IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.11.2016
COM(2016) 708 final
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni minn Spanja – EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana - Vetturi
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
1.Ir-regoli li japplikaw għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ir-'Regolament tal-FEG').
2.Fil-21 ta' Ġunju 2016, Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana - Vetturi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 29 (Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers) fir-reġjun tal-livell NUTS 2 tar-reġjun ta' Comunidad Valenciana (ES52) fi Spanja.
3.Wara li vvalutat din l-applikazzjoni, u b’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament tal-FEG, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati.
SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI
|
L-applikazzjoni tal-FEG
|
FEG/2016/004 ES Comunidad Valenciana - Vetturi
|
|
Stat Membru
|
Spanja
|
|
Ir-reġjun(i) ikkonċernat(i) (il-livell NUTS 2)
|
Comunidad Valenciana (ES52)
|
|
Id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni
|
Il-21 ta' Ġunju 2016
|
|
Id-data ta’ konferma tal-wasla tal-applikazzjoni
|
Il-21 ta' Ġunju 2016
|
|
Id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali
|
Il-5 ta' Lulju 2016
|
|
Id-data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali
|
Is-16 ta' Awissu 2016
|
|
Id-data ta’ skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni
|
It-8 ta' Novembru 2016
|
|
Il-kriterju ta’ intervent
|
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-FEG
|
L-għadd ta’ intrapriżi kkonċernati
|
29
|
|
Is-settur(i) tal-attività ekonomika
(Id-Diviżjoni NACE Reviżjoni 2)
|
Id-Diviżjoni 29 (Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers)
|
|
Il-perjodu ta' referenza (disa' xhur):
|
30 ta' Ġunju 2015 – 30 ta' Marzu 2016
|
|
L-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza
|
250
|
|
Għadd totali ta' benefiċjarji eliġibbli
|
250
|
|
L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira
|
250
|
|
Baġit għas-servizzi personalizzati (EUR)
|
1 334 000
|
|
|
Baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG (EUR)
|
94 000
|
|
|
Il-baġit totali (EUR)
|
1 428 000
|
|
|
Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)
|
856 800
|
|
VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI
Proċedura
4.Fil-21 ta' Ġunju 2016 Spanja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana - Vetturi fi 12-il ġimgħa mid-data li fiha l-kriterji għall-intervent stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG ġew issodisfati. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-wasla tal-applikazzjoni fl-istess data, u talbet informazzjoni addizzjonali minn Spanja fil-5 ta’ Lulju 2016. Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mit-talba. L-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa minn meta waslet l-applikazzjoni kompluta, li fihom il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, tiskadi fit-8 ta’ Novembru 2016.
L-eliġibbiltà tal-applikazzjoni
L-intrapriżi u l-benefiċjarji kkonċernati
5.L-applikazzjoni tikkonċerna 250 ħaddiem li ngħataw is-sensja fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 29 (Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers) fir-reġjun ta' Comunidad Valenciana fil-livell NUTS 2 (ES52).
