IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.9.2017
COM(2017) 464 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU U LILL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-iżviluppi fil-monitoraġġ fis-suq tal-UE għall-forniment ta' servizzi ta' awditjar statutorju lill-entitatjiet ta' interess pubbliku skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 537/2014
1.Introduzzjoni
Ir-riforma tal-leġiżlazzjoni tal-awditjar tal-UE saret sabiex issaħħaħ il-fiduċja fl-integrità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti f’Direttiva dwar l-awditjar u f’Regolament dwar l-awditjar. Id-Direttiva tapplika għall-verifiki statutorji kollha; ir-Regolament fih rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku (PIEs).
Ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ il-kwalità tal-awditjar kif ukoll jippromwovi l-kompetizzjoni fis-suq tal-awditjar. L-Artikolu 27 iservi bħala mezz ta’ monitoraġġ effettiv u regolari tal-konformità ta’ dawn l-għanijiet. L-Artikolu 27 jitratta l-monitoraġġ tal-aspetti li ġejjin tas-suq tal-UE għall-forniment ta’ servizzi ta’ awditjar statutorju lill-PIEs: (a) il-livelli ta’ konċentrazzjoni tas-suq; (b) ir-riskji għal kwalità fl-awditjar u miżuri sabiex jiġu mitigati; u (c) il-prestazzjoni tal-kumitati tal-verifika.
Skont ir-Regolament kull awtorità nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza tal-awditjar (ANK) (awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni) u n-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) għandhom ifasslu rapport dwar l-iżviluppi fis-suq tagħhom għall-forniment ta’ servizzi ta’ awditjar statutorju lill-PIEs. Il-Kummissjoni mbagħad tuża dawk ir-rapporti biex tfassal rapport konġunt li jkopri lill-UE kollha. Ir-rapport konġunt huwa ppreżentat lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u, fejn xieraq, lill-Parlament Ewropew. Dan ir-rapport huwa l-ewwel rapport konġunt ta’ din ix-xorti u se jservi bħala bażi għal rapporti futuri.
L-analiżi f’dan ir-rapport hija bbażata fuq id-data li rċeviet il-Kummissjoni mill-ANK u n-NEK. Hija tirreferi l-aktar għall-2015 u kienet miġbura fl-2016 bbażata fuq għażla ta’ indikaturi tas-suq Il-Kummissjoni wettqet ħidma ta’ tħejjija, ta’ konsolidazzjoni u validazzjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB).
L-ANKs jużaw sorsi differenti ta’ informazzjoni fir-rapporti nazzjonali tagħhom. Is-sorsi bħar-reġistru pubbliku nazzjonali u r-rapporti ta’ trasparenza huma pubbliċi; l-oħrajn, bħal l-istħarriġ u l-kwestjonarji, mhumiex. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, ir-rapporti nazzjonali huma s-sors ewlieni ta’ data f’dan ir-rapport.
Tfaċċaw numru ta’ limitazzjonijiet matul il-konsolidazzjoni tad-data nazzjonali fil-livell tal-UE. Peress li r-regoli tal-awditjar tal-UE l-ġodda daħlu fis-seħħ biss fis-17 ta’ Ġunju 2016, id-data fir-rapporti nazzjonali kienet miġbura skont il-qafas legali preċedenti tal-UE (id-Direttiva 2006/43/KE). Ir-regoli l-ġodda tal-awditjar ġabu magħhom diversi bidliet, fuq kwistjonijiet bħall-aċċess u l-ġbir ta’ data mill-ANKs. Id-disponibbiltà ta’ data fil-livell nazzjonali affettwat il-livell ta’ dettall mogħti minn xi Stati Membri. Dan jispjega għalfejn hemm xi tagħrif nieqes fir-rapporti nazzjonali.
Barra minn hekk, il-ġbir tad-data f’ħafna Stati Membri jkopri diversi perjodi ta’ referenza, minħabba li l-kumpaniji tal-verifika għandhom perjodi ta’ rappurtar tal-aħħar tas-sena differenti minn xulxin. It-tqabbil u l-konsolidazzjoni tad-data madwar l-UE kollha għalhekk huwa aktar diffiċli.
Barra minn hekk, il-ġbir tad-data huwa soġġett għal prattiki differenti fl-Istati Membri. Eżempju ta’ dan huwa l-użu individwali tal-"approċċ tad-ditti tal-awditjar” kontra l-"approċċ tan-netwerk tal-awditjar”. Fl-aħħar nett, id-differenzi fl-interpretazzjoni tal-indikaturi affettwaw ukoll il-livell ta’ dettall mogħti minn xi Stati Membri.
Fid-dawl ta’ dawn il-limitazzjonijiet, għandu jintuża approċċ kawt fl-analiżi tad-data u l-wasla għal konklużjonijiet fil-livell tal-UE.
