EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0110

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE (It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija)

COM/2017/0110 final - 2017/046 (NLE)

Brussell, 3.3.2017

COM(2017) 110 final

2017/0046(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda
għall-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE

(It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta) għandu l-għan li jemenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE sabiex jiġi inkorporat l-hekk imsejjaħ “It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija” fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn issa ’l quddiem “il-Ftehim ŻEE”). L-atti legali rilevanti huma:

1.Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija,

2.Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003,

3.Ir-Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005,

4.Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

5.Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE,

6.Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE,

7.Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Kapitolu 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali,

8.Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 dwar l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet politiċi eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-abbozz anness tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt jestendi l-politika tal-UE diġà eżistenti għall-Istati taż-ŻEE-EFTA (in-Norveġja, l-Iżlanda, u l-Liechtenstein).

Konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Unjoni

L-estensjoni tal-acquis tal-UE fl-Istati taż-ŻEE-EFTA, permezz tal-inkorporazzjoni tagħhom fil-Ftehim ŻEE titwettaq f’konformità mal-objettivi u l-prinċipji ta’ dan il-Ftehim li jimmiraw lejn l-istabbiliment ta’ Żona Ekonomika Ewropea dinamika u omoġenja, ibbażata fuq regoli komuni u kondizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni.

Dawn l-isforzi jkopru l-politiki kollha fil-qasam tal-moviment liberu ta’ oġġetti, persuni, servizzi u kapital, kif ukoll il-politiki ta’ appoġġ u orizzontali speċifikati fil-Ftehim ŻEE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-leġiżlazzjoni li għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE hija bbażata fuq l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea..

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 1 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni għal Deċiżjonijiet bħal dawn fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tippreżenta, f'kooperazzjoni mal-SEAE, l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun tista' tippreżentah fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà għar-raġuni li ġejja.

L-objettiv ta’ din il-proposta, jiġifieri li tiġi żgurata l-omoġeneità tas-Suq Intern ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-effetti, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni.

Il-proċess ta’ inkorporazzjoni tal-acquis tal-UE fil-Ftehim ŻEE jitwettaq f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jikkonferma l-approċċ li ttieħed.

Proporzjonalità

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv tagħha – li tiġi żgurata l-omoġeneità tas-Suq Intern.

Għażla tal-istrument

F'konformità mal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, l-istrument magħżul huwa d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jiżgura l-implimentazzjoni u l-operat effettivi tal-Ftehim ŻEE. Għal dan l-għan, għandu jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim ŻEE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ġbir u użu tal-kompetenzi u l-valutazzjoni tal-impatt

Fil-qafas tal-preparazzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-impatt biex tiżen alternattivi ta’ politika marbuta mal-kompletar tas-suq intern tal-gass u l-elettriku. Il-valutazzjoni tal-impatt inkludiet konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Imtlew 339 kwestjonarju minn organizzazzjonijiet b’għeruqhom f’19-il pajjiż. Barra minn hekk, organizzazzjonijiet mhux konnessi ma’ pajjiż partikolari rċevew 73 kwestjonarju.

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuża għandha biss l-għan li testendi s-sistema attwali lill-Istati taż-ŻEE-EFTA.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-funzjonament tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) 2 . Il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom tkun konformi mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim ŻEE, li jistipula li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet tal-UE li fihom jipparteċipaw fuq bażi ta’ fattur ta’ proporzjonalità. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom jiżdiedu mal-linji baġitarji tal-UE rispettivi għall-attivitajiet inkwistjoni. Għandu jiġi enfasizzat li d-dħul addizzjonali f’dan il-kuntest ma jagħtix riżorsi ta’ persunal addizzjonali għall-Aġenzija.

5.ELEMENTI OĦRA

Id-dispożizzjonijiet essenzjali kollha tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija bi drittijiet u obbligi reċiproċi jridu jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE. In-naħa tal-EFTA talbet l-adattamenti li ġejjin.

Is-sehem fl-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) 

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija, kif ukoll il-korpi preparatorji kollha, inklużi l-gruppi ta’ ħidma, il-kumitati u t-task forces tal-Aġenzija, il-Bord Amministrattiv u l-Bord tar-Regolaturi mingħajr id-dritt li jivvotaw.

Minħabba l-fatt li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA ma jingħatawx drittijiet tal-vot fil-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija, l-Istati tal-EFTA ma jittrasferixxux lill-Aġenzija l-kompetenza li tadotta deċiżjonijiet. Peress li l-Istati tal-EFTA ma jistgħux ikunu soġġetti għal deċiżjoni mill-Aġenzija, huwa meħtieġ mekkaniżmu alternattiv. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA f’każijiet li jinvolvu wieħed jew aktar mill-Istati tal-EFTA.

Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jissejsu fuq abbozzi mħejjija mill-Aġenzija. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet simili jkunu konsistenti fuq il-bażi ta’ kooperazzjoni konġunta u l-iskambju ta’ fehmiet. Għalhekk, l-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, u viċi versa.