|
L-intrapriżi u l-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza
|
|
ANADIA FUNDICION
|
1
|
INDUSTRIAS DOLZ SA
|
1
|
|
AUTOMOVILES BLAM SL
|
1
|
INDUSTRIAS DOLZ SL
|
1
|
|
BENIMAR-OCARSA SA
|
1
|
INDUSTRIAS OCHOA SL
|
1
|
|
BERGE AUTOMOTIVE LOGISTICS SL
|
1
|
LEAR EUROPEAN HOLDING SLU
|
1
|
|
BOSAL ESPAÑA SA
|
1
|
MAGNA SEATING SPAIN SAU
|
2
|
|
BOSAL MADRID SL
|
1
|
MODULAR LOGISTICA VALENCIANA SL
|
1
|
|
BOSAL VALENCIA SAU
|
215
|
MUELLES Y BALLESTAS HISPANO ALEMANAS SL
|
1
|
|
ELECTRO CASTELLAR SL
|
2
|
RADIADORES ORDOÑEZ SA
|
2
|
|
ESTAMPACIONES METALICAS MOYMA SL
|
1
|
SAS AUTOSYSTEMTECHNIK VALENCIA SLU
|
1
|
|
FABRICACION MODULAR VALENCIANA SL
|
1
|
SICAL SL
|
1
|
|
FAURECIA AUTOMOTIVE EXTERIORES ESPAÑA SAU
|
1
|
SPANIA GTA TECNOMOTIVE SL
|
1
|
|
FAURECIA EMISSION CONTROL TECHNOLOGIES PAMPLONA
|
1
|
STIL CONVERSION SL
|
1
|
|
FAURECIA INTERIOR SYSTEMS SALC ESPAÑA SL
|
1
|
TALENTO Y EXPERIENCIA SL
|
1
|
|
FEU VERT IBERICA SA
|
1
|
TECNOVE SL
|
1
|
|
FORD ESPAÑA SL
|
5
|
|
|
L-għadd totali ta’ intrapriżi: 29
|
L-għadd totali ta’ sensji:
|
250
|
|
L-għadd totali ta’ persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet:
|
0
|
|
L-għadd totali ta’ ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom eliġibbli:
|
250
|
Il-kriterji ta’ intervent
6.Spanja ppreżentat l-applikazzjoni skont il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(2) li jidderoga mill-kriterju tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-FEG, li jeħtieġ li mill-inqas 500 ħaddiem jingħataw is-sensja fuq perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur f’intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fil-livell ta' Diviżjoni tal-NACE Reviżjoni 2 u li jinsabu f’reġjun wieħed jew f’żewġ reġjuni kontigwi li huma definiti fil-livell NUTS 2 fi Stat Membru. Kien hemm 250 sensja fir-reġjun tal-livell NUTS 2 ta’ Comunidad Valenciana (ES52)
7.Il-perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur tal-applikazzjoni jibda mit-30 ta’ Ġunju 2015 u jibqa' għaddej sat-30 ta' Marzu 2016.
Il-kalkolu tas-sensji u tal-waqfien tal-attività
8.L-għoti ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza ġie kkalkolat mid-data tat-terminazzjoni de facto tal-kuntratt tal-impjieg jew l-iskadenza tiegħu.
Il-benefiċjarji eliġibbli
9.L-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 250.
Rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni
10.Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, Spanja argumentat li l-industrija tal-vetturi Ewropea tilfet sehem sinifikanti mis-suq fl-aħħar deċenni.
11.F’termini assoluti, filwaqt li l-UE-27 iffaċċjaw tnaqqis fil-produzzjoni ta’ vetturi bil-mutur fl-2015 meta mqabbla ma’ 2006 minn 0,5 miljun unità (minn 18,7 miljun unità fl-2006 għal 18,2 fl-2015) jew -2,8 %, il-produzzjoni globali żdiedet b’ 31,1 % (minn 69,2 miljun unità fl-2006 għal 90,9 fl-2015), b’mod partikolari fiċ-Ċina kif ukoll f'ekonomiji oħra tax-Xlokk tal-Asja.
12.Il-grafika ta’ hawn taħt turi t-tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-UE għall-karozzi tal-passiġġieri mill-2000 sal-2013. Is-sehem tas-suq tal-UE waqa’ minn 39,3 % fl-2000 għal 22,3 % fl-2013, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 17-il punt perċentwali.
Il-produzzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri — Tqabbil internazzjonali (% ta' sehem) – 2000-2013
|
|
|
UE
|
|
NAFTA
|
|
Il-Ġappun
|
|
Il-Korea t'Isfel
|
|
BRIC
|
|
Unitajiet
|
|
|
|
Sors: OICA
|
|
|
13.Fl-2015, iċ-Ċina hija l-akbar produttur bi 26 % tal-produzzjoni dinjija tal-karozzi, waqt li l-UE, li hija t-tieni l-ikbar produttur, tirrappreżenta 22 % tal-produzzjoni tal-karozzi globali b'73,5 miljun karozzi tal-passiġġieri. Dan it-tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-UE hu parti minn tendenza itwal, kif ġie ddikjarat mill-Kummissjoni fil-valutazzjonijiet tagħha tal-każijiet preċedenti ta’ applikazzjonijiet tal-vetturi għall-FEG abbażi tal-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ.
