Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC0334

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI dwar l-użu tal-persunal kuntrattwali fl-2015

COM/2017/0334 final

Brussell, 22.6.2017

COM(2017) 334 final

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

dwar l-użu tal-persunal kuntrattwali fl-2015


WERREJ

1.Introduzzjoni

2.L-evoluzzjoni fin-numru ta' persunal kuntrattwali fil-Kummissjoni mill-2004

3.Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjonijiet tal-persunal kuntrattwali tal-Kummissjoni

4.Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità tal-persunal kuntrattwali tal-Kummissjoni

5.Distribuzzjoni skont id-DĠ tal-persunal kuntrattwali tal-Kummissjoni

5.1.Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont id-DĠ

5.2.Distribuzzjoni skont it-tip ta' kuntratt

5.2.1Persunal kuntrattwali 3a

5.2.2Persunal kuntrattwali 3b

6.Distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali bejn l-istituzzjonijiet l-oħrajn u l-aġenziji

6.1.Distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali bejn l-istituzzjonijiet l-oħrajn

6.1.1Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjonijiet fl-istituzzjonijiet l-oħrajn

6.1.2Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-istituzzjonijiet l-oħrajn

6.2.Distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali fl-aġenziji

6.2.1Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjonijiet fl-aġenziji

6.2.2Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-aġenziji

1.Introduzzjoni

Dan ir-rapport jissodisfa l-obbligu statutorju li jirriżulta mill-Artikolu 79(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l qudddiem CEOS - Conditions of Employment of Other Servants) li jistipula li "l-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport kull sena dwar l-użu tal-aġenti kuntrattwali inkluż in-numru ta' aġenti, il-livell u t-tip ta' pożizzjonijiet, il-bilanċ ġeografiku u r-riżorsi baġitarji għal kull grupp ta' funzjoni". Huwa jagħti stampa dettaljata tal-aġenti kuntrattwali impjegati fl-istituzzjonijiet Ewropej fil-31 ta' Diċembru 2015.

Dan ir-rapport jinkludi dejta għal 55 entità differenti: a) 10 istituzzjonijiet Ewropej (inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), li ilu jopera mill-1 ta’ Jannar 2011); u b) 45 aġenzija jew Impriża Konġunta kif definiti fl-Artikolu 1(a) tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-dejta għall-Kummissjoni hija aktar dettaljata u tinkludi l-persunal iffinanzjat mil-linji operazzjonali u ta' riċerka, flimkien mal-persunal li jaħdem fl-uffiċċji amministrattivi, id-delegazzjonijiet, ir-rappreżentanzi u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).

Għandu jkun innutat li d-dejta baġitarja (li tintbagħat kull sena lill-Awtorità tal-Baġit mal-abbozz tal-baġit - id-Dokument ta' Ħidma, il-partijiet II u III) turi n-numri tal-persunal kuntrattwali fiż-żmien meta jiġi ppreżentat l-abbozz tal-baġit (inkluż il-persunal kuntrattwali rreklutat permezz tad-dħul allokat), jiġifieri: rendikont tal-pożizzjoni fl-1 ta' April tas-sena N-1 (fejn "N" hija s-sena tal-abbozz tal-baġit), l-implimentazzjoni tal-baġit fis-sena N-2 u t-talbiet għall-approprjazzjonijiet bi stima bħala ekwivalenti għal impjegati full-time għas-sena N. Dan jispjega għaliex jidhru xi differenzi fin-numru ta' persunal kuntrattwali, skont is-sors tad-dejta. Peress li bosta linji tal-baġit jinkludu approprjazzjonijiet għall-persunal estern mingħajr ma jistabbilixxuu distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta’ dak il-persunal, iċ-ċifri tal-baġit iwasslu l-aħjar stimi possibbli bbażati fuq il-medja probabbli tal-ispejjeż u t-tqassim bejn il-kategoriji.

