Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8564

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8564 — Viacom International Media Networks Italia/De Agostini Editore/DeA Broadcast JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 253, 4.8.2017, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8564 — Viacom International Media Networks Italia/De Agostini Editore/DeA Broadcast JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 253/09)

1.

Fit-28 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Viacom International Media Networks Italia Srl (li tappartjeni lill-grupp Viacom (“VIMNI”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u De Agostini Editore SpA (li tappartjeni lill-grupp De Agostini (“DeA Editore”, l-Italja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża DeA Broadcast Srl (joint venture, “JV”, l-Italja), kumpanija ġdida li tikkonsisti f’joint venture, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal VIMNI: parti mill-grupp Viacom, attiva fl-iżvilupp ta’ programmi tat-televiżjoni, films, kontenut f’forma qasira, applikazzjonijiet, logħob, prodotti tal-konsumaturi, esperjenzi fil-midja soċjali u kontenut ieħor ta’ divertiment;

—   għal DeA Editore: parti mill-grupp De Agostini, attiva fil-qasam tal-pubblikazzjonijiet, il-midja u l-komunikazzjonijiet, il-logħob u s-servizzi ta’ investiment finanzjarju;

—   għall-JV: l-iżvilupp ta’ kanal tematiku u website korrispondenti tiegħu.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8564 — Viacom International Media Networks Italia/De Agostini Editore/DeA Broadcast JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top