2.L-iżviluppi fis-suq tal-UE għall-awditjar statutorju tal-PIEs: Is-Sejbiet Ewlenin
2.1.Ħarsa ġenerali tas-suq tal-awditjar statutorju tal-PIE
Din it-taqsima tiddeskrivi l-istat tas-suq tal-awditjar tal-PIE qabel id-dħul fis-seħħ tar-riforma tal-awditjar. Hija tgħin biex ikun hemm fehim tajjeb tas-suq u tiffaċilità valutazzjonijiet futuri f’rapporti ta’ monitoraġġ tas-suq.
L-awditjar statutorju ta’ PIEs bħal kumpaniji elenkati, banek u l-intrapriżi tal-assigurazzjoni huwa suġġett għal rekwiżiti speċifiċi skont ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu wkoll jaħtru bħala PIEs nazzjonali intrapriżi oħra minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta’ impjegati. Dawn huma magħrufa bħala PIEs nazzjonali.
Analiżi tas-suq tal-awditjar statutorju tal-PIEs fl-UE tagħti stampa diverġenti ħafna f’dak li għandu x’jaqsam mal-għadd ta’ awdituri u ditti tal-awditjar, u l-fatturat tagħhom.
PIEs
Skont il-qafas legali preċedenti tal-UE kien hemm aktar minn 25 000 PIEs fl-UE. Dan in-numru jvarja minn numru baxx ta’ 64 fil-Latvja sa numru għoli ta’ madwar 7 000 fi Spanja (ara t-Tabella 1).
Il-PIEs nazzjonali jiffurmaw l-akbar perċentwal ta’ PIEs fl-UE. B’kollox, hemm aktar minn 11 100 PIEs nazzjonali fl-UE. Xi 15-il Stat Membru rraporta li għandu PIEs nazzjonali. Kif turi t-Tabella 1, il-PIEs nazzjonali jammontaw għal aktar minn nofs il-PIEs fi tmien Stati Membri. Il-kumpaniji elenkati huma t-tieni fil-livell tal-UE f’termini perċentwali u għandhom l-ogħla sehem ta’ PIEs fi 15-il Stat Membru.
Figura 1: PIEs għal kull kategorija fl-Istati Membri tal-UE
L-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar fl-UE
B’kollox, hemm 250 047 individwu rreġistrat bħala awditur statutorju fl-UE. F' 26 Stat Membru 26 % tal-awdituri statutorji rreġistrati huma impjegati minn jew assoċjati ma’ ditta tal-awditjar. Dawn in-numri jvarjaw ħafna madwar l-Istati Membri (ara t-Tabella 1).
Ir-Renju Unit, Franza, l-Irlanda u l-Ġermanja jammontaw għal 64 % tal-kumpaniji tal-awditjar irreġistrati kollha fl-UE, bl-akbar numru (aktar minn 6 000) fir-Renju Unit. Sitt Stati Membri (il-Bulgarija, il-Finlandja, il-Lussemburgu, Malta, s-Slovenja u l-Greċja) lkoll għandhom inqas minn 100 ditta rreġistrata tal-awditjar.
Madwar 5 % tan-numru totali ta’ kumpaniji rreġistrati tal-awditjar fl-UE jwettqu l-awditjar statutorju tal-PIEs. Inqas minn terz tal-kumpaniji rreġistrati tal-awditjar f’kull Stat membru jawditja l-PIEs, ħlief il-Greċja (70 %), il-Bulgarija (55%) u s-Slovakkja (34 %). Fin-Netherlands, ir-Renju Unit, id-Danimarka u l-Irlanda ċ-ċifra hija inqas minn 2 %.
