Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0051

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-ftehim biex jiġi emendat il-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu adottat f’Kigali

COM/2017/051 final - 2017/016 (NLE)

Brussell, 2.2.2017

COM(2017) 51 final

2017/0016(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-ftehim biex jiġi emendat il-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu adottat f’Kigali


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Il-proposta hija għal Deċiżjoni tal-Kunsill, li għandha tiġi adottata skont l-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta’ Kigali għall-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. L-Unjoni Ewropea kienet approvat il-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu, il-Protokoll ta’ Montreal u l-erba’ emendi preċedenti għall-Protokoll 1 .

Fit-28 Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal, li saret f’Kigali, ir-Rwanda, mill-10 sal-15 ta’ Ottubru 2016, it-test ta’ emenda ġie adottat, li jżid tnaqqis gradwali tal-konsum u tal-produzzjoni tal-idrofluworokarburi (HFCs) għall-miżuri ta’ kontroll tal-Protokoll ta’ Montreal fid-dawl tat-tnaqqis tal-kontribuzzjoni ta’ dawn is-sustanzi għat-tibdil fil-klima. Għalkemm ma jnaqqsux is-saff tal-ożonu, dawn il-gassijiet serra ġew introdotti primarjament biex jissostitwixxu s-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li qed jiġu eliminati b’mod gradwali skont il-Protokoll ta’ Montreal.

L-Emenda ta’ Kigali għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, sakemm mill-inqas 20 parti jkunu ddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika tagħhom. Madankollu, biex jiġi enfasizzat l-impenn tal-Unjoni Ewropea għall-emenda u biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu mħeġġa jieħdu azzjoni bikrija, għandha tiġi prevista approvazzjoni bikrija, fid-dawl ukoll tal-intenzjoni ta’ partijiet prinċipali oħrajn li jiġu ratifikati kmieni kemm jista’ jkun.

Il-konsistenza ma’ dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam ta’ politika

Bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra fl-2014, l-Unjoni Ewropea antiċipat fil-livell domestiku t-tnaqqis gradwali tal-HFCs li issa ġew miftiehma skont il-Protokoll ta’ Montreal. L-implimentazzjoni tat-tnaqqis gradwali tal-UE bdiet fl-2015 b’pass ta’ ffriżar u tal-ewwel tnaqqis fl-2016. Il-mekkaniżmi ta’ infurzar stabbiliti jiżguraw il-konformità tal-Unjoni Ewropea mal-obbligi skont il-Protokoll ta’ Montreal sal-2030 meta l-aħħar pass ta’ tnaqqis skont ir-Regolament attwali japplika. L-iskeda ta’ tnaqqis ta’ wara l-2030 għandha tiġi determinata abbażi ta’ rieżami li jibda fl-2022, skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija tal-UE għall-2030 jistabbilixxi mira ambizzjuża mifruxa mal-ekonomija kollha biex l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jitnaqqsu b’mill-anqas 40 % sal-2030 fit-territorju tagħha, kif ukoll miri dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. L-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 hija prijorità b’effett tal-Ftehim ta’ Pariġi. Peress li huwa rikonoxxut li kwalunkwe teknoloġija użata biex tissostitwixxi l-HFC fit-twettiq tal-għanijiet tal-Emenda ta’ Kigali hija mill-inqas effiċjenti fl-użu tal-enerġija daqs it-teknoloġija sostitwita, it-tnaqqis gradwali tal-HFC previst huwa konsistenti mal-politika dwar l-enerġija. Barra minn hekk, huwa mistenni li t-tfassil mill-ġdid tas-sistemi ta’ refriġerazzjoni u tal-arja kundizzjonata indott mis-sostituzzjoni meħtieġa tar-refriġeranti għandu jwassal għal titjib sinifikanti tal-effiċjenza enerġetika, u b’hekk jingħata kontribut pożittiv biex jintlaħqu l-miri.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Il-proposta qed issir skont l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(6) tat-TFUE. L-Artikolu 218 tat-TFUE jistabbilixxi l-proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. B’mod partikolari, il-paragrafu 6 tiegħu jipprovdi li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni bħala negozjatur, jadotta deċiżjoni li tawtorizza l-konklużjoni ta’ ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea.

