistabbilixxu l-objettivi tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li mhumiex koperti mill-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tagħhom;
FILWAQT LI JIRROKONOXXU LI dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bilaterali bejn l-Iżvizzera u Franza – fir-rigward tal-istatus binazzjonali tal-EuroAiport Basel-Mulhouse-Freiburg kif stabbilit permezz tal-“Convention franco-suisse du 4 juillet 1949 relative à la construction et à l’exploitation de l’aéroport de Bâle-Mulhouse”, diment li l-ftehim bilaterali jirrispetta l-kriterji essenzjali u d-dispożizzjonijiet tekniċi definiti f’dan il-Ftehim;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim huma mfassla fid-dawl tar-rabtiet mill-qrib u tar-relazzjoni speċjali li teżisti bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni;
Filwaqt li jilqgħu l-Ftehim li ntlaħaq waqt il-21 konferenza tal-partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015, u jirrikonoxxu li l-kwistjonijiet ta’ kontabilità li jirriżultaw minnu ser jiġu eżaminati fi żmien debitu.
QABLU FUQ DAN LI ĠEJ:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Objettiv
Dan il-Ftehim jikkollega l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem l-“EU ETS”) ma’ dik tal-Iżvizzera (minn hawn ’il quddiem l-“ETS tal-Iżvizzera”).
Artikolu 2
Kriterji Essenzjali
L-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (minn hawn ’il quddiem l-“ETS”) tal-Partijiet għandhom tal-anqas jissodisfaw il-kriterji essenzjali stabbiliti fl-Anness I.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET TEKNIĊI
Artikolu 3
Reġistri
1.Ir-reġistri tal-Partijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji definiti fl-Anness, il-Parti C.
2.Biex jitħaddem il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera, għandu jiġi stabbilit kollegament dirett bejn ir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL) tar-reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru Supplimentari tat-Tranżazzjonijiet Żvizzeru (SSTL) tar-reġistru Żvizzeru, li se jippermetti t-trasferiment bejn ir-reġistri ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jkunu nħarġu taħt waħda mis-sistemi.
3.Il-kollegament bejn ir-reġistri għandu, inter alia:
a.jiġi amministrat mill-amministratur tar-reġistru Żvizzeru fil-każ tal-Iżvizzera, u mill-amministratur ċentrali tal-Unjoni fil-każ tal-Unjoni,
b.jopera skont il-liġijiet applikabbli f’kull ġurisdizzjoni,
c.ikun sostnut minn proċessi awtomatizzati integrati kemm fir-reġistru Żvizzeru kif ukoll fir-reġistru tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tranżazzjonijiet,
d.jiġi implimentat b’tali modi sabiex tiġi żgurata funzjonalità konsistenti, kemm jista’ jkun possibbli, għall-utenti tar-reġistru Żvizzeru u tar-reġistru tal-Unjoni.
4.L-amministratur tar-reġistru Żvizzeru, l-amministratur ċentrali tal-Unjoni jew iż-żewġ amministraturi flimkien jistgħu jagħlqu il-kollegament bejn ir-reġistri temporanjament, għall-manutenzjoni tas-sistema, minħabba ksur tas-sigurtà jew riskju għas-sigurtà skont il-leġiżlazzjoni Żvizzera u dik tal-Unjoni Ewropea applikabbli. Il-Partijiet għandhom javżaw, malajr kemm jista’ jkun, dwar għeluq temporanju tal-kollegament bejn ir-reġistri minħabba manutenzjoni tas-sistema, ksur tas-sigurtà jew riskju għas-sigurtà u għandhom iżommu l-għeluq temporanju qasir kemm jista’ jkun.
5.Il-Partijiet għandhom jaġixxu minnufih u f’kooperazzjoni mill-qrib billi jużaw miżuri disponibbli fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom għall-prevenzjoni tal-frodi u għall-preservazzjoni tal-integrità tas-suq tal-ETS kollegati. Fil-kuntest tal-ETS kollegati, l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru, l-amministratur ċentrali tal-Unjoni u l-amministraturi nazzjonali mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jaħdmu flimkien biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ frodi, l-użu ħażin jew l-attività kriminali li tinvolvi r-reġistri, sabiex jirreaġixxu għal inċidenti bħal dawn, u sabiex tiġi mħarsa l-integrità tal-kollegament bejn ir-reġistri. Il-miżuri miftiehma mill-amministraturi sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ frodi, l-użu ħażin jew l-attività kriminali għandhom jiġu adottati permezz ta’ deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt.
6.L-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni għandhom jiddeterminaw proċeduri operazzjonali komuni (COP) relatati ma’ kwistjonijiet tekniċi jew oħrajn meħtieġa għall-operat tal-kollegament u b’konsiderazzjoni tal-prijoritajiet tal-leġiżlazzjoni domestika. Il-COP żviluppati mill-amministraturi għandhom jidħlu fis-seħħ meta jiġu adottati permezz ta’ deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt.
7.L-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni għandhom jiżviluppaw Standards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II li jiddeskrivu r-rekwiżiti dettaljati għall-istabbiliment ta’ konnessjoni robusta u sigura bejn l-SSTL u l-EUTL. L-LTS żviluppati mill-amministraturi għandhom jidħlu fis-seħħ meta jiġu adottati permezz ta’ deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt.
8.Il-kwistjonijiet li jeħtieġu riżoluzzjoni li tirriżulta mill-implimentazzjoni u mill-operat tal-kollegament bejn ir-reġistri se jiġu solvuti permezz ta’ konsultazzjoni f’waqtha bejn l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni u skont il-COP determinati.
Artikolu 4
Kwoti tal-emissjonijiet u kontabilità
1.Il-kwoti tal-emissjonijiet li jistgħu jintużaw għall-konformità taħt l-ETS ta’ Parti waħda għandhom jiġu rikonoxxuti għall-konformità taħt l-ETS tal-Parti l-oħra.
Il-kwota tal-emissjonijiet tfisser kwota għall-emissjoni ta’ tunnellata ta’ ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju matul perjodu speċifiku, li tkun inħarġet taħt l-EU ETS jew taħt l-ETS tal-Iżvizzera valida għall-finijiet li tissodisfa r-rekwiżiti taħt l-ETS tal-Iżvizzera jew tal-UE.
2.Ir-restrizzjonijiet eżistenti dwar l-użu ta’ kwoti speċifiċi f’sistema waħda jistgħu jiġu applikati fis-sistema l-oħra.
3.L-ETS li fiha tkun inħarġet kwota tal-emissjonijiet għandha tkun tista’ tiġi identifikata mill-amministraturi tar-reġistru u mid-detenturi tal-kontijiet abbażi ta’ mill-inqas il-kodiċi tal-pajjiż tan-numru tas-serje tal-kwota tal-emissjonijiet.
4.Kull Parti għandha tgħarraf lill-oħra tal-anqas fuq bażi annwali dwar iż-żamma totali ta’ kwoti ta’ emissjonijiet maħruġa taħt is-sistema l-oħra u l-għadd ta’ kwoti ta’ emissjonijiet maħruġa taħt is-sistema l-oħra ċeduti għall-konformità jew ikkanċellati volontarjament.
5.Il-partijiet għandhom jagħtu rendikont tal-flussi netti ta’ kwoti skont il-prinċipji u r-regoli approvati tal-UNFCCC għall-kontabilità wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Dan il-mekkaniżmu għandu jiġi stabbilit f’Anness għal dan il-Ftehim u għandu jiġi adottat permezz ta’ deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt.
6.Mad-dħul fis-seħħ tat-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto, il-Partijiet għandhom jittrasferixxu jew jakkwistaw għadd suffiċjenti ta’ Unitajiet ta’ Ammont Assenjat (AAUs) validi għat-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto f’intervall maqbul u fil-każ ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 16 biex jagħtu rendikont tal-flussi netti ta’ kwoti bejn il-Partijiet sal-punt li dawn il-kwoti ikunu ġew ċeduti mill-operaturi tal-ETS għall-konformità u sal-punt li tali kwoti jirrappreżentaw l-emissjonijiet inklużi fl-Anness A tal-Protokoll ta’ Kjoto. Il-mekkaniżmu għal dawn it-tranżazzjonijiet għandu jiġi determinat f’Anness għal dan il-Ftehim, adottat permezz ta’ deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt wara d-dħul fis-seħħ tal-emenda tal-Protokoll ta’ Kjoto. L-Anness għandu jinkludi wkoll ftehim dwar il-ġestjoni tas-sehem tar-rikavat applikat għall-ewwel trasferiment internazzjonali tal-AAUs.
Artikolu 5
Irkantar
1.Il-kwoti għandhom jinbiegħu biss mill-Partijiet permezz ta’ rkantar.