Il-kategorija tal-aġenti kuntrattwali nħolqot fl-2004 bħala parti mir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal. Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-AK taw kontribut siewi għall-ħidma tal-istituzzjonijiet billi wettqu, b'inqas spejjeż, attivitajiet ta' appoġġ amministrattiv u billi pprovdew ħiliet li mhumiex dejjem disponibbli faċilment fl-istituzzjonijiet.

L-Artikoli 3a u 3b tas-CEOS jiddefinixxu r-rwol tal-persunal kuntrattwali u l-funzjonijiet li jista’ jwettaq.

Persunal kuntrattwali 3a jista’ jiġi impjegat, fuq bażi part-time jew full-time f’pożizzjoni mhux inkluża fil-pjan ta’ stabbiliment:

·għas-servizzi tal-Istituzzjonijiet: biex iwettaq kompiti manwali jew ta’ appoġġ amministrattiv fil-grupp ta’ funzjonijiet I,

·għar-Rappreżentanzi u d-Delegazzjonijiet tal-UE, u għall-Aġenziji u entitajiet oħra: biex iwettaq il-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 80.2 tas-CEOS fil-gruppi ta’ funzjoni I, II, III u IV.

Dan il-persunal jibbenefika minn kuntratt li jista’ jiġi konvertit f’kuntratt għal żmien indeterminat, wara l-ewwel tiġdid.

Persunal kuntrattwali tat-tip 3b huwa impjegat:

·għat-twettiq ta’ kompiti oħra barra dawk imsemmija fl-Artikolu 3a tas-CEOS f’pożizzjoni mhux inkluża fil-pjan ta’ stabbiliment, jew

·sabiex jissostitwixxi uffiċjal jew membru tal-persunal temporanju li jinsab temporanjament inkapaċi li jwettaq dmirijietu.

Dan il-persunal huwa impjegat għal perjodi qosra, minn minimu ta’ tliet xhur sa massimu ta’ sitt snin.

L-Artikolu 80 tas-CEOS jistabbilixxi rabta bejn kull grupp ta' funzjonijiet (minn hawn 'il quddiem FG) u l-kompiti li jistgħu jitwettqu mill-persunal kuntrattwali:

grupp ta' funzjonijiet

Grad

Kompiti

IV

minn 13 sa 18

Kompiti amministrattivi, konsultattivi, lingwistiċi u kompiti tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew ta’ persunal temporanju

III

minn 8 sa 12

Kompiti eżekuttivi, ta' abbozzar, ta' kontabbiltà u kompiti tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew ta’ persunal temporanju

II

minn 4 sa 7

Kompiti klerikali u segretarjali, l-immaniġġar ta' uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħra, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew ta’ persunal temporanju

I

minn 1 sa 3

Kompiti manwali u ta' appoġġ amministrattiv, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew ta' persunal temporanju.


2.L-evoluzzjoni fin-numru ta' persunal kuntrattwali fil-Kummissjoni mill-2004

Fil-31 ta’ Diċembru 2015, 45 Aġenzija jew Impriża konġunta u 10 Istituzzjonijiet kienu qed jimpjegaw madwar 11 700 membru tal-persunal kuntrattwali. Dan it-total jirrappreżenta żieda ta’ 5,6% meta mqabbel mal-2014. Madwar 57 % ta' dawn l-aġenti kuntrattwali kienu impjegati mill-Kummissjoni, meta mqabbla ma' 58 % fl-2014 u fl-2013. Dan it-tnaqqis relattiv tas-sehem ta’ persunal kuntrattwali tal-Kummissjoni jista’ jiġi attribwit għaż-żieda akbar verifikata f’istituzzjonijiet u aġenziji oħra: + 8,9 % mqabbla ma’ + 3,3 % għall-Kummissjoni.

Id-distribuzzjoni fid-dettall skont l-istituzzjonijiet u l-aġenziji hija analizzata aktar ‘l isfel f'dan ir-rapport.