Il-prinċipju ġenerali tal-mekkaniżmu huwa li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA toħroġ deċiżjonijiet vinkolanti fir-rigward tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA f’każijiet fejn l-Aġenzija għandha l-awtorità li toħroġ deċiżjonijiet vinkolanti fl-UE. Il-mekkaniżmu jiżgura soluzzjoni bbilanċjata.

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont kif u meta xieraq, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew lill-Kumitat Permanenti, skont il-każ, fil-qadi tal-kompiti rispettivi tagħhom.

Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F’dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.

Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60), Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 tal-Ftehim ŻEE.

Eżempju ta’ ġustifikazzjonijiet u soluzzjonijiet proposti f’atti legali individwali:

Id-Direttiva 2009/72/KE

Artikolu 44(2) – “sistemi iżolati żgħar” u derogi

Ġustifikazzjoni:

L-Iżlanda: Attwalment l-Iżlanda qed titqies bħala sistema iżolata żgħira fis-sens tal-Artikolu 2(26) tad-Direttiva preċedenti dwar l-elettriku (id-Direttiva 2003/54/KE). Għaldaqstant, id-deroga prevista fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva tapplika għall-Iżlanda.

L-Iżlanda għadha sistema iżolata fis-sens tad-Direttiva l-ġdida dwar l-elettriku (id-Direttiva 2009/72/KE), billi ma għandha l-ebda konnessjoni transfruntiera. Il-konsum tal-elettriku fl-Iżlanda bħalissa huwa akbar minn dak ikkunsidrat għal sistema iżolata żgħira fis-sens tal-Artikolu 2(26) tad-Direttiva 2009/72/KE. Il-konsum annwali attwali huwa ta’ madwar 17 TWh filwaqt li l-livell limitu għal sistemi iżolati żgħar huwa ta’ 3 TWh fis-sena 1996. Madankollu, il-parti mis-sistema li sservi l-unitajiet domestiċi u l-industriji ż-żgħar għadha relattivament żgħira, billi hemm madwar 320 000 abitant u 124 000 unità domestika, li flimkien mal-industriji ż-żgħar, jikkonsmaw madwar 20 % mill-ġenerazzjoni totali tal-elettriku. Għalhekk is-sistema hija magħmula minn operaturi żgħar tas-sistema ta’ distribuzzjoni b’relattivament ftit impjegati u b’operazzjoni tan-netwerk li b’mod korrispondenti hija żgħira, l-istess sitwazzjoni bħal tad-Direttiva 2003/54/KE. Għalhekk il-konsiderazzjoni għadha valida li, f’każ ta’ problemi sostanzjali fl-operazzjoni ta’ sistemi bħal dawn, wara li d-Direttiva tkun iddaħħlet fis-seħħ, jenħtieġ li jkun hemm l-għażla għall-applikazzjoni għal deroga mid-dispożizzjonijiet rilevanti kif permess għall-Iżlanda skont id-Direttiva 2003/54/KE. Għalhekk, l-għażla ta’ deroga mill-Artikoli 26, 32 u 33 u li ngħatat lil Malta, għandha wkoll tingħata lill-Iżlanda.

L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni fl-Iżlanda bħalissa jinsab legalment u operattivament separat skont id-Direttiva 2003/54/KE. Fiċ-ċirkostanzi attwali, is-separazzjoni tas-sjieda tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni fl-Iżlanda tkun problematika. Għalhekk, id-deroga mill-Artikolu 9 ta’ 2009/72/KE, li ngħatat lil Ċipru, lil-Lussemburgu u/jew lil Malta, għandha wkoll tingħata lill-Iżlanda.

Il-Liechtenstein: Il-Liechtenstein attwalment għandu deroga mid-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/54/KE. Dan huwa minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-Liechtenstein bħala pajjiż żgħir ħafna iżda industrijalizzat b’madwar 36 000 abitant, 14 000 unità domestika, 33 000 post tax-xogħol, u wkoll minħabba l-qagħda speċjali tas-suq tal-elettriku tal-Liechtenstein.

Il-Liechtenstein għandu impriża tal-elettriku waħda, LKW, li għandha biss aċċess għal konnessjoni waħda ta’ 110 kV mal-Awstrija u tliet konnessjonijiet ta’ 110 kV mal-Iżvizzera. LKW isservi madwar 18 300 klijent konsumatur finali u taġixxi bħala operatur tipiku ta' sistema ta’ distribuzzjoni fis-sens tad-Direttiva 2009/72/KE.

Fiċ-ċirkostanzi attwali, is-separazzjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-Liechtenstein tkun sproporzjonata, speċjalment meta jitqies l-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 2009/72/KE. Skont din id-dispożizzjoni, is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni ma għandhiex għalfejn issir jekk ikun hemm anqas minn 100 000 konsumatur konness jew netwerks iżolati żgħar fornuti. Għalhekk, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/72/KE ma għandux japplika għal-Liechtenstein.

Test ta' adattament propost:

L-Artikolu 44(2): “L-Artikolu 44 (2) għandu jinbidel b'dan li ġej: ‘L-Artikolu 9 ma għandux japplika għal Ċipru, għal-Lussemburgu, għal Malta, għal-Liechtenstein u/jew għall-Iżlanda. Barra minn hekk l-Artikoli 26, 32 u 33 ma għandhomx japplikaw għal Malta.

