IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.3.2017
COM(2017) 110 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE
(It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija)
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru […]
ta' […]
li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1)Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(2)Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(3)Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, kif ikkoreġut mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u l-ĠU L 309, 24.11.2009, p.87, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(4)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(5)Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(6)Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(7)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Kapitolu 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(8)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 dwar l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(9)Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.
(10)Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.
(11)Id-Direttiva 2009/72/KE tħassar id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.
(12)Id-Direttiva 2009/73/KE tħassar id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.
(13)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/280/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar taħt il-Ftehim ŻEE.
(14)L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-Istati tal-EFTA ma għandhomx jitqiesu bħala operaturi tal-pajjiżi terzi għall-iskop tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni (ENTSO) tal-Elettriku u n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass.
(15)Għalhekk, l-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1.It-test tal-punt 20 (ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b’dan li ġej:
“32009 R 0714: Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15), kif emendat bi:
–32013 R 0543: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Fl-Artikolu 3(3) u 15(6), il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara "l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.
(b)Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw deċiżjonijiet vinkolanti tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 17(5), għandhom jinbidlu bid-dispożizzjonijiet li ġejjin f’każijiet li jinvolvu Stat tal-EFTA:
“(i)F’każijiet li jinvolvu Stat wieħed jew aktar tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i).
(ii)L-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Aġenzija kif previst f’dan il-Ftehim, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.
(iii)L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija u fl-entitajiet preparatorji tagħha, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.
(iv)L-Aġenzija u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jadottaw deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.
Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.
Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F’dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.
Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.
(v)F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim.
(vi)Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Istati tal-EFTA jew minn kull persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”
(c)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 20:
“Għall-Istati tal-EFTA, talba mill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) u 20(5) għandha ssir mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA lill-impriża kkonċernata.”
(d)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 22(2):
“Għall-impriżi kkonċernati fl-Istati tal-EFTA, il-kompiti fl-Artikolu 22(2) għandhom jitwettqu mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”
(e)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 23:
“Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”
2.It-test ta’ punt 22 (id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) qed jinbidel b’dan li ġej:
“32009 L 0072: Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim.
(b)Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kejbils tal-elettriku u għal faċilitajiet relatati minn punt ta’ konnessjoni fuq l-art għal l-faċilitajiet għall-produzzjoni ta’ taż-żejt mhux maħdum.
(c)L-Artikolu 7(2)(j) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.
(d)L-Artikolu 9(1) għandu japplika għall-Istati tal-EFTA minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [din id-Deċiżjoni] ta’ [data].
(e)Fl-Artikolu 10(7), il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.
(f)L-Artikolu 11(3)(b), 11(5)(b) u 11(7) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.
(g)Fl-Artikolu 37(1)(d), il-kliem “l-Aġenzija” għandhom jinbidlu bil-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.
(h)L-Artikolu 37(1)(s) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.
(i)Fl-Artikolu 40(1), il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”
(j)L-Artikolu 44 (2) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“L-Artikolu 9 ma għandux japplika għal Ċipru, għal-Lussemburgu, għal Malta, għal-Liechtenstein u/jew għall-Iżlanda. Barra minn hekk l-Artikoli 26, 32 u 33 ma għandhomx japplikaw għal Malta.
Jekk l-Iżlanda tista’ turi, wara li din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ, li hemm problemi sostanzjali għall-operazzjoni tas-sistemi tagħha, hija tista’ tapplika għal derogi mill-Artikoli 26, 32 u 33, li jistgħu jiġu mogħtija lilha mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma lill-Istati tal-EFTA u lill-Kummissjoni dwar dawk l-applikazzjonijiet qabel tieħu xi deċiżjoni, waqt li turi rispett lejn il-kunfidenzjalità. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”
(k)Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 46, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”
3.It-test ta’ punt 23 (id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) qed jinbidel b’dan li ġej:
“32009 L 0073: Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim.
(b)Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda.
(c)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 2(11):
“‘Il-faċilità ta’ gass naturali likwifikat (LNG)’ ma għandhiex tinkludi faċilitajiet għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali li sseħħ bħala parti minn proġett tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass lil hinn mix-xtut, bħal pereżempju l-faċilità Melkøya.”
(d)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 2(12):
“‘Operatur tas-sistema tal-LNG’ ma għandux jinkludi l-operaturi ta’ faċilitajiet għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali li sseħħ bħala parti minn proġett tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass lil hinn mix-xtut, bħal pereżempju l-faċilità Melkøya.”
(e)L-Artikolu 6 ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.
(f)Fl-Artikolu 10(7) il-kelma “Kummissjoni”, għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”
(g)L-Artikolu 11(3)(b), 11(5)(b) u 11(7) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.
(h)Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw deċiżjonijiet vinkolanti tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 36(4), it-tielet subparagrafu, għandhom jinbidlu bid-dispożizzjonijiet li ġejjin f’każijiet li jinvolvu Stat tal-EFTA:
“(i)F’każijiet li jinvolvu Stat wieħed jew aktar tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i).
(ii)L-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Aġenzija kif previst f’dan il-Ftehim, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.
(iii)L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija u fl-entitajiet preparatorji tagħha, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.
(iv)L-Aġenzija u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jadottaw deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.
Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.
Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont din id-Direttiva, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F’dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.
Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.
(v)F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim.
(vi)Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Istati tal-EFTA jew minn kull persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”
(i)Fl-Artikolu 36(8) u (9), il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.
(j)Fl-Artikolu 41(1)(d), il-kliem “l-Aġenzija” għandhom jinbidlu bil-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.
(k)Fl-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 49(4) u (5), il-kelma “Kummissjoni”, għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.