14.Il-forza prinċipali li twassal għal din it-tendenza hija l-bidla ġeografika fil-konsum marbuta mal-globalizzazzjoni, b’mod partikolari t-tkabbir rapidu fid-domanda fis-suq Ażjatiku li minnu l-produtturi tal-UE huma anqas kapaċi li jibbenefikaw, peress li tradizzjonalment, il-pożizzjoni tagħhom f’dawn is-swieq hija anqas tajba.
15.L-industrija tal-karozzi Ewropea kienet ukoll milquta mit-tnaqqis fid-domanda domestika minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja. Ir-reġistrazzjonijiet tal-karozzi tal-passiġġieri fl-UE naqsu b’mod kontinwu bejn l-2008 u l-2013. Mill-2014 ix-xejra nqalbet. Madankollu, l-għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet għadu taħt il-livelli milħuqa matul is-snin ta’ qabel il-kriżi ekonomika u finanzjarja.
Reġistrazzjonijiet ta' karozzi ġodda fl-UE f'miljun unità,
% tal-bidla / 2004 – 2015
16.Fi Spanja, it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-karozzi kkawża tnaqqis kemm fl-intrapriżi kif ukoll fl-impjiegi. Matul il-perjodu 2008–2014, l-għadd ta’ intrapriżi tal-karozzi naqas minn 901 għal 806 (-10,5 %) u l-impjiegi fis-settur naqsu minn 164 038 għal 135 997
(-17 %). Fil-Comunidad Valenciana 62 mill-intrapriżi tal-karozzi waqqfu l-attivitajiet għal total ta’ 187. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 33.16 %.
17.Sal-lum, is-settur tal-manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers kien is-suġġett ta’ 23 applikazzjoni lill-FEG, inkluża din, li 13 minnhom kienu bbażati fuq globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ u 10 fuq il-kriżi ekonomika u finanzjarja globali.
L-avvenimenti li wasslu għas-sensji u għall-waqfien tal-attività
18.L-avvenimenti li jagħtu lok għal dawn is-sensji huma l-falliment u l-għeluq ta’ Bosal S.A., l-intrapriża li tat is-sensja lill-biċċa l-kbira tal-ħaddiema kkonċernati minn din l-applikazzjoni.
19.S.A., Bosal, bdiet l-operazzjonijiet tagħha fil-belt ta’ Sagunto fl-1986. L-attività ċentrali tagħha hija l-manifattura ta’ parts u aċċessorji għal vetturi bil-mutur (b’mod partikolari fis-sistemi tal-egżost tal-vetturi, katalizzaturi, eċċ.). Il-Bosal bdiet tipproduċi prinċipalment għas-suq tal-vetturi Spanjol. Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni ġiet iddiversifikata aktar tard u l-intrapriża manifatturat komponenti oriġinali ta’ vetturi oħra wkoll għal swieq oħra.
20.Mill-2012, l-intrapriża kellha diffikultajiet minħabba t-tnaqqis tal-produzzjoni tal-vetturi fl-UE. Biex taġġusta l-kapaċità ta’ produzzjoni skont id-domanda u jitnaqqsu l-ispejjeż, il-Bosal għamlet użu minn skedi ta’ xogħol imnaqqas b'mod obbligatorju, li ġew applikati għall-persunal kollu. Madankollu, dawn il-miżuri ma ħadmux u fil-15 ta’ Jannar 2015 l-intrapriża ddikjarat falliment u tpoġġiet taħt amministrazzjoni speċjali. F’Novembru tal-2015, il-Bosal, tat is-sensja lill-ħaddiema kollha tagħha (215 ħaddiem) u daħlet fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni.