Tabella 1: Ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tas-suq fl-Istati Membri tal-UE
|
|
In-numru ta’ awdituri statutorji rreġistrati (persuni fiżiċi)
|
In-numru ta’ awdituri statutorji rreġistrati impjegati minn jew assoċjati bħala msieħba jew f’kariga oħra f’ditta tal-awditjar
|
In-numru ta’ kumpaniji tal-awditjar irreġistrati
|
In-numru ta’ kumpaniji tal-awditjar irreġistrati li jawditjaw il-PIEs
|
In-numru ta’ PIEs
|
In-numru ta’ awditi statutorji tal-PIEs
|
|
Il-Belġju
|
1 052
|
861
|
529
|
19
|
268
|
276
|
|
Il-Bulgarija
|
704
|
243
|
93
|
51
|
782
|
1 021
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
1 291
|
287
|
363
|
50
|
433
|
375
|
|
Id-Danimarka
|
3 591
|
3 093
|
1 568
|
9
|
354
|
354
|
|
Il-Ġermanja
|
17 342
|
10 067
|
2 992
|
73
|
677
|
1 040
|
|
L-Estonja
|
353
|
234
|
152
|
16
|
196
|
196
|
|
L-Irlanda
|
9 997
|
9 997
|
5 272
|
11
|
1 005
|
1005
|
|
Il-Ġreċja
|
1 068
|
826
|
46
|
32
|
324
|
609
|
|
Spanja
|
4 177
|
2 858
|
1 395
|
199
|
7 393
|
8 006
|
|
Franza
|
13 494
|
Ma japplikax
|
6 019
|
565
|
2 470
|
3 431
|
|
Il-Kroazja
|
976
|
532
|
228
|
75
|
794
|
794
|
|
L-Italja
|
15 3947
|
2 938
|
463
|
26
|
1 578
|
1 578
|
|
Ċipru
|
924
|
924
|
524
|
15
|
147
|
147
|
|
Il-Latvja
|
169
|
150
|
136
|
15
|
64
|
64
|
|
Il-Litwanja
|
370
|
265
|
171
|
13
|
156
|
170
|
|
Il-Lussemburgu
|
277
|
275
|
66
|
15
|
379
|
429
|
|
L-Ungerija
|
4 965
|
2 070
|
1 807
|
68
|
245
|
245
|
|
Malta
|
1 276
|
587
|
66
|
10
|
168
|
168
|
|
In-Netherlands
|
1 791
|
1 791
|
365
|
7
|
madwar 800
|
1 013
|
|
L-Awstrija
|
105
|
Ma japplikax
|
397
|
17
|
341
|
341
|
|
Il-Polonja
|
7 086
|
3 510
|
1 612
|
97
|
1 992
|
2 375
|
|
Il-Portugall
|
1 378
|
802
|
229
|
58
|
1 189
|
1 192
|
|
Ir-Rumanija
|
4 632
|
1 358
|
969
|
124
|
Ma japplikax
|
552
|
|
Is-Slovenja
|
188
|
133
|
54
|
17
|
88
|
88
|
|
Is-Slovakkja
|
791
|
445
|
233
|
80
|
572
|
908
|
|
Il-Finlandja
|
1 543
|
905
|
80
|
15
|
578
|
578
|
|
L-Iżvezja
|
3 476
|
3 476
|
146
|
15
|
551
|
551
|
|
Ir-Renju Unit
|
13 084
|
13 084
|
6 331
|
50
|
1 741
|
1 748
|
|
It-total tal-UE
|
250 047
|
61 711
|
32 306
|
1 742
|
madwar 25 000
|
29 254
|
Fatturat u tariffi mill-awditjar statutorju tal-PIEs
Il-fatturat totali tad-ditti tal-awditjar li jawditjaw il-PIEs fi 25 Stat Membru tal-UE (id-data mill-Bulgarija, Franza u Spanja mhijiex disponibbli) huwa ta’ madwar EUR 31 biljun. Madankollu, in-numri għal kull Stat Membru juru diverġenza madwar l-UE. Fi tmien Stati Membri, il-fatturat aggregat tad-ditti tal-awditjar li jawditjaw il-PIEs huwa aktar minn EUR 1 biljun, filwaqt li fi 11-il Stat Membru huwa inqas minn EUR 100 miljun. Ir-Renju Unit waħdu jammonta għal madwar nofs il-fatturat kollu tad-ditti tal-awditjar li jawditjaw il-PIEs f’25 Stati Membri. Il-Ġermanja u n-Netherlands għandhom l-akbar swieq wara r-Renju Unit (ara t-Tabella 2).
It-tariffi totali mill-awditi statutorji jammontaw għal madwar EUR 11-il biljun għas-27 Stati Membri tal-UE li taw id-data. Ir-Renju Unit, il-Ġermanja u Franza jammontaw għal kważi 60 % ta’ dan it-total. Xi 13-il Stat Membru rrappurtaw tariffi taħt il-EUR 100 miljun.
Figura 2: Il-fatturat tad-ditti tal-awditjar li jawditjaw il-PIEs u t-tariffi mill-awditjar statutorju, għal kull Stat Membru
2.2.Il-livelli ta’ konċentrazzjoni tas-suq
Wieħed mill-għanijiet ewlenin tar-Regolament huwa li jkun hemm suq kompetittiv għas-servizzi tal-awditjar statutorju fejn ikun hemm għażla suffiċjenti ta’ awdituri jew ditti statutorji għall-PIEs. Ir-rekwiżit fl-Artikolu 27 biex jiġu evalwati l-livelli ta’ konċentrazzjoni fis-suq għall-awditi statutorji għall-PIEs jenfasizza kemm huwa importanti dan l-għan. Din it-taqsima għalhekk tistabbilixxi l-gwida għall-kejl tal-progress f'dan il-qasam għar-rapporti futuri ta’ monitoraġġ tas-swieq.