Jekk l-Iżlanda tista’ turi, wara li din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ, li hemm problemi sostanzjali għall-operazzjoni tas-sistemi tagħha, hija tista’ tapplika għal derogi mill-Artikoli 26, 32 u 33, li jistgħu jiġu mogħtija lilha mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma lill-Istati tal-EFTA u lill-Kummissjoni dwar dawk l-applikazzjonijiet qabel tieħu xi deċiżjoni, waqt li turi rispett lejn il-kunfidenzjalità. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.’”

Artikolu 7(2)(j) – il-miri tal-UE għall-enerġija rinnovabbli

Ġustifikazzjoni:

Il-mira ta’ 20 % imsemmija f’dan is-subparagrafu hija mira tal-UE msemmija fid-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Minħabba li l-mira ta’ 20 % hi mira ġenerali għall-Istati Membri tal-UE, l-Artikolu 7(2)(j) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

Test ta' adattament propost:

“L-Artikolu 7(2)(j) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.”

Artikolu 46 – il-parteċipazzjoni fil-Kumitat tal-Elettriku

Ġustifikazzjoni:

Bħalissa fil-Ftehim ŻEE, hemm qbil dwar test ta’ adattament mar-Regolament tal-elettriku transfruntier preċedenti (ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003), li jispeċifika li l-Istati tal-EFTA jenħtieġ li jkunu mistiedna jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat dwar l-Elettriku, iżda ma għandux ikollhom id-dritt għall-vot. Billi l-Kumitat stabbilit skont it-Tielet Pakkett se jkollu rwol ekwivalenti għal dak tal-Kumitat tal-Elettriku preċedenti, jenħtieġ li t-test attwali ta’ adattament jitkompla għar-Regolament il-ġdid.

Test ta' adattament propost:

“Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 46, iżda ma għandux ikollhom id-dritt għall-vot.”

Id-Direttiva 2009/73/KE

Id-deroga għall-Iżlanda

Ġustifikazzjoni:

Ma hemmx sorsi ta’ gass naturali fl-Iżlanda, u konsegwentement, l-Iżlanda ma għandha l-ebda infrastruttura għad-distribuzzjoni tal-gass naturali. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li n-nuqqas ta’ gass naturali fl-Iżlanda flimkien mal-pożizzjoni ġeografika remota tagħha, li tirrendi kwalunkwe kostruzzjoni ta’ pipeline għalja wisq, jiffurmaw ir-“raġuni ġeografika” kif definita fil-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (il-Kawża C-214/98). L-Iżlanda tista’ għalhekk tiġi eżentata mill-obbligu li tittrasponi d-Direttiva 2009/73/KE fil-leġiżlazzjoni tagħha.

Għandu wkoll jiġi nnotat li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mad-Direttiva 2009/73 fil-Ftehim ŻEE ma jkollu ebda impatt fuq l-Iżlanda fl-ebda każ, peress li ma hemm ebda suq u ebda impriża tal-gass. Il-ħtieġa għal investimenti fl-infrastruttura ma tkunx ekonomika biex wieħed jaħdem f’ambjent ta’ suq kompetittiv. L-Iżlanda qed tuża l-potenzjal ġeotermali tagħha bħala soluzzjoni alternattiva u affordabbli ħafna, għaldaqstant lanqas biss jeżistu prospetti ekonomiċi futuri possibbli għal suq tal-gass.

Test ta' adattament propost:

“Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda.”

Artikolu 11 — Ċertifikazzjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi

Ġustifikazzjoni:

Ir-relazzjonijiet tal-Istati tal-EFTA ma’ pajjiżi terzi mhumiex rilevanti għaż-ŻEE. Dan huwa speċifikat fil-premessa 16 tal-Ftehim ŻEE, li jgħid li “dan il-Ftehim ma jillimitax l-awtonomija tal-Partijiet Kontraenti f'dak li jikkonċerna t-teħid tad-deċiżjonijiet jew is-setgħa tat-tfassil tat-trattati,soġġetti għad-dispożizjonijiet ta' dan il-Ftehim u l-limitazzjonijiet stipulati bid-dritt internazzjonali pubbliku”. (Traduzzjoni mhux uffiċjali) Lanqas ma jista’ ftehim internazzjonali konkluż mill-UE jorbot lill-Istati tal-EFTA.

Skont l-Artikolu 11(3)(b), l-Istati Membri tal-UE għandhom jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi ta’ pajjiżi terzi jekk ma jkunx muri li l-għoti taċ-ċertifikazzjoni ma jpoġġix f’riskju s-sigurtà tal-provvistà tal-enerġija tal-Istat Membru u tal-Komunità. L-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati huma marbuta ma’ drittijiet u obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri tal-UE, kif ukoll ma’ ċirkostanzi speċifiċi relatati oħra fil-pajjiż terz. Peress li l-Ftehim ŻEE ma jirregolax ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, il-ftehimiet internazzjonali tal-UE, tal-Istati Membri tal-UE jew tal-Istati tal-EFTA, jew relazzjonijiet oħra ta’ dawn l-Istati ma’ pajjiżi terzi, mhumiex rilevanti għaż-ŻEE. Għalhekk huwa meħtieġ test ta’ adattament, li jeskludi li d-dispożizzjoni dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tiġi kkunsidrata skont il-Ftehim ŻEE.