2.L-operaturi taħt kwalunkwe ETS għandhom ikunu eliġibbli japplikaw għal ammissjoni biex jissottomettu offerta fl-irkanti għall-kwoti. L-aċċess għall-irkanti tal-kwoti għall-operaturi taħt kwalunkwe ETS għandu jingħata fuq bażi nondiskriminatorja. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-irkanti, l-eliġibbiltà għall-applikazzjoni għal ammissjoni għall-irkanti tista’ tiġi estiża biss għal kategoriji oħra ta’ parteċipanti li huma regolati taħt il-liġi ta’ Parti jew li huma speċifikament awtorizzati jipparteċipaw fl-irkanti.
3.L-irkant għandu jsir b’mod miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju u skont il-kriterji ppreżentati fl-Anness I, il-Parti D.
KAPITOLU III
AVJAZZJONI
Artikolu 6
Inklużjoni tal-attivitajiet tal-avjazzjoni
Il-Partijiet għandhom jinkludu l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-ETS rispettivi tagħhom skont il-kriterji essenzjali stabbiliti fl-Anness I, il-Parti B. L-inklużjoni tal-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-ETS Żvizzera għandha tirrifletti l-istess prinċipji bħal dawk tal-EU ETS, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli ta’ kopertura, ta’ limitu u ta’ allokazzjoni.
Artikolu 7
Reviżjoni tal-ftehim fil-każ ta’ tibdil li jikkonċerna l-attivitajiet tal-avjazzjoni
1.Fil-każ ta’ tibdil li jittratta l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-EU ETS, il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi l-Anness I, il-Parti B korrispondenti, skont l-Artikolu 13(2).
2.Fi kwalunkwe każ, il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' sal-aħħar tal-2018 biex jirrevedi d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura tal-attivitajiet tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 13(2).
KAPITOLU IV
INFORMAZZJONI SENSITTIVA U SIGURTÀ
Artikolu 8
Informazzjoni sensittiva
1.‘Informazzjoni sensittiva’ tfisser informazzjoni u materjal kemm jekk f’forma verbali, viżiva, elettronika, manjetika jew dokumentata, inkluż tagħmir u teknoloġija, li tkun ingħatat jew ġiet skambjata bejn il-Partijiet b’rabta ma’ dan il-Ftehim u (i) li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħha jista’ jikkawża diversi gradi ta’ ħsara jew dannu għall-interessi tal-Iżvizzera, tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar tal-Unjoni; (ii) li teħtieġ protezzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat fl-interessi tas-sigurtà ta’ waħda mill-Partijiet; u (iii) li ġġorr marka tas-sensittività assenjata minn waħda mill-Partijiet.
2.Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet, kull Parti għandha tipproteġi l-informazzjoni sensittiva, b’mod partikolari kontra żvelar mhux awtorizzat jew telf ta’ integrità, skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà u l-livelli ta’ sensittività u l-istruzzjonijiet ta’ trattament definiti fl-Annessi II, III, u IV rispettivament. ‘Trattament’ tinkludi l-ġenerazzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin, it-trażmissjoni jew il-qerda tal-informazzjoni sensittiva jew ta’ kwalunkwe informazzjoni li tinsab fiha.
Artikolu 9
Livelli ta’ sensittività
1.Kull Parti hija unikament responsabbli għall-immarkar tal-informazzjoni li tirrilaxxa bħala sensittiva u għat-tnaqqis fil-grad jew għat-tneħħija tal-livell ta’ sensittività tal-informazzjoni li tkun irrilaxxat. Fejn l-informazzjoni sensittiva tiġi rilaxxata b’mod konġunt mill-Partijiet, il-Partijiet għandhom jaqblu flimkien dwar l-immarkar u l-livell ta’ sensittività, kif ukoll dwar it-tnaqqis fil-grad u t-tneħħija tal-livell ta’ sensittività.
2.L-informazzjoni sensittiva għandha tiġi mmarkata ETS KRITIKA, ETS SENSITTIVA jew ETS LIMITATA skont il-livell ta’ sensittiva tagħha elenkat fl-Anness III.
3.L-oriġinatur tal-informazzjoni sensittiva tal-Parti li tirrilaxxaha għandu jnaqqas il-grad tal-informazzjoni sensittiva għal livell aktar baxx ta’ sensittività hekk kif l-informazzjoni ma tibqax teħtieġ grad ogħla ta’ protezzjoni jew ineħħi l-istatus ta’ sensittività hekk kif l-informazzjoni ma tibqax teħtieġ protezzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat jew telf ta’ integrità.
4.Il-Parti li tirrilaxxaha għandha tinforma lill-Parti riċeventi dwar kwalunkwe informazzjoni sensittiva ġdida u l-livell assoċjat ta’ sensittività tagħha, kif ukoll dwar kwalunkwe tnaqqis fil-grad tal-livell ta’ sensittività jew it-tneħħija ta’ status ta’ sensittività.
5.Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu lista kondiviża ta’ informazzjoni sensittiva.
KAPITOLU V
ŻVILUPP TAL-LIĠI
Artikolu 10
Żvilupp tal-Liġi
1.Dan il-Ftehim ma jippreġudikax id-dritt ta’ kull Parti li temenda jew li tadotta leġiżlazzjoni ta’ rilevanza għal dan il-Ftehim, inkluż id-dritt li tadotta miżuri protettivi aktar stretti.
2.Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub, b’mod f’waqtu meta waħda mill-Partijiet tkun qed tiżviluppa leġiżlazzjoni f’qasam ta’ rilevanza għal dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt għandu jwaqqaf proċess ta’ tagħrif u konsultazzjoni regolari.
3.Wara notifika skont il-paragrafu 2, kwalunkwe Parti tista’ titlob skambju ta’ fehmiet dwar dan fi ħdan il-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 13(4), b’mod partikolari biex jiġi vvalutat jekk il-leġiżlazzjoni hijiex ser taffettwa b’mod dirett il-kriterji stabbiliti fl-Anness I.
4.Mal-adozzjoni ta’ proposta għal att leġiżlattiv ta’ rilevanza għal dan il-Ftehim minn Parti waħda, għandha tintbagħat kopja tagħha lir-rappreżentant(i) tal-Parti l-oħra u lill-Kumitat Konġunt.
5.Mal-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv ta’ rilevanza għal dan il-Ftehim minn Parti waħda, għandha tintbagħat kopja tiegħu lir-rappreżentant(i) tal-Parti l-oħra u lill-Kumitat Konġunt.
6.Fejn il-Kumitat Konġunt jikkonkludi li l-leġiżlazzjoni qed taffettwa direttament il-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li tikkonċerna emenda korrispondenti tal-parti rilevanti tal-Anness I. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed qabel ma jiskadu sitt xhur mid-data ta’ riferiment lill-Kumitat Konġunt.
7.Fejn deċiżjoni dwar emenda tal-Anness I ma tkunx tista’ tintlaħaq fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 6, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina, fi żmien tmien xhur mir-riferiment, il-possibiltajiet l-oħrajn kollha biex jinżamm il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim u jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa għal dan il-għan.
Artikolu 11
Koordinazzjoni
1.Il-Partijiet għandhom jikkoordinaw f’oqsma ta’ rilevanza għal dan il-Ftehim, u, b’mod partikolari, dwar il-kriterji stabbiliti fl-Annessi, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim u l-integrità kontinwa tal-ETS tal-Partijiet, kif ukoll tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u d-distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni bejn l-ETS kollegati.
2.Tali koordinazzjoni għandha, b’mod partikolari, issir permezz tal-iskambju formali u informali jew l-għoti ta’ informazzjoni u, fuq talba ta’ Parti, permezz ta’ konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt.
KAPITOLU VI
KUMITAT KONĠUNT
Artikolu 12
Kompożizzjoni u funzjonament tal-Kumitat Konġunt
1.Huwa stabbilit Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet.
2.Kwalunkwe Parti tista’ titlob li tissejjaħ laqgħa; il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ fi żmien 30 jum minn tali talba.
3.Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kumitat Konġunt fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim għandhom, mad-dħul fis-seħħ tagħhom, jorbtu lill-Partijiet, li għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom.
4.Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Għandu jkun hemm il-qbil taż-żewġ Partijiet dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kumitat Konġunt.
5. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe sottokumitat jew grupp ta’ ħidma li jista’ jgħinu fil-ħidma tiegħu.
Artikolu 13
Funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt
1.Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli mill-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni korretta ta’ dan il-Ftehim.
2.Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jadotta Anness ġdid jew li jemenda Anness eżistenti ta’ dan il-Ftehim.
3.Il-Kumitat Konġunt għandu jiddiskuti emendi għall-Artikoli ta’ dan il-Ftehim proposti minn waħda mill-Partijiet. Jekk il-Kumitat Konġunt jaqbel mal-proposta, għandu jissottometti l-proposta lill-Partijiet għall-adozzjoni skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom.
