IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.10.2017
COM(2017) 594 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
dwar il-ħidma tal-Kumitati matul l-2016
{SWD(2017) 337 final}
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017DC0594
REPORT FROM THE COMMISSION on the working of Committees during 2016
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI dwar il-ħidma tal-Kumitati matul l-2016
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI dwar il-ħidma tal-Kumitati matul l-2016
COM/2017/0594 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.10.2017
COM(2017) 594 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
dwar il-ħidma tal-Kumitati matul l-2016
{SWD(2017) 337 final}
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
DWAR IL-ĦIDMA TAL-KUMITATI MATUL L-2016
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni 1 (ir-“Regolament tal-Komitoloġija”), il-Kummissjoni b’dan qed tippreżenta r-rapport annwali tagħha dwar il-ħidma tal-kumitati għall-2016.
Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi fis-sistema tal-komitoloġija fl-2016 u fih sommarju tal-attivitajiet tal-kumitati. Huwa akkumpanjat minn dokument ta’ ħidma tal-persunal bi statistika dettaljata dwar il-ħidma tal-kumitati individwali.
1. Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi fis-sistema tal-komitoloġija fl-2016
1.1. Żvilupp ġenerali
Kif deskritt fir-rapport annwali tal-2013 2 , il-proċeduri tal-komitoloġija kollha previsti fid-Deċiżjoni l-‘qadima’ tal-Komitoloġija 3 , bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (regulatory procedure with scrutiny - RPS), ġew awtomatikament adattati għall-proċeduri l-ġodda tal-komitoloġija stipulati fir-Regolament tal-Komitoloġija (ir-Regolament (UE) 182/2011).
Għalhekk fl-2016, il-kumitati tal-komitoloġija kienu qed joperaw skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Komitoloġija, jiġifieri l-proċedura konsultattiva (l-Artikolu 4) u l-proċedura ta’ eżaminazzjoni (l-Artikolu 5), kif ukoll skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS) stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Komitoloġija.
Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 4 ifakkar fil-ħtieġa li l-proċedura regolatorja tiġi allinjata bi skrutinju:
“It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa għall-allinjament tal-leġislazzjoni kollha eżistenti mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Lisbona, u b’mod partikolari l-ħtieġa li tingħata prijorità għolja lill-allinjament fil-pront tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. Il-Kummissjoni se tipproponi dan l-allinjament tal-aħħar sa tmiem l-2016."
F’konformità ma’ dan l-impenn, il-Kummissjoni adottat proposta ġdida għall-allinjament tal-atti bażiċi li jistipulaw il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni 5 . Hija adottat ukoll it-tieni proposta, li tittratta b’mod speċifiku l-allinjament ta’ atti bażiċi fil-qasam tal-ġustizzja 6 . In-negozjati interistituzzjonali dwar iż-żewġ fajls bdew fl-2017.
Fl-2016, il-Kummissjoni rrappurtat 7 dwar il-funzjonament tar-Regolament 182/2011, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
F’Settembru 2016 il-President tal-Kummissjoni fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni lill-Parlament Ewropew ħabbar inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġi msaħħaħ il-karattru demokratiku tal-proċedura tal-komitoloġija billi ddikjara: “Mhux sewwa li meta l-pajjiżi tal-UE ma jkunux jistgħu jiddeċiedu bejniethom, dwar jekk għandhomx jipprojbixxu jew le l-użu tal-glifosat fl-erbiċidi, il-Kummissjoni tiġi mġiegħla mill-Parlament u mill-Kunsill biex tieħu deċiżjoni. Għaldaqstant se nibdlu dawn ir-regoli – għaliex din mhix demokrazija 8 .”.
Bħala segwitu għall-istqarrija tal-President, fit-13 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (COM(2017) 85/3).
