This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017M8084
Prior notification of a concentration (Case M.8084 — Bayer/Monsanto) (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 222, 11.7.2017, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 222/08)
|
1. |
Fit-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Bayer Aktiengesellschaft (“Bayer”, il-Ġermanja) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Monsanto Corporation (“Monsanto”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Bayer: kumpanija azzjonarja ta’ ġestjoni ta’ Bayer Group ikkwotata fil-borża. Bayer Group hija organizzazzjoni internazzjonali diversifikata attiva f’erba’ oqsma kummerċjali ewlenin: il-farmaċewtiċi, is-saħħa tal-konsumatur, l-agrikoltura u s-saħħa tal-annimali, — għal Monsanto: korporazzjoni multinazzjonali Amerikana tal-agrokimika u tal-bijoteknoloġija agrikola kkwotata fil-borża. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+ 32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8084 — Bayer/Monsanto, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).