L-impatt mistenni tas-sensji fuq l-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali
21.Fit-80ijiet, l-ekonomija ta’ Sagunto, it-territorju milqut mis-sensji, kien marbut prinċipalment mal-Altos Hornos del Mediterráneo (blast furnace). Wara l-għeluq tagħha, it-territorju ġie ddikjarata "Żona ta' Reindustrijalizzazzjoni Preferenzjali" ('Preferential Reindustrialization Area') u ngħataw varjetà ta’ inċentivi għal negozji ġodda li bdew jirrisjedu hemmhekk. Il-maġġoranza tal-intrapriżi li bdew negozji f’Sagunto kienu marbuta mal-industrija tal-karozzi. Sa mill-2008, minħabba l-effett tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-globalizzazzjoni fil-manifattura tal-karozzi, bosta minn dawn il-kumpaniji għalqu jew naqqsu l-attività tagħhom bis-sħiħ, u dan irriżulta fi tnaqqis fil-ħin tax-xogħol u s-sensji. It-tnaqqis tal-attività industrijali kellu konsegwenzi sostanzjali fl-ekonomija u fl-impjiegi ta’ Sagunto. Fl-2015 meta mqabbel mal-2007, l-għadd ta’ persuni qiegħda f’Sagunto żdied bi tliet darbiet, minn 2 778 sa 6 437. Il-250 ħaddiema mogħtija s-sensja kkonċernati minn din l-applikazzjoni se jiggravaw il-qagħda tal-impjiegi diġà fraġli tat-territorju affettwat.
Spjegazzjoni taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jirfdu l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni
22.Spanja argumentat li, minkejja l-fatt li ftit anqas minn 500 ngħataw is-sensja fil-perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur, din l-applikazzjoni xorta għandha tiġi assimilata ma’ applikazzjoni skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-FEG minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali. Għal dan l-għan, huma jsemmu l-fatt li 250 impjieg mitlufa f’Sagunto huwa għadd kbir fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-belt żgħira u żona rurali li sofriet il-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, flimkien mal-effetti tal-globalizzazzjoni fuq setturi bħal tal-karozzi ta’ importanza kbira għall-ekonomija tat-territorju. Għalkemm ir-rata tal-impjieg wriet sinjali ta’ rkupru fl-aħħar sena, ir-rata tal-qgħad f’Comunidad Valenciana għadu fil-livell ta’ 21.8 %.
23.Affiljazzjoni tad-dejta għas-sigurtà soċjali juru tnaqqis b’15 % (-296 952 persuni) f’għadd ta’ nies impjiegati fil-Comunidad Valenciana fl-2015 meta mqabbel mal-2008, filwaqt li f’Sagunto, l-għadd ta’ nies impjegati naqas b’28,5 % (-5 939 persuni), jiġifieri differenza ta’ 13,5 punti perċentwali mqabbla mal-valuri tar-reġjun.
24.Abbażi tad-dejta tal-Eurostat dwar il-qgħad ta’ bliet b’popolazzjoni simili għal Sagunto, Spanja ssostni li huma biss il-bliet f’territorji ultraperiferiċi (bħal Le Tampon-Reunion: 26.8 %) jew li kienu s-suġġett ta’ bosta każijiet tal-FEG (Il-Maċedonja-Greċja Ċentrali: 28.7 %), għandhom rati tal-qgħad li jaqbżu dik ta' Sagunto (25.8 %).
25.Il-Comunidad Valenciana huwa fost ir-reġjuni tal-UE li ntlaqtu l-agħar mill-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-globalizzazzjoni. Sa mill-2009, Spanja ppreżentat disa’ applikazzjonijiet tal-FEG b’appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja f’dan ir-reġjun, f’varjetà ta’ setturi. Total ta’ 1 560 intrapriża, l-iktar SMEs, kienu kkonċernati minn kważi 7 600 sensja. Barra minn hekk, Sagunto u l-kontea tagħha l-Camp de Morvedre għadhom qed jitħabtu mal-effetti tas-sensji bil-massa, li għalihom kienet tressqet applikazzjoni FEG li ġiet approvata fl-2014.
26.Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika ta’ dawn l-aħħar snin li wasslet għall-għeluq ta’ għadd kbir ta’ negozji, is-siti industrijali fit-territorju huma prinċipalment mhux okkupati. Ma kien hemm l-ebda ftuħ riċenti ta' impjanti fiż-żona li jista joħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg għall-ħaddiema. Biex titreġġa’ lura din ix-xejra, Sagunto, ġie inkluż fil-pjan ta’ azzjoni tal-gvern reġjonali mmirat lejn qawmien mill-ġdid industrijali tat-territorju. Erba’ miljun euro huma allokati għal dan l-iskop fil-baġit tal-2016.