L-Istati Membri ġew mitluba jipprovdu informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tas-suq għall-awditi statutorji tal-PIEs ta’ 10 atturi ewlenin tal-awditjar (“10KAP”) . Biex jikkalkulaw il-fatturat, 15-il Stat Membru wżaw l-approċċ tad-ditta tal-awditjar, sebgħa oħra wżaw l-approċċ tan-netwerk tal-awditjar u tnejn oħra wżaw iż-żewġ approċċi. Is-sena finanzjarja tvarja minn ditta tal-awditjar għal oħra u mhux dejjem taqbel mas-sena kalendarja tal-2015, li hija l-perjodu ta’ referenza għal dan il-ġbir tad-data. Għalhekk, id-data ppreżentata f’din it-taqsima hija approssimattiva.
Id-data dwar l-ishma tas-suq hija analizzata bl-użu ta’ tliet indikaturi differenti ta’ konċentrazzjoni tas-suq ikkalkulati għal kull Stat Membru: l-"Erbgħa l-Kbar” (PwC, Deloitte, KPMG u EY), “CR4” (is-sehem mis-suq konsolidat tal-erba’ l-akbar ditti tal-awditjar f’kull pajjiż), u “10KAP”. B’mod partikolari, id-differenzi bejn l-Erbgħa l-Kbar u CR4 ġew analizzati biex jiġu evalwati x-xejriet f’dawn l-indikaturi ta’ konċentrazzjoni tas-suq f’rapporti futuri.
Il-konċentrazzjoni skont l-awditjar statutorju tal-PIEs u l-fatturat (tan-netwerk jew tad-ditti li jawditjaw il-PIEs)
L-Erbgħa l-Kbar għandhom sehem mis-suq medju ta’ kważi 70% fin-numru ta’ awditi statutorji tal-PIEs (abbażi ta’ 28 Stat Membru). Rigward il-fatturat, il-konċentrazzjoni tas-suq tagħhom hija ta’ medja ta’ madwar 80 % (abbażi ta’ 21 Stat Membru). L-Erbgħa l-Kbar għandhom oligopolju konċentrat fi 11 il-Stat Membru fuq in-numru ta’ awditi statutorji (ara t-Tabella 3) u fi 15-il Stat Membru fil-fatturat. Kif turi t-Tabella 4, is-sehem tas-suq fil-fatturat kombinat tal-Erbgħa l-Kbar jaqbeż 90 % f’sitt Stati Membri. CR4 jirbaħ lill-proporzjon aggregata ta’ konċentrazzjoni tal-Erbgħa l-Kbar f’seba’ Stati Membri fin-numru ta’ awditi statutorji ta’ PIEs u f’ħames Stati Membri fil-fatturat. Għalhekk, l-Erbgħa l-Kbar huma l-erba’ l-akbar ditti tal-awditjar fil-maġġoranza tal-Istati Membri.
Figura 3: Is-sehem tas-suq tad-ditti tal-awditjar għall-awditjar statutorju tal-PIEs fl-2015
Il-konċentrazzjoni aggregata tas-suq tas-sitt ditti tal-awditjar bl-akbar sehem (fil-fatturat) hija aktar min nofs fil-21 Stati Membri li għalihom il-livelli ta’ konċentrazzjoni fuq il-fatturat setgħu jiġu kkalkulati, u taqbeż 90 % f’għaxar Stati Membri. L-ishma fis-suq ikkombinati (għall-fatturat) tal-10KAP fil-livell tal-UE jammontaw għal aktar minn 90 % f’sittax-il Stat Membru u inqas minn 80 % f’erba’ Stati Membri.
Figura 4: Is-sehem tas-suq tad-ditti tal-awditjar tal-fatturat għall-2015 (id-ditti tal-awditjar jew in-netwerk li jawditjaw lill-PIEs) f’21 Stat Membru
Il-konċentrazzjoni ta’ kull ditta tal-awditjar
It-Tabella 5 turi li l-Erbgħa l-Kbar għandhom sehem mis-suq kombinat ta’ madwar 70 % għan-numru ta’ awditi statutorji tal-PIEs fil-livell tal-UE, filwaqt li l-livell ta’ konċentrazzjoni tal-10KAP huwa qrib it-80 %.
Figura 5: Is-sehem tas-suq tal-10KAP għall-awditi statutorji tal-PIEs
Madankollu, f’termini ta’ fatturat (kemm tad-ditta tal-awditjar jew tan-netwerk li jawditja l-PIEs) l-Erbgħa l-Kbar ikopru 80 % tas-suq tal-awditjar totali tal-UE. Grant Thornton u BDO huma l-akbar ditti tal-awditjar wara l-Erbgħa l-Kbar.
