Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0418

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

    COM/2016/0418 final - 2016/0193 (COD)

    Brussell, 27.6.2016

    COM(2016) 418 final

    2016/0193(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    Il-kriżi finanzjarja u ekonomika sostnuta poġġiet ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali taħt pressjoni filwaqt li l-Istati Membri qegħdin iwettqu politiki meħtieġa ta’ konsolidazzjoni fiskali. F’dan il-kuntest, l-iżgurar ta’ implimentazzjoni mingħajr xkiel ta' programmi appoġġati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) huwa ta’ importanza partikolari għall-investiment fit-tkabbir u l-impjiegi.

    L-implimentazzjoni tal-programmi spiss hija diffiċli, mhux l-anqas minħabba l-problemi ta’ likwidità li jirriżultaw mill-konsolidazzjoni fiskali. Dan huwa b’mod partikolari l-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ġew l-aktar affettwati mill-kriżi, u li rċevew għajnuna finanzjarja taħt programm ta’ aġġustament.

    Sabiex jiġi żgurat li dawn l-Istati Membri jkomplu jimplimentaw il-programmi FSIE fil-prattika u joħorġu l-fondi għall-proġetti, l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 1 jippermetti lill-Kummissjoni tagħmel aktar pagamenti ("top-up") mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2016 lil dawk il-pajjiżi li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja wara l-21 ta’ Diċembru 2013.

    Ħames pajjiżi kienu eliġibbli għad-dispożizzjoni "top-up" fil-perjodu msemmi , jiġifieri Ċipru, il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall u r-Rumanija.

    Barra minn hekk, l-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistipula li mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2017, ir-rata massima ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull prijorità għall-programmi operazzjonali kollha appoġġati mill-FEŻR u l-FSE f’Ċipru għandha tkun ta’ 85 % minflok ta’ 50 % applikabbli għal reġjuni aktar żviluppati 2 . Din ir-rata ta’ kofinanzjament eċċezzjonali ngħatat lil Ċipru minħabba s-sitwazzjoni fraġli tal-ekonomija tiegħu. Din tgħin biex tgħaqqad perjodu ta’ ħtiġijiet ta’ investiment għoli pubbliku minn naħa, u sforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali sostnuti min-naħa l-oħra, billi żżid l-ispazju fiskali meħtieġ għal investimenti appoġġati minn finanzjament tal-politika ta’ Koeżjoni.

    L-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 120(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jeħtieġu lill-Kummissjoni tagħmel rieżami ta' dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet finanzjarji u, jekk meħtieġ, tagħmel proposta leġiżlattiva qabel it-30 ta’ Ġunju 2016 bil-ħsieb ta' estensjoni possibbli tagħhom.

    Il-proposta attwali tippermetti lill-Kummissjoni tkompli tagħmel pagamenti ikbar għal kull Stat Membru li se jibbenefika minn għajnuna finanzjarja wara t-30 ta’ Ġunju 2016 għall-perjodu li fih ikun taħt dan il-mekkaniżmu ta’ appoġġ, mingħajr ma tiġi modifikata l-allokazzjoni ġenerali tal-FSIE 2014-2020. Barra minn hekk, il-proposta tippermetti li Ċipru japplika r-rata massima ta’ kofinanzjament ta’ 85 % għal Ċipru sal-għeluq tal-programm.

    Il-miżuri jkunu jipprovdu riżorsi finanzjarji addizzjonali jew il-flessibilità baġitarja meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programmi tal-FSIE fil-post.

    Il-kuntest ġenerali u dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-isfera politika tal-proposta

    L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jipprovdi li fuq talba ta’ Stat Membru b’diffikultajiet baġitarji temporanji, jiġifieri dawk il-pajjiżi li rċevew assistenza finanzjarja taħt programm ta’ aġġustament wara l-21 ta’ Diċembru 2013, il-pagamenti interim jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali aktar mir-rata ta' kofinanzjament applikabbli għal kull prijorità għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni jew għal kull miżura għall-FAEŻR u l-FEMS, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jressaq talba korrispondenti. Attwalment din id-dispożizzjoni tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2016.