Madankollu, ir-rekwiżit ta’ separazzjoni jista’ jiġi kkunsidrat bħala rekwiżit bażiku tas-suq intern tal-enerġija. Sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim ŻEE, dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jiġi applikat ukoll lill-operaturi tal-pajjiżi terzi li qed jitolbu li jiġu ċċertifikati minn Stat tal-EFTA. Madankollu, huwa importanti li r-rekwiżit ma japplikax għal operaturi ta’ pajjiżi terzi f’żoni ġeografikament limitati li jkunu ġew speċifikati fl-adattament għall-Artikolu 49(4) u 49(5) tad-Direttiva 2009/73/KE qabel ma l-limiti ta’ żmien speċifikati jkunu skadew 3 .

Bħala parti mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11, l-Istati Membri għandhom jitolbu l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar jekk ir-rekwiżiti ta’ separazzjoni humiex osservati u jekk is-sigurtà tal-provvista għall-Komunità hijiex titqiegħed f’riskju meta tingħata ċ-ċertifikazzjoni. Skont il-paragrafu 4(d) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE, il-funzjonijiet tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċeduri għal verifika jew approvazzjoni, informazzjoni, notifika jew konsultazzjoni u kwistjonijiet simili għall-Istati tal-EFTA, għandhom jitwettqu skont il-proċeduri stabbiliti bejniethom. Fil-qasam tal-enerġija, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha l-kompitu li timplimenta l-proċeduri previsti mid-dritt tal-Unjoni.

Billi huwa previst test ta’ adattament li jeskludi li d-dispożizzjoni dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Artikolu 11(3)(b) tiġi kkunsidrata skont il-Ftehim ŻEE, dan il-kriterju ma jistax jitqies mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA meta tkun qed tagħti l-parir tagħha lill-Istati tal-EFTA. Għalhekk huwa wkoll propost test ta’ adattament għal dan l-għan.

Test ta' adattament propost:

L-Artikolu 11(3)(b), 11(5)(b) u 11(7) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

L-Artikolu 49(2), 49(4), 49(5) u 49(6) – Swieq emerġenti u iżolati

Ġustifikazzjoni:

In-Norveġja: L-ewwel punt tal-adattament suġġerit jiċċara li fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA twettaq il-kompitu tal-Kummissjoni.

It-tieni punt tal-adattament suġġerit fih adattament speċifiku għal infrastruttura eżistenti fin-Norveġja. Dan l-adattament huwa riflessjoni tal-fatt li n-Norveġja kienet ikklassifikata bħala “suq emerġenti” skont id-Direttiva 2003/55 sa April 2014. Minkejja li n-Norveġja issa tilfet dan l-istatus, is-suq domestiku Norveġiż għall-gass naturali għadu żgħir u f’fażi emerġenti. L-iżvilupp tal-infrastruttura għall-gass naturali seħħet biss f’numru żgħir ta’ żoni ġeografiċi limitati, li mhumiex interkonnessi.

Għal żewġ żoni ġeografikament limitati, qed tintalab eżenzjoni skont l-Artikolu 49(4) u (5). F’dawn iż-żewġ żoni, saru investimenti fl-infrastruttura meta n-Norveġja kellha l-istatus ta’ suq emerġenti u għaldaqstant, l-applikazzjoni għad-derogi ma ġietx applikata. Barra minn hekk, investimenti ġodda u t-tkabbir tas-suq għadhom qed jiġu esplorati fiż-żewġ oqsma. L-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva, għalhekk, tkun tikkawża problemi sostanzjali billi ddgħajjef l-inċentivi għal aktar investimenti f’infrastruttura ġdida tal-gass. L-adattamenti se jiżguraw kondizzjonijiet ta’ qafas prevedibbli u stabbli għal investimenti ġodda fl-infrastruttura tal-gass. L-età tal-infrastruttura f’dawn iż-żewġ oqsma tinsab sew fil-limiti ta’ żmien għad-deroga speċifikata fl-Artikolu 49(5).

Fiż-żewġ żoni ġeografikament limitati, eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet relatati mad-distribuzzjoni huma meqjusa neċessarji. Qed tiġi proposta deroga mill-Artikolu 32 billi aċċess sħiħ għall-partijiet terzi jkun jostakola l-inċentivi għall-investimenti f’aktar żvilupp tal-infrastruttura. Minħabba l-istat emerġenti tas-suq, iż-żmien u d-daqs limitat tal-infrastruttura inkwistjoni, u l-piż sproporzjonat jekk jiġu imposti regoli li huma konnessi ma’ operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni (DSO), qed tiġi proposta eżenzjoni mill-obbligu li jiġi nnominat DSO skont l-Artikolu 24, filwaqt li jitqies ukoll li d-DSO inkwistjoni skont il-proposta jkun qed jopera f’sistema mingħajr aċċess għal partijiet terzi. B’konsegwenza tad-deroga mill-Artikolu 24, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 25, 26 u 27 ma japplikawx. B’konsegwenza tad-deroga mill-Artikolu 32, qed tiġi proposta deroga mill-Artikolu 31.