L-evoluzzjoni fil-Kummissjoni mill-2014 hija kif ġej 1 :

Tabella 1    Ix-xejra fil-Kummissjoni

Iż-żieda inizjali fin-numru ta’ uffiċjali kuntrattwali jaħdmu fil-Kummissjoni hija dovuta għal a) is-sempliċi implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet statutorji tal-2004, u dan jimplika s-sostituzzjoni gradwali tal-kategoriji preċedenti tal-persunal awżiljarju (madwar 3 000 fl-2003) u ta’ uffiċjali u persunal temporanju tal-livell D, u b) il-konverżjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ uffiċjali permanenti f’approprjazzjonijiet għal persunal kuntrattwali f’uffiċċji amministrattivi.

Minbarra dan, ġie impjegat ukoll persunal kuntrattwali bħala sostituti temporanji għal persunal permenanti, kif stipulat fl-Artikolu 3b tas-CEOS, sabiex tiġi żgurata kontinwità effettiva tan-negozju.

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-għadd ta’ persunal kuntrattwali żdied kull sena sal-2009.

Mill-2010 sal-2013, l-għadd ta’ persunal kuntrattwali baqa’ stabbli, bi tnaqqis żgħir minħabba diversi raġunijiet konkorrenti (pereżempju, dewmien fil-finalizzazzjoni tal-listi ta’ kandidati xierqa fl-2010, it-trasferiment ta’ persunal lejn is-SEAE fiż-żmien tal-ħolqien tiegħu, eċċ.)

Mill-2014, bid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, il-perjodu ta’ impjieg tal-persunal kuntrattwali 3b ġie estiż għal massimu ta’ sitt snin. Dan kien jimplika li bosta membri tal-persunal kuntrattwali li kienu diġà għamlu tliet snin fis-servizz u fil-fatt kienu qed ikomplu jaħdmu fil-Kummissjoni bħala persunal tal-aġenziji setgħu b'hekk jiġu ingaġġati mill-ġdid għal perjodu kuntrattwali ġdid, b'mod li jippermetti lill-Kummissjoni li tibbenefika minn aġenti kuntrattwali diġà mħarrġa u operazzjonali. Dan żied l-għadd ta’ persunal kuntrattwali, filwaqt li naqqas in-numru ta’ persunal tal-aġenziji interim 2 (imħallsa mill-istess approprjazzjonijiet baġitarji).

Fl-2015, iż-żieda żgħira ta’ persunal kuntrattwali fil-Kummissjoni hija dovuta l-aktar għall-bidla tal-politika taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-ingaġġ tal-persunal xjentifiku mhux permanenti, minn detenturi ta’ boroż ta’ studju skont kuntratti tal-liġi nazzjonali għal aġenti kuntrattwali fl-FGIV.


3.Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjonijiet tal-persunal kuntrattwali tal-Kummissjoni

Id-distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali skont il-ġeneru, il-grupp ta’ funzjoni u l-grad hija kif huwa indikat fit-tabella hawn taħt.

Tabella 2A            Distribuzzjoni skont il-ġeneru, il-grupp ta’ funzjoni u l-grad fl-2015 3



Tabella 2B

Fil-31 ta' Diċembru 2011, kien hemm 6 652 membru tal-persunal kuntrattwali fis-servizz tal-Kummissjoni. L-akbar grupp funzjonali huwa l-FGII, jirrappreżenta kważi 37 % tal-persunal kuntrattwali fl-2015 - tnaqqis żgħir meta mqabbel mas-sehem miksub fis-sena ta’ qabel, 39 %. Il-biċċa l-kbira tal-persunal f’dan il-grupp iwettaq kompiti segretarjali jew oħrajn simili, filwaqt li oħrajn huma responsabbli għall-indukrar tat-tfal.