27.Kważi 20 % tal-popolazzjoni Sagunto huma persuni anzjani u 5,8 % għandhom ’il fuq minn 80 sena. Fost il-persuni qiegħda, dawk li ilhom qiegħda fit-tul jirrappreżentaw 38,5 % filwaqt li r-rata ta' persuni qiegħda fil-grupp ta’ età ta' 45 u iktar telgħet għal 58,7 %. Mill-ħaddiema ssensjati kkonċernati minn din l-applikazzjoni, 71 % għandhom ’il fuq minn 45 sena, 78 % kienu impjegati mill-istess intrapriża għal mill-anqas 15-il sena konsekuttivi u 50 % ma għandhom l-ebda kwalifiki edukattivi, li jagħmilhom vulnerabbli ħafna f’kuntest ta’ skarsezza ta’ impjiegi. Barra minn hekk, iċ-ċensiment tal-2014 juri li Sagunto għandu rata ta' dipendenza ta' 53,7 %, li hija ogħla mill-medja ta’ 51,8 % tal-UE-28.
Il-benefiċjarji fil-mira u l-azzjonijiet proposti
Il-benefiċjarji fil-mira
28.Dawn il-ħaddiema kollha li ngħataw is-sensja huma mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri. It-tqassim ta’ dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp ta’ età huwa hekk kif ġej:
|
Kategorija
|
Għadd ta'
benefiċjarji fil-mira
|
|
Sess:
|
Irġiel:
|
241
|
(96,4 %)
|
|
|
Nisa:
|
9
|
(3,6 %)
|
|
Ċittadinanza:
|
ċittadini tal-UE:
|
249
|
(99,6 %)
|
|
|
mhux ċittadini tal-UE:
|
1
|
(0,4 %)
|
|
Grupp ta' età:
|
15-24 sena:
|
0
|
(0,0 %)
|
|
|
25-29 sena:
|
1
|
(0,4 %)
|
|
|
30-54 sena:
|
191
|
(76,4 %)
|
|
|
55-64 sena:
|
58
|
(23,2 %)
|
|
|
iktar minn 64 sena:
|
0
|
(0,0 %)
|
Eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti
29.Is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin:
–Merħba u sessjonijiet ta’ informazzjoni: Din hija l-ewwel miżura li se tiġi offruta lill-ħaddiema kollha u tinkludi: (1) sessjonijiet ta' informazzjoni ġenerali u sessjonijiet ta' informazzjoni individwali dwar il-bżonnijiet ta' ħiliet u taħriġ; dwar programmi disponibbli għall-pariri u t-taħriġ; u dwar konċessjonijiet u inċentivi; (2) proċedura tar-reġistrazzjoni.
–Gwida okkupazzjonali: Din tinvolvi t-tiswir tal-profili tal-ħaddiema parteċipanti u t-tfassil personalizzat tat-triq lejn l-integrazzjoni mill-ġdid; gruppi ta’ ħidma dwar l-intraprenditorija u tekniki għat-tfittix ta’ impjieg; u l-għoti ta’ pariri u s-segwitu ta’ appoġġ personalizzat matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni. Il-parteċipanti jistgħu jużaw ukoll servizzi ta’ taħriġ wara l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
–Kollokamenti ta' impjiegi: Dan għandu jinvolvi tiftix intensiv u proattivi ta’ tfittxija għal opportunitajiet ta’ xogħol lokali u reġjonali, faċilitaturi tal-impjiegi u tqabbil sussegwenti. Din il-miżura għandha l-għan li tikkomplementa għat-tiftix individwali għax-xogħol min-naħa tal-benefiċjarji.