4.Fuq talba magħmula skont l-Artikolu 10(3), il-Kumitat Konġunt għandu jżomm skambju ta’ fehmiet dwar il-leġiżlazzjoni proposta, b’mod partikolari jekk din il-leġiżlazzjoni hijiex ser twassal biex l-ETS tal-Parti rispettiva ma tibqax tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Annessi.
5.Mas-sospensjoni jew qabel in-notifika ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont l-Artikoli 15 u 16, il-Kumitat Konġunt għandu jżomm skambju ta’ fehmiet u għandu jfittex li jintlaħaq ftehim biex tintemm is-sospensjoni jew tiġi evitata t-terminazzjoni.
6.Il-Kumitat Konġunt għandu jimmira li t-tilwim riferut lilu mill-Partijiet jiġi solvut, f’konformità mal-Artikolu 14.
7.Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq reviżjonijiet perjodiċi tal-Ftehim fid-dawl ta’ kwalunkwe żviluppi maġġuri fi kwalunkwe mill-ETS, inkluż dwar is-sorveljanza tas-suq jew il-bidu ta’ perjodu ta’ skambju ġdid, sabiex b’mod partikolari jiġi żgurat li l-kollegament ma jkunx qed jimmina l-miri tat-tnaqqis fl-emissjonijiet domestiċi ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet jew l-integrità u l-funzjonament ordnat tas-swieq tal-karbonju tagħhom.
8.Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu limitati għal dawk previsti f’dan il-Ftehim.
KAPITOLU VII
SOLUZZJONI TAT-TILWIM
Artikolu 14
Soluzzjoni tat-Tilwim
1.Il-Partijiet għandhom jirreferu t-tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li jirriżulta bejniethom lill-Kumitat Konġunt għal riżoluzzjoni.
2.Fejn il-Kumitat Konġunt ma jirnexxilux isolvi t-tilwim b’suċċess fi żmien sitt xhur mir-referenza tiegħu, it-tilwim għandu jiġi riferut, fuq talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, lill-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ għal riżoluzzjoni skont ir-Regoli tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ tal-2012.
3.Il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jkompli japplika wara s-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-Ftehim, skont il-paragrafu 1, fil-każ ta’ tilwim li jkun inqala’ matul l-applikazzjoni tal-Ftehim.
KAPITOLU VIII
SOSPENSJONI U TERMINAZZJONI
Artikolu 15
Sospensjoni tal-Artikolu 4(1)
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, Parti tista’ tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) ta’ dan il-Ftehim fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
a.Fejn Parti waħda tqis li l-Parti l-oħra mhix konformi, kompletament jew parzjalment, mal-obbligi stabbiliti skont l-Artikoli 2, 3(1), 4(1), 5(3), 6, 8(2), 10(2), 10(4)-(5) u 18(2) skont dan il-Ftehim.
b.Fejn il-Parti l-oħra tinnotifika lil dik tal-ewwel bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li tikkollega l-ETS tagħha ma’ dik ta’ Parti terza.
c.Fejn il-Parti l-oħra tinnotifika lil dik tal-ewwel bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim.
2.Parti għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li tissospendi l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim bil-miktub lill-Parti l-oħra flimkien ma’ ġustifikazzjoni għal din is-sospensjoni. Id-deċiżjoni għandha ssir pubblika minnufih wara li tkun saret in-notifika lill-Parti l-oħra.
3.Is-sospensjoni tal-Artikolu 4(1) tal-Ftehim għandha tkun ta’ durata temporanja. Fejn l-Artikolu 4(1) jiġi sospiż skont il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu, is-sospensjoni għandha tintemm bir-riżoluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 14. Fejn l-Artikolu 4(1) jiġi sospiż skont il-paragrafu 1(b) jew il-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu, is-sospensjoni għandha tkun ta’ durata temporanja ta’ 3 xhur. Il-Parti tista’ tiddeċiedi li tqassar jew li testendi d-durata tas-sospensjoni.
4.Waqt is-sospensjoni, ma jistgħux jiġu ċeduti kwoti għall-konformità f’ETS li ma joriġinawx minnha. It-tranżazzjonijiet l-oħrajn kollha jibqgħu possibbli.
5.Jekk ma jkun intalab l-ebda skambju ta’ fehmiet fil-Kumitat Konġunt mill-mument tat-trażmissjoni tal-proposta leġiżlattiva skont l-Artikolu 10(3) sal-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 10(6), jew fejn tali skambju jkun sar u l-Kumitat Konġunt ikun ikkonkluda li l-leġiżlazzjoni l-ġdida ma taffettwax direttament il-kriterji, Parti ma tistax tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) għar-raġuni li l-Parti l-oħra ma għadhiex konformi mal-obbligu tagħha li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 16
Terminazzjoni
1.Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħha bil-miktub u wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt. It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ 6 xhur wara li tkun saret in-notifika lill-Parti l-oħra. Id-deċiżjoni għandha ssir pubblika wara li tkun saret in-notifika lill-Parti l-oħra.
2.Fil-każ li ma jkunx hemm estensjoni jew abolizzjoni ta’ ETS ta’ Parti, il-ftehim attwali għandu jiġi terminat b’mod awtomatiku fl-aħħar jum operattiv tal-ETS inkwistjoni.
3.Fil-każ ta’ terminazzjoni, il-Partijiet għandhom jilħqu ftehim dwar it-tkomplija tal-użu u tal-ħżin tal-informazzjoni li diġà ġiet ikkomunikata bejniethom ħlief għal dejta miżmuma fir-reġistru rispettiv. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, kwalunkwe Parti hija intitolata li titlob li titħassar l-informazzjoni li tkun ġiet ikkomunikata.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 17
Implimentazzjoni
1.Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-Ftehim, inkluż id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt.
2.Il-Partijiet għandhom jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 18
Kollegament ma’ Partijiet Terzi
1.Il-Partijiet għal dan il-Ftehim jistgħu jinnegozjaw ma’ Parti terza bil-ħsieb li jikkollegaw l-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet rispettivi tagħhom.
2.Fejn Parti għal dan il-Ftehim tinnegozja kollegament ma’ Parti terza, tal-ewwel għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra għal dan il-Ftehim b’dan u taġġornaha regolarment dwar l-istatus tan-negozjati.
3.Qabel iseħħ il-kollegament ta’ Parti waħda għal dan il-Ftehim ma’ Parti terza, il-Parti l-oħra għal dan il-Ftehim għandha tiddeċiedi jekk taċċettax il-Ftehim tal-Kollegament l-ieħor jew jekk titterminax il-Ftehim attwali. Meta taċċetta l-Ftehim tal-Kollegament l-ieħor, tintemm is-sospensjoni tal-Artikolu 4(1).
4.Mal-kollegament ma’ Parti terza, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jistgħu jiġu riveduti.
Artikolu 19
Annessi
L-Annessi ta’ dan il-Ftehim huma parti integrali minnu.
Artikolu 20
Lingwi
Dan il-Ftehim għandu jitħejja f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Irlandiża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
Artikolu 21
Ratifika u Dħul fis-Seħħ
1.Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu indefinit, sakemm ma jiġix terminat f’konformità mal-Artikolu 16.
2.Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom.
3.Il-Partijiet għandhom jirratifikaw jew jiskambjaw biss l-istrumenti ta’ ratifika tagħhom ladarba jqisu li jkunu ġew sodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-kollegament kif definit f’dan il-Ftehim.
4.Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar wara l-iskambju tal-istrumenti ta’ ratifika mill-Partijiet.
5.Id-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 4(6) għandu, għaż-żewġ Partijiet, jiddependi fuq ir-ratifika u fuq id-dħul fis-seħħ tal-emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto adottata waqt it-8 laqgħa tal-Partijiet (id-Deċiżjoni 1/CMP.8; it-tieni perjodu ta’ impenn).
Artikolu 22
Applikazzjoni provviżorja
Qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, l-Artikoli 11 sa 13 għandhom jiġu applikati provviżorjament mid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim.
Magħmul fi … fi ...