Il-konċentrazzjoni ta’ ditti tal-awditjar skont il-kategorija ta’ PIE
Il-konċentrazzjoni fis-suq għall-awditjar statutorju tal-PIEs hija l-ogħla waħda għall-banek u l-intrapriżi tal-assigurazzjoni, fejn is-sehem tas-suq għall-Erbgħa l-Kbar huwa ta’ madwar 80 % (ara l-Figura 6). Is-sehem tas-suq tagħhom fil-kategorija tal-kumpaniji elenkati huwa qrib is-70 %. Għandhom sehem fis-suq iżgħar għall-PIEs nazzjonali (madwar 50 %).
Figura 6: Il-konċentrazzjoni medja tas-suq f’kategoriji differenti fil-livell tal-UE għall-awditjar statutorju tal-PIEs
2.3.Ir-riskji li jirriżultaw minn nuqqasijiet fil-kwalità ta’ awditur jew ditta tal-awditjar statutorji
L-ANKs iwettqu eżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità biex jiċċekkjaw ix-xogħol tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. L-ispezzjonijiet huma l-għodda ewlenija għas-superviżuri tal-kwalità biex jiċċekkjaw jekk l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikunux wettqu l-inkarigu korrettament u biex jidentifikaw xi nuqqasijiet fil-kwalità. L-ANKs jistgħu jużaw firxa wiesgħa ta’ setgħat u miżuri biex jikkoreġu u jirrimedjaw dawn in-nuqqasijiet. Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament, l-ANKs iridu jivvalutaw ir-riskji li jirriżultaw minn inċidenzi għolja ta’ nuqqasijiet fil-kwalità u jivvalutaw jekk ikunx meħtieġ li jiġu adottati miżuri biex jittaffew dawn ir-riskji. Minħabba n-natura kunfidenzjali u sensittività tal-informazzjoni, id-data f’din it-taqsima hija ppreżentata f’forma anonimizzata u aggregata.
Eżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità
L-ANKs irrappurtaw fuq l-aspetti kwantitattivi u kwalitattivi tal-aċċertament tal-kwalità. Il-maġġoranza tal-Istati Membri taw rapport għas-sena kalendarja tal-2015 (jiġifieri taw rapport tar-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa fi 2014/15) iżda b’dati ta’ bidu u tmiem differenti. Kien hemm ħames Stati Membri li ppreżentaw data għaċ-ċiklu sħiħ ta’ spezzjonijiet (tliet snin), fejn użaw l-aktar data riċenti disponibbli fis-swieq rispettivi tagħhom.
Għalkemm dan ir-rapport jiffoka fuq informazzjoni relatata mal-PIE, l-ANKs kienu mistiedna wkoll biex jipprovdu informazzjoni dwar entitajiet mhux PIEs. L-għan kien li tingħata stampa usa’ u aktar komprensiva tas-sitwazzjoni fuq livell nazzjonali.
Valutazzjoni kwantitattiva
Intużaw serje ta’ indikaturi biex juru s-sitwazzjoni:
-
in-numru ta’ inkarigi ta’ awditjar statutorju (fajls) spezzjonati;
-
in-numru ta’ ditti tal-awditjar spezzjonati;
-
in-numru ta’ ditti tal-awditjar fejn ġew spezzjonati proċeduri għad-ditta kollha;
-
in-numru ta’ inkarigi/eżamijiet tal-fajls b’mill-anqas skoperta waħda; kif ukoll
-
in-numru ta’ eżamijiet fid-ditta kollha b’mill-anqas skoperta waħda.
Madankollu, ma ġiet miftiehma l-ebda definizzjoni komuni ta’ “sejba”
għal dan il-ġbir partikolari ta’ data. Minflok, l-ANKs ġew mitluba jagħtu definizzjoni jew jindikaw il-kategorizzazzjoni segwita.
Figura 7: L-aċċertament tal-kwalità fl-UE
Peress li n-numru tal-entitajiet mhux PIEs ġeneralment huwa aktar għoli min-numru ta’ PIEs, l-ANKs irraportaw, kif mistenni, inċidenza aktar għolja ta’ aċċertament tal-kwalità f’dawk mhux PIEs, kemm fin-numru ta’ spezzjonijiet kif ukoll għas-sejbiet. Dan jammonta, fil-medja, għal 90 % jew qrib tal-attività ta’ eżami tal-aċċertament tal-kwalità fil-livell tal-UE. Madankollu, fi 12-il Stat Membru, il-perċentwal ta’ spezzjonijiet tal-PIEs ivarja bejn 10 % u 50 % tal-għadd totali ta’ spezzjonijiet. Xi għaxar Stati Membri rrapportaw firxa simili għan-numru ta’ sejbiet tal-PIE. F’żewġ Stati Membri aktar minn 80 % tan-numru totali ta’ spezzjonijiet u s-sejbiet huma mmirati għall-PIEs. Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet in-numru ta’ spezzjonijiet u eżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità mwettqa huwa konformi ma’ u proporzjonati mad-daqs tas-suq nazzjonali.