    L-Artikolu 120(3) tar-Regolament (UE) 1303/2013 jistipula li mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2017, ir-rata massima ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull prijorità għall-programmi operazzjonali kollha appoġġati mill-FEŻR u l-FSE f’Ċipru għandha tkun ta’ 85 % minflok ta’ 50 % applikabbli għal reġjuni aktar żviluppati.

    Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

    Il-proposta hija konsistenti ma' proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea b'rispons għall-kriżi finanzjarja.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiddefinixxi r-regoli komuni applikabbli għall-Fondi SIE. Abbażi tal-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet għall-proċess ta’ programmazzjoni kif ukoll arranġamenti għall-ġestjoni tal-programmi (inkluża dik finanzjarja), il-monitoraġġ, il-kontroll finanzjarju u l-evalwazzjoni ta' proġetti.

    L-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 120(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jeħtieġu li l-Kummissjoni tirrevedi iż-żewġ dispożizzjonijiet finanzjarji msemmija qabel u jekk meħtieġ, tagħmel proposta leġiżlattiva qabel it-30 ta’ Ġunju 2016 bil-ħsieb ta' estensjoni possibbli tagħhom.

    Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta' sussidjarjetà sal-punt li tfittex li tkompli tipprovdi appoġġ akbar permezz tal-FSIE lil ċerti Stati Membri li jesperjenzaw diffikultajiet serji, notevolment bi problemi fit-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja tagħhom, u b'defiċit u sitwazzjoni tad-dejn li qed imorru għall-agħar, ħtija wkoll tal-ambjent ekonomiku u finanzjarju internazzjonali. F'dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit fuq livell ta' Unjoni Ewropea mekkaniżmu temporanju li jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea żżid ir-rimborż tan-nefqa ċċertifikata skont il-FSIE u li tipprovdi rata ta' kofinanzjament ogħla għall-progammi operazzjonali kollha appoġġati mill-FEŻR u l-FSE f'Ċipru.

    Proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità:

    L-estensjoni tal-perjodu li matulu huma dovuti l-pagamenti interim miżjuda huwa proporzjonali fir-rigward tal-kriżi ekonomika sostnuta u tal-isforzi oħra meħuda biex jiġu megħjuna l-Istati Membri b’diffikultajiet baġitarji li jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja taħt programm ta’ aġġustament.

    L-estensjoni tal-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament miżjuda għal Ċipru hija proporzjonali fir-rigward tas-sitwazzjoni fraġli tal-ekonomija Ċiprijotta. Hija se tgħin biex tgħaqqad perjodu ta’ ħtiġijiet għolja ta’ investiment pubbliku minn naħa, u sforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali sostnuti min-naħa l-oħra, billi żżid l-ispazju fiskali meħtieġ għall-investimenti.

    Għażla tal-istrument

    L-istrument propost: emenda tar-regolament attwali.

    Il-Kummissjoni eżaminat il-marġini kollha ta’ manuvra stipulati mill-qafas legali u tqis li hu neċessarju, fid-dawl tal-esperjenza sa issa, li tipproponi emendi għar-Regolament Ġenerali.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Ma kien hemm l-ebda valutazzjoni ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Ma kienx hemm konsultazzjoni ma' partijiet interessati esterni

    Ġbir u użu tal-kompetenzi

    L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Il-proposta tkun tippermetti lill-Kummissjoni żżid il-pagamenti lil Stat Membru taħt programm ta’ aġġustament wara t-30 ta’ Ġunju 2016. Din tkun tkopri l-perjodu sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja li fiha l-Istat Membru ma jibqax jirċievi l-assistenza finanzjarja. Dan l-approċċ huwa konformi mas-sena fiskali tal-Fondi SIE li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju. Dan jestendi l-perjodu ta’ eliġibbiltà sa massimu ta' 18-il xahar.

    Iż-żieda tkun ammont ikkalkulat billi tiġi applikata żieda ta' għaxar punti perċentwali fuq ir-rati ta' kofinanzjament applikabbli għall-prijoritajiet (skont il-FERŻ, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni) jew miżuri (skont il-FAEŻR u l-FEMS) tal-programmi man-nefqa ċertfikata ppreżentata waqt il-perjodu inkwistjoni sakemm jintlaħaq il-limitu għall-pagamenti.