–Taħriġ: Il-miżuri tat-taħriġ se jinkludu varjetà ta’ korsijiet ta’ taħriġ miġbura f’taħriġ vokazzjonali u taħriġ f’ħiliet trażversali. It-taħriġ vokazzjonali se jiffoka fuq il-liċensjar vokazzjonali, bħal dak meħtieġ għat-trasport tas-CPC, u fuq setturi u oqsma fejn jeżistu l-opportunitajiet jew se jinħolqu, bħas-settur tal-ikel (sikurezza fl-ikel, HACCP, eċċ.),tisjir, prevenzjoni tar-riskju okkupazzjonali u kontroll tal-kwalità u standards tal-ambjent (ISO 9001, ISO 14000, EFQM, eċċ.), proġetti HVAC, manteniment ta' tagħmir industrijali, eċċ. L-offerta ta' taħriġ f'ħiliet trasversali se tinkludi taħriġ f'varjetà ta' ħiliet li jikkontribwixxu għal prestazzjoni aħjar ta' xogħol bħal ICT, lingwi barranin, ġestjoni tan-negozji, eċċ.
–Promozzjoni tal-intraprenditorija: Din il-miżura tfittex li tassisti lil ħaddiema li ngħataw is-sensja li jipprevedu li joħolqu n-negozju tagħhom stess u jkopri elementi bħall-iżvilupp ta’ idea ta’ negozju, l-ippjanar, it-twettiq ta’ studji ta’ fattibbiltà, il-ksib ta’ finanzi, eċċ.; se jkun disponibbli tagħlim personalizzat privat matul il-proċess kollu sabiex jitnieda n-negozju u jingħata appoġġ fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi. Il-parteċipanti jistgħu jużaw ukoll servizzi ta’ taħriġ wara li jibdew in-negozju tagħhom.
–Kontribuzzjoni għall-ftuħ ta’ negozju: Il-ħaddiema li jiftħu n-negozju tagħhom se jirċievu sa EUR 15 000 li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-bidu. Waħda mid-diffikultajiet ewlenin li jaffaċċjaw l-imprendituri meta jiftħu negozju hija l-aċċess għal finanzjament. Din il-miżura għandha l-għan li tippromwovi l-intraprenditorija permezz ta’ dan l-appoġġ finanzjarju.
–Benefiċċji għall-parteċipazzjoni: Il-parteċipanti, wara li jilħqu l-miri tat-triq tagħhom biex jiġu integrati mill-ġdid se jirċievu benefiċċju ta’ EUR 600.
–Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar: Il-ħaddiema li jipparteċipaw fil-miżuri se jirċievu kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom. L-ammont finali se jiġi kkalkulat skont il-ġranet attwali ta’ parteċipazzjoni u d-distanza tal-ivjaġġar. Huwa stmat li, bħala medja, parteċipant jista’ jirċievi EUR 300.
–Għajnuna għal dawk li jieħdu ħsieb ta' persuni dipendenti: Ħaddiema li għandhom persuni dipendenti (tfal, persuni anzjani jew b’diżabilità) se jirċievu kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż tagħhom għal dawk li jieħdu ħsiebhom, bil-kundizzjoni li jipparteċipaw fil-miżuri. Dan għandu l-għan li jkopri spejjeż addizzjonali li jiffaċċjaw il-ħaddiema li għandhom responsabbiltajiet ta' kura sabiex jagħmlu użu mit-taħriġ jew miżuri oħra.
–Kontribuzzjoni għall-ispejjeż relatati ma’ bidla fir-residenza: Dawk il-ħaddiema li jaċċettaw impjieg li jinvolvi tibdil ta' residenza se jirċievu somma f'daqqa ta' EUR 3 000 biex ikopru n-nefqa meħtieġa.
–Kontribut b’rata fissa tal-internet. Il-ħaddiema li m’għandhomx internet id-dar u jinstallawh, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn taħriġ jew miżuri oħrajn fuq pjattaformi diġitali, se jirċievu sa 75 % tal-ispejjeż b’rata fissa ta’ kull xahar.
–Benefiċċju ta’ għoti ta’ impjieg: Dan il-pagament jibbenefika lill-ħaddiema ssensjati billi jiffaċilita l-impjieg mill-ġdid tagħhom taħt kuntratti b’terminu fiss jew permanenti f’intrapriża differenti. Għal impjieg mill-ġdid taħt kuntratti permanenti l-intrapriża li timpjega se tirċievi EUR 3 000 għal kull ħaddiem filwaqt li għal impjieg mill-ġdid taħt kuntratti b’terminu fiss ta’ mill-inqas 12-il xahar, l-intrapriża li timpjega se tirċievi EUR 1 000 għal kull ħaddiem.