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera: Għall-Unjoni Ewropea:
Anness I
Kriterji Essenzjali
A.Kriterji Essenzjali għal Installazzjonijiet Stazzjonarji
Kriterji Essenzjali
|
Fl-EU ETS
|
Fl-ETS tal-Iżvizzera
|
In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS
|
Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra elenkati hawn taħt.
|
Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra elenkati hawn taħt.
|
L-ETS trid tkopri tal-anqas l-attivitajiet previsti fi:
|
id-Direttiva 2003/87/KE, l-Anness I kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikolu 40, il-paragrafu 1 u l-Anness 6 kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
L-ETS trid tkopri tal-anqas il-gassijiet serra kif previst fi:
|
id-Direttiva 2003/87/KE, l-Anness II kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikolu 1, il-paragrafu 1 kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
Irid jiġi ffissat limitu għall-ETS, li jkun tal-anqas strett daqs kif previst fi:
|
id-Direttiva 2003/87/KE kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
·l-Att tas-CO2, l-Artikolu 18, il-paragrafu 1
·l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikolu 45, il-paragrafu 1
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
Il-livell ta’ ambizzjoni tal-ETS irid ikun tal-anqas strett daqs kif previst fi:
|
id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 9 u 9bis kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
·l-Att tas-CO2, l-Artikoli 3 u 18, il-paragrafu 1
·l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikolu 45, il-paragrafu 1 u l-Anness 8
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali ma għandhomx ikunu inqas stretti minn kif previst fi:
|
·id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 11a u 11b
·Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011 li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċertu restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali
·Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011, l-Artikolu 58
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
·l-Att tas-CO2, l-Artikoli 5 u 6
·l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikoli 4 u 4a, il-Paragrafu 1 u l-Anness 2
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
Il-limiti kwantitattivi għall-krediti internazzjonali iridu jkunu tal-anqas stretti daqs kif previst fi:
|
·id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 11a
·ir-Regolament dwar ir-Reġistru
·Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2013 tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
·Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011, 60
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
·l-Att tas-CO2, l-Artikolu 3, il-paragrafi 2 u 16, il-paragrafu 2
·l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikolu 48
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
L-allokazzjoni bla ħlas għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ parametri referenzjarji u fatturi ta’ aġġustament. Matul il-perjodu ta’ bejn l-2013 u l-2020 għandu jitwarrab massimu ta’ perċentwal ta’ ħamsa tal-kwantità ta’ kwoti għal entrati ġodda. Il-kwoti li ma jiġux allokati bla ħlas għandhom jiġu rkantati. Għal dan il-għan, l-ETS għandha tal-anqas tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
·id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 10, 10a, 10b, 10c
·
Id-Deċiżjoni 2011/278/UE li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE
·
Kalkoli għad-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali fl-EU ETS bejn l-2013 u l-2020
·Lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-2014
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
·l-Att tas-CO2, l-Artikolu 18, il-paragrafu 2 u l-Artikolu 19, il-paragrafi 2 u 3
·l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikolu 45, il-paragrafi 2, 46 u 47; Annessi 9
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
L-ETS trid tipprevedi penali fiċ-ċirkostanzi u dwar id-daqs kif previst fi:
|
id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 16 kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
·l-Att tas-CO2, l-Artikolu 21
·l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikolu 56
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
Il-monitoraġġ u r-rapportar fl-ETS iridu jkunu tal-anqas stretti daqs kif previst fi:
|
·id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 14 u l-Anness IV
·
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
·
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 601/2012 fir-rigward tal-potenzjal għat-tisħin globali ta’ gassijiet serra li mhumiex CO2
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
·l-Att tas-CO2, l-Artikolu 20
·l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikoli 49, 50 sa 53 u 55
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
Il-verifika u l-akkreditament fl-ETS iridu jkunu tal-anqas stretti daqs kif previst fi:
|
·id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 15 u l-Anness V
·
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
·l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikoli 51 sa 54 kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
B.Kriterji essenzjali għall-Avjazzjoni
Kriterji essenzjali
|
Għall-UE
|
Għall-Iżvizzera
|
In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS
|
Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt.
|
Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt.
|
Kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni u ta’ gassijiet serra u l-attribuzzjoni ta’ titjiriet u l-emissjonijiet rispettivi tagħhom skont il-prinċipju tat-titjira li tkun sejra titlaq kif previst fi:
|
oSkont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE
oL-Artikoli 17, 29, 35 u 56, u l-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013
oMill-2017 permezz tal-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, it-titjiriet minn ajrudromi fl-Iżvizzera lejn ajrudromi fiż-Żona Ekonomika Ewropea ser jiġu esklużi mill-EU ETS
|
Skont l-Att tas-CO2 u l-Ordinanza tas-CO2 kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, skont l-Artikolu 21, il-Paragrafu 4:
1.Kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura
Titjiriet li jaslu fi jew li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju tal-Iżvizzera, ħlief għal titjiriet minn ajrudrom li jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea.
Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema, bħal derogi fis-sens tar-Regolament tal-UE Nru 421/2014, tista’ tapplika fl-ETS tal-Iżvizzera b’mod konformi ma’ dawk introdotti fl-EU ETS. L-emissjonijiet tas-CO2 biss għandhom ikunu koperti għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.
2.Limitazzjonijiet tal-kopertura
Il-kopertura ġenerali msemmija fil-punt 1 hawn fuq ma għandhiex tinkludi:
1.Titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport fuq missjoni uffiċjali ta’ Monarka renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, fejn dan huwa ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus fil-pjan tat-titjira;
2.Titjiriet militari, tad-dwana u tal-pulizija;
3.Titjiriet relatati ma’ tiftix u salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza;
4.Titjiriet imwettqa esklussivament skont ir-regoli tat-titjir viżwali kif definit fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni tas-7 ta’ Diċembru 1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
5.Titjiriet li jitterminaw fl-ajrudrom minn fejn ikun telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma jkun sar ebda nżul intermedjarju ppjanat;
6.Titjiriet ta’ taħriġ li jsiru esklussivament sabiex tinkiseb jew tinżamm liċenzja, jew klassifikazzjoni fil-każ ta’ ekwipaġġ tat-titjira tal-kabina fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ rimarka adegwata fil-pjan tat-titjira diment li t-titjira ma tkunx qed isservi ta’ trasport ta’ passiġġieri u/jew ta’ merkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasportazzjoni tal-inġenju tal-ajru nnifsu;
7.Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika;
8.Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ verifika, ittestjar jew ċertifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru jew ta’ tagħmir kemm jekk fl-ajru kif ukoll jekk ibbażat fuq l-art;
9.Titjiriet imwettqa minn inġenju tal-ajru b’massa massima ta’ tluq ċertifikata ta’ inqas minn 5700 kilogramma.
10.Titjiriet ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru kummerċjali b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 10,000 tunnellata fis-sena fuq titjiriet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera jew b’inqas minn 243 titjira għal kull perjodu għal tliet perjodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS tal-Iżvizzera, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.
11.Titjiriet ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru mhux kummerċjali koperti mill-ETS tal-Iżvizzera b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 1,000 tunnellata fis-sena skont id-deroga rispettiva applikata fl-EU ETS, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.
|
Skambju ta’ dejta rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni
|
Iż-żewġ partijiet se jikkooperaw fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura fl-ETS tal-Iżvizzera u tal-UE għall-operaturi kummerċjali u mhux kummerċjali skont dan l-Anness 1B. B’mod partikolari, iż-żewġ partijiet għandhom jiżguraw it-trasferiment f’waqtu tad-dejta rilevanti kollha sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni korretta tat-titjiriet u tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u tal-UE.
|
Limitu (kwantità totali ta’ kwoti li għandha tiġi allokata lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru)
|
Skont l-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
Il-limitu għandu jirrifletti livell simili ta’ strettezza bħal dak fl-EU ETS, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata perċentwali ta’ tnaqqis bejn is-snin u l-perjodi ta’ negozjar. Il-kwoti fil-limitu għandhom jiġu allokati kif ġej:
·15% għandhom jiġu rkantati,
·3% għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali,
·82% għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas.
Din id-distribuzzjoni tista’ tiġi riveduta skont l-Artikoli 6 u 7 ta’ dan il-Ftehim.
Sal-2020, il-kwantità ta’ kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi kkalkulata minn isfel għal fuq abbażi tal-kwoti li għandhom jiġu allokati bla ħlas skont id-distribuzzjoni tal-limitu ta’ hawn fuq. Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema tkun teħtieġ l-aġġustamenti proporzjonali korrispondenti għall-ammonti li jridu jiġu allokati.
Mill-2021, il-kwantità ta’ kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi determinata mil-limitu fl-2020, filwaqt li titqies rata perċentwali ta’ tnaqqis possibbli skont l-EU ETS.
|
L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz tal-irkantar ta’ kwoti
|
Skont l-Artikolu 3d tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
Il-kwoti tal-emissjonijiet Żvizzeri għall-irkantar għandhom jiġu rkantati mill-awtorità kompetenti Żvizzera. L-Iżvizzera hija intitolata għad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti Żvizzeri.
|
Riżerva speċjali għal ċerti operaturi ta’ inġenji tal-ajru
|
Skont l-Artikolu 3f tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
Il-kwoti jitwarrbu f’riżerva speċjali għal parteċipanti ġodda u għal dawk bi tkabbir mgħaġġel, ħlief li sal-2020, minħabba li s-sena ta’ referenza għall-akkwist ta’ dejta għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018, l-Iżvizzera mhux ser ikollha riżerva speċjali.
|
Parametru referenzjarju għall-allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.
|
Skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
Il-parametru referenzjarju ma għandux ikun għola minn dak fl-EU ETS.