Valutazzjoni kwalitattiva
Ġew identifikati tliet kwistjonijiet rikorrenti fil-livell tal-UE. Dawn huma:
(i)
nuqqasijiet fis-sistemi interni tal-kontroll tal-kwalità;
(ii)
nuqqas ta’ dokumentazzjoni ta’ xi aspetti tal-inkarigu ta’ awditjar; kif ukoll
(iii)
nuqqas ta’ provi suffiċjenti ta’ awditjar li juru li saret valutazzjoni sħiħa tal-awditjar.
Hemm aktar kwistjonijiet diversifikati, limitati għal xi ftit Stati Membri. Dawn il-kwistjonijiet jirriflettu l-istruttura speċifika tas-swieq differenti, bħal: (i) sejbiet dwar l-awditi tal-grupp fi Stati Membri iżgħar; (Ii) kwistjonijiet marbuta mal-eżami tal-kontroll tal-kwalità tal-inkarigu fl-Istati Membri bi prattika fl-awditjar aktar b’saħħitha; u (iii) kwistjonijiet marbuta mat-taħriġ fi Stati Membri b’esperjenza inqas estensiva fl-ispezzjoni tal-awditjar.
Il-ħtieġa li jiġu adottati miżuri sabiex dawn ir-riskji jiġu mitigati
Ir-rapporti nazzjonali iddeskrivew ukoll ir-rimedji u l-miżuri ta’ segwitu meħuda. L-analiżi turi li r-rakkomandazzjonijiet huma l-aktar approċċ komuni, segwiti minn twissijiet u miżuri ta’ segwitu fejn id-ditti jeħtieġ li jikkonfermaw li ħadu l-passi meħtieġa. Is-sanzjonijiet ġew imposti biss f’numru żgħir ta’ każijiet serji.
2.4.Il-prestazzjoni ta' kumitati tal-awditjar
Ir-regoli l-ġodda tal-awditjar taw spinta lir-rwol u s-setgħat tal-kumitati tal-awditjar (ACs). Ir-Regolament jikkonferixxi kompiti speċifiċi fuq l-ACs tal-PIEs. Pereżempju, huma għandhom rwol dirett fil-ħatra tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar, jikkontrollaw l-awditu statutorju u jimmoniterjaw il-prestazzjoni u l-indipendenza tal-awditur statutorju.
L-Artikolu 27(1)(c) tar-Regolament jipprovdi għal valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-ACs. Dan ix-xogħol wera li huwa ta’ sfida minħabba l-iskadenza għall-ewwel rapporti nazzjonali, in-nuqqas ta’ esperjenza ta’ xi ANKs u l-qafas legali li nbidel. Minkejja li taw idea tas-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali, ir-rapporti nazzjonali ma tawx stampa ċara dwar jekk u kif l-ANKs jaħdmu mal-ACs.
Fl-aħħar tal-2016 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat aktar mistoqsijiet speċifiċi lill-NCAs biex tifhem aħjar il-qafas legali tal-ACs fl-Istati Membri. Il-mistoqsijiet huma maħsuba biex jgħinuha tifhem kif l-Istati Membri, b’mod partikolari l-ANKs, jaħdmu mal-ACs u kif l-ANKs jaċċertaw ruħhom li l-ACs qiegħdin iwettqu l-impenji assenjati lilhom. Dan ma kienx tentattiv sabiex jiġu stabbiliti regoli dwar is-superviżjoni, peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ACs jiddependi minn kull Stat Membru.
Ir-riżultati juru li l-ACs huma soġġetti għas-superviżjoni fi 15-il Stat Membru. Xi 12-il Stat Membru rrapporta li l-ACs mhumiex soġġetti għas-superviżjoni u Stat Membru wieħed ma pprovdiex informazzjoni. Kif turi l-Figura 8, il-prattiki jvarjaw ħafna fost l-Istati Membri rigward liema awtorità hija responsabbli mis-superviżjoni.
Figura 8: L-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tal-ACs fl-Istati Membri
[Sors: Il-Kwestjonarju tal-ANKs dwar l-ACs]
Ir-Regolament ma jsemmi l-ebda kompitu speċifiku jew setgħa għall-ANKs fir-rigward tal-ACs. Dawn jitħallew għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, li għandhom ukoll oqfsa ta’ governanza korporattiva differenti. Il-Kummissjoni stħarrġet jekk l-ANKs iwettqux attivitajiet oħra mal-ACs apparti s-superviżjoni. L-ANKs wieġbu li jorganizzaw konferenzi u workshops, jaqsmu l-aħjar prattiki u gwidi, jorganizzaw laqgħat u diskussjonijiet, jaqsmu rapporti annwali, jipproċessaw l-applikazzjonijiet mill-ACs, jaħdmu mal-gruppi konsultattivi tal-ACs u rappurtar (ara l-Figura 9). F’xi każijiet l-ANKs irrappurtaw li huma nvoluti f’aktar minn attività waħda mal-ACs.