It-tqassim globali bejn l-irġiel u n-nisa baqa’ stabbli tul is-snin. Fl-2015, inkiseb il-bilanċ bejn il-ġeneri fl-FGIV. Id-distribuzzjoni skont il-ġeneru fil-gruppi ta’ funzjoni l-oħrajn baqgħet stabbli mill-2011. Hemm proporzjon ħafna ogħla ta' nisa milli rġiel fl-FGII (83,5 % fl-2015) u, sa ċertu punt, anki fl-FGIII (60 % fl-2015). Min-naħa l-oħra, il-preżenza tal-irġiel hija predominanti fl-FGI (63,7 % fl-2015).

4.Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità tal-persunal kuntrattwali tal-Kummissjoni

Ta’ min jinnota li, bħalma hu l-każ għall-uffiċjali u l-aġenti temporanji, l-ingaġġ ta’ persunal kuntrattwali jitwettaq fuq il-bażi tal-profil meħtieġ u tal-ħiliet u tal-għarfien tal-lingwi tal-kandidati, mingħajr l-ebda definizzjoni ta’ kwoti nazzjonali.

Fl-2015, l-Istati Membri kollha kienu rrappreżentati fil-gruppi ta’ funzjoni kollha bl-eċċezzjoni tal-Awstrijaċi fl-FGI. Iċ-ċittadini tal-UE l-aktar rappreżentati fost il-persunal kuntrattwali huma, f'ordni dekrexxenti: il-Belġjani, it-Taljani, il-Franċiżi, l-Ispanjoli u r-Rumeni, segwiti mill-Griegi u mill-Pollakki. Is-sehem tal-ewwel erba’ nazzjonalitajiet baqa’ l-istess sa mill-2005 (madwar 60 %). Ir-Renju Unit u l-Ġermanja, bħall-Polonja u n-Netherlands, għandhom rappreżentanza puttost dgħajfa meta mqabbla mal-popolazzjoni tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-Belġju u l-Italja għandhom rappreżentanza għolja meta mqabbla mal-popolazzjoni tagħhom.

Wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, fl-1 ta' Lulju 2013, 42 aġent kuntrattwali Kroat kienu qed jaħdmu mal-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru 2015.

Id-distribuzzjoni skont in-nazzjonalità hija influwenzata minn taħlita ta’ diversi fatturi, b’mod partikolari l-prossimità ġeografika mal-post fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-istituzzjonijiet Ewropej (għall-Kummissjoni, prinċipalment Brussell, il-Lussemburgu u Ispra), il-livelli tas-salarji u t-tul tal-kuntratti proposti. Huwa aktar probabbli li l-kandidati jaċċettaw pożizzjoni b’kuntratt għal żmien limitat jekk ikunu residenti fil-post fejn tkun tinsab l-istituzzjoni li toffrilhom impjieg, jew qrib tiegħu. Fil-fatt, jista’ jkun diffiċli għall-kandidati bil-familja li jitilqu minn pajjiżhom u jistabbilixxu darhom fil-kwartieri ġenerali tal-istituzzjoni għal perjodu relattivament qasir (fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 79.2 tas-CEOS, it-tul tal-ewwel kuntratt huwa ta’ sena waħda biss). Kif irrappurtat fit-tabelli ta’ hawn taħt, dan hu minnu partikolarment għall-persunal kuntrattwali tal-FGI u l-FGII, filwaqt li persunal kuntrattwali FGIV għandu kompożizzjoni ġeografikament inqas żbilanċjata.

Tabella 3A    Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità u l-ġeneru tal-persunal kuntrattwali tal-Kummissjoni fl-2015 4

Tabella 3B



It-Tabella 4 ta’ hawn taħt tagħti analiżi tad-distribuzzjoni skont il-grupp ta’ funzjonijiet, in-nazzjonalità u l-ġeneru.