Sal-2020, il-parametru referenzjarju annwali għandu jkun ta’ 0,000642186914222035 ta’ kwota għal kull tunnellata-kilometru.
|
Allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru
|
Skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE.
L-aġġustamenti għandhom isiru skont id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 25a għall-ħruġ ta’ kwoti b’mod proporzjonali mal-obbligi korrispondenti ta’ rapportar u ta’ ċediment li jirriżultaw mill-kopertura attwali taħt l-EU ETS ta’ titjiriet bejn iż-ŻEE u l-Iżvizzera.
|
L-għadd ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jiġu allokati bla ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tad-dejta dwar tunnellati-kilometru rapportata tagħhom mwettqa fis-sena ta’ referenza mal-parametru referenzjarju applikabbli.
|
Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali ma għandhomx ikunu inqas stretti minn kif previst fi:
|
·Skont l-Artikolu 11a u 11b tad-Direttiva 2003/87/KE, u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011.
|
·l-Att tas-CO2, l-Artikoli 5 u 6
·l-Ordinanza tas-CO2, l-Artikoli 4 u 4a, il-Paragrafu 1 u l-Anness 2
kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Anness skont l-Artikolu 21, il-Paragrafu 4.
|
Limiti kwantitattivi għall-użu ta’ krediti internazzjonali.
|
Skont l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
L-użu għandu jkun ta’ 1.5% ta’ emissjonijiet verifikati sal-2020.
|
Kisba ta’ dejta dwar tunnellata-kilometru għas-sena ta’ referenza
|
Skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
Ħlief kif previst hawn taħt, il-kisba ta’ dejta dwar tunnellati-kilometru għandha ssir fl-istess ħin u bl-istess metodu bħall-kisba ta’ dejta dwar tunnellati-kilometru għall-EU ETS.
Sal-2020 u skont l-Ordinanza dwar il-Kisba ta’ Dejta dwar Tunnellati-Kilometru mwettqa mill-Operaturi tal-Inġenji tal-Ajru kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, is-sena ta’ referenza għall-kisba ta’ dejta għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018.
|
Monitoraġġ u rapportar
|
·id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 14 u l-Anness IV
·
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
·
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 601/2012 fir-rigward tal-potenzjal għat-tisħin globali ta’ gassijiet serra li mhumiex CO2
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.
|
Verifika u akkreditament
|
·id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 15 u l-Anness V
·
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
kif fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
|
Id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika u l-akkreditament għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.
|
Amministrazzjoni
|
Se japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 25a, l-Iżvizzera ser titqies bħala Stat Membru Amministrattiv fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lill-Iżvizzera u lill-Istati Membri tal-UE (ŻEE).
Skont l-Artikolu 25a, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri se jkunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lilhom, inklużi wkoll dawk il-kompiti relatati mal-ETS tal-Iżvizzera (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni, tal-allokazzjoni u tal-ħruġ u tat-trasferiment ta’ kwoti, il-konformità u l-infurzar, eċċ., tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera)
Il-Kummissjoni Ewropea taqbel bilateralment mal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.
B’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea ser tiżgura t-trasferiment tal-ammont ta’ kwoti tal-UE meħtieġa għall-allokazzjoni bla ħlas ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Iżvizzera, lill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri skont id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 25a.
Fil-każ ta’ ftehim bilaterali dwar l-amministrazzjoni ta’ titjiriet li joperaw fir-rigward ta’ EuroAirport Basel-Mulhouse-Freiburg li ma jinvolvix emendi għad-Direttiva 2003/87/UE, il-Kummissjoni se, skont kif ikun xieraq, tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-ftehim, sakemm dan ma jwassalx għal għadd doppju.
|
Skont l-Ordinanza tas-CO2 kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, l-Iżvizzera se tkun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru:
ob’liċenzja operattiva valida li tkun ingħatat mill-Iżvizzera, jew
obl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati fl-Iżvizzera taħt is-sistemi kollegati.
L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri se jkunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera, inklużi wkoll dawk il-kompiti relatati mal-EU ETS (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni, tal-allokazzjoni u tal-ħruġ u tat-trasferiment ta’ kwoti, il-konformità u l-infurzar, eċċ., tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera).
L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jaqblu bilateralment mal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri se jittrasferixxu lill-awtoritajiet kompetenti tal-UE l-ammont ta’ kwoti Żvizzeri meħtieġa għall-allokazzjoni bla ħlas ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Istati Membri tal-UE (ŻEE).
|
Infurzar legali
|
Il-Partijiet se jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-ETS rispettivi tagħhom fir-rigward ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx ir-responsabbiltajiet fis-sistema rispettiva, irrispettivament minn jekk l-operatur ikunx amministrat minn awtorità kompetenti tal-UE (ŻEE) jew Żvizzera fil-każ li l-infurzar mill-awtorità li tkun qed tamministra lill-operatur ikun jeħtieġ azzjoni addizzjonali.
|
Attribuzzjoni amministrattiva tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru
|
Skont l-Artikolu 25a, il-lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE se tispeċifika l-Istat amministrattiv, inkluża l-Iżvizzera, għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru.
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jiġu attribwiti lill-Iżvizzera għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim se jiġu amministrati mill-Iżvizzera wara t-30 ta’ April ta’ dik is-sena u qabel l-1 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena.
Iż-żewġ partijiet se jikkooperaw billi jikkondividu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rilevanti.
L-attribuzzjoni ta’ operatur ta’ inġenju tal-ajru mhux se taffettwa l-kopertura ta’ dak l-operatur ta’ inġenju tal-ajru mill-ETS rispettiva (jiġifieri, operatur kopert mill-EU ETS amministrat mill-awtorità kompetenti Żvizzera ser ikollu l-istess livell ta’ responsabbiltajiet taħt l-EU ETS flimkien mal-kopertura tiegħu taħt l-ETS Żvizzera, u viċi versa).
|
Modalitajiet għall-implimentazzjoni
|
Kwalunkwe modalità addizzjonali meħtieġa għall-organizzazzjoni tax-xogħol u għall-kooperazzjoni fi ħdan il-punt uniku ta’ servizz għad-detenturi ta’ kontijiet tal-avjazzjoni għandha tiġi żviluppata u adottata mill-Kumitat Konġunt wara l-iffirmar tal-ftehim skont l-Artikoli 12, 13 u 22 tal-Ftehim attwali. Dawn għandhom jibdew japplikaw fl-istess ħin bħal dan il-ftehim.
|
Assistenza minn Eurocontrol
|
Għall-finijiet tal-parti tal-avjazzjoni ta’ dan il-ftehim, il-Kummissjoni tinkludi lill-Iżvizzera fi ħdan il-mandat mogħti lill-Eurocontrol fir-rigward tal-EU ETS.
|
C.Kriterji Essenzjali għar-Reġistri
L-ETS ta’ kull parti għandha tinkludi reġistru u reġistru tat-tranżazzjonijiet, li għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin fir-rigward ta’ mekkaniżmi u proċeduri ta’ sigurtà u għall-ftuħ tal-kontijiet.
Kriterji Essenzjali dwar Mekkaniżmi u Proċeduri tas-Sigurtà:
Ir-reġistri u r-reġistri tat-tranżazzjonijiet għandhom jipproteġu l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tad-dejta maħżuna fis-sistema. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jimplimentaw il-mekkaniżmi ta’ sigurtà li ġejjin:
Kriterji Essenzjali
|
Biex jiġu aċċessati l-kontijiet, hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni b’żewġ fatturi għall-utenti kollha li jaċċessaw il-kont.
|
Kemm biex tinbeda tranżazzjoni kif ukoll biex din tiġi approvata hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ ffirmar tat-tranżazzjoni. Il-kodiċi ta’ konferma għandu jintbagħat lill-utenti barra mill-kanal fiss ta’ komunikazzjoni.
|
Kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet segwenti trid tinbeda minn persuna waħda u tiġi approvata minn oħra (il-prinċipju ta’ 4-għajnejn):
oL-operazzjonijiet kollha mwettqa minn amministratur, sakemm ma japplikawx eċċezzjonijiet definiti fl-LTS;
oIt-trasferimenti kollha ta’ unitajiet sakemm ma jkunux ġustifikati minn miżura alternattiva li tipprovdi l-istess livell ta’ sigurtà.
|
Irid ikun hemm sistema ta’ notifiki fis-seħħ li twissi lill-utenti meta jitwettqu operazzjonijiet li jinvolvu l-kontijiet u l-kontijiet ta’ depożitu tagħhom.
