Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0333

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

COM/2017/0333 final - 2017/0137 (NLE)

Brussell, 22.6.2017

COM(2017) 333 final

2017/0137(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha.

Permezz tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-Unjoni Ewropea kabbret l-unjoni doganali tagħha. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea kienet obbligata, skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994) li tidħol f’negozjati mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar fl-iskeda tariffarja tal-Kroazja sabiex eventwalment ikun hemm qbil dwar aġġustament kumpensatorju. Tali aġġustament ikun dovut jekk l-adozzjoni tar-reġim tariffarju estern tal-UE jirriżulta f’żieda fit-tariffi lil hinn mil-livell li ntrabat bih il-pajjiż aderenti fid-WTO.

Fil-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar fir-rigward tal-irtirar ta’ konċessjonijiet speċifiċi b’rabta mal-irtirar tal-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul il-perjodu tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea.

In-negozjati man-New Zealand irriżultaw f'abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li ġie inizjalat fit-18 ta’ Mejju 2017 f’Geneva (il-Ftehim). Konsegwentement, din il-proposta titlob lill-Kunsill jadotta deċiżjoni biex jiġi konkluż il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri ma’ New Zealand. B'mod parallel, qed tiġi ppreżentata proposta separata dwar il-firma ta' dan il-Ftehim.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam ta' politika

Il-proposta hija konsistenti mal-prattika tal-UE segwita f’adeżjonijiet preċedenti tal-UE.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta ssegwi l-prattika tal-UE li hija konsistenti mal-politiki tal-UE għall-azzjoni esterna, għall-industrija u għall-agrikoltura.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

L-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali.

Is-sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, l-Artikolu 3(1)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Il-proporzjonalità

New Zealand ġiet affettwata mill-irtirar tal-konċessjonijiet tal-Kroazja. L-aġġustamenti ta’ kumpens ma jmorrux lil hinn mid-drittijiet tan-New Zealand f’dan ir-rigward. Il-proposta hija konformi mat-trattament tal-proporzjonalità.

L-għażla tal-istrument

Deċiżjoni tal-Kunsill għall-konklużjoni tal-Ftehim hija meħtieġa skont l-Artikolu 218(6)(a) TFUE.

3.KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kunsill (il-Kumitat dwar il-Politika Kummerċjali) ġie kkonsultat regolarment dwar il-kontenut u l-progress tan-negozjati. Il-Parlament Ewropew (il-Kumitat INTA) ġie infurmat.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni

Din il-proposta titlob lill-Kunsill jadotta Deċiżjoni biex jiġi konkluż il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri man-New Zealand. B'mod parallel, qed tiġi ppreżentata proposta separata dwar il-firma ta' dan il-Ftehim lill-Kunsill.

Ir-riżultati tal-Ftehim huma kif ġej:

Jiżdiedu 1 875 tunnellata mal-kwota tariffarja tal-UE "Laħam ta’ annimali tal-ifrat, iffriżat -Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, iffriżat", numri tariffarji 0202 u 0206.29.91, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 20 %. Il-kwota tariffarja l-ġdida għandha tkun ta’ 54 875 tunnellata;

Jiżdiedu 135 tunnellata (piż ta' karkassi) mal-allokazzjoni għan-New Zealand skont il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-UE għal-"laħam tan-ngħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", numru tariffarju 0204, waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %. Il-kwota tariffarja l-ġdida allokata lil New Zealand għandha tkun ta’ 228 389 tunnellata.

Il-Kummissjoni se tadotta Regolamenti ta’ Implimentazzjoni sabiex tespandi u tamministra l-kwoti rilevanti, skont l-Artikolu 187(a) tar-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Unika (OKS) (ir-Regolament (KE) Nru 1308/2013).

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni qegħdin jitħejjew b’mod parallel ma’ din il-proposta.

2017/0137 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) tiegħu, flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)Fil-15 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (“GATT 1994”), matul il-perjodu tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.

(2)In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni skont id-direttivi ta' negozjar adottati mill-Kunsill.

(3)Dawk in-negozjati ġew konklużi u Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 fir-rigward tal-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul il-perjodu tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni ġie inizjalat fit-18 ta’ Mejju 2017.