    Barra minn hekk, il-proposta tkun tippermetti li l-Kummissjoni testendi r-rata ta’ kofinanzjament eċċezzjonali ta’ 85 % għall-FEŻR u l-FSE f'Ċipru sal-għeluq tal-programm.

    L-allokazzjoni finanzjarja totali għall-perjodu mill-Fondi għall-pajjiżi u l-programmi kkonċernati mhix se tinbidel.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Din mhijiex inizjattiva fi ħdan il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).

    Drittijiet fundamentali

    Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

    Il-proposta mhu se jkollha l-ebda impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' impenn, billi mhi qed tiġi proposta l-ebda bidla fl-ammonti massimi tal-finanzjament FSIE previsti fil-programmi operazzjonali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

    Għal approprjazzjonijiet ta’ pagament relatati mal-estensjoni tal-provvediment supplimentari skont l-Artikolu 24, il-proposta tista’ tirriżulta f’rimborż ogħla lill-Istati Membri kkonċernati. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali għal din il-proposta jistgħu jimplikaw żieda temporanja ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament, li tiġi kkumpensata minn livell aktar baxx ta’ pagamenti fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programmi 2014–2020. Għandu jiġi nnutat li l-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti, li huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

    Mhux applikabbli. Is-sistemi ta’ konsenja eżistenti tal-FSIE jistgħu jintużaw biex jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ din il-proposta.

    Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

    Mhux applikabbli

    Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Minħabba li l-Greċja, Ċipru, l-Irlanda, ir-Rumanija u l-Portugall kienu taħt programm ta’ aġġustament wara l-21 ta’ Diċembru 2013, kif definit fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ħames pajjiżi kienu eliġibbli għall-pagament supplimentari ta' 10 % fuq pagamenti interim imressqa qabel it-30 ta’ Ġunju 2016. Minn dak iż-żmien 'l hawn il-programmi ta’ assistenza finanzjarja għal Ċipru, l-Irlanda, il-Portugall u r-Rumanija skadew. Dan ifisser li l-Greċja hija l-uniku pajjiż taħt programm ta’ aġġustament fit-30 ta’ Ġunju 2016.

    Rieżami ulterjuri tal-eliġibbiltà għall-pagament supplimentari fl-2014–2020 ma jidhirx neċessarju peress li pajjiżi suġġetti għal programmi ta’ aġġustament irid ikollhom iċ-ċertezza dwar iż-żmien u l-livell ta’ pagamenti tal-UE.

    Minħabba li Ċipru ffirma programm ta’ aġġustament mal-UE f’Marzu 2013, l-Artikolu 120(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jipprovdi għal rata ta’ kofinanzjament eċċezzjonali ta’ 85 % għall-programmi operazzjonali kollha appoġġati mill-FEŻR u l-FSE f’Ċipru mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2017.

    Ċipru ħareġ mill-programm ta’ aġġustament tiegħu fl-aħħar ta’ Marzu 2016. Madankollu, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ Ċipru għadha fraġli, kif jidher mir-rata ta’ tkabbir kajmana tiegħu, it-tnaqqis fl-investiment, il-qgħad għoli u s-settur finanzjarju taħt pressjoni.

    Biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-baġit nazzjonali u jiġu aċċellerati l-investimenti ferm meħtieġa, huwa propost li tiġi estiża r-rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 % għall-programmi operazzjonali kollha appoġġati mill-FEŻR u l-FSE f’Ċipru sal-għeluq tal-programm.

    2016/0193 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 3 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 4 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)L-Artikolu 24(3) tar-Regolament (KE) Nru 1303/2013 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha teżamina ż-żieda ta’ pagamenti interim mill-FSIE b’ammont li jikkorrispondi għal għaxar punti perċentwali fuq ir-rata ta’ kofinanzjament attwali għal kull prijorità/miżura għall-Istati Membri li kienu taħt programm ta’ aġġustament wara l-21 ta’ Diċembru 2013 u li talbu biex jibbenefikaw minn din il-miżura sat-30 ta’ Ġunju 2016 prevista f'din id-dispożizzjoni u biex tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport 5 bil-valutazzjoni tagħha u, jekk meħtieġ, proposta leġiżlattiva qabel it-30 ta’ Ġunju 2016.