Figura 9: L-attivitajiet tal-ANKs mal-ACs (% tal-Istati Membri li wieġbu)
[Sors: Il-Kwestjonarju tal-ANKs dwar l-ACs]
3.Il-kontribuzzjoni min-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni (ECN)
L-Artikolu 27 tar-Regolament jgħid ukoll li n-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni għandu jfassal rapport.
Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet nazzjonali kollha tal-kompetizzjoni biex jagħtu informazzjoni dwar inkjesti settorjali possibbli mwettqa fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom u r-rekord tal-infurzar tagħhom fis-suq tal-awditjar (pereżempju xi investigazzjonijiet tal-antitrust, valutazzjonijiet ta’ amalgamazzjonijiet notifikati, investigazzjonijiet ta’ lmenti jew għajnuna mill-Istat). Il-perjodu ta’ referenza kienu s-snin 2014–2015.
Mit-13-il kontribuzzjoni nazzjonali lir-rapport tal-ECN, ħamsa biss irrappurtaw fuq infurzar speċifiku jew attivitajiet ta’ rappurtar. Id-Danimarka pprovdiet informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni ta’ EY u KPMG approvata fl-2014. Il-Polonja rrappurtat li s-settur tal-awditjar tagħha huwa kkonċentrat ħafna f’idejn l-Erbgħa l-Kbar u li hemm ostakoli kbar għad-dħul. Ir-Rumanija rrappurtat dwar investigazzjoni li għadha għaddejja fuq il-Kamra Rumena tal-Awditjar Finanzjarju. Ir-Renju Unit u l-Portugall taw informazzjoni dwar l-infurzar tagħhom (ir-Renju Unit) u dwar l-attivitajiet ta’ rappurtar (il-Portugall u r-Renju Unit).
Il-Kummissjoni ma wettqitx inkjesti settorjali, investigazzjonijiet ta’ antitrust, valutazzjonijiet ta’ amalgamazzjonijiet notifikati jew investigazzjonijiet ta’ sussidji mill-istat fis-suq tal-awditjar matul il-perjodu ta’ referenza rilevanti.
4.Konklużjonijiet
Ir-regoli l-ġodda dwar l-awditjar jimmiraw lejn kwalità tal-awditjar aħjar u suq aktar kompetittiv għall-awditjar statutorju tal-PIEs sabiex is-swieq kapitali jkunu jistgħu jaħdmu mingħajr xkiel. Id-data disponibbli turi suq tal-awditjar tal-UE differenti ħafna f’termini ta’ daqs u struttura u tikkonferma li s-suq tal-awditjar statutorju tal-PIEs għadu relattivament konċentrat f’bosta Stati Membri, partikolarment f’termini ta’ fatturat. Fi 15 minn 21 Stat Membru l-Erbgħa l-Kbar għandhom aktar minn 80 % tas-sehem tas-suq totali għall-fatturat. Il-banek u l-intrapriżi tal-assigurazzjoni huma l-kategoriji ta’ PIEs fejn l-Erbgħa l-Kbar għandhom l-ogħla konċentrazzjoni tas-suq madwar l-UE (madwar 80 %). Madankollu, ma hemmx biżżejjed provi biex wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar il-livell u l-effikaċja tal-kompetizzjoni fis-suq. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja x-xejriet fil-livelli ta’ konċentrazzjoni konsolidati tal-akbar ditti tal-awditjar fl-Istati Membri f’rapporti futuri.
L-informazzjoni miġbura mis-sistemi ta’ aċċertament tal-kwalità hija ta’ għajnuna kbira biex tkejjel l-effettività tar-regoli l-ġodda tal-awditjar, kemm għall-protezzjoni tal-investituri u għas-sorveljanza pubblika. Biex tiżgura konsistenza u komparabbiltà f’dan il-qasam se jkunu kruċjali metodoloġija komuni u konverġenza superviżorja. Pereżempju, jista’ jsir aktar xogħol biex iħeġġeġ aktar konverġenza fl-indikaturi komuni u t-terminoloġija għas-sejbiet u n-nuqqasijiet. Ma ġew identifikati l-ebda riskji kbar. F’kull każ, peress li d-data ġiet miġbura taħt is-setgħat mogħtija mill-qafas legali preċedenti tal-ANKs, għadu kmieni wisq biex issir valutazzjoni sħiħa ta’ riskji kbar.