Iż-żoni ġeografiċi fejn huma meħtieġa derogi huma elenkati fit-test ta’ addattament. Id-derogi temporanji għal dawn iż-żoni elenkati jkopru kemm il-proġetti eżistenti kif ukoll dawk futuri fiż-żoni sa 20 sena minn meta l-gass l-ewwel ġie provdut permezz tal-infrastruttura f’dik iż-żona. Il-ħtieġa għad-derogi se tiġi eżaminata mill-Awtorità Regolatorja Nazzjonali Norveġiża kull ħames snin u n-Norveġja trid tinforma l-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar l-eżitu tar-reviżjoni. Fi żmien perjodu ta’ xahrejn, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità Regolatorja Norveġiża biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità Regolatorja Norveġiża għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fi żmien xahar u għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA b'dan.

Deskrizzjoni taż-żewġ żoni ġeografikament limitati fin-Norveġja:

Hordaland: F’Hordaland, il-gass naturali huwa disponibbli għall-użu domestiku fl-impjant ta’ pproċessar upstream f’Kollsnes. Matul l-istatus tan-Norveġja bħala suq emerġenti skont id-Direttiva 2003/55, ġiet żviluppata infrastruttura konnessa ma’ dan il-punt ta’ aċċess mill-impriża tal-gass naturali Gasnor li hija wkoll l-operatur attwali. Ftit klijenti industrijali huma kollegati u jużaw gass naturali għall-operazzjonijiet tagħhom.

Jæren u Ryfylke: F’Jæren u Ryfylke, l-impriża tal-gass naturali Lyse Neo żviluppat netwerk ta’ distribuzzjoni li jikkonsisti f’620 km ta’ pipelines li jservi lil madwar 1700 klijent. In-netwerk huwa fornut minn gass mill-impjant tal-ipproċessar upstream f’Kårstø u jservi prinċipalment lil klijenti industrijali u lil xi utenti fis-settur tas-servizzi. In-netwerk ta’ distribuzzjoni ġie żviluppat matul il-fażi tan-Norveġja bħala suq emerġenti skont id-Direttiva 2003/55. Lyse Neo huwa l-operatur tan-netwerk.

Il-Liechtenstein: Il-Liechtenstein attwalment għandu deroga mid-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/55/KE. Dan huwa minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-Liechtenstein bħala pajjiż żgħir ħafna, iżda ferm industrijalizzat, b’madwar 36 000 abitant, 14 000 unità domestika u 33 000 post tax-xogħol, iżda wkoll minħabba s-sitwazzjoni speċjali tal-Liechtenstein fis-suq tal-gass.

Il-Liechtenstein għandu impriża tal-gass unika, LGV, li għandha biss aċċess għal mejn bi pressjoni għolja b’tul ta’ 26 km (imfassal għal 70 bar). L-impriża LGV li tibda minn din il-linja ta’ distribuzzjoni u li tuża n-netwerks lokali tal-pipeline, isservi madwar 4 045 konsumatur finali. L-attività ta’ LGV hija ristretta għall-kummerċ tal-gass u għall-kostruzzjoni ta’ netwerk ta’ mejnijiet peress li l-Liechtenstein m’għandux riżorsi naturali tal-gass.

Fiċ-ċirkostanzi attwali, is-separazzjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-Liechtenstein tkun sproporzjonata, speċjalment meta jitqies l-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 2009/73/KE. Skont din id-dispożizzjoni, is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni m’għandhiex għalfejn issir jekk ikun hemm inqas minn 100 000 klijent konness. Għalhekk, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/73/KE ma għandux japplika għal-Liechtenstein.

Test ta' adattament propost:

“Fl-Artikolu 49(4) u (5), il-kelma ‘Kummissjoni’ għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”

L-Artikolu 49(5): “Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 49(5):

‘Iż-żoni ġeografikament limitati li ġejjin fin-Norveġja għandhom ikunu eżenti mill-Artikoli 24, 31 u 32 għal perjodu massimu ta’ 20 sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [id-Deċiżjoni preżenti] ta’ [data]:

(i)Jæren u Ryfylke,

(ii)Hordaland.

Il-ħtieġa li titkompla d-deroga għandha tiġi deċiża mill-Awtorità Regolatorja Norveġiża kull ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [id-Deċiżjoni preżenti] ta’ [data], filwaqt li jitqiesu l-kriterji ta’ dan l-Artikolu. L-Awtorità Regolatorja Norveġiża għandha tinnotifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bid-deċiżjoni tagħha u l-valutazzjoni li hija bbażata fuqha. Fi żmien xahrejn mill-jum li fih tasal id-deċiżjoni, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità Regolatorja Norveġiża biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni tagħha. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kif ukoll tal-Awtorità Regolatorja Norveġiża. L-Awtorità Regolatorja Norveġiża għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fi żmien xahar u għaldaqstant għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”

L-Artikolu 49(6): L-Artikolu 49 (6) għandu jinbidel b'dan li ġej: ‘L-Artikolu 9’ ma għandux japplika għal Ċipru, għal-Lussemburgu, għal Malta u/jew għal-Liechtenstein’.”