    (2)Ħames Stati Membri kienu eliġibbli għal żieda fil-pagament skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jiġifieri r-Rumanija, l-Irlanda, il-Portugall, Ċipru u l-Greċja. Ir-Rumanija, l-Irlanda, il-Portugall u Ċipru lestew il-programmi ta’ aġġustament ekonomiku rispettivi tagħhom. Hija biss il-Greċja li għadha taħt programm ta’ aġġustament u tibbenefika minn assistenza finanzjarja relatata sat-tielet kwart tal-2018. Peress li l-Greċja għadha qed tiffaċċja diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabbiltà finanzjarja tagħha, it-tul tal-applikazzjoni ta’ żieda fil-pagamenti għall-Istati Membri b’diffikultajiet baġitarji temporanji għandu jiġi estiż.

    (3)Madankollu, il-possibbiltà għal pagamenti miżjuda għandha tintemm fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja li fiha Stat Membru ma jibqax jirċievi assistenza finanzjarja taħt programm ta’ aġġustament.

    (4)L-Artikolu 120(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jitlob li l-Kummissjoni twettaq rieżami biex tivvaluta l-ġustifikazzjoni għaż-żamma ta’ rata massima ta’ kofinanzjament ta’ 85 % fil-livell ta’ kull prijorità għall-programmi operazzjonali kollha appoġġati mill-FEŻR u l-FSE f’Ċipru wara t-30 ta’ Ġunju 2017 u biex tagħmel, jekk meħtieġ, proposta leġiżlattiva qabel it-30 ta’ Ġunju 2016.

    (5)Ċipru ħareġ mill-programm ta’ aġġustament tiegħu fl-aħħar ta’ Marzu 2016. Madankollu, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ Ċipru għadha fraġli, kif jidher mir-rata ta’ tkabbir kajmana tiegħu, it-tnaqqis fl-investiment, il-qgħad għoli u s-settur finanzjarju taħt pressjoni. Biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-baġit nazzjonali u jiġu mħaffa l-investimenti ferm meħtieġa, ir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 % għall-programmi operazzjonali kollha appoġġati mill-FEŻR u l-FSE f’Ċipru għandha għalhekk tiġi estiża sal-għeluq tal-programm.

    (6)Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

    1.L-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "Żieda fil-pagamenti għall-Istati Membri b'diffikultajiet baġitarji temporanji

    1. Fuq it-talba ta' Stat Membru, il-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali jistgħu jiżdiedu b'10 punti perċentwali aktar mir-rata ta' kofinanzjament applikabbli għal kull prijorità għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni jew għal kull miżura għall-FAEŻR u l-FEMS.

    Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin wara l-21 ta’ Diċembru 2013, ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, tapplika għat-talbiet tiegħu għal pagamenti għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2016:

    (a) fejn l-Istat Membru kkonċernat jirċievi self mill-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010;

    (b) fejn l-Istat Membru kkonċernat jirċievi għajnuna finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien medju skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 taħt il-kondizzjoni tal-implimentazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku;

    (c) fejn l-għajnuna finanzjarja ssir disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat taħt il-kondizzjoni tal-implimentazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 472/2013.

    Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu wara t-30 ta’ Ġunju 2016, ir-rata miżjuda tapplika għall-applikazzjonijiet għal pagamenti tiegħu għall-perjodu sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja li matulha l-assistenza finanzjarja relatata tasal fi tmiemha.

    Dan il-paragrafu ma japplikax għall-programmi skont ir-Regolament KTE.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali ma jkunx ogħla min-nefqa pubblika jew l-ammont massimu ta’ appoġġ mill-Fondi SIE għal kull prijorità għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, jew għal kull waħda mill-miżuri tal-FAEŻR u l-FEMS, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm, skont liem wieħed ikun l-inqas.";

    2.L-Artikolu 120(3) huwa emendat kif ġej:

    It-tieni subparagrafu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    "Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-għeluq tal-programm, ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull prijorità għall-programmi operazzjonali kollha f'Ċipru m'għandhiex tkun ogħla minn 85 %".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.ISEM IL-PROPOSTA:

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom.