Skont l-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi biex, inter alia, jinkisbu l-għanijiet li ġejjin: il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari li jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

It-tnaqqis gradwali previst tal-HFCs huwa implimentat permezz tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 li se jkollu jiġu rivedut aktar ’il quddiem sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Emenda ta’ Kigali lil hinn mill-2030. Dan jista’ jinkiseb biss permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sal-2030, l-aħħar sena li għaliha r-Regolament jiddetermina l-pass ta’ tnaqqis, l-iskeda tat-tnaqqis gradwali hija iktar stretta mill-miżuri ta’ kontroll futuri skont il-Protokoll ta’ Montreal. Twettqet valutazzjoni tal-impatt sħiħa. F’dan l-istadju, ma huwa previst ebda tibdil fir-Regolament li jistgħu jaffettwa lill-kumpaniji.

2017/0016 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-ftehim biex jiġi emendat il-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu adottat f’Kigali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)Fit-28 Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu 2 (“il-Protokoll ta’ Montreal), li saret f’Kigali, ir-Rwanda, mill-10 sal-15 ta’ Ottubru 2016, it-test ta’ emenda għal dak il-Protokoll (“l-Emenda ta’ Kigali”) ġie adottat, li jżid tnaqqis gradwali tal-konsum u tal-produzzjoni tal-idrofluworokarburi għall-miżuri ta’ kontroll tal-Protokoll ta’ Montreal.

(2)It-tnaqqis gradwali tal-konsum u tal-produzzjoni tal-idrofluworokarburi huwa meħtieġ biex jitnaqqas il-kontribut ta’ dawk is-sustanzi għat-tibdil fil-klima u biex jipprevjeni l-introduzzjoni illimitata tagħhom, b’mod partikolari fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.

(3)L-emenda ta’ Kigali hija kontribut meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi f’dak li jirrigwarda l-objettiv tiegħu biex iż-żieda tat-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tiġi limitata aktar iż-żieda tat-temperatura għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

(4)L-Emenda ta’ Kigali għandha tiġi approvata f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emenda għall-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, adottata f’Kigali fil-15 ta’ Ottubru 2016, hija b’dan approvata f’isem l-Unjoni.

It-test tal-emenda huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f’isem l-Unjoni, l-istrument ta’ approvazzjoni mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kif stipulat fl-Artikoli 13(1) u 20 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu 3 sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li għandu jiġi marbut bil-ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) 91/690/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1991 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-emenda għall-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu kif adottat f’Ġunju 1990 f’Londra mill-Partijiet għall-Protokoll, ĠU L 377, 31.12.1991, p. 28;94/68/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-emenda għall-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, ĠU L 33, 7.2.1994, p. 1;2000/646/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2000 dwar il-konklużjoni tal-emenda għall-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, ĠU L 272, 25.10.2000, p. 26;2002/215/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Marzu 2002 dwar il-konklużjoni tar-Raba’ Emenda għall-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, ĠU L 72, 14.3.2002, p. 18.
(2) ĠU L 297, 31.10.1988, p. 21.
(3) ĠU L 297, 31.10.1988, p. 8
Top

Brussell, 2.2.2017

COM(2017) 51 final

ANNESS

tad-

Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni tal-ftehim biex jiġi emendat il-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu adottat f’Kigali


Deċiżjoni XXVIII/1: Emenda Ulterjuri għall-Protokoll ta’ Montreal

K1610214K1610214141116141116Sabiex tiġi adottata, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-Ħarsien tas-Saff tal-Ożonu, l-Emenda għall-Protokoll ta’ Montreal stabbilita fl-Anness I tar-rapport tat-Tmienja u Għoxrin Laqgħa tal-Partijiet;

Emenda għall-protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu

Artikolu I: Emenda

Artikolu 1, paragrafu 4

Fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Anness C jew l-Anness E” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Anness C, l-Anness E jew l-Anness F”

Artikolu 2, paragrafu 5

Fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll, il-kliem:

“u l-Artikolu 2H” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikolu 2H u 2J”

Artikolu 2, paragrafi 8(a), 9(a) u 11

Fil-paragrafi 8(a) u 11 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2I” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2J”

Il-kliem li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-aħħar tas-subparagrafu (a) tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll:

“Kwalunkwe ftehim bħal dan jista’ jiġi estiż biex jinkludi l-obbligi dwar il-konsum jew il-produzzjoni skont l-Artikolu 2J sakemm il-livell ikkalkolat ikkombinat totali tal-konsum jew tal-produzzjoni tal-Partijiet ikkonċernati ma jaqbiżx il-livell meħtieġ skont l-Artikolu 2J.”

Fis-subparagrafu (a)(i) tal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll, wara t-tieni użu tal-kliem:

“jenħtieġ li jkunu;”

għandhom jiġu mħassra:

“kif ukoll”

Fis-subparagrafu (a)(ii) tal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala s-subparagrafu (a)(iii).

Li ġej għandu jiddaħħal bħala s-subparagrafu (a)(ii) wara s-subparagrafu (a)(i) tal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll:

“Għandhom isiru aġġustamenti għall-potenzjali ta’ tisħin globali speċifikati fil-Grupp I tal-Anness A, tal-Anness C u tal-Anness F, u f’dak il-każ, x’aġġustamenti għandhom ikunu; “kif ukoll”

Artikolu 2J

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 2I tal-Protokoll:

“Artikolu 2J: Idrofluworokarburi

1.Kull Parti għandha tiżgura li għall-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2019, u f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar sussegwenti, il-livell ikkalkolat tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, espress f’ekwivalenti ta’ CO2, ma jaqbiżx il-perċentwal, stabbilit għall-medda ta’ snin rispettiva speċifikata fis-subparagrafi (a) sa (e) hawn taħt, tal-medja annwali tal-livelli kkalkolati tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2011, 2012 u 2013, flimkien ma’ ħmistax fil-mija tal-livell ikkalkolat
tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2F, espress f’ekwivalenti ta’
 CO2:

(a)mill-2019 sal-2023: 90 fil-mija

(b)mill-2024 sal-2028: 60 fil-mija

(c)mill-2029 sal-2033: 30 fil-mija

(d)mill-2034 sal-2035: 20 fil-mija

(e)mill-2036 ’il quddiem: 15 fil-mija

2.Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti għandha tiżgura li, għall-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020, u f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar sussegwenti, il-livell ikkalkolat tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, espress f’ekwivalenti ta' CO2, ma jaqbiżx il-perċentwal, stabbilit għall-medda ta’ snin rispettiva speċifikata fis-subparagrafi (a) sa (e) hawn taħt, tal-medja annwali tal-livelli kkalkolati tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2011, 2012 u 2013, flimkien ma’ ħamsa u għoxrin fil-mija tal-livell ikkalkolat tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2F, espress f’ekwivalenti ta' CO2:

(a)mill-2020 sal-2024: 95 fil-mija

(b)mill-2025 sal-2028: 65 fil-mija

(c)mill-2029 sal-2033: 30 fil-mija

(d)mill-2034 sal-2035: 20 fil-mija

(e)mill-2036 ’il quddiem: 15 fil-mija

3.Kull Parti li tipproduċi s-sustanzi kkontrollati fl-Anness F għandha tiżgura li għall-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2019, u f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar sussegwenti, il-livell ikkalkolat tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, espress f’ekwivalenti ta' CO2, ma jaqbiżx il-perċentwal, stabbilit għall-medda ta’ snin rispettiva speċifikata fis-subparagrafi (a) sa (e) hawn taħt, tal-medja annwali tal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2011, 2012 u 2013, flimkien ma’ ħmistax fil-mija tal-livell ikkalkolat tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stabbilit fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2F, espress f’ekwivalenti ta' CO2:

(a)mill-2019 sal-2023: 90 fil-mija

(b)mill-2024 sal-2028: 60 fil-mija

(c)mill-2029 sal-2033: 30 fil-mija

(d)mill-2034 sal-2035: 20 fil-mija

(e)mill-2036 ’il quddiem: 15 fil-mija

4.Minkejja l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti li tipproduċi s-sustanzi kkontrollati fl-Anness F għandha tiżgura li għall-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020, u f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar sussegwenti, il-livell ikkalkolat tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, espress f’ekwivalenti ta' CO2 ma jaqbiżx il-perċentwal, stabbilit għall-medda ta’ snin rispettiva speċifikata fis-subparagrafi (a) sa (e) hawn taħt, tal-medja annwali tal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2011, 2012 u 2013, flimkien ma’ ħamsa u għoxrin fil-mija tal-livell ikkalkolat tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stabbilit fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2F, espress f’ekwivalenti ta' CO2:

(a)mill-2020 sal-2024: 95 fil-mija

(b)mill-2025 sal-2028: 65 fil-mija

(c)mill-2029 sal-2033: 30 fil-mija

(d)mill-2034 sal-2035: 20 fil-mija

(e)mill-2036 ’il quddiem: 15 fil-mija

5.Il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw ħlief sa fejn il-Partijiet jiddeċiedu li jippermetu l-livell tal-produzzjoni jew tal-konsum li jkun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-użi li dwarhom il-Partijiet qablu li huma eżentati.

6.Kull Parti li timmanifattura s-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness C jew tal-Anness F għandha tiżgura li għall-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020, u f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar sussegwenti, l-emissjonijiet tagħha tas-sustanzi tal-Grupp II tal-Anness F iġġenerati f’kull faċilità tal-produzzjoni li timmanifattura s-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness C jew tal-Anness F jinqerdu sa fejn ikun prattikabbli bl-użu ta’ teknoloġija approvata mill-Partijiet fl-istess perjodu ta’ tnax-il xahar.

7.Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe distruzzjoni tas-sustanzi tal-Grupp II tal-Anness F iġġenerati mill-faċilitajiet li jipproduċu s-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness C jew tal-Anness F għandha sseħħ biss permezz tat-teknoloġiji approvati mill-Partijiet.

Artikolu 3

Il-preambolu għall-Artikolu 3 tal-Protokoll għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1. Għall-finijiet tal-Artikoli 2, 2A sa 2J u 5, kull Parti għandha, għal kull grupp ta’ sustanzi fl-Anness A, fl-Anness B, fl-Anness C, fl-Anness E jew fl-Anness F, tiddetermina l-livelli kkalkolati tagħha ta’:”

Għall-punt u l-virgola finali tas-subparagrafu (a)(i) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll għandhom jinbidlu bi:

“, ħlief kif speċifikat mod ieħor fil-paragrafu 2;”

It-test li ġej għandu jiddaħħal fl-aħħar tal-Artikolu 3 tal-Protokoll:

“; kif ukoll

(d) L-emissjonijiet tas-sustanzi tal-Grupp II tal-Anness F iġġenerati f’kull faċilità li tiġġenera s-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness C jew tal-Anness F bl-inklużjoni, fost affarijiet oħra, tal-ammonti emessi minn tnixxijiet minn tagħmir, rilaxxi ta’ proċessi u apparati ta’ distruzzjoni, iżda bl-esklużjoni tal-ammonti miġbura għall-użu, għad-distruzzjoni u għall-ħżin.

2. Fil-kalkolu tal-livelli, espressi f’ekwivalenti ta’ CO2, tal-produzzjoni, tal-konsum, tal-importazzjonijiet, tal-esportazzjonijiet u tal-emissjonijiet tas-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness F u tal-Anness C għall-finijiet tal-Artikolu 2J, tal-paragrafu 5 bis tal-Artikolu 2 u tal-paragrafu 1(d) tal-Artikolu 3, kull Parti għandha tagħmel użu mill-potenzjali tat-tisħin globali ta’ dawk is-sustanzi speċifikati fil-Grupp I tal-Anness A, tal-Anness C u tal-Anness F.”