|
Japplika dewmien ta’ 26 siegħa bejn il-bidu ta’ trasferiment u l-eżekuzzjoni tiegħu lill-utenti kollha sabiex jirċievu l-informazzjoni u jitwaqqaf kwalunkwe trasferiment illeġittimu suspettat.
|
Barra minn hekk l-amministratur Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni għandhom jieħdu passi biex jinfurmaw lill-utenti dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom (PC, network) u fl-amministrazzjoni tad-dejta/tan-navigazzjoni fuq l-Internet.
|
Kriterji Essenzjali dwar il-Ftuħ u l-Ġestjoni tal-Kontijiet:
Il-kriterji essenzjali li ġejjin għandhom jiġu rispettati fir-rigward tal-ftuħ ta’ kontijiet:
Kriterji Essenzjali
|
Ftuħ ta’ Kont (ta’ Depożitu) tal-Operatur
L-applikazzjoni mill-operatur jew mill-awtorità kompetenti għat-talba ta’ ftuħ ta’ Kont (ta’ Depożitu) tal-Operatur għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (Uffiċċju Federali tal-Ambjent, FOEN, għall-Iżvizzera). L-applikazzjoni trid tkun fiha biżżejjed informazzjoni sabiex tidentifika l-installazzjoni tal-ETS u ID rilevanti tal-installazzjoni.
|
Ftuħ ta’ Kont ta’ Depożitu ta’ Operatur tal-Inġenju tal-Ajru:
Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru kopert mill-ETS tal-Iżvizzera jew mill-EU ETS għandu jkollu kont wieħed ta’ depożitu ta’ operatur tal-inġenju tal-ajru. Fil-każ tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-awtoritajiet Żvizzeri dan il-kont għandu jinżamm fir-reġistru Żvizzeru. L-applikazzjoni mill-operatur tal-inġenju tal-ajru jew minn rappreżentant awtorizzat tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-approvazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tal-operatur tal-inġenju tal-ajru jew mit-trasferiment tiegħu minn Stat Membru tal-UE lill-awtoritajiet Żvizzeri. L-applikazzjoni trid tinkludi l-kodiċi(ijiet) uniku/uniċi tal-inġenju tal-ajru operat mill-applikant u li jaqa’ taħt il-kopertura tal-ETS Żvizzera u/jew tal-EU ETS.
|
Ftuħ ta’ Kont Personali/Kont ta’ Depożitu Personali
L-applikazzjoni għal talba għall-ftuħ ta’ Kont Personali jew ta’ Kont ta’ Depożitu Personali għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera). Għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni għall-identifikazzjoni tad-detentur/tal-applikant tal-kont u tal-anqas:
·Għal persuna fiżika: prova tal-identità u d-dettalji ta’ kuntatt
·Għal persuna ġuridika:
okopja tar-reġistru kummerċjali JEW
ol-istrumenti li jistabbilixxu l-entità legali u dokument ta’ prova tar-reġistrazzjoni tal-entità legali
·Ir-rekords kriminali tal-persuna fiżika jew fil-każ ta’ persuna ġuridika tad-diretturi tagħha
|
Rappreżentanti Awtorizzati / tal-Kont:
Kull kont għandu jkollu tal-anqas rappreżentant awtorizzat/tal-kont wieħed innominat mid-detentur tal-kont prospettiv. Ir-rappreżentanti awtorizzati/tal-kont għandhom jibdew tranżazzjonijiet u proċessi oħra f’isem id-detentur tal-kont. Meta jiġi nnominat ir-rappreżentant awtorizzat, għandha tiġi trażmessa l-informazzjoni li ġejja dwar ir-rappreżentant awtorizzat konċernat:
·Isem u dettalji ta’ kuntatt
·Dokument ta’ sostenn tal-identifikazzjoni
·Rekord kriminali
|
Kontroll tad-dokumenti:
Kull kopja ta’ dokument li tiġi sottomessa bħala evidenza għall-ftuħ ta’ kont ta’ depożitu personali/kont personali jew għan-nomina ta’ rappreżentant awtorizzat/ta’ kont trid tkun ċertifikata bħala kopja vera. Fir-rigward ta’ dokumenti maħruġa barra mill-Istat li jkun qed jitlob kopja, il-kopja għandha tiġi legalizzata. Id-data taċ-ċertifikazzjoni jew tal-awtentikazzjoni ma tridx tkun ta’ aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.
|
Rifjut għall-ftuħ jew għall-aġġornament ta’ kont jew għan-nomina ta’ rappreżentant awtorizzat/ta’ kont:
Amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) jista’ jirrifjuta li jiftaħ jew li jaġġorna kont jew li jinnomina rappreżentant awtorizzat/ta’ kont diment li r-rifjut ikun raġonevoli u ġustifikabbli.Ir-raġunijiet għar-rifjut iridu jkunu ġustifikati abbażi ta’ mill-inqas waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
·jekk l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti jkunu mhux kompluti, skaduti, jew inkella skorretti jew foloz;
·jekk ir-rappreżentant prospettiv ikun qed jiġi investigat jew ikun instab ħati fil-ħames snin preċedenti ta’ frodi li tinvolvi kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto, ħasil tal-flus, iffinanzjar tat-terroriżmu jew reati gravi oħra li għalihom il-kont seta’ kien strumentali;
·għal raġunijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali jew tal-UE.
|
Reviżjoni regolari tal-informazzjoni dwar il-kont:
Id-detenturi tal-kont iridu jirrapportaw minnufih kwalunkwe tibdil fil-kont jew fid-dejta dwar l-utent lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) appoġġat minn informazzjoni kif meħtieġ mill-amministratur nazzjonali li huwa responsabbli għall-approvazzjoni tal-aġġornament f’waqtu tal-informazzjoni.
Mill-anqas darba kull tliet snin, l-amministratur nazzjonali għandu jirrevedi jekk l-informazzjoni relatata ma’ kont tkunx għadha kompleta, aġġornata, preċiża u vera, u għandu jitlob li d-detentur tal-kont jinnotifika kwalunkwe tibdil skont kif ikun xieraq.
|
Sospensjoni ta’ Aċċess għal Kont:
L-aċċess għall-kontijiet jista’ jiġi sospiż fejn ikunu nkisru d-dispożizzjonijiet tar-Reġistru jew minħabba investigazzjoni dwar il-possibilità ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Reġistru.
|
Kunfidenzjalità u żvelar tal-informazzjoni:
L-informazzjoni, inkluż iż-żamma tal-kontijiet kollha, it-tranżazzjonijiet kollha magħmula, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti u l-valur numeriku uniku tan-numru tas-serje tal-unità tal-unitajiet ta’ Kjoto miżmuma jew affettwati minn tranżazzjoni, miżmuma fl-EUTL jew fl-SSTL, fir-Reġistru tal-Unjoni, fir-reġistru Żvizzeru u fi kwalunkwe reġistru KP ieħor għandhom jitqiesu kunfidenzjali.
Din id-dejta tista’ tingħata lill-entitajiet pubbliċi rilevanti fuq talba tagħhom jekk dawn it-talbiet isegwu objettiv leġittimu u huma ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati (għall-finijiet ta’ investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni tat-taxxa, infurzar, awditjar u superviżjoni finanzjarja għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, kriminalità serja oħra, il-manipulazzjoni tas-suq jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali ta’ SM fiż-ŻEE jew tal-Iżvizzera u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ETS tal-Unjoni u l-ETS Żvizzera).
|
D.Kriterji Essenzjali għall-Pjattaformi tal-Irkantar u għall-Attivitajiet ta’ Irkantar
L-entitajiet li jwettqu l-irkanti tal-kwoti fl-ETS tal-Partijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin u jwettqu l-irkanti skont dan.
|
Kriterji Essenzjali
|
1
|
L-għażla tal-entità li tmexxi l-irkant għandha ssir permezz ta’ proċess li jiżgura trasparenza, proporzjonalità, trattament indaqs, nondiskriminazzjoni u kompetizzjoni bejn il-pjattaformi tal-irkant potenzjali differenti abbażi tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-akkwist.
|
2
|
L-entità li tmexxi l-irkant għandha tkun awtorizzata għal din l-attività u tipprovdi s-salvagwardji meħtieġa fit-twettiq tal-operazzjonijiet tagħha; dawn is-salvagwardji jinkludu, fost l-oħrajn, arranġamenti għall-identifikazzjoni u għall-ġestjoni tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess, għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji li għalihom ikun espost is-suq, li jkun hemm regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali għal irkantar ġust u ordnat u biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jiġi faċilitat il-funzjonament kif suppost.
