This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017M8703
Prior notification of a concentration (Case M.8703 — Porsche Digital/Axel Springer/JV) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8703 — Porsche Digital/Axel Springer/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8703 — Porsche Digital/Axel Springer/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 401, 25.11.2017, pp. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/24 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8703 — Porsche Digital/Axel Springer/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 401/11)
|
1. |
Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Wara l-implimentazzjoni tal-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni, Porsche (f’isem il-Grupp Volkswagen) u Axel Springer se jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll konġunt fuq il-JVC. Din l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Porsche Digital: Porsche Diġitali hija attiva f’investiment kapitali diġitali u sservi ta’ venture unit ta’ Porsche, kif ukoll ċentru ta’ kompetenza diġitali ta’ Porsche. Porsche hija manifattur tal-karozzi speċjalizzati fid-disinn, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ karozzi sportivi bi prestazzjoni għolja, SUVs, u sedans. L-attivitajiet tal-Grupp Volkswagen jinkludu d-disinn, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, karozzi tal-linja u muturi. — għal ASDV: Hija attiva f’investimenti tal-venture capital diġitali u hija l-venture unit diġitali primarju ta’ Axel Springer. Axel Springer tikkostitwixxi f’kumpanija multimedjali integrata b’operazzjonijiet diġitali f’diversi oqsma, kif ukoll hija l-ikbar pubblikatur tal-ġurnali fl-Ewropa. — għall-Joint Venture Company (“JVC”): Il-JVC se tkun attiva fil-provvista u l-finanzjament ta’ impriżi ġodda u fl-iżvilupp ta’ negozji ġodda permezz ta’ aċċeleratur konġunt għal investimenti tal-bidu (fil-fażi bikrija). |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8703 — Porsche Digital/Axel Springer/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.