Ċertament, ir-rapport konġunt li jmiss għandu janalizza jekk it-tliet kwistjonijiet l-aktar frekwenti identifikati f’dan ir-rapport (nuqqasijiet fis-sistemi interni ta’ kontroll tal-kwalità, nuqqas ta’ dokumentazzjoni ta’ xi aspetti tal-inkarigu tal-awditjar u nuqqas ta’ provi suffiċjenti tal-awditjar) humiex f’riskju li jsiru strutturalment rikorrenti. B’mod partikolari, ir-rapport li jmiss se jkollu bżonn jevalwa x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi potenzjali, mhux biss għal PIEs speċifiċi iżda wkoll għas-suq kollu.
Ir-riforma tal-awditjar tat spinta kemm lir-rwol u lis-setgħat tal-kumitati tal-awditjar, għaliex huma essenzjali biex jagħtu lir-regoli l-ġodda tal-awditjar saħħa fil-prattika. L-analiżi madankollu turi li bosta ANKs bilkemm għandhom esperjenza fil-monitoraġġ tal-attivitajiet u l-prestazzjoni tal-ACs. Biex jegħlbu din il-problema l-ACs jeħtieġ li jkollhom għodod adatti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-ACs u jirċievu l-informazzjoni li għandhom bżonn biex jaraw kif qiegħdin jikkonformaw l-ACs mar-regoli l-ġodda. Min-naħa tagħhom, il-membri tal-ACs għandhom ikunu konxji mir-responsabbiltajiet il-ġodda tagħhom u l-irwol aktar prominenti tagħhom. F’dan l-istadju, il-ħidma mal-ACs u s-sensibilizzazzjoni huma vitali. Dan ma jkunx jinvolvi neċessarjament definizzjoni ġdida jew bidla fl-oqfsa ta’ governanza korporattiva nazzjonali jew il-mandat superviżorju tal-ANKs. Kull awtorità nazzjonali tkun libera li tiddeċiedi dwar l-aħjar approċċ u l-aktar għodod xierqa biex tevalwa l-prestazzjoni tal-ACs. L-esperjenza t’issa turi li l-kooperazzjoni u d-djalogu huma għodod utli u effikaċi. Xi ANKs diġa’ bdew jiltaqgħu ma’ Acs (u anke pprovdew linji gwida) biex jagħmluhom aktar konxji tal-qafas il-ġdid u tar-responsabilitajiet addizzjonali tagħhom. Madankollu, għad fadal ħafna xogħol xi jsir. Il-Kummissjoni jista’ jkollha rwol fil-promozzjoni ta’ dan id-djalogu u b’ħidma diretta mal-ACs biex tifhem aħjar l-esperjenzi tagħhom fl-implimentazzjoni tar-riforma tal-awditjar.
Dan l-ewwel rapport tal-Kummissjoni ċertament se jservi ta’ xenarju ta’ referenza għal rapporti futuri. Barra minn hekk, se jkun hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet biex jiġu indirizzati wħud mill-limitazzjonijiet indikati fit-taqsima introduttorja. Uħud minn dawn il-limitazzjonijiet se jiġu indirizzati kif jidħlu fis-seħħ ir-regoli l-ġodda tal-awditjar. Dan huwa l-każ tal-aċċess għal u d-disponibbiltà ta’ data, għaliex il-qafas legali l-ġdid jipprovdi għal sorsi ġodda ta’ informazzjoni u għodod għall-ANKs u l-Kummissjoni. Madankollu, se jkun hemm bżonn ta’ aktar ħidma biex ikun hemm progress f’oqsma bħalma huma t-terminoloġija komuni, il-konverġenza madwar perjodi ta’ referenza u metodoloġiji għall-ġbir tad-data. Biex timxi l-quddiem fuq il-konverġenza, il-Kummissjoni se taħdem biex teżamina l-indikaturi attwali b’kooperazzjoni mill-qrib mal-ANKs, u speċjalment mas-sottogrupp CEAOB dwar il-monitoraġġ tas-suq. Dan huwa partikolarment importanti minħabba xi dispożizzjonijiet miżjuda mir-regoli l-ġodda dwar l-awditjar, bħalma huma l-perjodi ta’ rotazzjoni, projbizzjoni fuq ċerti servizzi mhux tal-awditjar, u rwol ġdid għall-ACs. F’rapporti futuri l-Kummissjoni se tkun qed tħares lejn dawn ir-regoli ġodda wkoll, biex tkejjel il-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-awditjar statutorju tal-PIEs u biex tevalwa l-impatt sħiħ tal-qafas regolatorju l-ġdid.
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-iżviluppi fis-suq biex tipprovdi servizzi ta’ awditjar statutorju lill-PIEs fl-UE. Il-Kummissjoni tinsab lesta biex taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura li r-rekwiżiti fl-Artikolu 27 tar-Regolament jistgħu jiġu ssodisfati bl-aktar mod effettiv possibbli.