Tabella 4    Il-persunal kuntrattwali skont il-ġeneru, il-grupp ta’ funzjonijiet u n-nazzjonalità 5

FGIV



FGIII


FGII



FGI

5.Distribuzzjoni skont id-DĠ tal-persunal kuntrattwali tal-Kummissjoni

Fit-taqsima li ġejja, id-dejta dwar il-persunal kuntrattwali hija ppreżentata skont id-DĠ. Hemm differenzi sinifikanti bejn id-DĠs, l-aktar minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom. Pereżempju, id-DĠ DEVCO jimpjega l-aktar FGIV responsabbli mill-għajnuna u l-kooperazzjoni internazzjonali jew li jaħdmu bħala maniġers tal-programmi, kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet 6 . L-OIB, min-naħa l-oħra, jimpjega l-aktar assistenti amministrattivi jew indukraturi tat-tfal li huma fl-FGII.

5.1.Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont id-DĠ 7

Tabella 5    Distribuzzjoni skont il-ġeneru, id-DĠ u żewġ aggregazzjonijiet ta’ gruppi funzjonali



5.2.Distribuzzjoni skont it-tip ta' kuntratt 8

5.2.1Persunal kuntrattwali 3a

Tabella 6    Persunal kuntrattwali 3a skont il-grupp ta’ funzjonijiet, il-ġeneru u d-DĠ

   

5.2.2Persunal kuntrattwali 3b

Tabella 7    Persunal kuntrattwali 3b skont il-grupp ta’ funzjonijiet, il-ġeneru u d-DĠ


6.Distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali bejn l-istituzzjonijiet l-oħrajn u l-aġenziji

L-għadd ta' persunal kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn u l-aġenziji żdied bi 8,9 % fl-2015, minn 4 624 fl-2014 għal 5 031 fl-2015 (wara żieda ta' 10,6 % fl-2014).

Tabella 8    Xejriet fid-distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali bejn l-istituzzjonijiet l-oħrajn u l-aġenziji mill-2010 9



6.1.Distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali bejn l-istituzzjonijiet l-oħrajn 10

L-għadd ta' persunal kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn baqa’ stabbli meta mqabbel mal-2014.

Tabella 9    Distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali bejn l-istituzzjonijiet l-oħrajn fl-2015

6.1.1Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjonijiet fl-istituzzjonijiet l-oħrajn 11

Tabella 10

6.1.2Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-istituzzjonijiet l-oħrajn 12

Tabella 11

6.2.Distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali fl-aġenziji

Kien hemm żieda kostanti u regolari fin-numru ta’ persunal kuntrattwali fl-aġenziji. In-numri huma kif ġej:

 

Fir-rigward tal-aġenziji deċentralizzati u l-impriżi konġunti, kien hemm żieda qawwija fin-numru ta’ persunal kuntrattwali fl-2015 meta mqabbel mal-2014 (14 %). Dan isegwi d-deċiżjonijiet tal-awtorità tal-baġit biex talloka aktar riżorsi (u b’hekk tiffinanzja żieda fil-livelli tal-persunal), b’mod partikolari għal dawk l-aġenziji u l-impriżi konġunti li nħolqu reċentement jew li ngħataw kompiti addizzjonali reċentement.

Rigward l-aġenziji eżekuttivi, din iż-żieda hija prinċipalment minħabba l-ingaġġ ta’ persunal kuntrattwali biex iwettaq kompiti ġodda li joħorġu mill-estensjoni tal-mandat tagħhom sabiex ikopri l-immaniġġar tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ programmi ta’ nfiq taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020. Dan sar possibbli, fost fatturi oħra, minħabba t-tnedija fl-2015 ta’ proċedura ta’ selezzjoni apposta għal aġenti kuntrattwali FGIII u IV li kopriet il-ħtiġijiet speċifiċi tal-aġenziji eżekuttivi (il-profili tal-finanzi u tal-immaniġġar tal-proġetti). Fl-2015, il-Kummissjoni ddelegat ukoll kompiti ta’ implimentazzjoni lil dawn l-aġenziji biex ittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-immaniġġar tal-programmi. Il-livelli tal-persunal fl-aġenziji huma konformi mal-“pakkett ta’ delega” tal-Kummissjoni approvat għall-perjodu 2014-2020.