Artikolu 51 – il-parteċipazzjoni fil-Kumitat tal-Gass

Ġustifikazzjoni:

Bħalissa fil-Ftehim ŻEE, hemm qbil dwar it-test ta’ adattament rigward ir-Regolament preċedenti dwar il-gass transfruntier (ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005), li jispeċifika li l-Istati tal-EFTA għandhom ikunu mistiedna jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat tal-Gass, iżda ma għandux ikollhom id-dritt għall-vot. Billi l-Kumitat stabbilit skont it-Tielet Pakkett se jkollu rwol ekwivalenti għal dak tal-Kumitat tal-Gass preċedenti, it-test attwali ta’ adattament għandu jitkompla għar-Regolament il-ġdid.

Test ta' adattament propost:

“Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51, iżda ma għandux ikollhom id-dritt għall-vot.”

Regolament (KE) Nru 715/2009

Id-deroga għall-Iżlanda

Ġustifikazzjoni:

Ma hemmx sorsi ta’ gass naturali fl-Iżlanda, u konsegwentement, ma għandha l-ebda infrastruttura li qed tiġi implimentata għad-distribuzzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li n-nuqqas ta’ gass naturali fl-Iżlanda flimkien mal-pożizzjoni ġeografika remota tagħha, li tirrendi kwalunkwe kostruzzjoni ta’ pipeline għalja wisq, jiffurmaw ir-“raġuni ġeografika” kif definita fil-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (il-Kawża C-214/98). L-Iżlanda tista’ għalhekk tiġi eżentata mill-obbligu li tittrasponi r-Regolament (KE) Nru 715/2009 fil-leġiżlazzjoni tagħha.

Test ta' adattament propost:

“Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-Iżlanda.”



2017/0046 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda

għall-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE


(It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 53(1), 62 u 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 4 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE.

(3)Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 irid jiġi inkor porat fil-Ftehim ŻEE.

(4)Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 8   irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE 11 trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(10)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE 12 trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(12)Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(13)Id-Direttiva 2009/72/KE tħassar id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(14)Id-Direttiva 2009/73/KE tħassar id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(15)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/280/UE 17 tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE 18 li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar taħt il-Ftehim ŻEE.

(16)Jenħtieġ għalhekk li l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan.

(17)Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE, għandha tkun imsejsa fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6-8.
(2) minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”
(3) Ara paġna 16 ta’ din in-Nota ta’ Spjegazzjoni għal aktar spjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 49.
(4) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6-8.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36 kif korrett mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' dejta fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(10) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE tal-10 ta' Novembru 2010 li temenda l-Kapitolu 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 67).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 dwar l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali, (ĠU L 231, 28.8.2012, p. 16).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku, (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1).
(14) Ir-Regolament (KE) 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE - Stqarrijiet magħmula rigward id-dekummissjonar u l-attivitajiet ta’ immaniġġjar tal-iskart, (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37).
(16) Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 dwar it-tħassir tad-Deċiżjoni 2003/796/KE dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass, (ĠU L 129, 17.5.2011, p. 14).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2003 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew tar-Regolaturi għall-Elettriku u l-Gass, (ĠU L 296, 14.11.2003, p. 34).
Top

Brussell, 3.3.2017

COM(2017) 110 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE

(It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija)


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru […]

ta' […]

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija 1 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 2 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 3 , kif ikkoreġut mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u l-ĠU L 309, 24.11.2009, p.87, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4  irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE 5 trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE 6 trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Kapitolu 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali 7 trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 dwar l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali 8 trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(10)Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(11)Id-Direttiva 2009/72/KE tħassar id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(12)Id-Direttiva 2009/73/KE tħassar id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(13)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/280/UE 13 tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE 14 li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar taħt il-Ftehim ŻEE.

(14)L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-Istati tal-EFTA ma għandhomx jitqiesu bħala operaturi tal-pajjiżi terzi għall-iskop tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni (ENTSO) tal-Elettriku u n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass.

(15)Għalhekk, l-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.It-test tal-punt 20 (ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b’dan li ġej:

32009 R 0714: Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15), kif emendat bi:

32013 R 0543: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)Fl-Artikolu 3(3) u 15(6), il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara "l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(b)Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw deċiżjonijiet vinkolanti tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 17(5), għandhom jinbidlu bid-dispożizzjonijiet li ġejjin f’każijiet li jinvolvu Stat tal-EFTA:

“(i)F’każijiet li jinvolvu Stat wieħed jew aktar tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i).

(ii)L-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Aġenzija kif previst f’dan il-Ftehim, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

(iii)L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija u fl-entitajiet preparatorji tagħha, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

(iv)L-Aġenzija u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jadottaw deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F’dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.

Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.

