This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016XC0427(02)
Notice concerning the judgment by the General Court of the European Union in case T-310/12 in relation to Council Implementing Regulation (EU) No 325/2012 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of oxalic acid originating in India and the People’s Republic of China
Avviż li jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-kawża T-310/12 f’relazzjoni mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Avviż li jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-kawża T-310/12 f’relazzjoni mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
C/2016/2436
ĠU C 148, 27.4.2016, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/18 |
Avviż li jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-kawża T-310/12 f’relazzjoni mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2016/C 148/06)
Fis-sentenza tagħha tal-20 ta’ Mejju 2015 fil-kawża T-310/12 Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd. v. il-Kunsill (1), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-regolament ikkontestat”) (2), safejn dan jikkonċerna lil Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (“il-produttur esportatur ikkonċernat”)
Fis-sentenza, il-Qorti Ġenerali qatgħetha li r-regolament ikkontestat ma kienx jinkludi dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet skont l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għar-rigward tal-metodu ta’ kif jiġi stabbilit il-marġini ta’ dannu għar-rigward tal-produttur esportatur ikkonċernat.
Bħala konsegwenza tas-sentenza, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea tal-aċidu ossaliku prodott mill-produttur esportatur ikkonċernat ma għadhomx suġġetti għad-dazju antidumping impost mir-Regolament ikkontestat.
F’konformità mal-Artikolu 266 tat-TFUE, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jridu jieħdu l-passi neċessarji biex jiġu konformi mas-sentenzi.
Huwa rikonoxxut li, f’kawżi fejn il-proċedimenti jkunu jikkonsistu minn għadd ta’ stadji amministrattivi, l-annullament ta’ wieħed minn dawn l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu (3). L-investigazzjoni antidumping huwa eżempju ta’ tali proċediment b’bosta stadji. Bħala konsegwenza, l-annullament parzjal tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 ma jwassalx għall-annullament tar-Regolament intier ikkontestat. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015, għandhom il-possibilità li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament parzjali tiegħu, filwaqt li jħallu bla mittiefsa dawk il-partijiet li ma jintlaqtux mis-sentenza (4). Għalhekk kostatazzjonijiet oħra magħmula fir-Regolament ikkontestat, li ma kinux ikkontestati fi ħdan il-perjodi preskrittivi għall-kontestazzjoni, jew li ġew miċħuda mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali u għalhekk ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, jibqgħu validi.
Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli bl-investigazzjoni antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fil-punt li fih seħħet l-illegalità. Dan huwa limitat fl-ambitu tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali kif rilevat hawn fuq.
Informazzjoni lill-awtoritajiet doganali
Id-dazji definittivi antidumping imħallsa f’konformita mar-Regolament (UE) Nru 325/2012 fuq importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ aċidu ossaliku, kemm jekk f’forma diidrata (Numru CUS 0028635-1 u numru CAS 6153-56-6) jew anidruża (numru CUS 0021238-4 u numru CAS 144-62-7) u kemm jekk ikunx f’soluzzjoni akwuża jew le, li bħalissa taqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2917 11 00 (kodiċi TARIC 2917110091) u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, prodott mill-produttur esportatur ikkonċernat (kodiċi TARIC addizzjonali B232), u d-dazji proviżorji miġbura b’mod definittiv f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 325/2012 għandhom jitħallsu lura jew jiġi eżentati. Il-ħlas lura jew l-eżenzjoni jridu jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.
(2) ĠU L 106, 18.4.2012, p. 1.
(3) Il-Kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill [1998] il-Ġabra II-3939.
(4) Il-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill [2000] il-Ġabra I-08147.