(l)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 49(5):
“Dawn iż-żoni ġeografikament limitati fin-Norveġja li ġejjin għandhom ikunu eżenti mill-Artikoli 24, 31 u 32 għal perjodu massimu ta’ 20 sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [din id-Deċiżjoni] ta’ [data]:
(i)Jæren u Ryfylke,
(ii)Hordaland.
Il-ħtieġa li titkompla d-deroga għandha tiġi deċiża mill-Awtorità Regolatorja Norveġiża kull ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [id-Deċiżjoni preżenti] ta’ [data], filwaqt li jitqiesu l-kriterji ta’ dan l-Artikolu. L-Awtorità Regolatorja Norveġiża għandha tinnotifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bid-deċiżjoni tagħha u l-valutazzjoni li hija bbażata fuqha. Fi żmien xahrejn mill-jum li fih tasal id-deċiżjoni, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità Regolatorja Norveġiża biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni tagħha. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kif ukoll tal-Awtorità Regolatorja Norveġiża. L-Awtorità Regolatorja Norveġiża għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fi żmien xahar, u għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan.”
(m)L-Artikolu 49 (6) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“L-Artikolu 9 ma għandux japplika għal Ċipru, għal-Lussemburgu, għal Malta u/jew għal-Liechtenstein.”
(n)Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”
4.It-test tal-punt 27 (ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b’dan li ġej:
“32009 R 0715: Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36), kif ikkoreġut mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u l-ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87, kif emendat bi:
-32010 D 0685: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE tal-10 ta' Novembru 2010 (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 67),
-32012 D 0490: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 (ĠU L 231, 28.8.2012, p. 16).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-Iżlanda.
(b)“Fl-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 20 il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.
(c)Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 28, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”
(d)“Fl-Artikolu 30, il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.
5.Il-punt li ġej qed jiddaħħal wara l-punt 45 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/13/UE):
“4632009 R 0713: Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”, kif ukoll il-korpi preparatorji kollha, inklużi l-gruppi ta’ ħidma, il-kumitati u t-task forces tal-Aġenzija, il-Bord Amministrattiv u l-Bord tar-Regolaturi iżda mingħajr id-dritt tal-vot.
(b)Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 għall-Ftehim, il-kliem “Stat(i) Membru/i” fir-Regolament jinftiehmu, b'żieda mat-tifsira tagħhom fir-Regolament, bħala l-Istati tal-EFTA.
(c)Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont kif u meta xieraq, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew lill-Kumitat Permanenti, skont il-każ, fil-qadi tal-kompiti rispettivi tagħhom.
(d)Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw deċiżjonijiet vinkolanti tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikoli 7, 8 u 9, għandhom jinbidlu bid-dispożizzjonijiet li ġejjin f’każijiet li jinvolvu Stat tal-EFTA:
(i)F’każijiet li jinvolvu Stat wieħed jew aktar tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i).
(ii)L-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Aġenzija kif previst f’dan il-Ftehim, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.
(iii)L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija u fl-entitajiet preparatorji tagħha, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.
(iv)L-Aġenzija u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jadottaw deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.
Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.
Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F’dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.
Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.
(v)F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim.
(vi)Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Istati tal-EFTA jew minn kull persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”
(e)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 12:
“L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-Bord Amministrattiv, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot. Ir-regoli interni ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv għandhom jagħtu effett sħiħ lis-sehem tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.”
(f)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 14:
“L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-Bord tar-Regolaturi u l-korpi preparatorji kollha tal-Aġenzija. Ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot fil-Bord tar-Regolaturi. Ir-regoli interni ta’ proċedura tal-Bord tar-Regolaturi għandhom jagħtu effett sħiħ lis-sehem tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.”
(g)Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
“Jekk l-appell jikkonċerna deċiżjoni tal-Aġenzija f’każ fejn in-nuqqas ta’ qbil jinvolvi wkoll l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji ta’ Stat wieħed tal-EFTA jew aktar, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) involut(i) tal-EFTA sabiex jippreżenta(w) osservazzjonijiet dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet affettwati mill-appell, fit-termini preskrittivi speċifikati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) involut(i) tal-EFTA għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali Meta l-Bord tal-Appell jemenda, jissospendi jew ittemm xi deċiżjoni parallela għad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni tal-istess natura għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, mingħajr dewmien żejjed.”
(h)Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 ma għandhomx japplikaw f’każijiet li jinvolvu Stat wieħed tal-EFTA jew aktar.
(i)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 21:
“L-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-finanzjament tal-Aġenzija. Għal dan l-għan, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim għandhom japplikaw.”
(j)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 27:
“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkonċedu lill-Aġenzija privileġġi u immunitajiet ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.”
(k)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 28:
“B’deroga mill-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur tal-Aġenzija.
B’deroga mill-Artikoli 12(2)(e), 82(3)(e) u 85(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, il-lingwi msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandhom jitqiesu mill-Aġenzija, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala lingwi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”
(l)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 30(1):
“Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandu, għall-fini ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jgħodd ukoll għal kull dokument tal-Aġenzija rigward l-Istati Membri tal-EFTA.”
(m)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 32:
“Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”
6.Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 46 (ir-Regolament (UE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
“47.32013 R 0543: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).”
7.Jitħassar it-test tal-punt 21 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE).
Artikolu 2
It-testijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009, (KE) Nru 715/2009, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u l-ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87 u (UE) Nru 543/2013, id-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE u d-Deċiżjonijiet 2010/685/UE u 2012/490/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, skont liema wieħed minnhom ikun l-aħħar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, […].
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
[…]
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
[…]