Mill-1 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni bdiet tippubblika abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni u abbozzi ta’ atti ta’ Proċedura Regolatorja bi Skrutinju għal perjodu ta’ erba’ ġimgħat li fih il-pubbliku seta’ jagħti r-reazzjoni tiegħu 9 . Dan huwa element importanti tal-approċċ ta’ trasparenza ġdid u jiġi wara l-impenn li ttieħed fil-Komunikazzjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar tal-2015 10 : “Atti ta’ implimentazzjoni importanti li huma soġġetti għall-opinjoni tal-Kumitat ukoll se jiġu ppubblikati għal erba’ ġimgħat biex il-partijiet konċernati jkunu jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom qabel kull vot mill-Istati Membri fil-Kumitat rilevanti”. Ladarba jiġi vvalutat ir-rispons riċevut, l-abbozz tal-att jitressaq għall-votazzjoni tal-kumitat rilevanti. Waqt il-laqgħa tal-kumitat il-Kummissjoni tispjega kif ir-reazzjonijiet kienu ġew ikkunsidrati u tinkludi din l-ispjegazzjoni fir-rekord sommarju tal-laqgħa (li huwa disponibbli pubblikament fir-Reġistru tal-Komitoloġija 11 ).
1.2. Żvilupp tal-każistika
B’referenza għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża C-440/14, National Iranian Oil Company vs il-Kunsill, li ma tikkonċernax direttament l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha, iżda hija importanti fid-dawl tar-raġunijiet li jiġġustifikaw, f’ċerti każijiet eċċezzjonali, l-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill 12 .
2.
Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet
2.1. Numru ta’ kumitati u laqgħat
Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-kumitati tal-komitoloġija, fuq naħa, u l-entitajiet l-oħra, b’mod partikolari l-“gruppi tal-esperti” maħluqa mill-Kummissjoni stess, fuq in-naħa l-oħra. Dawn tal-aħħar jipprovdu għajnuna esperta lill-Kummissjoni 13 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-politika, kif ukoll ta’ atti delegati, filwaqt li l-kumitati tal-komitoloġija jgħinu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni li ġew mogħtija lilha mill-atti ġuridiċi bażiċi. Dan ir-rapport jiffoka esklussivament fuq il-kumitati tal-komitoloġija. In-numru ta’ kumitati tal-komitoloġija attivi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2016 kien ikkalkulat skont is-settur tal-attività (ara t-Tabella I). Iċ-ċifri għas-sena preċedenti (fil-31 ta’ Diċembru 2015) qed jingħataw ukoll għal raġunijiet ta’ tqabbil. It-taqsimiet u l-konfigurazzjonijiet ma jingħaddux separatament minħabba li dawn jappartjenu għal kumitat prinċipali.
TABELLA I — Numru totali ta’ kumitati
|
Settur ta’ politika |
2016 |
2015 |
|
AGRI (Agrikoltura u Żvilupp Rurali |
17 |
18 |
|
BUDG (Baġit) |
2 |
2 |
|
CLIMA (Azzjoni Klimatika) |
5 |
5 |
|
CNECT (Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija) |
6 |
5 |
|
DEVCO (Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp) |
5 |
5 |
|
DIGIT (Informatika) |
1 |
2 |
|
EAC (Edukazzjoni u Kultura) |
2 |
5 |
|
ECFIN (Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji) |
1 |
1 |
|
ECHO (Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili) |
2 |
2 |
|
EMPL (Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni) |
5 |
4 |
|
ENER (Enerġija) |
14 |
14 |
|
ENV (Ambjent ) |
30 |
31 |
|
ESTAT (Eurostat) |
6 |
6 |
|
FISMA (Stabilità Finanzjarja, Servizzi Finanzjarji, u Unjoni tas-Swieq Kapitali) |
8 |
8 |
|
FPI (Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija) |
4 |
4 |
|
GROW (Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs) |
41 |
43 |
|
HOME (Migrazzjoni u Affarijiet Interni) |
13 |
11 |
|
JUST (Ġustizzja u Konsumaturi) |
23 |
21 |
|
MARE (Affarijiet Marittimi u Sajd) |
4 |
4 |
|
MOVE (Mobilità u Trasport) |
31 |
30 |
|
NEAR (Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir) |
3 |
3 |
|
OLAF (Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi) |
1 |
1 |
|
REGIO (Politika Reġjonali u Urbana) |
1 |
1 |
|
RTD (Riċerka u Innovazzjoni) |
5 |
5 |
|
SANTE (Saħħa u Sikurezza Alimentari) |
21 |
21 |
|
SG (Segretarjat Ġenerali) |
3* |
3* |
|
TAXUD (Tassazzjoni u Unjoni Doganali) |
11 |
11 |
|
TRADE (Kummerċ) |
12 |
14 |
|
TOTAL: |
277 |
280 |
* Inkluż il-kumitat ta’ appell (għall-ħtiġijiet tar-reġistru tal-komitoloġija, il-kumitat ta’ appell huwa rreġistrat bħala kumitat taħt ir-responsabbiltà tas-SĠ; fil-prattika, huwa ġestit mis-servizzi kollha kkonċernati).