    2.QAFAS ABM / ABB

    Qasam/oqsma ta' politika kkonċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati:

    Politika Reġjonali; Attività ABB 13.03

    Impjiegi u Affarijiet Soċjali; Attività ABB 04.02

    Il-Fond ta' Koeżjoni, ABB 13.04

    Żvilupp Rurali, attività ABB 05.04

    Sajd, attività ABB 11.06

    3.LINJI BAĠITARJI

    3.1.Linji baġitarji (linji operazzjonali u linji relatati tal-assistenza teknika u amministrattiva (li qabel kienu l-linji B.A)):

    L-azzjoni l-ġdida proposta se tkun implimentata fuq il-linji baġitarji li ġejjin:

    13.036000 Reġjuni inqas żviluppati (FEŻR)

    13.036100 Reġjuni fi tranżizzjoni (FEŻR)

    13.036200 Reġjuni iktar żviluppati (FEŻR)

    13.036300 Allokazzjoni addizzjonali għal reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati (FEŻR)

    13.046000 Fond ta' Koeżjoni

    04.026000 Reġjuni inqas żviluppati (FSE)

    04.026100 Reġjuni fi tranżizzjoni (FSE)

    04.026200 Reġjuni iktar żviluppati (FSE)

    04.026400 Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (FSE)

    05.046001 Żvilupp rurali (FAEŻR)

    11.066000 Sajd u akkwakultura (FEMS)

    3.2.Tul ta’ żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:


    3.3.    Karatteristiċi baġitarji:

    Linja baġitarja

    Tip ta' nefqa

    Ġodda

    Kontribuzzjoni mill-EFTA

    Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti

    Intestatura fil-perspettiva finanzjarja

    13.031600

    Mhux obbligatorju

    Differenzjata

    LE

    LE

    LE

    Nru 1b

    13.031800

    Mhux obbligatorju

    Differenzjata

    LE

    LE

    LE

    Nru 1b

    04.0217

    Mhux obbligatorju

    Differenzjata

    LE

    LE

    LE

    Nru 1b

    13.04.02

    Mhux obbligatorju

    Differenzjata

    LE

    LE

    LE

    Nru 1b

    04.0219

    Mhux obbligatorju

    Differenzjata

    LE

    LE

    LE

    Nru 1b

    4.SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1.Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1.Sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet ta' pagament (AP)

    It-tabelli li ġejjin juru l-impatt stmat tal-miżuri proposti fl-2016 sal-2020. Ġaladarba ma huma proposti l-ebda riżorsi finanzjari ġodda għall-approprjazzjonijiet ta' impenn, l-ebda ċifra ma hija mdaħħla fit-tabelli iżda hija indikata m.a. (mhux applikabbli). Il-proposta hija għaldaqstant konformi mal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020.

    Għal pagamenti, il-proposta tista' tirriżulta f'rimborż ogħla lill-Istati Membri kkonċernati.

    Għal pagamenti, il-proposta tista' tirriżulta f'rimborż ogħla lill-Istati Membri kkonċernati. Abbażi tat-tbassir tal-pagamenti mill-Istati Membri rivedut mill-Kummissjoni u l-approprjazzjonijiet ta' pagament inklużi fil-baġit 2016 u l-Abbozz tal-Baġit 2017, il-bżonn ta' approprjazzjonijiet ta' pagament huma stmati li se jkunu bejn wieħed u ieħor EUR 544 miljun. L-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali għal din il-proposta se jimplikaw żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2016 u l-2017 li se jiġu kkumpensati sal-aħħar tal-perjodu ta' pprogrammar. Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti, li huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013.

    Quddiem it-talba ta' Stat Membru sabiex jibbenifika mill-azzjoni u waqt li tikkunsidra l-iżvilupp tas-sottomissjonijiet tal-pagamenti interim, fl-2016 u fl-2017 il-Kummissjoni ser terġa’ tevalwa il-ħtieġa ta’ krediti ta’ pagament addizzjonali u ser tipproponi, jekk ikun meħtieġ, l-azzjonijiet neċessarji lill-Awtorità Baġitarja.

    L-ebda stima ma ġiet ikkalkulata għas-snin 2018 'il quddiem u kull tip ta' konsegwenza se tittieħed inkonsiderazzjoni fil-proċeduri tal-baġit għas-snin konċernati.