30.L-azzjonijiet proposti deskritti hawnhekk jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.
31.Spanja pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa dwar l-azzjonijiet li huma obbligatorji għall-impriża kkonċernata permezz tal-liġi nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi. Huma kkonfermaw li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tissostitwixxix dawn l-azzjonijiet.
Il-baġit stmat
32.L-ispejjeż totali stmati huma ta' EUR 1 428 000, li jinkludu nefqa ta' EUR 1 334 000 għal servizzi personalizzati u nefqa ta' EUR 94 000 għal attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar.
33.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 856 800 (60 % tal-ispejjeż totali).
|
Azzjonijiet
|
Għadd stmat ta' parteċipanti
|
Spiża stmata għal kull parteċipant
(f’EUR)
(*)
|
Spejjeż totali stmati
(f’EUR)
(**)
|
|
Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Merħba u sessjonijiet ta’ informazzjoni:
(acción de acogida)
|
250
|
204
|
51 000
|
|
Gwida okkupazzjonali
(orientación, asesoramiento laboral e itinerario personalizado de inserción)
|
250
|
408
|
102 000
|
|
Kollokamenti ta' impiegi
(Kollokamenti ta' impiegi)
|
250
|
476
|
119 000
|
|
Taħriġ
(formación)
|
230
|
2 000
|
460 000
|
|
Promozzjoni tal-intraprenditorija
(emprendimiento)
|
30
|
2 000
|
60 000
|
|
Kontribuzzjoni għall-ftuħ ta’ negozju
(incentivo para establecimiento de negocio)
|
16
|
13 400
|
214 400
|
|
Subtotal (a):
Perċentwal tal-pakkett ta' servizzi personalizzati:
|
–
|
1 006 400
|
|
|
|
(75,44 %)
|
|
Benefiċċji u inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Benefiċċju għall-parteċipazzjoni
(incentivo para participar)
|
170
|
600
|
102 000
|
|
Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar
(incentivo para desplazamiento)
|
50
|
300
|
15 000
|
|
Għajnuna għal min jieħu ħsieb persuni dipendenti
(Incentivos que remuevan obstáculos que impidan la participación)
|
50
|
1 500
|
75 000
|
|
Kontribuzzjoni għall-ispejjeż għat-tibdil tar-residenza
(incentivo por traslado)
|
5
|
3 000
|
15 000
|
|
Kontribuzzjoni b’rata fissa tal-internet
(incentivo para disponer de accesso a Internet en el domicilio)
|
150
|
404
|
60 600
|
|
Benefiċċju ta’ għoti ta’ impjieg
(incentivo empleadores)
|
25
|
2 400
|
60 000
|
|
Subtotal (b):
Perċentwal tal-pakkett ta' servizzi personalizzati:
|
–
|
327 600
|
|
|
|
(24,56 %)
|
|
L-azzjonijiet taħt l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG
|
|
1. Attivitajiet preparatorji
|
–
|
0
|
|
2. Ġestjoni
|
–
|
90 000
|
|
3. Informazzjoni u pubbliċità
|
–
|
4 000
|
|
4. Kontroll u rapportar
|
–
|
0
|
|
Subtotal (c):
Perċentwal tal-ispejjeż totali:
|
–
|
94 000
|
|
|
|
(6,58 %)
|
|
L-ispejjeż totali (a + b + c):
|
–
|
1 428 000
|
|
Kontribuzzjoni mill-FEG (60 % tal-ispejjeż totali)
|
–
|
856 800
|
(*) Biex jiġu evitati d-deċimali, l-ispejjeż stmati għal kull ħaddiem tqarrbu għall-eqreb numru sħiħ. Madankollu t-tqarrib ma għandu l-ebda impatt fuq l-ispiża totali ta’ kull miżura li jifdal bħal fl-applikazzjoni mressqa minn Spanja.
(**) It-totali ma jaqblux bl-eżatt minħabba t-tqarrib.
34.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati. Spanja kkonfermat li dawn l-azzjonijiet huma kundizzjonali fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira f'attivitajiet ta' tfittxija ta' impjiegi jew taħriġ.