Fl-2016, il-kumitati tal-komitoloġija setgħu ġeneralment jinqasmu skont it-tip ta’ proċedura li kienu jaħdmu biha (proċedura konsultattiva, proċedura ta’ eżaminazzjoni, proċedura regolatorja bi skrutinju — ara t-Tabella II). Ċerti kumitati li kienu japplikaw proċeduri multipli ġew separati minn kumitati li jaħdmu bi proċedura unika.
TABELLA II — L-għadd ta’ kumitati skont il-proċedura (2016)
|
|
Tip ta’ proċedura |
||||
|
Konsultattiva |
Eżaminazzjoni |
Regolatorja bi skrutinju |
Li jopera skont diversi proċeduri |
TOTAL: |
|
|
AGRI |
0 |
11 |
0 |
6 |
17 |
|
BUDG |
1 |
1 |
0 |
0 |
2 |
|
CLIMA |
0 |
1 |
0 |
4 |
5 |
|
CNECT |
0 |
3 |
0 |
3 |
6 |
|
DEVCO |
0 |
2 |
0 |
3 |
5 |
|
DIGIT |
0 |
1 |
0 |
0 |
1 |
|
EAC |
0 |
1 |
0 |
1 |
2 |
|
ECFIN |
0 |
0 |
0 |
1 |
1 |
|
ECHO |
0 |
1 |
0 |
1 |
2 |
|
EMPL |
0 |
0 |
2 |
3 |
5 |
|
ENER |
2 |
6 |
3 |
3 |
14 |
|
ENV |
0 |
6 |
5 |
19 |
30 |
|
ESTAT |
0 |
2 |
0 |
4 |
6 |
|
FISMA |
0 |
1 |
2 |
5 |
8 |
|
FPI |
0 |
3 |
0 |
1 |
4 |
|
GROW |
6 |
9 |
4 |
22 |
41 |
|
HOME |
2 |
8 |
0 |
3 |
13 |
|
JUST |
7 |
5 |
4 |
7 |
23 |
|
MARE |
0 |
2 |
0 |
2 |
4 |
|
MOVE |
3 |
8 |
4 |
16 |
31 |
|
NEAR |
1 |
1 |
0 |
1 |
3 |
|
OLAF |
0 |
1 |
0 |
0 |
1 |
|
REGIO |
0 |
0 |
0 |
1 |
1 |
|
RTD |
0 |
4 |
0 |
1 |
5 |
|
SANTE |
0 |
10 |
0 |
11 |
21 |
|
SG |
0 |
2 |
0 |
1 |
3 |
|
TAXUD |
1 |
8 |
0 |
2 |
11 |
|
TRADE |
2 |
4 |
0 |
6 |
12 |
|
TOTAL: |
25 |
101 |
24 |
127 |
277 |
* Inkluż il-kumitat ta’ appell.
L-għadd ta’ kumitati mhuwiex l-uniku indikatur tal-attività fil-livell tal-komitoloġija. L-għadd ta’ laqgħat li saru, kif ukoll l-għadd ta’ proċeduri bil-miktub 14 użati fl-2016 ukoll jirriflettu l-intensità tax-xogħol b’mod ġenerali, kemm fil-livell settorjali kif ukoll fil-kumitati individwali (it-Tabella III).