|
3
|
L-aċċess għall-irkanti għandu jkun soġġett għal rekwiżiti minimi għall-kontrolli adegwati tad-diliġenza tal-klijenti biex jiġi żgurat li l-parteċipanti ma jimminawx l-operat tal-irkanti.
|
4
|
Il-proċess tal-irkantar għandu jkun prevedibbli, b’mod partikolari fir-rigward taż-żmien u tas-sekwenza tal-bejgħ u tal-volumi stmati li għandhom ikunu disponibbli. L-elementi prinċipali tal-metodu ta’ rkantar, inkluż l-iskeda, id-dati u l-volumi stmati tal-bejgħ għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-entità inkarigata mill-irkantar tal-anqas xahar qabel il-bidu tal-irkanti. Kwalunkwe aġġustament sinifikanti għandu jitħabbar malajr kemm jista’ jkun prattikabbli, inkluż minn qabel ukoll.
|
5
|
L-irkantar tal-kwoti għandu jitwettaq bl-objettiv li jiġi minimizzat kwalunkwe impatt fuq l-ETS ta’ kull Parti. L-entità inkarigata mill-irkant għandha tiżgura li l-prezzijiet tal-irkant ma jiddevjawx b’mod sinifikanti mill-prezz rilevanti għall-kwoti fis-suq sekondarju matul il-perjodu tal-irkant, sitwazzjoni li tkun tindika nuqqas fl-irkanti.
|
6
|
L-informazzjoni mhux kunfidenzjali kollha li hija pertinenti għall-irkanti, inkluż il-leġiżlazzjoni, il-gwidi, u l-formoli kollha għandha tiġi ppubblikata b’mod miftuħ u trasparenti. Ir-riżultati ta’ kull irkant mwettaq għandhom jiġu ppubblikati malajr kemm jista’ jkun raġonevolment prattikabbli u jinkludu l-informazzjoni mhux kunfidenzjali rilevanti. Ir-rapporti dwar ir-riżultati tal-irkanti għandhom jiġu ppubblikati tal-anqas darba fis-sena.
|
7
|
L-irkant tal-kwoti għandu jkun soġġett għal regoli u proċeduri adegwati biex itaffi r-riskju ta’ komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu fl-irkanti. Kemm jista’ jkun possibbli, dawn ir-regoli u l-proċeduri ma għandhomx ikunu inqas stretti minn dawk applikabbli għas-swieq finanzjarji fir-reġim legali rispettiv ta’ kull Parti. B’mod partikolari, l-entità inkarigata mill-irkant għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment ta’ miżuri, proċeduri u proċessi sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-irkanti. Għandha timmonitorja wkoll l-imġiba tal-parteċipanti tas-suq u tinnotifika lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti f’każ ta’ komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil ta’ flus u finanzjament tat-terroriżmu.
|
8
|
L-entità li twettaq l-irkanti u l-irkantar tal-kwoti għandha tkun soġġetta għal superviżjoni adegwata mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti maħtura għandu jkollhom il-kompetenzi legali neċessarji u l-arranġamenti tekniċi biex jagħmlu superviżjoni ta’:
·l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-operaturi tal-pjattaformi tal-irkant;
·l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-intermedjarji professjonali li jaġixxu f’isem il-klijenti;
·l-imġiba u t-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq, sabiex jiġi evitat abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq;
·it-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq, sabiex jiġi evitat il-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
Sa fejn ikun possibbli, is-superviżjoni ma għandhiex tkun inqas stretta minn dik applikabbli għas-swieq finanzjarji fir-reġim legali rispettiv ta’ kull Parti.
|
L-Iżvizzera għandha tagħmel sforz biex tagħmel użu minn entità privata għall-irkantar tal-kwoti tagħha, skont ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku.
Sakemm tiġi kuntrattata entità bħal din, u jekk l-għadd ta’ kwoti li ser jiġu rkantati f’sena jkun taħt limitu fiss, l-Iżvizzera tista' tkompli tuża l-arranġamenti attwali għall-irkantar, jiġifieri l-irkanti operati mill-FOEN, skont il-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt:
1.Il-livell limitu għandu jkun ta’ 1,000,000 kwota, li jinkludi l-kwoti li għandhom jiġu rkantati għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.
2.Għandhom japplikaw il-kriterji essenzjali elenkati hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-kriterji 1 u 2, filwaqt li l-kriterji 7 u 8 japplikaw biss għall-FOEN sal-limitu possibbli. Għandu japplika l-kriterju essenzjali 3, flimkien mad-dispożizzjoni li ġejja: l-entitajiet kollha fiż-ŻEE li huma ammessi biex jissottomettu offerti f’irkanti fl-UE għandhom jiġu ggarantiti ammissjoni biex jissottomettu l-offerti fl-irkanti tal-kwoti Żvizzeri skont l-arranġamenti għall-irkantar li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih intlaħaq dan il-ftehim.
L-Iżvizzera tista’ toħroġ mandat lill-entitajiet li jwettqu l-irkant li jinsabu fiż-ŻEE.
|
Anness II
Standards Tekniċi tal-Kollegament
L-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) għandhom jispeċifikaw:
·L-arkitettura tal-kollegament komunikattiv;
·Is-sigurtà tat-trasferiment tad-dejta;
·Il-lista ta’ funzjonijiet (tranżazzjonijiet, rikonċiljazzjoni ...);
·Id-definizzjoni ta’ servizzi web;
·Ir-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni tad-dejta;
·L-arranġamenti operattivi (Uffiċċju ta’ informazzjoni, appoġġ);
·Il-pjan dwar l-attivazzjoni ta’ komunikazzjoni u l-proċedura tal-ittestjar;
·Il-proċedura tal-ittestjar tas-sigurtà.
L-LTS għandhom jispeċifikaw li l-amministraturi għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-SSTL u l-EUTL kif ukoll il-kollegament ikunu operattivi 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa u li dawk l-interruzzjonijiet fl-operat tal-SSTL u tal-EUTL u fil-kollegament jinżammu għall-minimu.
L-LTS għandhom jispeċifikaw li l-komunikazzjonijiet bejn ir-Reġistru Supplimentari tat-Tranżazzjonijiet Żvizzeru (SSTL) u r-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL) jikkonsistu fi skambji siguri ta’ messaġġi skont il-Protokoll dwar l-Aċċess Sempliċi ta’ Oġġett (SOAP) abbażi tat-teknoloġiji li ġejjin:
·Servizzi Web li jużaw SOAP;
·Network Privat Virtwali (VPN) ibbażat fuq il-hardware;
·XML (Lingwaġġ tal-Immarkar Estensibbli);
·Firma Diġitali; u
·Protokolli ta’ sinkronizzazzjoni tal-ħin fuq network
L-LTS għandhom jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà għar-reġistru Żvizzeru, għall-SSTL, għar-reġistru tal-Unjoni u għall-EUTL u dawn għandhom jiġu dokumentati fi ‘pjan ta’ ġestjoni tas-sigurtà’. B’mod partikolari, l-LTS għandhom jispeċifikaw li:
·Jekk ikun hemm suspett li tkun ġiet kompromessa s-sigurtà tar-reġistru Żvizzeru, tal-SSTL, tar-reġistru tal-Unjoni jew tal-EUTL allura ż-żewġ Partijiet għandhom minnufih javżaw lil xulxin u jissospendu l-konnessjoni bejn l-SSTL u l-EUTL.
·Fil-każ ta’ ksur tas-sigurtà, il-Partijiet jintrabtu li jikkondividu l-informazzjoni ma’ xulxin mingħajr dewmien. Skont l-estent tad-dettalji tekniċi disponibbli, għandu jiġi kondiviż rapport li jiddeskrivi l-inċident (id-data, il-kawża, l-impatt, ir-rimedji) bejn l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni fi żmien 24 siegħa wara l-ksur tas-sigurtà.
Il-proċedura dwar l-ittestjar tas-sigurtà stabbilita fl-LTS għandha titlesta qabel jiġi stabbilit il-kollegament ta’ komunikazzjoni bejn l-SSTL u l-EUTL u meta jkun hemm bżonn ta’ verżjoni jew rilaxx ġdid tal-SSTL jew tal-EUTL.
Minbarra l-Ambjent ta’ produzzjoni l-LTS għandhom jipprovdu żewġ ambjenti għall-ittestjar. ambjent għall-ittestjar għall-iżviluppaturi u ambjent ta’ aċċettazzjoni.
Permezz tal-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni l-Partijiet għandhom jipprovdu evidenza li turi li matul l-aħħar 12-il xahar tkun saret valutazzjoni indipendenti tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom skont ir-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tas-sigurtà u b’mod partikolari l-ittestjar tal-penetrazzjoni għandu jsir fuq kull rilaxx ġdid maġġuri tas-software skont ir-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tal-penetrazzjoni ma għandux isir mill-iżviluppatur tas-software jew minn sottokuntrattur tal-iżviluppatur tas-software.