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Tip ta’ nefqa

    Nru tat-Taqsima

    Sena n

    n + 1

    n + 2

    n + 3

    n + 4

    n + 5 u wara

    Totali

    Nefqa operazzjonali 6  

    Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI)

    8.1

    a

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Approprjazzjonijiet ta' Pagament (AP)

    b

    +252

    +292

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    -544

    0.

    Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza 7

    Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD)

    8.2.4.

    c

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA

    Approprjazzjonijiet ta' Impenn

    a+c

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Approprjazzjonijiet ta' Pagament

    b+c

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    0,000

    Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza 8

    Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA)

    8.2.5.

    d

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Spejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u spejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD)

    8.2.6.

    e

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Kost finanzjarju indikattiv totali tal-intervent

    TOTAL TAL-AI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani

    a+c+d+e

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    TOTAL TAL-AP inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani

    b+c+d+e

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Dettalji tal-kofinanzjament

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Organizzazzjoni tal-kofinanzjament

    Sena n

    n + 1

    n + 2

    n + 3

    n + 4

    n + 5 u wara

    Totali

    ........................

    f

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    TOTALI tal-AI inkluż il-kofinanzjament

    a+c+d+e+f

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    4.1.2.Kompatibbiltà mal-Programmar Finanzjarju

    Il-proposta hija kompatibbli mal-programmar finanzjarju eżistenti.

       Il-proposta ser tkun teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

       Il-proposta tista’ tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali 9 (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-rieżami tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3.Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

       Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

       Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej:

    Miljuni ta' EUR (sa pożizzjoni deċimali waħda)

    Qabel
    l-azzjoni

    [Sena n-1]

    Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni

    Linja baġitarja

    Dħul

    [Sena n]

    [n+1]

    [n+2]

    [n+3]

    [n+4]

    [n+5] 10

    a) Dħul f'termini assoluti

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    b) Bidla fid-dħul

    Δ

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    (Semmi kull linja tal-baġit ta’ dħul ikkonċernata, billi żżid l-għadd xieraq ta’ ringieli fit-tabella jekk hemm effett fuq aktar minn linja tal-baġit waħda.)

    4.2.Ir-Riżorsi Umani FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

    Rekwiżiti annwali

    Sena n

    n + 1

    n + 2

    n + 3

    n + 4

    n + 5 u wara

    Għadd totali ta’ riżorsi umani

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    5.KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    5.1.Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq fuq żmien qasir jew twil

    Il-kriżi finanzjarja u ekonomika sostnuta qed iżżid il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali hekk kif l-Istati Membri qed inaqqsu l-bagits tagħhom. F'dan il-kuntest, l-iżgurar ta' implimentazzjoni bla tfixkil ta' programmi tal-FSIE huwa ta' importanza partikolari bħala għodda biex jiġu injettati l-fondi fl-ekonomija. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-Istati Membri jkomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi tal-FSIE u li l-fondi jiġu żburżati għal proġetti, il-proposta tippermetti lill-Kummissjoni żżid il-pagamenti lill-Istati Membri sakemm dawn jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja taħt programm ta’ aġġustament.

    5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

    Il-proposta se tippermetti li titkompla l-implimentazzjoni tal-programmi, li jiġu injettati flus fl-ekonomija filwaqt li tgħin biex fl-istess ħin jitnaqqas il-piż fuq l-infiq pubbliku.

    5.3.L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    L-għan huwa li dawk l-Istati Membri l-iktar milquta mill-kriżi finanzjarja jiġu megħjuna biex ikunu jistgħu jkomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi fil-post, u b'hekk jiġu injettati l-fondi fl-ekonomija.

    5.4.Il-Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

    Uri hawn taħt il-metodu(i) magħżul(a) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

    Mal-Istati Membri

    6.MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1.Sistema ta' monitoraġġ

    Mhux neċessarja, għax taqa' taħt il-monitoraġġ stabbilit tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

    6.2.Evalwazzjoni

    6.2.1.Evalwazzjoni ex ante

    Mhux applikabbli

    6.2.2.Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenza simili fl-imgħoddi)

    Mhux applikabbli

    6.2.3.It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

    Mhux applikabbli

    7.MIŻURI KONTRA L-FRODI

    M.A.