TABELLA III — Għadd ta’ laqgħat u proċeduri bil-miktub
|
Għadd ta’ kumitati |
Laqgħat |
Proċeduri bil-miktub |
|||
|
2016 |
2015 |
2016 |
2015 |
||
|
AGRI |
17 |
111 |
145 |
7 |
10 |
|
BUDG |
2 |
4 |
4 |
0 |
0 |
|
CLIMA |
5 |
7 |
6 |
1 |
1 |
|
CNECT |
6 |
18 |
15 |
12 |
11 |
|
DEVCO |
5 |
18 |
16 |
11 |
7 |
|
DIGIT |
1 |
2 |
3 |
0 |
0 |
|
EAC |
2 |
5 |
4 |
3 |
1 |
|
ECFIN |
1 |
0 |
1 |
0 |
0 |
|
ECHO |
2 |
4 |
6 |
4 |
5 |
|
EMPL |
5 |
4 |
4 |
1 |
5 |
|
ENER |
14 |
12 |
16 |
4 |
2 |
|
ENV |
30 |
26 |
38 |
11 |
12 |
|
ESTAT |
6 |
6 |
6 |
5 |
5 |
|
FISMA |
8 |
11 |
8 |
13 |
9 |
|
FPI |
4 |
5 |
2 |
2 |
3 |
|
GROW |
41 |
63 |
76 |
36 |
28 |
|
HOME |
13 |
36 |
29 |
65 |
31 |
|
JUST |
23 |
22 |
10 |
4 |
5 |
|
MARE |
4 |
6 |
11 |
5 |
4 |
|
MOVE |
31 |
52 |
51 |
25 |
22 |
|
NEAR |
3 |
7 |
7 |
12 |
19 |
|
OLAF |
1 |
1 |
2 |
1 |
0 |
|
REGIO |
1 |
1 |
1 |
0 |
0 |
|
RTD |
5 |
57 |
57 |
263 |
205 |
|
SANTE |
21 |
117 |
106 |
437 |
437 |
|
SG |
3 |
5* |
5* |
0 |
1 |
|
TAXUD |
11 |
50 |
65 |
22 |
20 |
|
TRADE |
12 |
24 |
25 |
38 |
25 |
|
TOTAL |
277 |
674 |
719 |
982 |
868 |
* Ħames laqgħat tal-kumitat ta’ appell.
2.2 Għadd ta’ opinjonijiet u atti/miżuri ta’ implimentazzjoni
Bħal dejjem, dan ir-rapport jagħti ċ-ċifri globali tal-opinjonijiet formali mogħtija mill-kumitati u l-atti/il-miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti adottati mill-Kummissjoni 15 . Dawn iċ-ċifri jikkwantifikaw l-"output" tanġibbli tal-kumitati (ara t-Tabella IV). Min-numru totali ta’ abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni mressqa quddiem il-kumitati fl-2016, il-PE adotta 12-il riżoluzzjoni abbażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Komitoloġija, filwaqt li l-Kunsill ma adotta l-ebda riżoluzzjoni ta’ dan it-tip.
TABELLA IV — Għadd ta’ opinjonijiet u atti/miżuri ta’ implimentazzjoni adottati
|
|
Opinjonijiet 16 |
Atti ta’ implimentazzjoni
|
Miżuri RPS
|
|||
|
2016 |
2015 |
2016 |
2015 |
2016 |
2015 |
|
|
AGRI |
110 |
116 |
105 |
116 |
1 |
1 |
|
BUDG |
7 |
4 |
0 |
4 |
0 |
0 |
|
CLIMA |
7 |
7 |
6 |
7 |
0 |
1 |
|
CNECT |
20 |
20 |
14 |
12 |
0 |
1 |
|
DEVCO |
57 |
57 |
55 |
58 |
0 |
0 |
|
DIGIT |
1 |
1 |
1 |
1 |
0 |
0 |
|
EAC |
4 |
5 |
4 |
2 |
0 |
0 |
|
ECFIN |
0 |
1 |
0 |
1 |
0 |
0 |
|
ECHO |
7 |
9 |
4 |
11 |
0 |
0 |
|
EMPL |
4 |
9 |
3 |
6 |
0 |
0 |
|
ENER |
8 |
8 |
4 |
1 |
6 |
6 |
|
ENV |
38 |
37 |
13 |
16 |
11 |
11 |
|
ESTAT |
11 |
16 |
3 |
6 |
5 |
10 |
|
FISMA |
28 |
16 |
28 |
10 |
0 |
6 |
|
FPI |
2 |
4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
GROW |
84 |
74 |
45 |
37 |
21 |
13 |
|
HOME |
76 |
63 |
61 |
42 |
0 |
0 |
|
JUST |
6 |
9 |
6 |
9 |
0 |
1 |
|
MARE |
10 |
15 |
10 |
15 |
0 |
0 |
|
MOVE |
65 |
55 |
44 |
46 |
17 |
17 |
|
NEAR |
64 |
65 |
65 |
65 |
0 |
0 |
|
OLAF |
2 |
0 |
2 |
0 |
0 |
0 |
|
REGIO |
2 |
1 |
1 |
1 |
0 |
0 |
|
RTD |
270 |
266 |
191 |
223 |
0 |
0 |
|
SANTE |
717 |
736 |
632 |
671 |
55 |
62 |
|
SG |
11* |
11 |
9 |
23 |
0 |
0 |
|
TAXUD |
82 |
82 |
67 |
65 |
0 |
0 |
|
TRADE |
75 |
56 |
75 |
58 |
0 |
0 |
|
TOTAL |
1 768 |
1 743 |
1 448 |
1 506 |
116 |
129 |
* Inklużi 11-il opinjoni mogħtija mill-kumitat ta’ appell u disa’ atti adottati.