(4)Il-Ftehim kien iffirmat f'isem l-Unjoni nhar […], bil-kundizzjoni tal-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill […] 1 .

(5)Jinħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa tipproċedi, f’isem l-Unjoni, u tagħmel in-notifika prevista fil-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA

DATA:

1.

INTESTATURA TAL-BAĠIT:

Kapitolu 12 – Dazji doganali u dazji oħrajn

2.

TITOLU:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

3.

BAŻI LEGALI:

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 207 u 218.

4.

GĦANIJIET:

Sabiex jiġi konkluż il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand.

5.

IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI

IS-SENA FINANZJARJA ATTWALI 2017
(f’miljuni ta’ EUR)

IS-SENA FINANZJARJA TA’ WARA 2018

(f’miljuni ta’ EUR)

IS-SENA FINANZJARJA 2019

(f’miljuni ta’ EUR)

5.0.

NEFQA

-    IDDEBITAT LILL-BAĠIT TAL-UE
(RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI)

-    AWTORITAJIET NAZZJONALI

-    OĦRAJN




-




-




-

5.1.

DĦUL

-    RIŻORSI PROPRJI TAL-UE
(IMPOSTI / DAZJI DOGANALI)

-    NAZZJONALI

-

-

-

2017.

2018.

2019.

5.0.1

STIMA TAN-NEFQA

-

-

-

5.1.1

STIMA TAD-DĦUL

-

-

-

5.2.

METODU TAL-KALKOLU: il-volumi mmultiplikati bid-dazju tar-rata fil-kwota

6.0.

IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLIN FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI?

LE

6.1.

IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI?

LE

6.2.

SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI?

LE

6.3.

SE JKUN HEMM BŻONN LI JIDDAĦĦLU L-APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS FUTURI?

LE

OSSERVAZZJONIJIET:

(1) ĠU L […], […], p. […].
Top

Brussell, 22.6.2017

COM(2017) 333 final

ANNESSI

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea


FTEHIM FIL-FORMA TA' SKAMBJU TA' ITTRI

bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea.

A. Ittra mill-Unjoni

Eċċellenza,

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

L-Unjoni Ewropea għandha tinkludi fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 28, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 27 bil-modifiki li ġejjin:

Tiżdied 1 875 tunnellata fil-kwota tariffarja tal-UE "Laħam ta’ annimali tal-ifrat, iffriżat - Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, iffriżat", numri tariffarji 0202 u 0206.29.91, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 20%. Il-kwota tariffarja l-ġdida għandha tkun ta’ 54 875 tunnellata;

Jiżdiedu 135 tunnellata (piż ta' karkassi) mal-allokazzjoni għan-New Zealand skont il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-UE għal-"laħam tan-ngħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", numru tariffarju 0204, waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %. Il-kwota tariffarja l-ġdida allokata lil New Zealand għandha tkun ta’ 228 389 tunnellata.

L-Unjoni Ewropea u n-New Zealand għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel dan ta' hawn fuq. Għandi l-unur nipproponilek li jekk ta' hawn fuq ikun aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand.

Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Unjoni Ewropea



B. Ittra minn New Zealand

Eċċellenza,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum ________, li tgħid hekk:

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

L-Unjoni Ewropea għandha tinkludi fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 28, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 27 bil-modifiki li ġejjin:

Tiżdied 1 875 tunnellata fil-kwota tariffarja tal-UE "Laħam ta’ annimali tal-ifrat, iffriżat - Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, iffriżat", numri tariffarji 0202 u 0206.29.91, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 20%. Il-kwota tariffarja l-ġdida għandha tkun ta’ 54 875 tunnellata;

Jiżdiedu 135 tunnellata (piż ta' karkassi) mal-allokazzjoni għan-New Zealand skont il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-UE għal-"laħam tan-ngħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", numru tariffarju 0204, waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %. Il-kwota tariffarja l-ġdida allokata lil New Zealand għandha tkun ta’ 228 389 tunnellata.

L-Unjoni Ewropea u n-New Zealand għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel dan ta' hawn fuq. Għandi l-unur nipproponilek li jekk ta' hawn fuq ikun aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand.”

Jiena ninsab f'pożizzjoni li ninformak illi l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontentut tal-ittra tiegħek.

Għal New Zealand

Top