Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8740

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8740 — Schmolz+Bickenbach/Assi ta’ Asco Industries) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 444, 23.12.2017, pp. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8740 — Schmolz+Bickenbach/Assi ta’ Asco Industries)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 444/13)

1.

Fid-19 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Schmolz+Bickenbach AG (l-Isvizzera), ikkontrollata mir-Renova Group;

Asco Industries SAS (Franza).

Schmolz+Bickenbach takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ ċerti partijiet ta’ Asco Industries.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Schmolz+Bickenbach: manifattura ta’ prodotti tal-azzar twal speċjali, b’mod partikulari azzar tal-għodda u azzar twil mhux korrużiv kif ukoll azzar tal-inġinerija mħallat u mħallat ħafna. Schmolz+Bickenbach hija integrata vertikalment tul il-katina kollha ta’ valur, mill-produzzjoni u l-ipproċessar sal-bejgħu u għoti ta’ servizzi u taħdem mad-dinja kollha;

—   Renova Group: grupp tan-negozju privat li jikkonsisti f’kumpaniji ta’ ġestjoni tal-assi u fondi ta’ investiment ta’ portafoll dirett f’varjetà ta’ setturi mad-dinja kollha;

—   Asco Industries: manifattura ta’ prodotti tal-azzar twal speċjali għas-setturi tal-karozzi, l-inġinerija mekkanika, tal-bearings u tal-enerġija fl-Ewropa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8740 — Schmolz+Bickenbach/Assi ta’ Asco Industries

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top