2.3 Laqgħat tal-kumitat ta’ appell
Il-kumitat ta’ appell iltaqa’ ħames darbiet matul l-2016, u ddiskuta 11-il abbozz ta’ atti ta’ implimentazzjoni (fil-qasam tal-politika tas-saħħa u l-konsumatur u tal-mobilità u tat-trasport) li kienu riferiti mill-Kummissjoni. Il-kumitat tal-appell ma ta l-ebda opinjoni fi 11-il każ. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tadotta disa’ atti ta’ implimentazzjoni.
2.4
Użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS)
Kif imsemmi fit-Taqsima 1, il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju ma kenitx affettwata mir-riforma tal-komitoloġija tal-2011. Din il-proċedura ma tistax tibqa’ tintuża f’leġiżlazzjoni ġdida, imma għadha tidher f’diversi atti bażiċi eżistenti u se tibqa’ tapplika skont dawk l-atti sakemm jiġu allinjati. Fl-2016, ġew adottati 108 miżuri skont ir-RPS (ara t-Tabella V). Id-dritt tal-oppożizzjoni ntuża darba, mill-Parlament Ewropew. Fl-2015, bi tqabbil ma’ dan, id-dritt tal-oppożizzjoni ma ntużax.
TABELLA V — Għadd ta’ miżuri adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS)
|
|
Miżuri RPS
|
Il-PE oppona l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ miżuri skont l-RPS |
Il-Kunsill oppona l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ miżuri skont l-RPS |
|
AGRI |
1 |
0 |
0 |
|
BUDG |
0 |
0 |
0 |
|
CLIMA |
0 |
0 |
0 |
|
CNECT |
0 |
0 |
0 |
|
DEVCO |
0 |
0 |
0 |
|
DIGIT |
0 |
0 |
0 |
|
EAC |
0 |
0 |
0 |
|
ECFIN |
0 |
0 |
0 |
|
ECHO |
0 |
0 |
0 |
|
EMPL |
0 |
0 |
0 |
|
ENER |
6 |
0 |
0 |
|
ENV |
11 |
0 |
0 |
|
ESTAT |
5 |
0 |
0 |
|
FISMA |
0 |
0 |
0 |
|
FPI |
0 |
0 |
0 |
|
GROW |
21 |
0 |
0 |
|
HOME |
0 |
0 |
0 |
|
JUST |
0 |
0 |
0 |
|
MARE |
0 |
0 |
0 |
|
MOVE |
17 |
0 |
0 |
|
NEAR |
0 |
0 |
0 |
|
OLAF |
0 |
0 |
0 |
|
REGIO |
0 |
0 |
0 |
|
RTD |
0 |
0 |
0 |
|
SANTE |
47 |
1 |
0 |
|
SG |
0 |
0 |
0 |
|
TAXUD |
0 |
0 |
0 |
|
TRADE |
0 |
0 |
0 |
|
TOTAL |
108 |
1 |
0 |
3. Tagħrif dettaljat dwar l-attivitajiet tal-kumitati
Id-dokument ta’ ħidma li jakkumpanja dan ir-rapport jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-ħidma tal-kumitati individwali fl-2016, imqassma fuq il-bażi tad-dipartimenti kkonċernati differenti tal-Kummissjoni.
3. Konklużjoni
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma mistiedna jieħdu nota ta’ dan ir-Rapport.