Artikolu 4, paragrafu 1 sept

Il-paragrafu li jmiss għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 1 sex tal-Artikolu 4 tal-Protokoll:

“1 sept. Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-paragrafu, kull Parti għandha tipprojbixxi l-importazzjoni tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F minn kull Stat li mhux Parti għal dan il-Protokoll.”

Artikolu 4, paragrafu 2 sept

Il-paragrafu li jmiss għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 2 sex tal-Artikolu 4 tal-Protokoll:

“2 sept. Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-paragrafu, kull Parti għandha tipprojbixxi l-esportazzjoni tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F lejn kull Stat li mhux Parti għal dan il-Protokoll.”

Artikolu 4, paragrafi 5, 6 u 7

Fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Annessi A, B, C jew E” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Annessi A, B, C, E u F”

Artikolu 4, paragrafu 8

Fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2I” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2J”

Artikolu 4B

Il-paragrafu li jmiss għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 2 tal-Artikolu 4B tal-Protokoll:

“2 bis Kull Parti għandha, sal-1 ta’ Jannar 2019 jew fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-paragrafu tiegħu, skont liema jkun l-aktar tard, tistabbilixxi u timplimenta sistema għal-liċenzjar tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sustanzi kkontrollati ġodda, użati, riċiklati u rriġenerat fl-Anness F. Kull Parti li topera skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 li tiddeċiedi li mhijiex f’pożizzjoni li tistabbilixxi u timplimenta sistema bħal din sal-1 ta’ Jannar 2019 tista' tittardja dawk l-azzjonijiet sal-1 ta’ Jannar 2021.”

Artikolu 5

Fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll, il-kelma:

“2I”

għandha tiġi sostitwita bil-kelma:

“2J”

Fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikolu 2I”

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikoli 2I u 2J”

Fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll, qabel il-kliem:

“kull miżura ta’ kontroll” għandu jiddaħħal il-kliem:

“ma’”

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 8 ter tal-Artikolu 5 tal-Protokoll:

“8 qua

(a)Kull Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, soġġett għal kwalunkwe aġġustamenti magħmula lill-miżuri ta’ kontroll fl-Artikolu 2J b’konformità mal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2, għandha tkun intitolati li tittardja l-konformità tagħha mal-miżuri ta’ kontroll stabbiliti fis-subparagrafi (a) sa (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2J u s-subparagrafi (a) sa (e) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 2J u timmodifika dawk il-miżuri kif ġej:

(i) mill-2024 sal-2028: 100 fil-mija

(ii) mill-2029 sal-2034: 90 fil-mija

(iii) mill-2035 sal-2039: 70 fil-mija

(iv) mill-2040 sal-2044: 50 fil-mija

(v) mill-2045 ’il quddiem: 20 fil-mija

(b)Minkejja s-subparagrafu (a) ta’ hawn fuq, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, soġġett għal kwalunkwe aġġustamenti magħmula lill-miżuri ta’ kontroll fl-Artikolu 2J b’konformità mal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2, għandha tkun intitolati li tittardja l-konformità tagħha mal-miżuri ta’ kontroll stabbiliti fis-subparagrafi (a) sa (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2J u s-subparagrafi (a) sa (e) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 2J u timmodifika dawk il-miżuri kif ġej:

(i) mill-2028 sal-2031: 100 fil-mija

(ii) mill-2032 sal-2036: 90 fil-mija

(iii) mill-2037 sal-2041: 80 fil-mija

(iv) mill-2042 sal-2046: 70 fil-mija

(v) mill-2047 ’il quddiem: 15 fil-mija

(c)Kull Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għall-finijiet tal-kalkolu tal-konsum bażi tagħha skont l-Artikolu 2J, għandha tkun intitolata li tuża l-medja tal-livelli kkalkolati tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2020, 2021 u 2022, flimkien ma’ ħamsa u sittin fil-mija tal-konsum bażi tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stipulat fil-paragrafu 8 ter ta’ dan l-Artikolu.

(d)Minkejja s-subparagrafu (c) ta’ hawn fuq, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għall-finijiet tal-kalkolu tal-konsum bażi tagħha skont l-Artikolu 2J, għandha tkun intitolata li tuża l-medja tal-livelli kkalkolati tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2024, 2025 u 2026, flimkien ma’ ħamsa u sittin fil-mija tal-konsum bażi tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stipulat fil-paragrafu 8 ter ta’ dan l-Artikolu.