(v)F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE 15 , Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim.

(vi)Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Istati tal-EFTA jew minn kull persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”

(c)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 20:

“Għall-Istati tal-EFTA, talba mill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) u 20(5) għandha ssir mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA lill-impriża kkonċernata.”

(d)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 22(2):

“Għall-impriżi kkonċernati fl-Istati tal-EFTA, il-kompiti fl-Artikolu 22(2) għandhom jitwettqu mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”

(e)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 23:

“Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”

2.It-test ta’ punt 22 (id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) qed jinbidel b’dan li ġej:

32009 L 0072: Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim.

(b)Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kejbils tal-elettriku u għal faċilitajiet relatati minn punt ta’ konnessjoni fuq l-art għal l-faċilitajiet għall-produzzjoni ta’ taż-żejt mhux maħdum.

(c)L-Artikolu 7(2)(j) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(d)L-Artikolu 9(1) għandu japplika għall-Istati tal-EFTA minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [din id-Deċiżjoni] ta’ [data].

(e)Fl-Artikolu 10(7), il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(f)L-Artikolu 11(3)(b), 11(5)(b) u 11(7) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(g)Fl-Artikolu 37(1)(d), il-kliem “l-Aġenzija” għandhom jinbidlu bil-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

(h)L-Artikolu 37(1)(s) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(i)Fl-Artikolu 40(1), il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”

(j)L-Artikolu 44 (2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 9 ma għandux japplika għal Ċipru, għal-Lussemburgu, għal Malta, għal-Liechtenstein u/jew għall-Iżlanda. Barra minn hekk l-Artikoli 26, 32 u 33 ma għandhomx japplikaw għal Malta.

Jekk l-Iżlanda tista’ turi, wara li din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ, li hemm problemi sostanzjali għall-operazzjoni tas-sistemi tagħha, hija tista’ tapplika għal derogi mill-Artikoli 26, 32 u 33, li jistgħu jiġu mogħtija lilha mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma lill-Istati tal-EFTA u lill-Kummissjoni dwar dawk l-applikazzjonijiet qabel tieħu xi deċiżjoni, waqt li turi rispett lejn il-kunfidenzjalità. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

(k)Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 46, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”

3.It-test ta’ punt 23 (id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) qed jinbidel b’dan li ġej:

32009 L 0073: Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim.

(b)Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda.

(c)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 2(11):

“‘Il-faċilità ta’ gass naturali likwifikat (LNG)’ ma għandhiex tinkludi faċilitajiet għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali li sseħħ bħala parti minn proġett tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass lil hinn mix-xtut, bħal pereżempju l-faċilità Melkøya.”

(d)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 2(12):

“‘Operatur tas-sistema tal-LNG’ ma għandux jinkludi l-operaturi ta’ faċilitajiet għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali li sseħħ bħala parti minn proġett tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass lil hinn mix-xtut, bħal pereżempju l-faċilità Melkøya.”

(e)L-Artikolu 6 ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(f)Fl-Artikolu 10(7) il-kelma “Kummissjoni”, għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”

(g)L-Artikolu 11(3)(b), 11(5)(b) u 11(7) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(h)Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw deċiżjonijiet vinkolanti tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 36(4), it-tielet subparagrafu, għandhom jinbidlu bid-dispożizzjonijiet li ġejjin f’każijiet li jinvolvu Stat tal-EFTA:

“(i)F’każijiet li jinvolvu Stat wieħed jew aktar tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i).

(ii)L-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Aġenzija kif previst f’dan il-Ftehim, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

(iii)L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija u fl-entitajiet preparatorji tagħha, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

(iv)L-Aġenzija u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jadottaw deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont din id-Direttiva, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F’dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.

Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.

(v)F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE 16 , Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim.

(vi)Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Istati tal-EFTA jew minn kull persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”

(i)Fl-Artikolu 36(8) u (9), il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(j)Fl-Artikolu 41(1)(d), il-kliem “l-Aġenzija” għandhom jinbidlu bil-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

(k)Fl-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 49(4) u (5), il-kelma “Kummissjoni”, għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(l)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 49(5):

“Dawn iż-żoni ġeografikament limitati fin-Norveġja li ġejjin għandhom ikunu eżenti mill-Artikoli 24, 31 u 32 għal perjodu massimu ta’ 20 sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [din id-Deċiżjoni] ta’ [data]:

(i)Jæren u Ryfylke,

(ii)Hordaland.

Il-ħtieġa li titkompla d-deroga għandha tiġi deċiża mill-Awtorità Regolatorja Norveġiża kull ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [id-Deċiżjoni preżenti] ta’ [data], filwaqt li jitqiesu l-kriterji ta’ dan l-Artikolu. L-Awtorità Regolatorja Norveġiża għandha tinnotifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bid-deċiżjoni tagħha u l-valutazzjoni li hija bbażata fuqha. Fi żmien xahrejn mill-jum li fih tasal id-deċiżjoni, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità Regolatorja Norveġiża biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni tagħha. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kif ukoll tal-Awtorità Regolatorja Norveġiża. L-Awtorità Regolatorja Norveġiża għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fi żmien xahar, u għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan.”