Anness III
Livelli ta’ sensittività u struzzjonijiet dwar il-ġestjoni
Il-Partijiet jaqblu li jagħmlu użu mil-livelli ta’ sensittività li ġejjin biex tiġi identifikata l-informazzjoni sensittiva ttrattata u skambjata fil-ftehim:
·ETS Limitata
·ETS Sensittiva
·ETS Kritika
L-informazzjoni immarkata bħala “ETS Kritika” hija aktar sensittiva mill-informazzjoni mmarkata bħala “ETS Sensittiva” li hija nfisha hija aktar sensittiva mill-informazzjoni mmarkata bħala “ETS Limitata”.
Il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw struzzjonijiet dwar il-ġestjoni abbażi tal-politika eżistenti tal-UE dwar il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni tal-ETS u abbażi tal-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni (IPO) u l-Att Federali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (FADP) għall-Iżvizzera. Dawn l-istruzzjonijiet dwar il-ġestjoni se jiġu sottomessi lill-Kumitat Konġunt għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni, l-informazzjoni kollha se tiġi trattata skont il-livell ta’ sensittività tagħha f’konformità ma’ dawn l-istruzzjonijiet dwar il-ġestjoni.
Fil-każ li l-Partijiet jagħtu valutazzjonijiet differenti dwar livell, għandu jiġi applikat l-ogħla livell.
Il-leġiżlazzjoni ta’ kull Parti għandha tinkludi rekwiżiti ekwivalenti ta’ sigurtà essenzjali għall-passi dwar il-ġestjoni li ġejjin, filwaqt li jitqiesu l-livelli ta’ sensittività tal-ETS:
·Ġenerazzjoni ta’ dokument
oRiżorsi
oLivell ta’ Sensittività
·Ħżin
oDokument elettroniku fuq network
oDokument elettroniku f’ambjent lokali
oDokument fiżiku
·Trażmissjoni elettronika
oTelefon u telefon mobbli
oFax
oE-mail
oTrażmissjoni tad-dejta
·Trażmissjoni Fiżika
oOrali
oTrasferiment personali
oSistema postali
·Użu
oIpproċessar b’applikazzjonijiet tal-IT
oStampar
oIkkuppjar
oTneħħija minn post permanenti
·Ġestjoni ta’ informazzjoni
oEvalwazzjoni regolari tal-klassifikazzjoni u tar-riċevituri
oArkivjar
oTħassir u qerda
Anness IV
Definizzjoni ta’ Livelli ta’ Sensittività tal-ETS
A.1- Klassifikazzjoni tal-Kunfidenzjalità u tal-Integrità
Kunfidenzjalità tfisser il-karattru riżervat tal-informazzjoni jew ta’ sistema ta’ informazzjoni kollha jew parti minnha (bħal algoritmi, programmi u dokumentazzjoni) li l-aċċess għaliha huwa limitat għal persuni, korpi u proċeduri awtorizzati.
Integrità tfisser il-garanzija li s-sistema ta’ informazzjoni u l-informazzjoni pproċessata jistgħu jiġu alterati biss b’azzjoni intenzjonata u leġittima u li s-sistema se tipproduċi r-riżultat mistenni b’mod preċiż u b’mod sħiħ.
Għal kull informazzjoni fl-ETS li titqies bħala sensittiva, l-aspett ta’ kunfidenzjalità (li jirrispetta l-integrità) għandu jitqies mill-impatt potenzjali fil-livell ta’ negozju f’każ li din l-informazzjoni tiġi żvelata (fir-rigward ta’ modifikazzjoni mhux intenzjonata, qerda parzjali jew kompleta).
Għal kull aspett ta’ sigurtà dwar il-kunfidenzjalità u l-integrità, il-klassifikazzjoni tiġi vvalutata abbażi tad-definizzjoni pprovduta fit-taqsima A.2 u mbagħad il-livell ta’ sensittività globali tal-informazzjoni jiġi evalwat permezz tal-grilja mogħtija fit-taqsima A.3
A.2- Klassifikazzjoni tal-Kunfidenzjalità u tal-Integrità
A.2.1- Definizzjoni ta’ “Baxxa”
Kwalunkwe informazzjoni relatata mal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet li d-divulgazzjoni lil persuni mhux awtorizzati u/jew it-telf ta’ integrità tagħha jikkawżaw ħsara moderata lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħra li tista’:
–taffettwa moderatament ir-relazzjonijiet politiċi jew diplomatiċi;
–tikkawża pubbliċità lokali negattiva għall-immaġni jew għar-reputazzjoni tal-Partijiet jew ta’ istituzzjonijiet oħra;
–tikkawża imbarazzament lill-individwi;
–taffettwa l-moral/produttività tal-persunal,
–tikkawża telf finanzjarju limitat jew tiffaċilita moderatament qligħ jew vantaġġ mhux xieraq għall-individwi jew għall-kumpaniji;
–taffettwa moderatament l-iżvilupp jew l-operat effettiv tal-politiki tal-Partijiet;
–taffettwa moderatament il-ġestjoni xierqa tal-Partijiet u tal-operazzjonijiet tagħhom.
A.2.2- Definizzjoni ta’ “Medja”
Kwalunkwe informazzjoni relatata mal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet li d-divulgazzjoni lil persuni mhux awtorizzati u/jew it-telf ta’ integrità tagħha jikkawżaw ħsara lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħra li tista’:
–tikkawża imbarazzament lir-relazzjonijiet politiċi jew diplomatiċi;
–tagħmel ħsara lill-immaġni jew lir-reputazzjoni tal-Partijiet jew ta’ istituzzjonijiet oħra;
–tikkawża tbatija għall-individwi;
–tikkawża tnaqqis konsegwenzjali fil-moral/produttività tal-persunal;
–timbarazza lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħra f’negozjati kummerċjali jew politiċi ma’ oħrajn;
–tikkawża telf finanzjarju jew tiffaċilita qligħ jew vantaġġ mhux xieraq għall-individwi jew għall-kumpaniji;
–taffettwa l-investigazzjoni ta’ reat;
–tikser obbligi legali jew kuntrattwali dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni;
–taffettwa l-iżvilupp jew l-operat tal-politiki tal-Partijiet;
–taffettwa l-ġestjoni xierqa tal-Partijiet u tal-operazzjonijiet tagħhom.
A.2.3- Definizzjoni ta’ “Għolja”
Kwalunkwe informazzjoni relatata mal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet li d-divulgazzjoni lil persuni mhux awtorizzati u/jew it-telf ta’ integrità tagħha jikkawżaw ħsara katastrofika u/jew inaċċettabbli lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħra li tista’:
—Taffettwa b’mod avvers ir-relazzjonijiet diplomatiċi;
—Tikkawża tbatija sostanzjali lill-individwi;
—Tagħmilha aktar diffiċli li tinżamm l-effikaċja operattiva jew is-sigurtà tal-Partijiet jew ta’ forzi ta’ kontributuri oħra;
—Tikkawża telf finanzjarju jew tiffaċilita qligħ jew vantaġġ mhux xieraq għall-individwi jew għall-kumpaniji;
—Tikser l-impenji xierqa għaż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi;
—Tikser restrizzjonijiet statutorji dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni;
—Tippreġudika l-investigazzjoni jew tiffaċilita t-twettiq ta’ reat kriminali;
—Tpoġġi lill-Partijiet fi żvantaġġ f’negozjati kummerċjali jew ta’ politika ma’ oħrajn;
—Timpedixxi l-iżvilupp effettiv jew l-operat tal-politiki tal-Partijiet;
—Tfixkel il-ġestjoni xierqa tal-Partijiet u tal-operazzjonijiet tagħhom.
A.3 – Valutazzjoni tal-livell ta’ informazzjoni sensittiva tal-ETS
Abbażi taż-żewġ klassifikazzjonijiet għall-Kunfidenzjalità u għall-Integrità kompluti kif deskritt fit-taqsima preċedenti, is-sensittività tal-informazzjoni tiġi stabbilita permezz tat-tabella tal-immappjar li ġejja:
Klassifikazzjoni tal-kunfidenzjalità
Klassifikazzjoni tal-integrità
|
Baxxa
|
Medja
|
Għolja
|
Baxxa
|
ETS Limitata
|
ETS Sensittiva
(jew ETS Limitata*)
|
ETS Kritika
|
Medja
|
ETS Sensittiva
(jew ETS Limitata *)
|
ETS Sensittiva
(jew ETS Kritika *)
|
ETS Kritika
|
Għolja
|
ETS Kritika
|
ETS Kritika
|
ETS Kritika
|
* Varjazzjoni possibbli li għandha tiġi vvalutata fuq bażi ta’ każ b’każ.