35.Spanja kkonfermat li l-ispejjeż tal-investimenti għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-ftuħ ta’ negozji u l-akkwiżizzjonijiet minn impjegati mhux se jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull benefiċjarju.
Perjodu ta' eliġibbiltà tan-nefqa
36.Spanja bdiet tipprovdi s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-20 ta' Settembru 2016. Għaldaqstant, in-nefqa fuq dawn l-azzjonijiet se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-20 ta' Settembru 2016 sal-20 ta' Settembru 2018.
37.Spanja bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex timplimenta l-FEG fl-1 ta' Ottubru 2015. In-nefqa fuq l-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-1 ta' Ottubru 2015 sal-20 ta' Marzu 2019.
Komplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni
38.Is-sors ta’ prefinanzjament jew kofinanzjament nazzjonali huwa l-finanzjament pubbliku s-SERVEF (uffiċċji tax-xogħol pubbliku tal-gvern awtonomu).
39.Spanja kkonfermat li l-miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se jirċievu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni.
Il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira jew mar-rappreżentanti tagħhom, jew mas-sħab soċjali, kif ukoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali
40.Spanja indikat li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, l-imsieħba soċjali, l-assoċjazzjoni rilevanti ta’ min iħaddem u l-awtoritajiet lokali (Sagunto).
41.Imħassba dwar is-sitwazzjoni vulnerabbli tal-ħaddiema wara t-tħabbir tal-għeluq tal-intrapriża, ir-rappreżentanti ta’ dawk li kienu jaħdmu mal-Bosal (l-intrapriża li tat is-sensja lill-biċċa l-kbira tal-ħaddiema kkonċernati minn din l-applikazzjoni) informaw is-SERVEF dwar ir-rieda tagħhom li jappoġġjaw l-applikazzjoni għal finanzjament mill-FEG. F’laqgħa li saret fl-1 ta’ Ottubru 2015, ġie deċiż li jirċievu l-għajnuna mill-FEG. F’laqgħat sussegwenti, il-miżuri li kelllhom jiġu offruti lill-ħaddiema ġew definiti skont l-iskeda tagħhom.
Ġestjoni u sistemi ta’ kontroll
42.L-applikazzjoni tinkludi deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u kkontrollata mill-istess entitajiet li jiġġestixxu u jikkontrollaw l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) fi Spanja. Id-Dirección General de financiación y Fondos Europeos se jkun il-korp intermedjarju għall-awtorità ta’ ġestjoni.
L-impenji mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat
43.Spanja tat l-assigurazzjonijiet kollha meħtieġa rigward dawn li ġejjin:
–il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u ta' nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fil-kuntest tal-aċċess għall-azzjonijiet proposti u l-implimentazzjoni tagħhom,
–ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi ġew issodisfatti,
–L-intrapriżi li taw is-sensji, li komplew bl-attivitajiet tagħhom wara s-sensji, ikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom li jirregolaw is-sensji u pprovdew għall-ħaddiema tagħhom kif xieraq,
–l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi oħrajn jew minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat,
–l-azzjonijiet proposti se jikkomplementaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali,
–il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Proposta baġitarja
44.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
45.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u wara li qieset l-għadd ta’ benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mobilizzat il-FEG għall-ammont ta’ EUR 856 800, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, biex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.
46.Id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG se tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.
Atti relatati
47.Fl-istess żmien li se tkun qed tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġu trasferiti EUR 856 800 fil-linja baġitarja rilevanti.
48.Filwaqt li tadotta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni fuq kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG.
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni minn Spanja – EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana - Vetturi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u fil-każ ta' persuni li jaħdmu għal rashom meta l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2)Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013.
(3)Fil-21 ta’ Ġunju 2016, Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward ta’ sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (“NACE”) Reviżjoni 2 Diviżjoni 29 (Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers) fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (“NUTS”) 2 fir-reġjun ta’ Comunidad Valenciana (ES52) fi Spanja. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
(4)B’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-applikazzjoni minn Spanja hija meqjusa ammissibbli peress li s-sensji għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali.
(5)Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 856 800 fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata minn Spanja.
(6)Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mmobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 856 800 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika minn [the date of its adoption].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President