(e)Kull Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li tipproduċi s-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, għall-finijiet tal-kalkolu tal-produzzjoni bażi tagħha skont l-Artikolu 2J, għandha tkun intitolata li tuża l-medja tal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2020, 2021 u 2022, flimkien ma’ ħamsa u sittin fil-mija tal-produzzjoni bażi tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stipulat fil-paragrafu 8 ter ta’ dan l-Artikolu.

(f)Minkejja s-subparagrafu (e) ta’ hawn fuq, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li tipproduċi is-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, għall-finijiet tal-kalkolu tal-produzzjoni bażi tagħha skont l-Artikolu 2J, għandha tkun intitolata li tuża l-medja tal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2024, 2025 u 2026, flimkien ma’ ħamsa u sittin fil-mija tal-produzzjoni bażi tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stipulat fil-paragrafu 8 ter ta’ dan l-Artikolu.

(g)Is-subparagrafi (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni u tal-konsum ħlief sa fejn tapplika eżenzjoni ta’ temperatura ambjentali għolja abbażi tal-kriterji deċiżi mill-Partijiet.”

Artikolu 6

Fl-Artikolu 6 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2I” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2J”

Artikolu 7, paragrafi 2, 3 u 3 ter

Il-linja li ġejja għandha tiddaħħal wara l-linja li taqra “- fl-Anness E, għas-sena 1991,” fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll:

“- fl-Anness F, għas-snin 2011 sa 2013, ħlief li l-Partijiet li joperaw skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 għandhom jipprovdu tali dejta għas-snin 2020 sa 2022, iżda dawk il-Partijiet li joperaw skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 li għalihom japplikaw is-subparagrafi (d) u (f) tal-paragrafu 8 qua tal-Artikolu 5 għandhom jipprovdu tali dejta għas-snin 2024 sa 2026;”

Fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll, il-kliem:

“C u E”

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“C, E u F”

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 7 tal-Protokoll wara l-paragrafu 3 bis:

“3 ter. Kull Parti għandha tipprovdi lis-Segretarjat dejta statistika dwar l-emissjonijiet annwali tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp II tal-Anness F skont il-faċilità b’konformità mal-paragrafu 1(d) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll.”

Artikolu 7, paragrafu 4

Fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 7, wara l-kliem:

“dejta statistika dwar” u “tipprovdi dejta dwar” għandha tiżdied il-kelma:

“il-produzzjoni,”

Artikolu 10, paragrafu 1

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 10 tal-Protokoll, il-kliem:

“u l-Artikolu 2I”

Għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“, l-Artikolu 2I u l-Artikolu 2J”

Li ġej għandu jiddaħħal fl-aħħar tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 10 tal-Protokoll:

“Meta Parti li topera skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 tagħżel li ma tagħmilx użu minn finanzjament minn kwalunkwe mekkaniżmu finanzjarju ieħor li jista’ jirriżulta f’sodisfament ta’ kwalunkwe parti tal-ispejjeż inkrimentali mifthiema, dik il-parti ma għandhiex tintlaħaq mill-mekkaniżmu finanzjarju skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Protokoll.”

Artikolu 17

Fl-Artikolu 17 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2I” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2J”

Anness A

It-tabella li ġejja għandha tissostitwixxi t-tabella għall-Grupp I fl-Anness A tal-Protokoll:

Grupp

Sustanza

Potenzjal

li Jnaqqas l-Ożonu*

Potenzjal ta’ Tisħin Globali fuq 100 Sena

Grupp I

CFCl3

(CFC-11)

1,0

4 750

CF2Cl2

(CFC-12)

1,0

10 900

C2F3Cl3

(CFC-113)

0,8

6 130

C2F4Cl2

(CFC-114)

1,0

10 000

C2F5Cl

(CFC-115)

0,6

7 370

Anness C u Anness F

It-tabella li ġejja għandha tissostitwixxi t-tabella għall-Grupp I fl-Anness C tal-Protokoll:

Grupp

Sustanza

Għadd

ta’

isomeri

Potenzjal

li Jnaqqas

l-Ożonu*

Potenzjal

ta’ Tisħin

Globali

fuq 100 Sena***

Grupp I

CHFCl2

(HCFC-21)**

1

0,04

151

CHF2Cl

(HCFC-22)**

1

0,055

1 810

CHFCl

(HCFC-31)

1

0,02

C2HFCl4

(HCFC-121)

2

0,01-0,04

C2HF2Cl3

(HCFC-122)

3

0,02-0,08

C2HF3Cl2

(HCFC-123)

3

0,02-0,06

77

CHCl2CF3

(HCFC-123)**

-

0,02

C2HF4Cl

(HCFC-124)

2

0,02-0,04

609

CHFClCF3

(HCFC-124)**

-

0,022

C2H2FCl3

(HCFC-131)

3

0,007-0,05

C2H2F2Cl2

(HCFC-132)

4

0,008-0,05

C2H2F3Cl

(HCFC-133)

3

0,02-0,06

C2H3FCl2

(HCFC-141)

3

0,005-0,07

CH3CFCl2

(HCFC-141b)**

-

0,11

725

C2H3F2Cl

(HCFC-142)

3

0,008-0,07

CH3CF2Cl

(HCFC-142b)**

-

0,065

2 310

C2H4FCl

(HCFC-151)

2

0,003-0,005

C3HFCl6

(HCFC-221)

5

0,015-0,07

C3HF2Cl5

(HCFC-222)

9

0,01-0,09

C3HF3Cl4

(HCFC-223)

12

0,01-0,08

C3HF4Cl3

(HCFC-224)

12

0,01-0,09

C3HF5Cl2

(HCFC-225)

9

0,02-0,07

CF3CF2CHCl2

(HCFC-225ca)**

-

0,025

122

CF2ClCF2CHClF

(HCFC-225cb)**

-

0,033

595

C3HF6Cl

(HCFC-226)

5

0,02-0,10

C3H2FCl5

(HCFC-231)

9

0,05-0,09

C3H2F2Cl4

(HCFC-232)

16

0,008-0,10

C3H2F3Cl3

(HCFC-233)

18

0,007-0,23

C3H2F4Cl2

(HCFC-234)

16

0,01-0,28

C3H2F5Cl

(HCFC-235)

9

0,03-0,52

C3H3FCl4

(HCFC-241)

12

0,004-0,09

C3H3F2Cl3

(HCFC-242)

18

0,005-0,13

C3H3F3Cl2

(HCFC-243)

18

0,007-0,12

C3H3F4Cl

(HCFC-244)

12

0,009-0,14

C3H4FCl3

(HCFC-251)

12

0,001-0,01

C3H4F2Cl2

(HCFC-252)

16

0,005-0,04

C3H4F3Cl

(HCFC-253)

12

0,003-0,03

C3H5FCl2

(HCFC-261)

9

0,002-0,02

C3H5F2Cl

(HCFC-262)

9

0,002-0,02

C3H6FCl

(HCFC-271)

5

0,001-0,03

Meta tiġi indikata medda ta’ ODPs, l-ogħla valur f’dik il-medda għandu jintuża għall-finijiet tal-Protokoll. L-ODPs elenkati bħala valur uniku ġew determinati minn kalkoli bbażati fuq kejl fil-laboratorju. Dawk elenkati bħala medda huma bbażati fuq stimi u huma inqas ċerti. Il-medda tirrigwarda grupp isomeriku. Il-valur massimu huwa l-istima tal-ODP tal-isomeru bl-ogħla ODP, u l-livell minimu huwa l-istima tal-ODP tal-isomeru bl-iktar ODP baxx.

** Jidentifika l-aktar sustanzi vijabbli kummerċjalment b’valuri tal-ODP elenkati magħhom li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-Protokoll.