    8.DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1.Għanijiet tal-proposta f’termini tal-kost finanzjarji tagħhom

    L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

    (Għandhom jitniżżlu l-Intestaturi tal-Għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati)

    Tip ta’ riżultat

    Spiża medja

    Sena n

    Sena n+1

    Sena n+2

    Sena n+3

    Sena n+4

    Sena n+5 u wara

    TOTAL

    Nru riżultati

    Kost totali

    Nru riżultati

    Spiża totali

    Nru riżultati

    Spiża totali

    Nru riżultati

    Spiża totali

    Nru riżultati

    Spiża totali

    Nru riżultati

    Spiża totali

    Nru riżultati

    Spiża totali

    GĦAN OPERAZZJONALI Nru 1 Tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali

    0,000

    0,000

    0,000

    SPIŻA TOTALI

    0,000

    0,000

    0,000

    8.2.Nefqa Amministrattiva

    8.2.1.Għadd u tip ta’ riżorsi umani

    Tipi ta’ karigi

    Persunal li għandu jiġi assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni bl-użu tar-riżorsi eżistenti u/jew supplimentari (għadd ta' karigi/FTEs)

    Sena n

    Sena n+1

    Sena n+2

    Sena n+3

    Sena n+4

    Sena n+5

    Uffiċjali jew persunal temporanju (XX 01 01)

    A*/AD

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    B*, C*/AST

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Persunal iffinanzjat bl-Art XX 01 02

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Persunal ieħor iffinanzjat permezz tal-Art. XX 01 04/05

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    TOTAL

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    8.2.2.Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

    Mhux applikabbli

    8.2.3.Sorsi tar-riżorsi umani (statutarji)

    (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors).

       Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

       Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju SPA/APB għas-sena n

       Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura SPA/APB li jmiss

       Karigi li jridu jerġgħu jiġu assenjati bl-użu ta' riżorsi eżistenti fl-ambitu tas-servizz ta’ ġestjoni (riallokazzjoni interna)

       Karigi meħtieġa għas-sena n, għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju SPA/APB tas-sena kkonċernata

    8.2.4.Nefqa oħra Amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Nefqa għall-immaniġġjar amministrattiv)

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Linja baġitarja

    (numru u intestatura)

    Sena n

    Sena n+1

    Sena n+2

    Sena n+3

    Sena n+4

    Sena n+5

    u wara

    TOTAL

    1    Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati tal-persunal)

    Aġenziji eżekuttivi

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Għajnuna teknika u amministrattiva oħra

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    - intra muros 

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    - extra muros

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Assistenza teknika u amministrattiva totali

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    8.2.5.Il-kost finanzjarju tar-riżorsi umani u l-kostijiet assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani

    Sena n

    Sena n+1

    Sena n+2

    Sena n+3

    Sena n+4

    Sena n+5

    u wara

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Persunal iffinanzjat bl-Art. XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.)

    (speċifika l-linja baġitarja)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Spiża totali tar-riżorsi umani u kostijiet assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji

    m.a.

    Kalkolu – Persunal iffinanzjat skont l-Art. XX 01 02

    Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk applikabbli

    m.a.

    8.2.6.Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Sena n

    Sena n+1

    Sena n+2

    Sena n+3

    Sena n+4

    Sena n+5

    u wara

    TOTAL

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    XX 01 02 11 03 – Kumitati

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    2    Nefqa Maniġerjali Oħra Totali (XX 01 02 11)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    3    Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tirreferi għall-linja baġitarja)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Nefqa Amministrattiva totali, għajr għar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta' referenza)

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    m.a.

    Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

    (1) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
    (2) Ara l-Artikolu 120(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Ċipru huwa kklassifikat bħala reġjun aktar żviluppat għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020. Ara: L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2014 li tistabbilixxi l-lista ta’ reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u ta’ Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2014-2020 (notifikata bid-dokument C(2014) 974), ĠU L 50,20.2.2014, p. 22.
    (3) ĠU C , , p. .
    (4) ĠU C , , p. .
    (5) COM (2016) 414 finali
    (6) Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat
    (7) Nefqa skont l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.
    (8) Nefqa fi ħdan il-kapitolu xx 01 għajr għall-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.
    (9) Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.
    (10) Għandhom jiġu miżjuda kolonni addizzjonali jekk ikun meħtieġ, jiġifieri, jekk it-tul tal-azzjoni jaqbeż is-6 snin.
    Top