Tabella 12    Distribuzzjoni tal-persunal kuntrattwali skont it-tip tal-aġenzija fl-2015 13

Fl-2015, 52 % mill-persunal kuntrattwali kienu impjegati mill-aġenziji eżekuttivi u 41 % mill-aġenziji deċentralizzati. Il-kumplament (7 %) huma impjegati mal-Impriżi konġunti u mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.

Iż-żieda fin-numru ta' persunal kuntrattwali bejn l-2010 u l-2015 tirrifletti ż-żieda fin-numru ta' aġenziji u, speċifikament għall-aġenziji eżekuttivi, iż-żieda fil-kompiti tagħhom.

6.2.1Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjonijiet fl-aġenziji

Id-distribuzzjoni skont il-grupp ta’ funzjonijiet hija relattivament omoġenja bejn l-aġenziji deċentralizzati u dawk eżekuttivi u ilha stabbli sa mill-2012. L-Impriżi konġunti żiedu bi ftit l-għadd ta’ aġenti kuntrattwali fl-FGIV sabiex jimmaniġġaw livell li qiegħed dejjem jikber ta’ kompiti assenjati skont Orizzont 2020.

Tabella 13    Distribuzzjoni skont il-grupp ta' funzjonijiet fl-aġenziji u fl-Impriżi konġunti fl-2015 14

Tabella 14     Distribuzzjoni skont il-grupp ta' funzjonijiet għal kull aġenzija jew Impriża konġunta fl-2015

6.2.2Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-aġenziji

Kif deskritt hawn fuq f’dak li għandu x’jaqsam mal-Kummissjoni, it-tabella 15 hawn taħt tikkonferma li l-post fejn ikunu jinsabu l-aġenziji għandu rwol ewlieni fid-determinazzjoni tan-nazzjonalità tal-persunal kuntrattwali tagħhom.

L-aġenziji eżekuttivi, li jinsabu fl-istess siti ewlenin tal-Kummissjoni, jippreżentaw tendenzi simili għal dawk tal-Kummissjoni: iċ-ċittadini tal-UE l-aktar rappreżentati huma l-Belġjani, it-Taljani, l-Ispanjoli u l-Franċiżi.

Bl-istess mod, id-distribuzzjoni skont in-nazzjonalità tal-persunal kuntrattwali fl-aġenziji deċentralizzati u fl-impriżi konġunti tirrifletti l-post fejn jinsabu.

Tabella 15    Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-aġenziji u fl-Impriżi konġunti fl-2015 15

Tabella 16     Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità għal kull aġenzija jew Impriża konġunta fl-2015

(1)  Sors: Il-Pjattaforma Analitika tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni.
(2)  B'mod partikolari, in-numru ta' persunal tal-aġenziji għadda minn 415 fl-1 ta’ Lulju 2013 għal 171 fl-1 ta' Lulju 2015.
(3)  Sors: Il-Pjattaforma Analitika tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni.
(4)  Sors: Il-Pjattaforma Analitika tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni.
(5)  Sors: Il-Pjattaforma Analitika tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni.
(6)  Ta’ min jinnota li wara l-ħolqien tad-DĠ NEAR fl-2015, madwar 200 membru tal-persunal kuntrattwali li jaħdmu fil-politika tal-viċinat ġew trasferiti minn DĠ DEVCO għal DĠ NEAR
(7)  Sors: Il-Pjattaforma Analitika tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni.
(8)  Sors: Il-Pjattaforma Analitika tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni.
(9)  Sors: Il-Eurostat u l-istituzzjonijiet tal-UE.
(10)  Sors: Il-Eurostat u l-istituzzjonijiet tal-UE.
(11)  Sors: Il-Eurostat u l-istituzzjonijiet tal-UE.
(12)  Sors: Il-Eurostat u l-istituzzjonijiet tal-UE.
(13)  Sors: Il-Eurostat u s-Sysper.
(14)  Sors: Il-Eurostat u s-Sysper.
(15)  Sors: Il-Eurostat u s-Sysper, il-pajjiżi tal-UE28 biss.
Top