*** Għas-sustanzi li għalihom l-ebda potenzjal ta’ tisħin ma huwa indikat, il-valur prestabbilit ta’ żero japplika sakemm jiġi inkluż valur tal-potenzjal ta’ tisħin permezz tal-proċedura prevista fil-paragrafu 9(a)(ii) tal-Artikolu 2.

L-Anness li jmiss għandu jiżdied mal-Protokoll wara l-Anness E: “‘Anness F: Sustanzi kkontrollati

Grupp

Sustanza

Potenzjal ta’ Tisħin Globali fuq 100 Sena

Grupp I

CHF2CHF2

HFC-134

1 100

CH2FCF3

HFC-134a

1 430

CH2FCHF2

HFC-143

353

chf2ch2cf3

HFC-245fa

1 030

CF3CH2CF2CH3

HFC-365mfc

794

CF3CHFCF3

HFC-227ea

3 220

CH2FCF2CF3

HFC-236cb

1 340

chf2chfcf3

HFC-236ea

1 370

CF3CH2CF3

HFC-236fa

9 810

CH2FCF2CHF2

HFC-245ca

693

cf3chfchfcf2cf3

HFC-43-10mee

1 640

CH2F2

HFC-32

675

CHF2CF3

HFC-125

3 500

CH3CF3

HFC-143a

4 470

CH3F

HFC-41

92

CH2FCH2F

HFC-152

53

CH3CHF2

HFC-152a

124

Grupp II

CHF3

HFC-23

14 800

Artikolu II: Rabta mal-Emenda tal-1999

Ebda Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika ma jistgħu jiddepożitaw strument ta’ ratifika, aċċetazzjoni, jew approvazzjoni ta’ jew adeżjoni ma’ din l-Emenda sakemm qabel, jew fl-istess waqt, ma jkunux iddepożitaw tali strument għall-Emenda adottata fil-Ħdax-il Laqgħa tal-Partijet f’Beijing, fit-3 ta’ Diċembru 1999.

Artikolu III: Rabta mal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Protokoll ta’ Kjoto tagħha

Din l-emenda mhix maħsuba li jkollha l-effett li teskludi l-idrofluworokarburi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenji inklużi fl-Artikoli 4 u 12 tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima jew fl-Artikoli 2, 5, 7 u 10 tal-Protokoll ta’ Kjoto tagħha.

Artikolu IV: Dħul fis-seħħ

1.Għajr kif innotat fil-paragrafu 2, hawn taħt, din l-Emenda għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, sakemm mill-inqas għoxrin strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tal-Emenda ikunu ġew iddepożitati minn Stati jew organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li huma Partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu. F’każ li din il-kondizzjoni ma tkunx issodisfata sa dik id-data, l-Emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-disgħin jum wara d-data li fiha tkun ġiet issodisfata.

2.Il-bidliet fl-Artikolu 4 tal-Protokoll, Kontroll tal-Kummerċ ma’ dawk li mhumiex Partijiet, stabbiliti fl-Artikolu I ta’ din l-Emenda għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2033, sakemm mill-inqas sebgħin strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tal-Emenda jkunu ġew iddepożitati minn Stati jew organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li huma Partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu. F’każ li din il-kondizzjoni ma tkunx issodisfata sa dik id-data, l-Emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-disgħin jum wara d-data li fiha tkun ġiet issodisfata.

3.Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, kull strument bħal dan iddepożitat minn organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika ma għandux jitqies bħala addizzjonali għal dawk iddepożitati mill-Istati Membri ta’ tali organizzazzjoni.

4.Wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-Emenda, kif previst fil-paragrafi 1 u 2, dan għandu jidħol fis-seħħ għal kull Parti oħra għall-Protokoll fid-disgħin jum wara d-data tad-depożitu tal-instrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tagħha.

Artikolu V: Applikazzjoni provviżorja

Kull Parti tista’, fi kwalunkwe mument qabel ma tidħol fis-seħħ din l-Emenda, tiddikjara li se tapplika b’mod provviżorju kull miżura ta’ kontroll stipulata fl-Artikolu 2J u l-obbligi ta’ rapportar korrispondenti fl-Artikolu 7, sakemm din l-Emenda tidħol fis-seħħ.

Top