(m)L-Artikolu 49 (6) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 9 ma għandux japplika għal Ċipru, għal-Lussemburgu, għal Malta u/jew għal-Liechtenstein.”

(n)Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”

4.It-test tal-punt 27 (ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b’dan li ġej:

32009 R 0715: Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36), kif ikkoreġut mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u l-ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87, kif emendat bi:

-32010 D 0685: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE tal-10 ta' Novembru 2010 (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 67),

-32012 D 0490: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 (ĠU L 231, 28.8.2012, p. 16).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-Iżlanda.

(b)“Fl-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 20 il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(c)Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 28, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”

(d)“Fl-Artikolu 30, il-kelma “Kummissjoni” għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

5.Il-punt li ġej qed jiddaħħal wara l-punt 45 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/13/UE):

“4632009 R 0713: Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”, kif ukoll il-korpi preparatorji kollha, inklużi l-gruppi ta’ ħidma, il-kumitati u t-task forces tal-Aġenzija, il-Bord Amministrattiv u l-Bord tar-Regolaturi iżda mingħajr id-dritt tal-vot.

(b)Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 għall-Ftehim, il-kliem “Stat(i) Membru/i” fir-Regolament jinftiehmu, b'żieda mat-tifsira tagħhom fir-Regolament, bħala l-Istati tal-EFTA.

(c)Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont kif u meta xieraq, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew lill-Kumitat Permanenti, skont il-każ, fil-qadi tal-kompiti rispettivi tagħhom.

(d)Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw deċiżjonijiet vinkolanti tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikoli 7, 8 u 9, għandhom jinbidlu bid-dispożizzjonijiet li ġejjin f’każijiet li jinvolvu Stat tal-EFTA:

(i)F’każijiet li jinvolvu Stat wieħed jew aktar tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i).

(ii)L-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Aġenzija kif previst f’dan il-Ftehim, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

(iii)L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija u fl-entitajiet preparatorji tagħha, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

(iv)L-Aġenzija u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jadottaw deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F’dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.

Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.

(v)F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE 17 , Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim.

(vi)Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Istati tal-EFTA jew minn kull persuna fiżika jew ġuridika f’konformità mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”

(e)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 12:

“L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-Bord Amministrattiv, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot. Ir-regoli interni ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv għandhom jagħtu effett sħiħ lis-sehem tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.”

(f)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 14:

“L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-Bord tar-Regolaturi u l-korpi preparatorji kollha tal-Aġenzija. Ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot fil-Bord tar-Regolaturi. Ir-regoli interni ta’ proċedura tal-Bord tar-Regolaturi għandhom jagħtu effett sħiħ lis-sehem tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.”

(g)Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Jekk l-appell jikkonċerna deċiżjoni tal-Aġenzija f’każ fejn in-nuqqas ta’ qbil jinvolvi wkoll l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji ta’ Stat wieħed tal-EFTA jew aktar, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) involut(i) tal-EFTA sabiex jippreżenta(w) osservazzjonijiet dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet affettwati mill-appell, fit-termini preskrittivi speċifikati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) involut(i) tal-EFTA għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali Meta l-Bord tal-Appell jemenda, jissospendi jew ittemm xi deċiżjoni parallela għad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni tal-istess natura għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, mingħajr dewmien żejjed.”

(h)Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 ma għandhomx japplikaw f’każijiet li jinvolvu Stat wieħed tal-EFTA jew aktar.

(i)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 21:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-finanzjament tal-Aġenzija. Għal dan l-għan, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim għandhom japplikaw.”

(j)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 27:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkonċedu lill-Aġenzija privileġġi u immunitajiet ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.”

(k)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 28:

“B’deroga mill-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur tal-Aġenzija.

B’deroga mill-Artikoli 12(2)(e), 82(3)(e) u 85(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, il-lingwi msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandhom jitqiesu mill-Aġenzija, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala lingwi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

(l)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 30(1):

“Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandu, għall-fini ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jgħodd ukoll għal kull dokument tal-Aġenzija rigward l-Istati Membri tal-EFTA.”

(m)Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 32:

“Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”

6.Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 46 (ir-Regolament (UE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“47.32013 R 0543: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).”

7.Jitħassar it-test tal-punt 21 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE).

Artikolu 2

It-testijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009, (KE) Nru 715/2009, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u l-ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87 u (UE) Nru 543/2013, id-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE u d-Deċiżjonijiet 2010/685/UE u 2012/490/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, skont liema wieħed minnhom ikun l-aħħar 18 .

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, […].

   Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

   Il-President
   […]
   
   
   Is-Segretarji
   għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
   […]

(1) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(2) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.
(3) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
(4) ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1.
(5) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
(6) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.
(7) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 67.
(8) ĠU L 231, 28.8.2012, p. 16.
(9) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1.
(10) ĠU L 289, 3.11.2005, p. 1.
(11) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.
(12) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.
(13) ĠU L 129, 17.5.2011, p. 14.
(14) ĠU L 296, 14.11.2003, p. 34.
(15) ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.
(16) ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.
(17) ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.
(18) [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
Top